ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
25 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2007/566/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati

1

 

*

Ftehim Fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

3

 

*

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

7

 

*

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

11

 

*

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea

15

Att finali

32

 

*

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

46

 

*

Ftehim Fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fir-Romanija

52

 

*

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

58

 

*

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

62

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Lulju 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' ftehimiet relatati

(2007/566/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (Pajjiżi Applikanti taż-ZEE) applikaw biex isiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim taż-“ŻEE”) skond l-Aritolu 128 tiegħu.

(2)

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ma' l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Pajjiżi Applikanti taż-ŻEE, Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dawn ta' l-aħħar fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u erba' ftehimiet relatati, li huma:

(i)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(ii)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

(iii)

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; kif ukoll

(iv)

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

(3)

In-negozjati intemmu fid-29 ta' Marzu 2007.

(4)

Suġġett għall-konklużjoni eventwali tagħhom f'data aktar ‘il quddiem, il-ħames ftehimiet imsemmijin għandhom jiġu ffirmati f'isem il-Komunità Ewropea.

(5)

Sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa biex iġibuhom fis-seħħ u sabiex is-suq intern jinżamm jiffunzjona sewwa fiż-Żona Ekonomika Ewropea, il-ftehimiet imsemmijin għandhom ikunu applikati fuq bażi proviżorja skond Ftehimiet fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja rispettivament.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa permezz ta' dan awtorizzat li jinnomina l-persuna (i) bis-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea, il-ftehimiet li ġejjin, suġġett għall-konklużjoni tagħhom f'data aktar ‘il quddiem:

Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-ŻEE;

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-l-Iżlanda wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; kif ukoll

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea, Ftehimiet fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, il-Prinċipalità tal-Liechtenstein u n-Norveġja rispettivament, dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u erba' ftehimiet relatati. Sakemm jidħlu fis-seħħ, il-ftehimiet imsemmijin hawn fuq għandhom ikunu applikati fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar li jiġi wara d-data li fiha jkun tlesta l-aħħar wieħed minn dawn l-Iskambji ta' ittri.

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw kwoti ta' tariffi ġodda u kwoti ta' tariffi mibdulin applikabbli għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-ata li fiha jkun tlesta l-aħħar wieħed mill-Iskambji ta' ittri.

Artikolu 3

It-testi tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta' l-erba' ftehimiet relatati kif ukoll tal-Ftehimiet fil-Forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tagġhom huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 23 ta' Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/3


FTEHIM

Fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

A:   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' għall-ewwel ftehim u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data li fiha l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jkun tlesta, bil-kundizzjoni li l-Iżlanda hija disposta li tagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk tikkonferma li l-Iżlanda taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 1

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 2

Image 3

B:   Ittra mill-Iżlanda

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tallum u nikkonfermalek il-qbil tar-Repubblika ta' l-Iżlanda. L-ittra tiegħek taqra hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' għall-ewwel ftehim u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data li fiha l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jkun tlesta, bil-kundizzjoni li l-Iżlanda hija disposta li tagħmel l-istess.”

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Done at Brussels,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 4

For Iceland

За Исландия

Por Islandia

Za Island

For Island

Für Island

Islandi nimel

Για την Ισλανδία

Pour l'Islande

Per l'Islanda

Islandes vārdā

Islandijos vardu

Izland részéről

Għall-Iżlanda

Voor IJsland

W imieniu Islandii

Pela Islândia

Pentru Islanda

Za Island

Za Islandijo

Islannin puolesta

För Island

Image 5


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/7


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

A:   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' għall-ewwel ftehim u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data li fiha l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jkun tlesta, bil-kundizzjoni li l-Iżlanda hija disposta li tagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk tikkonferma l-qbil tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein ma' din l-applikazzjoni proviżorja.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 6

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 7

Image 8

B:   Ittra mill-Prinċipalità tal-Liechtenstein

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tallum u nikkonfermalek il-qbil tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein. L-ittra tiegħek taqra hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u l-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' għall-ewwel ftehim u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data li fiha l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja jkun tlesta, bil-kundizzjoni li l-Iżlanda hija disposta li tagħmel l-istess.”

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Done at Brussels,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 9

For the Principality of Liechtenstein

За Кpaлство Лихтенщайн

Por el Principado de Liechtenstein

Za Lichtenštejnské knížectví

På Fyrstendømmet Liechtensteins vegne

Für das Fürstentum Liechtenstein

Liechtensteini Vürstiriigi nimel

Για το Πριγκιπάτο του Λιχτενστάιν

Pour la Principauté de Liechtenstein

Per il Principato del Liechtenstein

Lihtenšteinas Firstistes vārdā

Lichtenšteino Kunigaikštystės vardu

A Liechtensteini Hercegség részéről

Għall-Prinċipat ta' Liechtenstein

Voor het Vorstendom Liechtenstein

W imieniu Księstwa Liechtensteinu

Pelo Principado do Liechtenstein

Pentru Principatul Liechtenstein

Za Lichtenštajnské kniežatstvo

Za Kneževino Lihtenštajn

Liechtensteinin ruhtinaskunnan puolesta

För Furstendömet Liechtenstein

Image 10


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/11


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u l-applikazzjoni proviżorja ta' erba' ftehimiet relatati

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u dawn it-tliet ftehimiet relatati li ġejjin:

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar għall-ewwel tliet ftehimiet u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data ta' meta jkun tlesta l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li r-Renju tan-Norveġja jkun dispost li jagħmel l-istess.

Inkun obbligat jekk inti tkun tista' tikkonferma l-qbil tar-Renju tan-Norveġja ma' din l-applikazzjoni proviżorja.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 11

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 12

Image 13

B.   Ittra tar-Renju tan-Norveġja

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek illi rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tallum u nikkonfermalek il-qbil tar-Renju tan-Norveġja. L-ittra tiegħek taqra hekk:

“B'referenza għall-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea (‘Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE’) u erba' ftehimiet relatati, għandi l-unur ninfurmak li l-Komunità Ewropea tinsab lesta li tapplika l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE u dawn it-tliet ftehimiet relatati li ġejjin:

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tal-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

fuq bażi proviżorja, mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar għall-ewwel tliet ftehimiet u mill-ewwel jum tat-tieni xahar għall-aħħar ftehim wara d-data ta' meta jkun tlesta l-aħħar Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, bil-kundizzjoni li r-Renju tan-Norveġja jkun dispost li jagħmel l-istess.”

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Done at Brussels,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 14

For the Kingdom of Norway

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image 15


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/15


FTEHIM

dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn `il quddiem magħrufin bħala “Stati Membri tal-KE”,

L-IŻLANDA,

IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

minn hawn `il quddiem magħrufin bħala “Stati ta' l-EFTA”,

flimkien magħrufin bħala “Partijiet Kontraenti Preżenti”,

kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-RUMANIJA,

BILLI t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (minn hawn `il quddiem imsemmi t-“Trattat ta' l-Adeżjoni”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005;

BILLI, skond l-Artikolu 128 tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, iffirmat f'Oporto fit-2 ta' Mejju 1992, kull Stat Ewropew li jsir membru tal-Komunità għandu japplika sabiex jagħmel parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn `il quddiem imsemmi l-“Ftehim taż-ŻEE”);

BILLI r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija applikaw sabiex ikunu Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE;

BILLI t-termini u l-kundizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni għandhom ikunu s-suġġett ta' Ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Istati applikanti,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU L-FTEHIM LI ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija hawnhekk isiru Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE u għandhom minn hawn `il quddiem jissemmew bħala l-“Partijiet Kontraenti Ġodda”.

2.   Mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottat qabel l-1 ta' Ottubru 2004, għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti Ġodda bl-istess kundizzjonijiet bħall-Partijiet Kontraenti Preżenti u mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim.

3.   L-Annessi ma' dan il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 2

1.   AĠĠUSTAMENTI FUQ IT-TEST EWLIENI TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

(a)

Preambolu:

Il-lista tal-Partijiet Kontraenti għandha tinbidel ma' li ġej:

“IL-KOMUNITà EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' FRANZA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

u

L-IŻLANDA,

IL-PRINĊIPAT TA' LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,”;

(b)

Artikolu 2:

(i)

fil-paragrafu (b), il-kliem “Repubblika ta'” għandhom jitħassru;

(ii)

Il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud wara l-paragrafu (d):

“(e)

it-terminu ‘Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005’ għandu jfisser l-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hi mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, adottat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005;

(f)

it-terminu ‘Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005’ għandu jfisser il-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, adottat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005.”;

(ċ)

Artikolu 117:

It-test ta' l-Artikolu 117 għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“Dispożizzjonijiet li jiggvernaw il-Mekkaniżmi Finanzjarji huma stipulati fil-Protokoll 38, Protokoll 38a u l-Addendum għall-Protokoll 38a”;

(d)

Artikolu 126:

Fil-paragrafu 1, il-kliem “Repubblika ta'” għandhom jitħassru;

(e)

Artikolu 129:

(i)

It-tieni sotto-paragrafu ta' paragrafu 1 għandu jinbidel ma' li ġej:

“Wara t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea il-verżjonijiet ta' dan il-Ftehim bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Estonjan, Ungeriż, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Rumen, Slovakk u Sloven għandu jkun ugwalment awtentiku.”;

(ii)

It-tielet sotto-paragrafu ta' paragrafu 1 għandu jinbidel ma' li ġej:

“It-testi ta' l-atti msemmija fl-Annessi huma ugwalment awtentiċi bil-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finnlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għall-awtentikazzjoni tagħhom għandhom jitħejjew bl-islien Iżlandiż u Norveġiż u ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.”.

2.   L-AĠĠUSTAMENTI FUQ IL-PROTOKOLLI TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

(a)

Il-Protokoll 4 dwar ir-regoli ta' oriġini għandu jkun emendat kif ġej:

(i)

Fl-Artikolu 3(1), ir-referenza tal-Partijiet Ġodda Kuntrattanti għas-segwenti speċi għandhom jitħassru:

(ii)

L-Anness IVa (Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat) għandu jkun emendat kif ġej:

(aa)

Li ġej għandu jiddaħħal qabel il-verżjoni Spanjola tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat:

“Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с преференциален произход … (2). ”;

(bb)

Li ġej għandu jiddaħħal qabel il-verżjoni Slovena tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat:

“Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizaţia vamală nr. …(1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţială … (2). ”;

(iii)

L-Anness IVb (Test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat EUR-MED) għandu jkun emendat kif ġej:

(aa)

Li ġej għandu jiddaħħal qabel il-verżjoni Spanjola tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat EUR-MED:

“Verżjoni Bulgara

Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническоразрешение № … (1)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с преференциален произход … (2).

akkumulazzjoni applikata ma' ... ... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

ebda akkumulazzjoni applikata (3)”

(bb)

Li ġej għandu jiddaħħal qabel il-verżjoni Slovena tat-test tad-dikjarazzjoni tal-fatturat EUR-MED:

“Verżjoni Rumena

Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document (autorizaţia vamală nr. …(1)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferenţială … (2).

akkumulazzjoni applikata ma' ... ... (isem tal-pajjiż/pajjiżi)

ebda akkumulazzjoni applikata (3))”;

(b)

Il-Protokoll 38a għandu jkun emendat kif ġej:

fl-Artikolu 4(3), il-kelma “għandha” għandha tiġi mibdula bil-kelma “tista'”.

(ċ)

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-Protokoll 38a:

ADDENDUM GĦALL-PROTOKOLL 38 a

Dwar il-mekkaniżmu finanzjarju taż-żee għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

Artikolu 1

1.   Il-Protocoll 38a għandu japplika mutatis mutandis għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.

2.   Minkejja dan il-paragrafu 1, Artikolu 6 tal-Protokoll 38a ma japplikax. M'għandha tkun applikabbli ebda riallokazzjoni għal kwalunkwe Stat Benefiċjarju ieħor fil-każ ta' fondi disponibbli mhux impenjati tal-Bulgarija u r-Rumanija.

3.   Minkejja l-paragrafu 1, Artikolu 7 tal-Protokoll 38a ma japplikax.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet għal organizzazzjonijiet non-governativi u sħab soċjali jista' jammonta għal 90 fil-mija ta' l-ispejjeż tal-proġett.

Artikolu 2

L-ammonti addizzjonali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ser ikunu ta' EUR 21,5 miljun għar-Repubblika tal-Bulgarija u EUR 50,5 miljun għar-Rumanija matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2007 u t-30 ta' April 2009, inklużivi; isiru disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew bi ftehim biex il-Ftehim jiġi applikat b'mod proviżjonali u jkun disponibbli għal impenn f'parti unika fl-2007.

(d)

It-test ta' Protokoll 44 għandu jinbidel ma' li ġej:

“dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja wara t-tkabbir taż-żona ekonomika ewropea

1.

L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 112 tal-Ftehim tal-Klawsola ta' Salvagwardja Ekonomika Ġenerali u l-mekkaniżmi ta' salvagwardja f'ċerti arranġamenti tranżitorji fil-Qasam tal-Moviment Ħieles tal-Persuni u Trasport tat-Triq

L-Artikolu 112 tal-Ftehim għandu jkun applikabbli wkoll fuq is-sitwazzjonijiet speċifikati jew imsemmija

(a)

fid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 37 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003, u ta' l-Artikolu 36 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005, u

(b)

fil-mekkaniżmi ta' salvagwardja fl-arranġamenti tranżitorji taħt l-intestaturi ‘Perjodi Tranżitorji’ fl-Anness V (Moviment ħieles ta' ħaddiema) u l-Anness VIII (Id-dritt ta' stabbiliment), f'punt 30 (Id-direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-liġi tax-xogħol, u t-trattament ugwali bejn nisa u irġiel) u f'punt 26c (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93) ta' l-Anness XIII (It-Trasport) bl-istess limiti taż-żmien, skop u effetti kif stabbilit f'dawk id-dispożizzjonijiet.

2.

Klawsola għas-Salvagwardja tas-Suq Intern

Il-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet prevista fil-Ftehim għandha tkun applikabbli wkoll fuq deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 38 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2005, u ta' l-Artikolu 37 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, tal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005.”.

Artikolu 3

1.   Kull emenda ta' atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità inkorporati fil-Ftehm taż-ŻEE, li saru permezz ta' l-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, jew skond il-każ, il-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea huma b'dan inkoporati fil-Ftehim taż-ŻEE.

2.   Għal dan il-għan, is-sotto-paragrafu li ġej huwa introdott fil-punti ta' l-Annessi u l-Protokolli mal-Ftehim taż-ŻEE li fih referenzi għall-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ikkonċernati:

“—

1 2005 SA: L-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hi mwaqqfa l-Unjoni Ewropea adottat fil-25 ta' April (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).”.

3.   Jekk u immedjatament wara li t-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jidħol fis-seħħ, is-sotto-paragrafu li ġej għandu jibdel is-sotto-paragrafu imsemmi fil-paragrafu 2:

“—

1 2005 SP: Il-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea adottat fil-25 ta' April (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 29).”.

4.   Jekk is-sotto-paragrafu msemmi fil-paragrafu 2 jew 3 jkun l-ewwel sotto-paragrafu tal-punt in kwistjoni, għandu jiġi preċedut bil-kliem “, kif emendat skond:”.

5.   L-Anness A għal dan il-ftehim jelenka l-punti fl-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE fejn it-test imsemmi f'paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jiġu introdotti.

6.   Fejn atti inkorporati mal-Ftehim taż-ŻEE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim jeħtieġu adattamenti minħabba l-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti Ġodda, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti f'dan il-Ftehim, dawk l-adattamenti ser jiġu indirizzati skond il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 4

1.   L-arranġamenti fl-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija imsemmija fit-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea imsemmija fl-Anness B ta' dan il-Ftehim huma b'dan inkorporati u parti mill-Ftehim taż-ŻEE.

2.   Jekk u immedjatament wara li t-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jidħol fis-seħħ, l-arranġamenti msemmija fl-Anness B għandhom jinftiehmu li jkunu saru mill-Protokoll li jikkonċerna l-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

3.   Kull arranġament ta' relevanza għall-Ftehim taż-ŻEE msemmi jew adottat fuq il-bażi ta' l-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, jew, skond il-każ, il-Protocoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, li mhuwiex rifless fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, ser jiġi indirizzat skond il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 5

Kull Parti ta' dan il-Ftehim tista' ttella' kull kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tiegħu quddiem il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jeżamina l-kwistjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 6

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda skond il-proċeduri tagħhom stess. Dawn l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara d-depożitu ta' l-aħħar istrument ta' ratifika jew approvazzjoni tal-Parti Kuntrattanti Preżenti jew Parit Kuntrattanti Ġdida, sakemm il-ftehimiet u l-protokolli relatati jidħlu fis-seħħ fl-istess jum.

(a)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija;

(b)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp sostenibbli fir-Rumanija;

(ċ)

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara d-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea; kif ukoll

(d)

Protokoll addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara d-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Dan il-Ftehim, imħejji f'kopja oriġinali waħda bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finnlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Iżlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Norveġiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Partijiet ta' dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юли две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého pátého července dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juulikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų liepos dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év július havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego lipca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci şi cinci iulie două mii şapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júla dvetisícsedem.

V Bruslju, dne petindvajsetega julija leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundrasju.

Gjört í Brussel hinn 25 júlí 2007.

Utferdiget i Brussel den tjuefemte juli totusenogsju.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image 16

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image 17

Za Českou republiku

Image 18

På Kongeriget Danmarks vegne

Image 19

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 20

Eesti Vabariigi nimel

Image 21

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image 22

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image 23

Por el Reino de España

Image 24

Pour la République française

Image 25

Per la Repubblica italiana

Image 26

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image 27

Latvijas Republikas vārdā

Image 28

Lietuvos Respublikos vardu

Image 29

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image 30

A Magyar Köztársaság részéről

Image 31

Għal Malta

Image 32

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image 33

Für die Republik Österreich

Image 34

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image 35

Pela República Portuguesa

Image 36

Pentru România

Image 37

Za Republiko Slovenijo

Image 38

Za Slovenskú republiku

Image 39

Suomen tasavallan puolesta

Image 40

För Konungariket Sverige

Image 41

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image 42

За Европейската общност

For the European Community

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image 43

Image 44

Fyrir hőnd Íslands

Image 45

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image 46

For Kongeriket Norge

Image 47


ANNESS A

IL-LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 TAL-FTEHIM

PARTI I

Atti msemmija fil-Ftehim emendat ŻEE

bl-att li jikkonċerna l-kondizzjonijet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tar-Rumanija u r-Rumanija u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom l-Unjon Ewropea hi mwaqqfa jew, skond il-każ li jkun, il-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea

L-inċiżi msemmija fl-Artikolu 3(2) u 3(3) għandhom jiddaħħlu fejn ġej fl-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fil-Kapitolu XXVII (Xorb Alkoħoliku) ta' l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

Punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89),

Punt 3 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91);

Fl-Anness XIII (It-Trasport):

Punt 19 (Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE),

Fl-Anness XVII (Il-Propjetà Intellettwali):

Punt 6 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1768/92),

Punt 6a (Regolament KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

PART II

Emendi oħra fl-Annessi fil-Ftehim taż-ŻEE

L-emendi li ġejjin għandhom isiru fl-Annessi tal-Ftehim taż-ŻEE:

Fl-Anness V (Il-moviment ħieles tal-ħaddiema):

 

Fil-punt 3 (Id-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KE), l-addattament (e)(ii) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

in-nota ta' taħt għandha tinbidel b'dan li ġej:

‘Belġjan, Bulgaru, Ċek, Daniż, Germaniż, Estonjan, Grieg, Iżlandiż, Spanjol, Franċiż, Irlandiż, Taljan, Ċiprijott, Latvjan, Liechtenstein, Litwan, Lussemburgiż, Ungeriż, Malti, Olandiż, Norveġiż, Awstrijak, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Slovakk, Finlandiż, Żvediż u Brittaniku skond il-pajjiż li joħroġ il-permess.’.”


ANNESS B

IL-LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 TAL-FTEHIM

L-Annessi mal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati kif ġej:

Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

1.

F'Kapitolu XV, Punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II), għandhom japplikaw.”;

2.

Fil-Kapitolu XVII, Punt 7 (Direttiva 94/62/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima B, Parti 2) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 2), għandhom japplikaw.”;

3.

Fil-Kapitolu XVII, Punt 8 (Direttiva 94/63/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima A, Punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima A), għandhom japplikaw.”;

4.

Fil-Kapitolu XXV, Punt 3 (Direttiva 2001/37/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel it-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 7), għandhom japplikaw.”;

Anness V (Il-Moviment liberu tal-ħaddiema):

It-test tat-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Perjodu Tranżitorju” għandu jinbidel b'dan il-ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 1), għandhom japplikaw.

Dwar il-mekkaniżmi ta' ħarsien inklużi fl-arranġamenti tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' l-arranġamenti għal Malta, PROTOKOLL 44 DWAR IL-MEKKANIŻMI TA' ĦARSIEN SKOND IT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA għandhom japplikaw.”

Anness VIII (Id-Dritt ta' Stabbiliment):

It-test tat-tieni paragrafu taħt l-intestatura “Perjodu Tranżitorju” għandu jinbidel b'dan il-ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 1), għandhom japplikaw.

Dwar il-mekkaniżmi ta' ħarsien inklużi fl-arranġamenti tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta' qabel, bl-eċċezzjoni ta' l-arranġamenti għal Malta, PROTOKOLL 44 DWAR IL-MEKKANIŻMI TA' ĦARSIEN SKOND IT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA għandhom japplikaw.”

Anness IX (Is-Servizzi finanzjarji):

F'punt 30c (Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 2) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 2), għandhom japplikaw.”.

Anness XI (Is-Servizzi tat-telekomunikazzjoni):

F'punt 5 cm (Direttiva 2002/22/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel it-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 9), għandhom japplikaw.”;

Anness XII (Il-Moviment liberu tal-kapital):

Il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu taħt l-intestatura “Perjodu Tranżitorju”:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 3) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 3), għandhom japplikaw.”;

Anness XIII (It-Trasport):

1.

F'punt 15a (Direttiva tal-Kunsill 96/53//KE, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 5) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 6, punt 2), għandhom japplikaw.”;

2.

F'punt 18a (Direttiva tal-Kunsill 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 6, punt 3), għandhom japplikaw.”;

3.

F'punt 19 (Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 5, punt 2), għandhom japplikaw.”;

4.

F'punt 26c (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3118/93), it-test tat-tieni paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 5, punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 6, punt 1), għandhom japplikaw.

Dwar il-mekkaniżmi ta' ħarsien inklużi fl-arranġamenti tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta' qabel, PROTOKOLL 44 DWAR IL-MEKKANIŻMI TAT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA għandhom japplikaw.”;

Anness XV (L-Għajnuna statali):

1.

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fi tmiem ta' l-“ADATTAMENTI SETTORJALI”:

“L-arranġamenti dwar l-iskemi eżistenti stipulati fil-Kapitolu 2 (Politika tal-Kompetizzjoni) ta' l-Anness V ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti”;

2.

Dan li ġej għandu jiddaħħal qabel l-intestatura “ATTI MSEMMIJA”:

“PERJODU TRANŻITORJU

L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 4), għandhom japplikaw.”;

Anness XVII (Il-Propjetà Intellettwali):

Dan li ġej għandu jiżdied taħt l-intestatura “ADATTAMENTI SETTORJALI” għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-mekkaniżmi speċifiċi stipulati fil-Kapitolu 1 (Politika Azjendali) ta' l-Anness V ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għandhom japplikaw bejn il-Partijiet Kontraenti”;

Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa):

F'punt 30 (Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), it-test tat-tieni paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 1), għandhom japplikaw.

Dwar il-mekkaniżmi ta' ħarsien inklużi fl-arranġamenti tranżitorji msemmija fil-paragrafi ta' qabel, PROTOKOLL 44 DWAR IL-MEKKANIŻMI TA' ĦARSIEN SKOND IT-TKABBIR TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA għandhom japplikaw.”

Anness XX (L-Ambjent):

1.

F'punt 1f (Direttiva tal-Kunsill 96/61//KE, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji elenkati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima D, punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 1), għandhom japplikaw.”;

2.

F'punt 7a (Direttiva tal-Kunsill 98/83//KE, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 5), għandhom japplikaw.”;

3.

F'punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 1), għandhom japplikaw.”;

4.

F'punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 1), għandhom japplikaw.”;

5.

F'punt 11 (Direttiva tal-Kunsill 84/491//KEE, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej qabel it-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 2), għandhom japplikaw.”;

6.

F'punt 12 (Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 3), għandhom japplikaw.”;

7.

F'punt 13 (Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima C) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima C, punt 4), għandhom japplikaw.”;

8.

F'punt 19a (Direttiva tal-Kunsill 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji elenkati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima D, punt 2) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 3), għandhom japplikaw.”;

9.

F'punt 21ad (Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima A, punt 2), għandhom japplikaw.”;

10.

F'punt 32c (Direttiva tal-Kunsill KEE Nru 259/93), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji elenkati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima B, punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 1), għandhom japplikaw.”;

11.

F'punt 32d (Direttiva tal-Kunsill 1999/31//KE, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-arranġamenti tranżitorji elenkati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima B, punt 3) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 3), għandhom japplikaw.”;

12.

F'punt 32f (Direttiva 2000/76/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal qabel it-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji stipulati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għar-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima D, punt 2), għandhom japplikaw.”;

13.

F'punt 32fa (Direttiva tal-Kunsill 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal bejn il-paragrafu dwar l-arranġamenti tranżitorji u t-test dwar l-adattament:

“L-arranġamenti tranżitorji elenkati fl-Annessi ma' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 jew, skond il-każ, mal-Protokoll ta' l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Taqsima B, punt 4) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Taqsima B, punt 4), għandhom japplikaw.”;


ATT FINALI

Il-plenipotenzjarji:

TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, 'il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

u ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U TA' L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA, 'il quddiem imsejħin “l-Istati Membri tal-KE”,

il-plenipotenzjarji ta':

L-IŻLANDA,

IL-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN,

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA,

'il quddiem imsejħin “l-Istati ta' l-EFTA”,

kollha flimkien Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li sar f'Oporto fit-2 ta' Mejju, 1992, 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim taż-ŻEE”, 'il quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet Kontraenti Preżenti”, u

il-plenipotenzjarji ta':

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-RUMANIJA,

'il quddiem imsejħin “il-Partijiet Kontraenti Ġodda”,

li qegħdin jiltaqgħu f'Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa biex jiffirmaw il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, adottaw it-testi li ġejjin:

I.

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea ('il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”);

II.   It-testi elenkati hawn taħt li huma mehmużin mal-Ftehim:

Anness A

:

Lista msemmija fl-Artikolu 3 tal-Ftehim;

Anness B

:

Lista msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.

Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Ġodda adottaw id-Dikjarazzjonijiet u l-Istqarrijiet Konġunti elenkati hawn taħt u mehmużin ma' dan l-Att Finali:

1.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-ratifika f'waqtha tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

2.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-data ta' skadenza ta' l-arranġamenti tranżitorji;

3.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta' oriġini wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

4.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar kummerċ fi prodotti agrikoli u fi prodotti agrikoli pproċessati;

5.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-adattament settorjali tal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni;

6.

L-Istqarrija Konġunta dwar is-setturi prijoritarji msemmija fil-Protokoll 38a;

7.

L-Istqarrija Konġunta dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji.

Il-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-plenipotenzjarji tal-Partijiet Kontraenti Ġodda ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet elenkati hawn taħt u mehmużin ma' dan l-Att Finali:

1.

Id-Dikjarazzjoni Ġenerali Konġunta ta' l-Istati ta' l-EFTA;

2.

Id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-Istati ta' l-EFTA dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema;

3.

Id-Dikjarazzjoni Unilaterali mill-Gvern tal-Liechtenstein dwar l-Addendum għall-Protokoll 38a.

Qablu wkoll li, sa mhux iktar tard mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea u t-testi kompleti ta' kull Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandhom isiru u jkunu awtentikati mir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Partijiet Kontraenti Ġodda bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena.

Jieħdu nota tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija, li huwa wkoll mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jieħdu wkoll nota tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija, li hu mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jieħdu mbagħad nota tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li huwa mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jieħdu wkoll nota tal-Protokoll Addizjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'rużultat l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li huwa wkoll mehmuż ma' dan l-Att Finali.

Jenfasizzaw li l-ftehim u l-protokolli msemmijin hawn fuq kien hemm qbil dwarhom fuq is-suppozizzjoni li l-parteċipazzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea tibqa' ma tinbidilx.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юли две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého pátého července dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juulikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų liepos dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év július havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego lipca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci şi cinci iulie două mii şapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júla dvetisícsedem.

V Bruslju, dne petindvajsetega julija leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundrasju.

Gjört í Brussel hinn 25 júlí 2007.

Utferdiget i Brussel den tjuefemte juli totusenogsju.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image 48

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image 49

Za Českou republiku

Image 50

På Kongeriget Danmarks vegne

Image 51

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 52

Eesti Vabariigi nimel

Image 53

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image 54

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image 55

Por el Reino de España

Image 56

Pour la République française

Image 57

Per la Repubblica italiana

Image 58

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image 59

Latvijas Republikas vārdā

Image 60

Lietuvos Respublikos vardu

Image 61

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image 62

A Magyar Köztársaság részéről

Image 63

Għal Malta

Image 64

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image 65

Für die Republik Österreich

Image 66

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image 67

Pela República Portuguesa

Image 68

Pentru România

Image 69

Za Republiko Slovenijo

Image 70

Za Slovenskú republiku

Image 71

Suomen tasavallan puolesta

Image 72

För Konungariket Sverige

Image 73

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image 74

За Европейската общност

For the European Community

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image 75

Image 76

Fyrir hönd Íslands

Image 77

Für das Fürstentum Liechtenstein

Image 78

For Kongeriket Norge

Image 79

DIKJARAZZJONIJIET U STQARRIJIET KONĠUNTI MILL-PARTIJIET KONTRAENTI PREŻENTI U MILL-PARTIJIET KONTRAENTI ĠODDA GĦALL-FTEHIM

 

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IR-RATIFIKA F'WAQTHA TAL-FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda jisħqu fuq l-importanza ta' ratifika jew approvazzjoni f'waqtha tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea mill-Partijiet Kontraenti Preżenti u mill-Partijiet Kontraenti Ġodda skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom biex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb taż-Żona Ekonomika Ewropea.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR ID-DATA TA' SKADENZA TA' L-ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI

L-arrangamenti tranżitorji tat-Trattat ta' Adeżjoni għandhom jiddaħħlu fil-Ftehim taż-ŻEE u għandhom jiskadu fl-istess data li fiha kienu jiskadu li kieku t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea u taż-ŻEE seħħ simultanjament fl-1 ta' Jannar 2007.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TA' ORIĠINI WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA U TAR-RUMANIJA FIŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

1.   

Prova ta' oriġini maħruġa kif imiss minn Stat ta' l-EFTA jew minn Parti Kontraenti Ġdida fil-kwadru ta' ftehim preferenzjali konkluż bejn l-Istati ta' l-EFTA u l-Parti Kontraenti l-Ġdida jew fil-kwadru ta' leġiżlazzjoni nazzjonali unilaterali ta' Stat ta' l-EFTA jew ta' Parti Kontraenti Ġdida għandha titqies bħala prova ta' oriġini preferenzjali taż-ŻEE, sakemm:

(a)

il-prova ta' oriġini u d-dokumenti ta' trasport ma jkunux inħarġu iktar tard mill-jum qabel l-adeżjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida ma' l-Unjoni Ewropea;

(b)

il-prova ta' oriġini tintbagħat lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Fejn merkanzija kienet iddikjarata għal importazzjoni minn Stat ta' l-EFTA jew minn Parti Kontraenti Ġdida f'Parti Kontraenti Ġdida jew fi Stat ta' l-EFTA, rispettivament, qabel id-data ta' l-adeżjoni tal-Parti Kontraenti Ġdida ma' l-Unjoni Ewropea, skond arranġamenti preferenzjali fis-seħħ f'dak iż-żmien bejn Stat ta' l-EFTA u Parti Kontraenti Ġdida, prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skond dawk l-arranġamenti tista' wkoll tiġi aċċettata fl-Istati ta' l-EFTA jew fil-Partijiet Kontraenti Ġodda sakemm din tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien erba' xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

2.   

L-Istati ta' l-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, huma awtorizzati jżommu l-awtorizzazzjonijiet li permezz tagħhom ingħata l-istat ta' “esportaturi approvati” fil-kwadru ta' ftehim konklużi bejn l-Istati ta' l-EFTA, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija jew ir-Rumanija, min-naħa l-oħra, sakemm l-esportaturi approvati japplikaw ir-regoli ta' oriġini taż-ŻEE.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mill-Istati ta' l-EFTA u mir-Repubblika tal-Bulgarija u mir-Rumanija, sa mhux iktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, permezz ta' awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

3.   

Talbiet biex wara ssir il-verifika tal-prova ta' oriġini maħruġa skond il-ftehim u arranġamenti preferenzjali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hawn fuq għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati ta' l-EFTA u mill-Partijiet Kontraenti Ġodda għal perjodu ta' tliet snin wara l-ħruġ tal-prova ta' oriġini msemmija u jistgħu isiru minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara aċċettazzjoni tal-prova ta' oriġini.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI U FI PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI.

1.   

Fil-kuntest tan-negozjati għat-tkabbir taż-ŻEE, saru konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda biex tkun eżaminata l-ħtieġa li jkunu aġġustati l-konċessjonijiet kummerċjali bilaterali għal prodotti agrikoli u għal prodotti agrikoli pproċessati fil-partijiet rilevanti tal-Ftehim taż-ŻEE jew fil-ftehim bilaterali rilevanti bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, rispettivament, fid-dawl tat-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

2.   

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda eżaminaw prodott bi prodott il-kondizzjonijiet ta' aċċess għas-suq u qablu li ebda konċessjoni kummerċjali addizzjonali fir-rigward ta' prodotti agrikoli jew prodotti agrikoli pproċessati m'għandha tiżdied ma' kull ftehim eżistenti fil-kuntest tat-tkabbir.

3.   

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda qablu li l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja m'għandu jkollhom ebda pretensjoni jew m'għandhom jagħmlu ebda talba jew referenza jew m'għandhomx jimmodifikaw jew jirtiraw xi konċessjoni skond il-GATT 1994, Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar prodotti agrikoli li jkollhom x'jaqsmu ma' dan it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR L-ADDATAMENTI SETTORJALI TAL-LIECHTENSTEIN FIL-QASAM TAL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda,

Waqt li jirreferu għall-adattamenti settorjali għal-Liechtenstein fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni kif introdotti bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 191/1999 u emendati mill-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka fiż-Żona Ekonomika Ewropea ta' l-14 ta' Ottubru 2003,

Waqt li josservaw id-domanda kontinwa u kbira li hemm minn ċittadini ta' Stati tal-KE u ta' l-EFTA għal residenza fil-Liechtenstein, li taqbeż ir-rata netta ta' immigrazzjoni stabbilita fir-reġim imsemmi hawn fuq,

Waqt li jqisu li l-parteċipazzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-ŻEE tirriżulta f'għadd ikbar ta' ċittadini jkollhom id-dritt li jinvokaw il-moviment liberu tal-persuni kif stabbilit fil-Ftehim taż-ŻEE,

Jaqblu li jqisu kif imiss din is-sitwazzjoni fattwali, kif ukoll il-kapaċità ta' assorbiment li ma nbidlitx tal-Liechtenstein meta jiġu biex jirrevedu l-adattamenti settorjali fl-Annessi V u VIII mal-Ftehim taż-ŻEE.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IS-SETTURI PRIORITARJI MSEMMIJA FIL-PROTOKOLL 38 a

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda ifakkru li mhux is-setturi prioritarji kollha kif definiti fl-Artikolu 3 tal-Protokoll 38a għandhom ikunu koperti f'kull Stat Benefiċjarju.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI

Il-Partijiet Kontraenti Preżenti u l-Partijiet Kontraenti Ġodda jaqblu li d-diversi arranġamenti dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja miftiehma fil-kuntest tat-tkabbir taż-ŻEE m'għandhomx jikkostitwixxu preċedent għall-perjodu wara li jiskadu fit-30 ta' April 2009.

DIKJARAZZJONIJIET OĦRA MINN PARTI KONTRAENTI WAĦDA JEW IKTAR GĦALL-FTEHIM

 

DIKJARAZZJONI ĠENERALI KONĠUNTA TA' L-ISTATI TA' L-EFTA

L-Istati ta' l-EFTA jieħdu nota tad-Dikjarazzjonijiet, li huma rilevanti għall-Ftehim taż-ŻEE, mehmużin ma' l-Att Finali tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

L-Istati ta' l-EFTA jenfasizzaw li d-Dikjarazzjonijiet, li huma rilevanti għall-Ftehim taż-ŻEE, mehmużin ma' l-Att Finali tat-Trattat imsemmi fil-paragrafu preċedenti ma jistgħux ikunu interpretati jew applikati b'xi mod kuntrarju għall-obbligi tal-Partijiet Kontraenti Preżenti u tal-Partijiet Kontraenti Ġodda li jirriżultaw minn dan fil-Ftehim jew mill-Ftehim taż-ŻEE.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-ISTATI TA' L-EFTA DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-ĦADDIEMA

L-Istati ta' l-EFTA jisħqu fuq l-elementi qawwija ta' divrenzjar u flessibilità fl-arranġamenti għall-moviment liberu tal-ħaddiema. Għandhom jimpenjaw ruħhom li jagħtu iktar aċċess għas-suq tax-xogħol lil ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija skond id-dritt nazzjonali, bl-iskop li titħaffef l-approssimazzjoni għall-acquis. B'konsegwenza ta' dan, l-opportunitajiet ta' impjieg fil-Istati ta' l-EFTA għal ċittadini tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom jitjiebu sostanzjalment ma' l-adeżjoni ta' dawn l-Istati. Barra minn hekk, l-Istati ta' l-EFTA se jagħmlu l-aħjar użu ta' l-arranġamenti proposti biex jaslu malajr kemm jista' jkun għall-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema. Għal-Liechtenstein, dan isir skond l-arranġamenti speċifiċi kif previst fl-Adattamenti Settorjali għall-Anness V (Moviment liberu tal-ħaddiema) u l-Anness VIII (Dritt ta' stabbiliment) għall-Ftehim taż-ŻEE.

DIKJARAZZJONI UNILATERALI MILL-GVERN TAL-LIECHTENSTEIN DWAR L-ADDENDUM GĦALL-PROTOKOLL 38 a

Il-Gvern tal-Liechtenstein,

waqt li jirreferi għall-Addendum għall-Protokoll 38a,

waqt li jfakkar li kien miftiehem li l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jibbenefikaw indaqs mill-kontribuzzjonjiet ta' l-Istati ta' l-EFTA għat-tnaqqis ta' disparitajiet ekonomiċi u soċjali fiż-Żona Ekonomika Ewropea bħall-Istati Benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 5 tal-Protokoll 38a u waqt li jqis il-fattur tal-proporzjonalità msemmi f'dan l-artikolu,

waqt li jinnota li l-Istati ta' l-EFTA għamlu sforz straordinarju fil-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-ŻEE biex iżidu l-fondi favur il-Bulgarija u r-Rumanija,

jiddikjara li fil-fehma tiegħu, skond ir-reviżjoni prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll 38a, kull arranġament finanzjarju ulterjuri possibbli miftiehem għandu jqis it-tnaqqis diġà miksub tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali sabiex jitnaqqsu kontribuzzjonijiet mit-tliet Stati ta' l-EFTA proporzjonatament, jekk Stat Benefiċjarju wieħed jew iktar li hemm bħalissa ma jikkwalifikax iktar għal fondi skond arranġament bħal dan.


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/46


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) fil-kuntest li l-Bulgarija se ssir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fil-Bulgarija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u l-Bulgarija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

(iii)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Inkun obbligat jekk inti tikkonferma li taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 80

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 81

Image 82

ANNESS

FTEHIM

Għal programm norveġiż ta' kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fil-Bulgarija

bejn

Ir-renju tan-Norveġja

u

r-Repubblika tal-Bulgarija

‘il quddiem imsejħin ‘il-Partijiet’

Artikolu 1

Għan

Għandu jkun stabbilit Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u sostenibbli fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 2

Skop Finanzjarju

Għall-fini tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għar-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tan-Norveġja għandu jagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007.

Artikolu 3

Dewmien

L-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jkun magħmul disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Partepazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

Artikolu 4

Setturi prijoritarji

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għall-Bulgarija għandu jkun disponibbli għal proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn applikanti eliġibbli mill-Partijiet għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fir-Repubblika tal-Bulgarija fis-setturi prijoritarji li ġejjin:

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass serra, inklużi proġetti ta' Implimentazzjoni Konġunta skond il-Protokoll ta' Kyoto, u emissjonijiet oħra fl-ajru u fl-ilma;

L-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli;

Il-faċilitazzjoni ta' produzzjoni sostenibbli, inkluża ċ-ċertifikazzjoni u l-verifika;

L-implimentazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen, appoġġ għall-Pjanijiet Nazzjonali ta' Schengen kif ukoll it-tisħiħ tal-ġudikatura.

Attivitajiet possibbli huma inter alia l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta' riżorsi umani, in-netwerking, il-formazzjoni ta' ħiliet, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-riċerka u l-iżvilupp.

Artikolu 5

Limiti ta' kofinanzjament

Il-kontribuzzjoni Norveġiża fil-forma ta' għotjiet m'għandhiex taqbeż is-60 % ta' l-ispiża tal-proġett ħlief għal proġetti ffinanzjati xort’oħra minn allokazzjonijiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-baġit tal-gvern, fejn il-kontribuzzjoni tista' ma taqbiżx il-85 % ta' l-ispiża tal-proġett. Limiti Komunitarji għal ko-finanzjament m'għandhomx jinqabżu f'kull każ. Kontribuzzjonijiet lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil imsieħba soċjali jistgħu jkunu sa 90 % ta' l-ispejjeż ta' proġett.

Artikolu 6

Ġestjoni

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għall-Bulgarija għandu jkun immaniġġjat mill-Gvern Norveġiż jew minn entità maħtura minnu. L-Entità tal-Ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Punt Fokali li għandu jinħatar mill-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija. Il-Kummissjoni tista' tissorvelja l-proġetti. (1)

Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jinħarġu mill-Gvern Norveġiż skond il-ħtieġa.

L-ispejjeż għall-ġestjoni tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu koperti mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jkun irratifikat mir-Renju tan-Norveġja u mir-Repubblika tal-Bulgarija skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ tletin jum wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun iddepożitat l-istrument ta' ratifika tagħha mal-Ministeru Norveġiż għall-Affarijiet Barranin, iżda mhux qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex l-aħħar imsemmi ftehim ikun applikat provviżorjament.

Magħmul fi Brussel fi………2007,

Għar-Renju tan-Norveġja

Għar-Repubblika tal-Bulgarija

B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li taqra kif ġej:

“Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (‘in-Norveġja’) fil-kuntest tal-Bulgarija li ser issir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fil-Bulgarija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fil-Bulgarija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u l-Bulgarija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 20 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal- Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija;

(iii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.”

Għandu l-unur nikkonferma l-qbil tiegħi mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Utferdiget i Brussel,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 83

For Kongeriget Norge

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image 84


(1)  Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 6 l-ewwel paragrafu għandhom japplikaw ukoll bħala aġġustament għall-Artikolu 4(3) tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2004-2009 (ĠU L 130, 29.4.2004, p. 81).


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/52


FTEHIM

Fil-forma ta' Skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar programm ta' Kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp sostenibbli fir-Romanija

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (“in-Norveġja”) fil-kuntest li r-Rumanija se ssir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fir-Rumanija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fir-Rumanija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u r-Rumanija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 48 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(iii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Inkun obbligat jekk inti tikkonferma li taqbel mal-kontenut ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 85

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image 86

Image 87

ANNESS

FTEHIM

għal programm Norveġiż ta' kooperazzjoni għal tkabbir ekonomiku u żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija

bejn

ir-Renju tan-Norveġja

u

r-Rumanija

‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”

Artikolu 1

Għan

Għandu jkun stabbilit Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fir-Rumanija permezz ta' proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn il-Partijiet fis-setturi msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 2

Skop Finanzjarju

Għall-fini tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għar-Rumanija, ir-Renju tan-Norveġja għandu jagħmel disponibbli ammont totali ta' 48 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007.

Artikolu 3

Dewmien

L-ammont imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jkun magħmul disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Partepazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

Artikolu 4

Setturi prijoritarji

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għar-Rumanija għandu jkun disponibbli għal proġetti bilaterali ta' kooperazzjoni bejn applikanti eliġibbli mill-Partijiet għall-promozzjoni ta' l-iżvilupp soċjali u ekonomiku fir-Rumanija fis-setturi prijoritarji li ġejjin:

It-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass serra, inklużi proġetti ta' Implimentazzjoni Konġunta skond il-Protokoll ta' Kyoto, u emissjonijiet oħra fl-ajru u fl-ilma;

L-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinovabbli;

il-faċilitazzjoni ta' produzzjoni sostenibbli, inkluża ċ-ċertifikazzjoni u l-verifika;

is-saħħa.

Attivitajiet possibbli huma inter alia l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta' riżorsi umani, in-netwerking, il-formazzjoni ta' ħiliet, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-riċerka u l-iżvilupp.

Artikolu 5

Limiti ta' ko-finanzjament

Il-kontribuzzjoni Norveġiża fil-forma ta' għotjiet m'għandhiex taqbeż is-60 % ta' l-ispiża tal-proġett ħlief għal proġetti ffinanzjati xort’oħra minn allokazzjonijiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-baġit tal-gvern, fejn il-kontribuzzjoni tista' ma taqbiżx il-85 % ta' l-ispiża tal-proġett. Limiti Komunitarji għal ko-finanzjament m'għandhomx jinqabżu f'kull każ. Kontribuzzjonijiet lil organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil imsieħba soċjali jistgħu jkunu sa 90 % ta' l-ispejjeż ta' proġett.

Artikolu 6

Ġestjoni

Il-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għar-Rumanija għandu jkun immaniġġjat mill-Gvern Norveġiż jew minn entità maħtura minnu. L-Entità tal-Ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Punt Fokali li għandu jinħatar mill-Gvern tar-Rumanija. Il-Kummissjoni tista' tissorvelja l-proġetti. (1)

Dispożizzjonijiet ulterjuri għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jinħarġu mill-Gvern Norveġiż skond il-ħtieġa.

L-ispejjeż għall-ġestjoni tal-Programm Norveġiż ta' Kooperazzjoni għandhom ikunu koperti mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 2.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jkun irratifikat mir-Renju tan-Norveġja u mir-Rumanija skond il-proċeduri nazzjonali tagħhom. Għandu jidħol fis-seħħ tletin jum wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun iddepożitat l-istrument ta' ratifika tagħha mal-Ministeru Norveġiż għall-Affarijiet Barranin, iżda mhux qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea, jew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim biex l-aħħar imsemmi ftehim ikun applikat provviżorjament.

Magħmul fi Brussell, fi ... 2007,

Ghar-Renju tan-Norveġja

Għar-Rumanija

B.   Ittra mir-Renju tan-Norveġja

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li taqra kif ġej:

“Għandi l-unur nagħmel referenza għan-negozjati li seħħew bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (‘in-Norveġja’) fil-kuntest tar-Rumanija li ser issir parti kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE u t-twaqqif ta' Programm ta' Kooperazzjoni għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fir-Rumanija.

Ir-riżultati tan-negozjati huma kif ġej:

1.

Għandu jkun stabbilit Programm ta' Kooperazzjoni biex jippromwovi t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli fir-Rumanija permezz ta' proġetti bilaterali bejn in-Norveġja u r-Rumanija, skond ftehim bilaterali bejn iż-żewġ Stati. It-test tal-ftehim bilaterali huwa mehmuż bħala parti integrali ta' dan l-Iskambju ta' Ittri.

2.

Għall-iskop tal-Programm, in-Norveġja għandha tagħmel disponibbli ammont totali ta' 48 miljun EUR, għall-impenn f'pagament wieħed fl-2007. Dan l-ammont għandu jkun disponibbli mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea jew ta' ftehim biex dak il-Ftehim ikun applikat provviżorjament, sat-30 ta' April 2009.

3.

Dan l-Iskambju ta' Ittri:

(a)

għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ekonomika Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(b)

għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(iii)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.”

Għandu l-unur nikkonferma l-qbil tiegħi mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

Jekk jogħġbok, aċċetta, Sinjur, l-espressjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Utferdiget i Brussel,

Съставено в Брюксел на

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli dnia

Feito em Bruxelas,

Adoptat la Bruxelles,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image 88

For Kongeriget Norge

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

Image 89


(1)  Id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 6 l-ewwel paragrafu għandhom japplikaw ukoll bħala aġġustament għall-Artikolu 4(3) tal-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Komunità Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2004-2009 (ĠU L 130, 29.4.2004, p. 81).


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/58


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

u

L-IŻLANDA

WARA LI QIESU l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,

WARA LI QIESU l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea,

WARA LI QIESU l-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI QIESU r-reġim eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u r-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

IDDEĊIDEW li jiddeterminaw bi qbil komuni l-aġġustamenti għall-Ftehim b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim, l-Annessi u l-Protokolli, li jagħmlu parti integrali minnu, l-Att Finali u d-dikjarazzjonijiet mehmużin miegħu għandhom isiru bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena u dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova t-test Bulgaru u t-test Rumen.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Il-kwoti annwali mingħajr dazju msemmijin fl-Anness ma' dan il-Protokoll għandhom ikunu implimentati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007, sat-30 ta' April 2009. Il-livelli ta' kwota għandhom ikunu riveduti sa l-aħħar ta' dak il-perjodu waqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha. Il-livelli ta' kwota għall-2007 m'għandhomx effettivament jitnaqqsu minħabba li t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea ma seħħx fl-1 ta' Jannar 2007. Il-volumi tal-kwota ta' tariffa għall-2009 għandhom jitnaqqsu skond l-applikazzjoni tagħhom sat-30 ta' April 2009.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ddepożitati wkoll:

(i)

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(iii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Iżvilupp Sostenibbli fir-Rumanija; u

(iv)

Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu 4

Dan il-Protokoll huwa magħmul doppju, bil-lingwa Bulgaru, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, u Żvediża, u Iżlandiża b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юли две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého pátého července dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juulikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų liepos dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év július havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego lipca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci şi cinci iulie două mii şapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júla dvetisícsedem.

V Bruslju, dne petindvajsetega julija leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundrasju.

Gjört í Brussel hinn 25 júlí 2007.

Utferdiget i Brussel den tjuefemte juli totusenogsju.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Fyrir hönd Evrópubandalagsins

Image 90

Image 91

За Исландия

Por Islandia

Za Island

For Island

Für Island

Islandi nimel

Για την Ισλανδία

Pour l'Islande

Per l'Islanda

Islandes vārdā

Islandijos vardu

Izland részéről

Għall-Iżlanda

Voor IJsland

W imieniu Islandii

Pela Islândia

Pentru Islanda

Za Island

Za Islandijo

Islannin puolesta

För Island

Fyrir hönd Íslands

Image 92


ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

Il-Komunità għandha tiftaħ il-kwoti ġodda annwali ta' tariffa mingħajr dazju li ġejjin għal prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda:

Kodiċi NK

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum ta' kwota annwali

0306 19 30

Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus)

520 tunnellata metrika (1)

0304 19 35

Fetet ta' skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

750 tunnellata metrika


(1)  Kwota ta' tariffa addizzjonali mingħajr dazju. Fil-każ li din il-kwota partikolari ma tkunx ġiet eżawrita għal kollox sa l-aħħar ta' l-2007, il-volum li jkun baqa’ għandu jgħaddi għall-2008. Għal dan l-iskop dħul minn din il-kwota ta' tariffa partikolari applikabbli fl-2007 għandu jieqaf fit-tieni jum tax-xogħol fil-Kummissjoni wara l-1 ta' April 2008. Fil-jum tax-xogħol ta' wara, il-bilanċ mhux użat ta' din il-kwota ta' tariffa ta' l-2007 għandu jkun disponibbli taħt il-kwota ta' tariffa korrispondenti applikabbli fl-2008. Minn dik id-data ‘l hemm ebda dħul retroattiv u ebda ħlasijiet lura m'għandhom ikunu possibbli fuq il-kwota ta' tariffa partikolari applikabbli fl-2007.


25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 221/62


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-renju tan-Norveġja b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

u

R-RENJU RAN-NORVEĠJA

WARA LI QIESU l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja ffirmat fl-14 ta' Mejju 1973, ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u l-arranġamenti eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Komunità,

WARA LI QIESU l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

WARA LI QIESU l-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea,

WARA LI QIESU r-reġim eżistenti għal kummerċ fil-ħut u fi prodotti tas-sajd bejn in-Norveġja u r-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

IDDEĊIDEW li jiddeterminaw bi qbil komuni l-aġġustamenti għall-Ftehim b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea,

U LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL,

Artikolu 1

It-test tal-Ftehim, l-Annessi u l-Protokolli, li jagħmlu parti integrali minnu, l-Att Finali u d-dikjarazzjonijiet mehmużin miegħu għandhom isiru bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena u dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova t-test Bulgaru u t-test Rumen.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

Il-kwoti ta' tariffa msemmijin fl-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu implimentati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007, sat-30 ta' April 2009. Il-livelli ta' kwota għandhom ikunu riveduti sa l-aħħar ta' dak il-perjodu waqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha. Il-livelli ta' kwota għall-2007 m'għandhomx effettivament jitnaqqsu minħabba li t-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea ma seħħx fl-1 ta' Jannar 2007. Il-volumi tal-kwota ta' tariffa għall-2009 għandhom jitnaqqsu skond l-applikazzjoni tagħhom sat-30 ta' April 2009.

Ir-regoli ta' oriġini applikabbli għall-kwoti ta' tariffa għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Komunità għandha tiftaħ il-kwoti ġodda addizzjonali annwali ta' tariffa mingħajr dazju li ġejjin:

Kavalli ta' l-ispeċje Scomber scombrus (pizzintun) jew Scomber japonicus, iffriżati

(Kodiċi NK 0303 74 30 ): 9 300 tunnellata metrika

Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

(Kodiċi NK 0303 51 00 ): 1 800 tunnellata metrika

Fetet u faldi ta' aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), iffriżati

(Kodiċijiet NK 0304 29 75 u 0304 99 23 ): 600 tunnellata metrika

Ħut ieħor, iffriżat (Kodiċi NK 0303 79 98 ): 2 200 tunnellata metrika

Salmonidi oħra, iffriżati (Kodiċi NK 0303 29 00 ) 2 000 tunnellata metrika

Gambli u gambli kbar, imqaxxrin u ffriżati

(Kodiċijiet NK ex 1605 20 10 , ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99 ): 2 000 tunnellata metrika

Artikolu 4

Il-Komunità għandha tneħħi l-kondizzjoni “għal manifattura industrijali”, u b'hekk il-ħtieġa ta' l-utent aħħari, fuq il-kwoti ta' tariffa li kienu nfetħu fl-2004 għal kavalli ffriżati (ordni Nri 09.0760, 09.0763 u 09.0778), aringi ffriżati (ordni Nru 09.0752) u faldi ffriżati ta' aringi (ordni Nru 09.0756). Bl-istess mod, il-ħtieġa għal konsum mill-bniedem tal-prodotti taħt l-istess kwoti ta' tariffa għandha titneħħa.

Il-kwota ta' tariffa mingħajr dazju eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati bl-ordni Nru 09.0758 għandha tkun disponibbli għall-kodiċijiet NK ex 1605 20 10 , ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99 .

Għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, sal-31 ta' Diċembru 2008, il-Komunità għandha tgħaqqad flimkien iż-żewġ kwoti ta' tariffa mingħajr dazju eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati (ordnijiet Nru 09.0745 u Nru 09.0758) u l-kwota ta' tariffa ġdida addizzjonali mingħajr dazju ta' 2 000 tunnellata metrika li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 3, u għandha tagħmel il-kwota ta' tariffa magħquda disponibbli għall-Kodiċijiet NK ex 1605 20 10 , ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99 .

Mill-1 ta' Jannar 2009, iż-żewġ kwoti ta' tariffa eżistenti għal gambli u gambli kbar imqaxxrin u ffriżati ma' l-ordni Nru 09.0758 (2 500 tunnellata metrika) u ma' l-ordni Nru 09.0745 (5 500 tunnellata metrika) u l-kwota ta' tariffa ġdida addizzjonali mingħajr dazju ta' 2 000 tunnellata għandhom japplikaw bħala tliet kwoti ta' tariffa separati u jkunu disponibbli għall-kodiċijiet NK ex 1605 20 10 , ex 1605 20 91 u ex 1605 20 99 .

Mill-15 ta' Ġunju 2008, il-Komunità għandha tgħaqqad flimkien is-sub-perjodi relattivi għat-tliet kwoti ta' tariffa eżistenti għall-kavalli (ordnijiet Nri 09.0760, 09.0763 u 09.0778) f'perjodu wieħed mill-15 ta' Ġunju sa l-14 ta' Frar.

Artikolu 5

Rappreżentanti mill-Komunità Ewropea u min-Norveġja għandhom jiltaqgħu qabel l-aħħar ta' l-2007 biex jesploraw il-possibbiltà li r-regoli ta' oriġini stabbiliti bil-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ikunu applikati wkoll għal prodotti koperti mill-iskambju ta' ittri dwar il-kummerċ fil-ħut tas-16 ta' April 1973.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll għandu jkun irratifikat jew approvat mill-Komunità Ewropea u min-Norveġja skond il-proċeduri tagħhom stess. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom ikunu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara d-depożitu ta' l-aħħar strument ta' ratifika jew approvazzjoni, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni tal-ftehim relatati li ġejjin ikunu ġew iddepożitati wkoll:

(i)

Il-Ftehim dwar il-Parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

(ii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fil-Bulgarija;

(iii)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Programm ta' Kooperazzjoni għal Tkabbir Ekonomiku u Żvilupp Sostenibbli fir-Rumanija, u

(iv)

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda b'riżultat ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Dan il-Protokoll huwa magħmul doppju, bil-lingwa Bulgaru, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Norveġiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и пети юли две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veinticinco de julio de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého pátého července dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den femogtyvende juli to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten Juli zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta juulikuu kahekümne viiendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Ιουλίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-fifth day of July in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-cinq juillet deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì venticinque luglio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit piektajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų liepos dvidešimt penktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év július havának huszonötödik napján.

Magħmul fi Brussell, fil-ħamsa u għoxrin jum ta' Lulju tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste juli tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego piątego lipca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Julho de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, douăzeci şi cinci iulie două mii şapte.

V Bruseli dňa dvadsiateho piateho júla dvetisícsedem.

V Bruslju, dne petindvajsetega julija leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugofemte juli tjugohundrasju.

Gjört í Brussel hinn 25 júlí 2007.

Utferdiget i Brussel den tjuefemte juli totusenogsju.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

For Det europeiske Fellesskap

Image 93

Image 94

За Кралство Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Ghar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Norge

For Kongeriget Norge

Image 95


Informazzjoni fir-rigward ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u f'erba' Ftehim relatati

It-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja ta' Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fiż-Żona Ekonomika Ewropea u ta' l-erba' Ftehim relatati, iffirmati fi Brussell fil-25 ta' Lulju 2007, waqt li seħħew fil-25 ta' Lulju 2007, dawn il-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Awwissu

Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' kwoti ta' tariffi ġodda u kwoti ta' tariffi modifikati applikabbli għall-importazzjoni lejn il-Komunità ta' ċertu ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw mill-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Settembru 2007.