ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/567/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/568/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/569/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/570/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ farms approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3902) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 974/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
28,3 |
TR |
69,6 |
|
XK |
48,8 |
|
XS |
42,4 |
|
ZZ |
47,3 |
|
0707 00 05 |
TR |
124,4 |
ZZ |
124,4 |
|
0709 90 70 |
TR |
85,9 |
ZZ |
85,9 |
|
0805 50 10 |
AR |
65,8 |
UY |
58,9 |
|
ZA |
57,6 |
|
ZZ |
60,8 |
|
0806 10 10 |
EG |
236,6 |
TR |
104,1 |
|
US |
164,8 |
|
ZZ |
168,5 |
|
0808 10 80 |
AR |
47,4 |
BR |
77,5 |
|
CL |
78,0 |
|
CN |
77,4 |
|
NZ |
88,9 |
|
US |
97,0 |
|
ZA |
88,0 |
|
ZZ |
79,2 |
|
0808 20 50 |
AR |
52,9 |
CN |
21,3 |
|
NZ |
109,7 |
|
TR |
130,0 |
|
ZA |
104,1 |
|
ZZ |
83,6 |
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
143,0 |
US |
172,7 |
|
ZA |
80,5 |
|
ZZ |
132,1 |
|
0809 40 05 |
IL |
153,7 |
ZZ |
153,7 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 975/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jistipula l-livell kwantitattiv għall-esportazzjonijiet ta’ l-iżoglukożju barra mill-kwota għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu tat-30 ta’ Settembru 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 l-iżoglukożju li jiġi prodott aktar mill-kwota msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skond il-livell kwantitattiv li ser jiġi stipulat. |
(2) |
Għal xi produtturi Komunitarji ta’ l-iżoglukożju l-esportazzjonijiet mill-Komunità jirrapreżentaw parti importanti ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom u barra minn hekk stabbilixxew swieq tradizzjonali barra mill-Komunità. L-esportazzjonijiet ta’ l-iżoglukożju lejn dawn is-swieq tista’ tkun vijabbli ekonomikament anke mingħajr l-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. Minħabba f’hekk, jeħtieġ li jiġi stipulat livell kwantitattiv għall-esportazzjonijiet ta’ l-iżoglukożju barra mill-kwota, sabiex il-produtturi Komunitarji kkonċernati jistgħu jkomplu jfornu lis-swieq tradizzjonali tagħhom. |
(3) |
Għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Settembru 2007 huwa stmat li livell kwantitattiv stipulat għal 20 000 tunnellata, materjal xott, għall-esportazzjonijiet ta’ iżoglukożju barra mill-kwota għandu jikkorrispondi mad-domanda tas-suq. |
(4) |
It-tneħħija preventiva ta’ ċerti kwantitajiet ta’ zokkor, iżolglukożju u ġulepp ta’ l-inulina ġiet provduta għas-sena tas-suq 2006/2007 bl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006 tas-27 ta’ Marzu 2006 li jistipula miżuri tranżitorji fil-qafas tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (2). L-impriżi kkonċernati jistgħu jitolbu li l-kwantitajiet tal-produzzjoni tagħhom effettwati b’dik il-miżura jiġu kkunsidrati kollha kemm huma, jew parzjalment, bħala prodotti ‘l fuq mill-kwoti rispettivi tagħhom, u b’hekk jagħtu lil dawn l-impriżi l-possibbiltajiet ipprovduti mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar produzzjoni barra mill-kwota. Dawn it-talbiet riedu jintbagħtu qabel il-31 ta’ Jannar 2007. Sabiex l-impriżi kkonċernati jkunu jistgħu jibagħtu dawn it-talbiet dwar l-iżoglukożju għall-esportazzjoni fil-livell kwantitattiv ta’ l-esportazzjonijiet ta’ iżoglukożju barra mill-kwota, għandha tingħata data ta’ skadenza oħra għas-sottomissjoni ta’ dawn it-talbiet. |
(5) |
Sabiex tiġi żgurata tmexxija tajba, li ma tippermettix spekulazzjoni u li toffri kontrolli effettivi, għandhom jiġu stipulati regoli ddettaljati għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji. |
(6) |
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ frodi u biex jiġi mħares kull abbuż assoċjat ma’ l-eventwalità ta’ importazzjoni jew introduzzjoni mill-ġdid fil-Komunità tal-ġuleppi ta’ l-iżoglukożju kkonċernati, xi pajjiżi mill-Balkani tal-Punent għandhom jkunu esklużi mid-destinazzjonijiet eliġibbli għall-esportazzjonijiet ta’ iżoglukożju ‘l barra mill-kwota. Madankollu, dawk il-pajjiżi tar-reġjun li l-awtoritajiet tagħhom għandhom joħorġu ċertifikat ta’ esportazzjoni biex jikkonfermaw l-oriġini tal-prodotti taz-zokkor jew iżoglukożju li ser jiġu esportati lejn il-Komunità għandhom jiġu eżentati minn din l-esklużjoni għax hemm anqas riskju ta’ frodi. |
(7) |
Biex tkun assigurata koerenza mad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-esportazzjonijiet fis-settur taz-zokkor kif stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 fuq stedina permanenti għall-offerti biex jiġu determinati r-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad għas-sena tas-suq 2006/2007 (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 38/2007 tas-17 ta’ Jannar 2007 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti għal bejgħ mill-ġdid ta’ zokkor għall-esportazzjoni miżmum mill-aġenziji intermedjarji tal-Belġjum, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (4) l-esportazzjonijiet ta’ iżoglukożju ‘l barra mill-kwota għal xi destinazzjonijiet fil-qrib ma għandhomx jitħallew lanqas. |
(8) |
Sabiex ma jkunx hemm riskju ta’ importazzjoni mill-ġdid u, b’mod aktar speċifiku, sabiex jiġi żgurat li r-regoli speċifiċi għar-ritorn tal-merkanzija msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Dognali tal-Komunità (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabblixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (6) qed jiġu rispettati, l-Istati Membri għandhom jintalbu jieħdu l-miżuri ta’ kontroll kollha neċessarji. |
(9) |
Minbarra d-dispożizzjonijet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (7) għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet addizzjonali ta’ implimentazzjoni għall-amministrazzjoni tal-limitu kwantitattiv li għandu jiġi stabbilit b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-istipulazzjoni tal-livell kwantitattivi għall-esportazzjonijiet ta’ iżoglukożju ’l barra mill-kwota
1. Għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Settembru 2007, il-livell kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 12(d) tar-Regolament (KE) 318/2006 se jkun 20 000 tunnellata, f’materjal xott, għal esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ iżoglukożju ‘l barra mill-kwota li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10, 1702 60 10 and 1702 90 30.
2. Esportazzjonijiet taħt dan il-livell kwantitattiv għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, ħlief għal dawn:
(a) |
pajjiżi terzi: l-Andorra, is-Santa Sede (L-Istat tal-Vatikan), Liechtenstein, San Marino, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. |
(b) |
territorji ta’ Stati Membri ta’ L-UE li ma jagħmlux parti mit-territorji doganali tal-Komunità: il-Ġibiltà, il-Ceuta, Melilla, id-distretti ta’ Livigno u Campione fl-Italja, il-Ħeligoland, il-Groenlandja, il-Gżejjer Faeroe, iż-żoni f’Ċipru li fihom il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv. |
3. L-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 huma permessi biss meta:
(a) |
jinkisbu bl-iżomerizzazzjoni ta’ glukożju; |
(b) |
ikollhom kontenut ta’ fruttożju skond il-piż fl-istat niexef ta’ mhux anqas minn 41 %; |
(ċ) |
għandhom kontenut totali skond il-piż fl-istat niexef ta’ polisakkaridi u oligosakkaridi, inklużi di- u trisakkaridi, ta’ mhux aktar minn 8,5 %. |
Il-kontenut ta’ materjal niexef ta’ iżoglukożju għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tad-densità tas-soluzzjoni mħallta fi proporzjoni skond il-piż ta’ wieħed b’wieħed jew, fil-każ ta’ prodotti b’konsistenza għolja ħafna, bit-tnixxif.
4. Bħala deroga mid-data ta’ l-iskadenza ffissata fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 493/2006, l-impriżi li jipproduċu aktar glukożju mil-limitu msemmi f’dak il-paragrafu, jistgħu jibagħtu talba qabel it-30 ta’ Settembru 2007, sabiex dik il-parti tal-produzzjoni ta’ iżoglukożju li taqbeż il-limitu msemmi hawn fuq tiġi kkunsidrata, kollha kemm hi jew parzjalment, bħala li taqbeż il-kwota.
Artikolu 2
Liċenzji ta’ l-esportazzjoni
1. L-esportazzjonijiet fi ħdan il-livelli kwantitattivi ffissati bl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-esportazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (8), ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 u l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 (9) sakemm mhux ipprovdut mod ieħor b’dan ir-Regolament.
2. Bħala deroga mill-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet mogħtija bil-liċenzji ta’ l-esportazzjoni m’għandhomx ikunu trasferibbli.
Artikolu 3
Applikazzjoni għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni rigward il-livelli kwantitattivi ffissati bl-Artikollu 1(1) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintbagħtu biss mill-produtturi ta’ l-iżoglukożju approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u li ngħataw kwota ta’ l-iżoglukożju għas-sena tas-suq 2006/2007 skond l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri li fihom l-applikant ikun ingħata kwota għall-iżoglukożju.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jintbagħtu kull ġimgħa, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament u sakemm il-ħruġ tal-liċenzji jingħata skont skond l-Artikolu 8.
4. L-applikanti jistgħu jibagħtu applikazzjoni waħda biss għal kull perjodu ta’ sebat ijiem.
5. Il-kwantità li saret applikazzjoni għaliha rigward kull liċenzja ta’ l-esportazzjoni ma għandhiex taqbeż il-5 000 tunnellata.
6. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn prova li l-garanzija msemmija fl-Artikolu 4 kienet ippreżentata.
7. Kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-liċenzja għandu jkun fihom din id-diċitura:
“iżoglukożju barra mill-kwota għal esportazzjoni bla rifużjoni”.
Artikolu 4
Garanzija għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni
1. B’deroga mir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, l-applikant għandu jippreżenta garanzija ta’ 11 EUR għal kull 100 kilogramma netta ta’ iżoglukożju f’materjal xott.
2. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi ppreżentata kif jixtieq l-applikant, jew fi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija mogħtija minn intrapriża skond il-kriterji stipulati mill-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun rilaxxata skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000:
a) |
għall-kwantità li għaliha l-applikant ikun wettaq l-obbligu, skond kif miftiehem bl-Artikoli 31(b) u 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, ta’ l-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja mogħtija skond l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament; kif ukoll |
b) |
li għaliha l-applikant ikun ressaq prova għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ingħatat l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni li l-formalitajiet doganali għall-importazzjoni fid-destinazzjoni ta’ l-esportazzjoni ikunu ġew konklużi skond kif miftiehem bl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (10), għall-kwantità ta’ iżoglukożju kkonċernata. |
Artikolu 5
Komunikazzjoni ta’ l-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, bil-kwantitajiet ta’ iżoglukożju, li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni matul il-ġimgħa ta’ qabel.
Il-kwantitajiet li għalihom saret l-applikazzjoni jridu jinqasmu f’kodiċi tan-NM bi tmien numri. L-Istati Membri għandhom ukoll jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ma jkun hemm ebda applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni ppreżentata.
2. Il-Kummissjoni għandha żżomm rekords għal kull ġimgħa tal-kwantitajiet li għalihom kienu ppreżentati applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni.
Artikolu 6
Ħruġ u validità ta’ liċenzji
1. Il-liċenzji għandhom jinħarġu fit-tielet jum ta’ xogħol wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 5(1), skond il-każ, waqt li jitqies il-persentaġġ ta’ aċċettazzjoni ffissat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 8.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, fl-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, bil-kwantitajiet ta’ iżoglukożju, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta’ l-esportazzjoni matul il-ġimgħa ta’ qabel.
3. Liċenzji ta’ l-esportazzjoni mogħtija għal-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu validi sat-30 ta’ Settembru 2007.
4. Kull Stat Membru jrid iżomm reġistru bil-kwantitatjiet ta’ iżoglukożju verament esportati skond il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1).
5. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel it-tmiem ta’ kull xahar, bil-kwantitajiet ta’ iżoglukożju verament esportati matul ix-xahar ta’ qabel.
Artikolu 7
Metodi ta’ komunikazzjoni
Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 5(1), 6(2) u (5) għandhom jintbagħtu elettronikament skond il-formoli disponibbli mill-Kummissjoni għall-Istati Membri.
Artikolu 8
Persentaġġ ta’ aċċettazzjoni għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-esportazzjoni u għaż-żamma tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji
Meta l-kwantitajiet applikati għal liċenzji ta’ l-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv stipulat bl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu kkonċernat, id-dispożizzjonijiet stipulati bl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 9
Kontrolli
L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura neċessarja biex jistabbilixxu kontrolli xierqa biex jiżguraw li r-regoli speċifiċi għal-merkanzija li tiġi rritornata kif stabbiliti fil-Kapitolu 2 tat-Ttilu VI tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u fit-Titlu 1 tal-Parti III tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 qed jiġu rispettati u biex jiġi evitat li ftehim preferenzjali ma’ pajjiżi terzi ma jiġux skartati.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 793/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 22).
(3) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).
(4) ĠU L 11, 18.1.2007, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 203/2007.
(5) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(7) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).
(8) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
(9) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22.
(10) ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 976/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jistipula għas-sena tas-suq 2007/2008, l-ammonti ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni ta’ ċerti varjetajiet ta’ żbib u ta’ l-għajnuna biex jitħawlu mill-ġdid il-vinji milquta mill-filossera
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1) u b’mod partikolari l-artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi l-kriterji għad-determinazzjoni ta’ l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb maħsub għall-produzzjoni taż-żbib tal-varjetajiet sultana, Muscatel u passolina. |
(2) |
It-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jipprovdi għall-possibbiltà ta’ varjazzjoni fl-għajnuna, skond il-varjetà ta’ l-għeneb. Jistipula wkoll li dan l-ammont jista’ jvarja minħabba fatturi oħra li jistgħu jolqtu l-produzzjoni. Fil-każ tas-sultana, hemm lok għalhekk li tiġi stipulata varjazzjoni supplimentari għaż-żoni milquta mill-filossera u żoni oħrajn. |
(3) |
Għas-sena tas-suq 2006/2007, il-verifika taż-żoni allokati għat-tkabbir ta’ l-għeneb, regolati bl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, ma turix li nqabeż il-limitu taż-żoni massimi garantiti bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 tat-22 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-għajnuna tat-tkabbir ta’ l-għeneb biex jipproduċi ċerti varjetajiet ta’ għeneb imqadded (2). |
(4) |
Hemm lok li tiġi determinata l-għajnuna għat-tkabbir ta’ l-għeneb imsemmi, għas-sena tas-suq 2007/2008. |
(5) |
Hemm ukoll lok li tiġi determinata l-għajnuna li għandha tiġi konċessa lill-produtturi li jiżirgħu mill-ġdid il-vinji tagħhom biex jikkumbattu l-filossera, fil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tkabbir regolata bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġiet iffissata għal:
(a) |
2 603 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana, milquta mill-filossera jew imħawla mill-ġdid anqas minn ħames snin ilu; |
(b) |
3 569 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà sultana; |
(ċ) |
3 391 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bil-passolina; |
(d) |
969 EUR għal kull ettaru ta’ żona kultivata bl-għeneb tal-varjetà Muscatel. |
2. Għas-sena tas-suq 2007/2008, l-għajnuna għat-tħawwil mill-ġdid stabbilita bl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ġie iffissata għal 3 917 EUR għal kull ettaru.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-att relattiv għall-kundizzjonijiet ta’ l-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija u għall-adozzjoni tat-trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005 p. 203).
(2) ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1880/2001 (ĠU L 258, 27.9.2001, p. 14).
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 977/2007
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1555/96 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali għal-lanġas, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda tuffieħ
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 33(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/96 tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni għal dazji addizzjonali ta’ importazzjoni fuq frott u ħxejjex (2) jipprevedi sorveljanza ta’ l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness tiegħu. Din is-sorveljanza għandha titwettaq skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja (4) konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta’ l-Uruguay Round, u abbażi ta’ l-aħħar dejta disponibbli għall-2004, 2005 u 2006, jeħtieġ li jiġu emendati l-limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali għat-tadam, il-berquq, il-lumi, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda. Tuffieħ. |
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1555/96 għandu jiġi emendat. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1555/96 huwa sostitwit bit-test ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 193, 3.8.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 589/2007 (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 17).
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS
Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija meqjusa biss bħala indikattiva. L-ambitu ta’ l-applikazzjoni tad-dazji addizzjonali hija stabbilita fil-qafas ta’ dan l-Anness, abbażi tal-kodiċijiet NM fis-seħħ fil-mument ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Perjodu ta’ applikazzjoni |
Limiti li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali (f’tunnellati) |
||
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
|
325 524 |
||
78.0020 |
|
25 110 |
||||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
|
3 462 |
||
78.0075 |
|
7 332 |
||||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
|
5 770 |
||
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini (qara’ bagħli żgħir) |
|
37 250 |
||
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
|
271 744 |
||
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementina |
|
116 637 |
||
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi simili taċ-ċitru |
|
91 359 |
||
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
|
326 811 |
||
78.0160 |
|
61 504 |
||||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
|
70 731 |
||
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
|
882 977 |
||
78.0180 |
|
78 670 |
||||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
|
239 427 |
||
78.0235 |
|
35 716 |
||||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
|
14 163 |
||
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr għaċ-ċirasa qarsa |
|
114 530 |
||
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk |
|
11 980 |
||
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
|
5 806 ” |
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 978/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2273/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward l-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ ċerti annimali bovini fi swieq rappreżentattivi tal-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi,
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2273/2002 (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward ir-reġistrazzjoni tal-prezzijiet tas-swieq rappreżentattivi ta’ l-Istati Membri għal diversi kategoriji ta’ l-annimali bovini. Ir-regoli dettaljati dwar l-informazzjoni li għandha tingħata għall-istħarriġ tal-prezzijiet ta’ kull wieħed minn dawn il-kategoriji huma pprovduti fl-Annessi ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Fuq talba ta’ Franza, Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandu jiġi parzjalment rivedut fid-dawl ta’ kif żviluppa t-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali bovini f’dak l-Istat Membru, biex b’hekk jiġi żgurat li l-istħarriġ tal-prezzijiet jibqa’ jkun ibbażat fuq is-swieq rappreżentattivi. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Punt 1 tal-Parti D ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2273/2002 huwa emendat kif ġej:
“1. Is-swieq rappreżentattivi
Rethel, Dijon, Rabastens, Lezay, Bourg-en-Bresse, Agen, Le Cateau, Sancoins, Château-Gonthier, Saint-Étienne”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 347, 20.12.2002, p. 15. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 446/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 30).
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 979/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni ta’ laħam tal-majjal li joriġina fil-Kanada
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati ta’ l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/444/KE (3), jipprovdi għall-inkorporazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni allokata għal pajjiż (il-Kanada) ta’ 4 624 tunnellata laħam tal-majjal. |
(2) |
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim hija l-1 ta’ Awwissu 2007; id-data tal-ftuħ tal-kwota tar-rata tariffarja għall-ewwel sena tal-kwota u l-kwantità rispettiva għandha tkun speċifikata. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistipula regoli komuni ddettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji ta’ importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmexxija minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
(4) |
Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, l-kwantitajiet ta’ prodotti koperti bil-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandhom jitferrxu fuq erba’ subperjodi fil-perjodu mill-l ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju. Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għandha tinfirex fuq tliet subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni. |
(5) |
L-amministrazzjoni tal-kwota tariffarja għandha tkun ibbażata fuq il-liċenzji ta’ importazzjoni. Għal dak il-għan, għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati dwar kif jintbagħtu l-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni u l-informazzjoni li għandha tidher f’dawn l-applikazzjonijiet u l-liċenzji ta’ importazzjoni. |
(6) |
Fl-interess ta’ l-operaturi għandha ssir dispożizzjoni li l-Kummissjoni tiddetermina l-kwantitajiet li ma japplikawx għalihom u li jiżdiedu mas-subperjodu ta’ wara. |
(7) |
Ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodotti importati skond il-kwota miftuħa b’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini li jinħareġ mill-awtoritajiet Kanadiżi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6). |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-laħam tal-majjal, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kwota tariffarja ta’ importazzjoni għal laħam tal-majjal kif stipulata fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, approvata mid-Deċiżjoni 2007/444/KE, qiegħda tinfetaħ.
Il-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandha tinfetaħ kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju.
In-numru ta’ l-ordni tal-kwota għandu jkun 09.4204.
2. Il-kwantità totali annwali ta’ prodotti li jibbenifikaw mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1 u r-rata ta’ dazju huma stipulati hawn fl-Anness I.
3. Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għall-importazzjoni għandha tinfetaħ għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008.
Il-kwantità annwali totali kif stabbilit fl-Anness I għandha tkun disponibbli għal dan il-perjodu.
Artikolu 2
Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. Il-kwantità annwali fil-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ importazzjoni għandu jinqasam f’erba’ subperjodi kif ġej:
(a) |
25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru; |
(b) |
25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru; |
(c) |
25 % fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu; |
(d) |
25 % fil-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju. |
2. Għas-sena tal-kwota 2007/2008, il-kwota tariffarja għall-importazzjoni għandha tinqasam kif ġej fi tliet subperjodi:
(a) |
50 % għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007; |
(b) |
25 % għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008; |
(c) |
25 % għall-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008. |
Artikolu 4
1. Għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, meta titressaq l-ewwel applikazzjoni għal subperjodu speċifiku ta’ kwota tariffarja, l-applikanti jridu juru li matul kull perjodu msemmi f’dak l-Artikolu huma importaw jew esportaw mill-anqas 50 tunnellata prodotti li huma elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75.
2. L-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandu jkollhom in-numru ta’ l-ordni, u jistgħu jirreferu għal diversi prodotti koperti b’kodiċi tan-NM differenti u li joriġinaw fil-Kanada. F’dawk il-każi, il-kodiċi tan-NM kollha għandhom jkunu indikati fil-kaxxa 16 u d-deskrizzjonijiet tagħhom fil-kaxxa 15.
L-applikazzjoni għal liċenzja ta’ importazzjoni għandha tkopri talanqas 20 tunnellata tal-piż ta’ prodott u ma tistax tkopri aktar minn 20 % tal-kwantità disponibbli għal kull subperjodu ta’ kwota tariffarja ta’ importazzjoni.
3. Il-liċenzji ta’ importazzjoni jobbligaw importazzjoni mill-pajjiż speċifiku.
4. L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni stess għandu jkun fihom:
(a) |
f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini u t-tweġiba “iva” mmarkata b’salib; |
(b) |
f’kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla f’Parti A ta’ l-Anness II. |
5. Fil-kaxxa 24 il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.
Artikolu 5
1. Applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ importazzjoni għandhom jitressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ qabel kull subperjodu.
2. Garanzija ta’ EUR 20 għal kull 100 kilogramma ta’ piż ta’ prodott għandha tkun depożitata flimkien ma’ l-applikazzjoni għal liċenzja.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f’kilogrammi.
4. Il-liċenzji ta’ importazzjoni jinħarġu mis-seba’ jum ta’ xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu ta’ notifika previst mill-paragrafu 3.
5. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.
Artikolu 6
1. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel it-tmiem ta’ l-ewwel xahar ta’ kull subperjodu, il-kwantitajiet totali espressi f’kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f’kilogrammi.
3. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma’ l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb’oħra qabel tmiem ir-raba’ xahar wara kull perjodu annwali.
Artikolu 7
1. B’deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 liċenzji ta’ importazzjoni huma validi għal 150 ġurnata mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.
2. B’deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu minn liċenzji ta’ importazzjoni jistgħu jkunu trasferiti biss lil dawk li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Ir-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodotti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 1 jesiġi l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Kanadiżi skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 55.
(3) ĠU L 169, 29.6.2007, p. 53.
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1 Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(5) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 16.3.2007, p. 17).
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
ANNESS I
Prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2):
Nru ta’ l-ordni |
Kodiċijiet tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Rata ta’ dazju applikabbli |
Kwantità totali tal-piż tal-prodott f’tunnellati |
09.4204 |
0203 12 11 |
Qatgħat ta’ suini, friski, imkessħa jew iffriżati, bla u bl-għadma, eskluż il-flett ippreżentat għalih |
389 EUR/t |
4 624 |
0203 12 19 |
300 EUR/t |
|||
0203 19 11 |
300 EUR/t |
|||
0203 19 13 |
434 EUR/t |
|||
0203 19 15 |
233 EUR/t |
|||
ex 0203 19 55 |
434 EUR/t |
|||
0203 19 59 |
434 EUR/t |
|||
0203 22 11 |
389 EUR/t |
|||
0203 22 19 |
300 EUR/t |
|||
0203 29 11 |
300 EUR/t |
|||
0203 29 13 |
434 EUR/t |
|||
0203 29 15 |
233 EUR/t |
|||
ex 0203 29 55 |
434 EUR/t |
|||
0203 29 59 |
434 EUR/t |
ANNESS II
PARTI A
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4b):
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Регламент (ЕО) № 979/2007 |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Reglamento (CE) no 979/2007 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
Nařízení (ES) č. 979/2007 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
Forordning (EF) nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Verordnung (EG) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Määrus (EÜ) nr 979/2007 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 979/2007 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
Regulation (EC) No 979/2007 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Règlement (CE) no 979/2007 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Regolamento (CE) n. 979/2007 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
Regula (EK) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
Reglamentas (EB) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
A 979/2007/EK rendelet |
— |
: |
bil-Malti |
: |
Regolament (KE) Nru 979/2007 |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Verordening (EG) nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Rozporządzenie (WE) nr 979/2007 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Regulamento (CE) n.o 979/2007 |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
Regulamentul (CE) nr. 979/2007 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
Nariadenie (ES) č. 979/2007 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
Uredba (ES) št. 979/2007 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Asetus (EY) N:o 979/2007 |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Förordning (EG) nr 979/2007 |
PARTI B
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(5):
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
Мита по ОМТ, намалени съгласно Регламент (ЕО) № 979/2007 |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
Reducción de los derechos del AAC en virtud del Reglamento (CE) no 979/2007 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
SCS cla snížená podle nařízení (ES) č. 979/2007 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
FTT-toldsats nedsat i henhold til forordning (EF) nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Ġermaniż |
: |
Ermäßigung des Zollsatzes nach dem GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
Ühise tollitariifistiku tollimakse vähendatakse vastavalt määrusele (EÜ) nr 979/2007 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
Μειωμένος δασμός του κοινού δασμολογίου, όπως προβλέπει ο κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 979/2007 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
CCT duties reduced as provided for in Regulation (EC) No 979/2007 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
Droits du TDC réduits conformément au règlement (CE) no 979/2007 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
Dazi TDC ridotti secondo quanto previsto dal regolamento (CE) n. 979/2007 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
KMT nodoklis samazināts, kā noteikts Regulā (EK) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
BMT muitai sumažinti, kaip numatyta Reglamente (EB) Nr. 979/2007 |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
A közös vámtarifában meghatározott vámtételek csökkentése a 979/2007/EK rendeletnek megfelelően |
— |
: |
bil-Malti |
: |
Dazji TDK imnaqqsa kif previst fir-Regolament (KE) Nru 979/2007 |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
Invoer met verlaagd GDT-douanerecht overeenkomstig Verordening (EG) nr. 979/2007 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
Cła pobierane na podstawie WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 979/2007 |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
Direitos PAC reduzidos em conformidade com o Regulamento (CE) n.o 979/2007 |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
Drepturile TVC se reduc conform prevederilor Regulamentului (CE) nr. 979/2007 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
clo SCS znížené podľa ustanovení nariadenia (ES) č. 979/2007 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
carine SCT, znižane, kakor določa Uredba (ES) št. 979/2007 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
Yhteisen tullitariffin mukaiset tullit alennettu asetuksen (EY) N:o 979/2007 mukaisesti |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
Tullar enligt Gemensamma tulltaxan skall nedsättas i enlighet med förordning (EG) nr 979/2007. |
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 980/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jipprovdi miżuri speċjali għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tad-WTO għall-butir ta’ New Zealand minn Settembru 2007 sa Diċembru 2007, jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u jidderoga minn dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (2) kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2020/2006 (3) li jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwota tariffarja tal-WTO għall-butir ta’ New Zealand fuq il-bażi tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni allokati darbtejn fis-sena wara l-perjodi ta’ applikazzjoni tal-liċenzji kif provdut fl-Artikolu 34a. |
(2) |
Meta l-liċenzji ta’ importazzjoni ġew allokati għat-tieni nofs ta’ l-2007 għal butir li joriġina fi-New Zealand bin-numru ta’ kwota 09.4182 imsemmi fl-Anness III.A tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji koprew kwantitajiet inqas minn dawk disponibbli għall-prodotti kkonċernati. B’riżultat ta’ dan, kwantità ta’ 9 958,6 tunnellata ma ġietx allokata. |
(3) |
Billi l-kwota dejjem ġiet użata għal kollox qabel ma ġew introdotti r-regoli ta’ ġestjoni ġodda fl-1 ta’ Jannar 2007, in-nuqqas fl-użu jista’ jkun ir-riżultat ta’ importaturi li għadhom ma adattawx għad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ġodda. |
(4) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġi provdut perjodu ta’ allokazzjoni addizzjonali għall-kwantità li jifdal, u li s-sigurtà titnaqqas sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għan-negozjanti. |
(5) |
Barra n-notifiki previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1302/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli suġġetti għal sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (traduzzjoni mhux uffiċjali) (4), il-komunikazzjonijiet meħtieġa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiġu speċifikati, b’mod partikolari għall-għan ta’ monitoraġġ tas-suq fil-każ tal-butir ta’ New Zealand. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, l-Artikoli 34 sa 42 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ 9 958,6 tunnellata ta’ butir għas-sena 2007 bin-numru tal-kwota 09.4182 msemmi fl-Anness III.A għal dak ir-Regolament.
2. B’deroga mill-Artikolu 34a(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jiġu ppreżentati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ Settembru 2007.
3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-kwantità msemmija fl-Artikolu 34a(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2353/2001 għandha tkun 9 958,6 tunnellata.
4. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Diċembru 2007.
5. B’deroga mill-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, is-sigurtà msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (5) għandha tkun EUR 10 għal kull 100 kilogramma netta tal-prodott.
6. B’deroga mit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 35b tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-kaxxa 20 tal-liċenzji għandha turi waħda min-notamenti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fl-Artikolu 35a(2) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
“Qabel il-15 tax-xahar ta’ applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ukoll lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi ta’ l-applikanti, mqassmin permezz tan-numru tal-kwota. Din in-notifika għandha ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi billi tintuża l-formola li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri.”
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 731/2007 (ĠU L 166, 28.6.2007, p. 12).
(3) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54.
(4) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(5) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.
ANNESS
In-notamenti msemmija fl-Artikolu 1(6):
— |
: |
bil-Bulgaru |
: |
разпределение на квота № 09.4182 — за периода от септември 2007 г. до декември 2007 г. |
— |
: |
bl-Ispanjol |
: |
asignación del contingente no 09.4182 — para el período comprendido entre septiembre de 2007 y diciembre de 2007 |
— |
: |
biċ-Ċek |
: |
přidělení kvóty č. 09.4182 – na období od září 2007 do prosince 2007 |
— |
: |
bid-Daniż |
: |
tildeling af kontingentet med løbenummer 09.4182 — for perioden september 2007 til december 2007 |
— |
: |
bil-Germaniż |
: |
Zuteilung des Kontingents Nr. 09.4182 — für den Zeitraum September 2007 bis Dezember 2007 |
— |
: |
bl-Estonjan |
: |
kvoodi 09.4182 jagamine — ajavahemikuks septembrist 2007 kuni detsembrini 2007 |
— |
: |
bil-Grieg |
: |
κατανομή της ποσόστωσης αριθ. 09.4182 — για την περίοδο από Σεπτέμβριο 2007 έως Δεκέμβριο 2007 |
— |
: |
bl-Ingliż |
: |
allocation of quota No 09.4182 — for the period September 2007 to December 2007 |
— |
: |
bil-Franċiż |
: |
attribution du numéro de contingent 09.4182 — pour la période comprise entre septembre 2007 et décembre 2007 |
— |
: |
bit-Taljan |
: |
assegnazione del contingente n. 09.4182 per il periodo settembre 2007 — dicembre 2007 |
— |
: |
bil-Latvjan |
: |
kvotas Nr. 09.4182 piešķiršana par laikposmu no 2007. gada septembra līdz 2007. gada decembrim |
— |
: |
bil-Litwan |
: |
kvotos Nr. 09.4182 paskirstymas 2007 m. rugsėjo–gruodžio mėn |
— |
: |
bl-Ungeriż |
: |
a 09.4182 vámkontingens terhére, a 2007 szeptembere és 2007 decembere közötti időszakra |
— |
: |
bil-Malti |
: |
allokazzjoni tal-kwota Nru 09.4182 — għall-perjodu minn Settembru 2007 sa Diċembru 2007 |
— |
: |
bl-Olandiż |
: |
toewijzing van contingent nr. 09.4182 — voor de periode september 2007-december 2007 |
— |
: |
bil-Pollakk |
: |
przydział kontyngentu nr 09.4182 — na okres od września 2007 r. do grudnia 2007 r. |
— |
: |
bil-Portugiż |
: |
atribuição do contingente n.o 09.4182 — para o período de Setembro de 2007 a Dezembro de 2007 |
— |
: |
bir-Rumen |
: |
alocarea contingentului nr. 09.4182 — pentru perioada septembrie 2007-decembrie 2007 |
— |
: |
bis-Slovakk |
: |
pridelenie kvóty číslo 09.4182 — na obdobie od septembra 2007 do decembra 2007 |
— |
: |
bis-Sloven |
: |
dodelitev kvote št. 09.4182 — za obdobje od septembra 2007 do decembra 2007 |
— |
: |
bil-Finlandiż |
: |
kiintiö 09.4182 — syyskuusta 2007 joulukuuhun 2007 |
— |
: |
bl-Iżvediż |
: |
tilldelning av kvot nr 09.4182 — för perioden september 2007 till december 2007. |
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/21 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 981/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1489/2006 li jistipula r-rati ta’ l-interessi applikabbli għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent konsistenti fix-xiri, ħażna u d-disponibilità ta’ ħażniet, għas-sena finanzjarja tal-FAEG 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awwissu 1978 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija, it-taqsima “garanzija” (1), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1489/2006 (2) jistipula r-rati ta’ l-interessi applikabbli għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent konsistenti fix-xiri, l-ħażna u d-disponibilità ta’ ħażniet, għas-sena finanzjarja tal-FAEG 2007. |
(2) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 ġie emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 734/2007, peress li f’ċerti Stati Membri l-finanzjament ta’ dawn it-tranżazzjonijiet huwa biss possibbli bl-applikazzjoni ta’ rati ta’ interessi sensibbilment ogħla mir-rati standard ta’ interessi. Għaldaqstant ġie stipulat, b’deroga għas-sena finanzjarja 2007 u 2008, li meta r-rata medja ta’ interessi aċċetata minn Stat Membru, matul it-tielet xahar wara l-perjodu ta’ referenza użat biex jiġu stabbiliti r-rati standard ta’ interessi mill-Kummissjoni, tkun id-doppju tar-rata standard ta’ interessi, il-Kummissjoni tista’, fil-kuntest ta’ l-interessi ffinanzjati mill-Istat, tkopri l-ammont ikkalkolat abbażi tar-rati ta’ interessi aċċetati mill-Istat Membru, wara t-tnaqqis tar-rati standard ta’ interessi. Ġie wkoll stabbilit li din il-miżura kienet tapplika għall-ispejjeż magħmula mill-Istati Membri mill-1 ta’ Orrubru 2006. |
(3) |
Fid-dawl tal-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, għat-tielet xahar wara l-perjodu ta’ referenza użata biex jiġu stabbiliti r-rati ta’ interessi standard għas-sena finanzjarja 2007, jidher li Stat Membru jkun interessat minn din il-miżura l-ġdida. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti r-rati ta’ interessi speċifiċi għal dak l-Istat Membru kkonċernat għas-sena finanzjarja 2007. |
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1489/2006 jiġi emendat. |
(5) |
Peress li r-Regolament (KE) Nru 734/2007 japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006, jeħtieġ ukoll li tiġi stabbilita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-istess data. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1489/2006, għandu jiżdied il-punt li ġej:
“(h) |
4,8 %, għar-rati ta’ interessi speċifiċi applikabbli għall-Ungerija.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 216, 5.8.1978, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 734/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 5).
(2) ĠU L 278, 10.10.2006, p. 11.
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 982/2007
tal-21 ta’ Awwissu 2007
li jintroduċi ċertu denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pimentón de la Vera (DPO) – Karlovarský suchar (IGP) – Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO))
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 6 (2), l-ewwel inċiż, u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni ta’ Spanja biex tirreġistra l-isem “Pimentón de la Vera”, l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Karlovarský suchar” u l-applikazzjoni ta’ l-Italja biex tirreġistra l-isem “Riso di Baraggia Biellese e Vercellese” ġew ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Peress il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawk l-ismijiet għandhom jiġu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu rreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU C 287, 24.11.2006, p. 2 (Pimentón de la Vera); ĠU C 290, 29.11.2006, p. 20 (Karlovarský suchar); ĠU C 291, 30.11.2006, p. 10 (Riso di Baraggia Biellese et Vercellese).
ANNESS
1. Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat
Klassi 1.6. — Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati
L-ITALJA
Riso di Baraggia Biellese e Vercellese (DPO)
Klassi 1.8. — Prodotti oħrajn ta’ l-Anness I tat-Trattat (ħwawar; eċċ.)
SPANJA
Pimentón de la Vera (DPO)
2. Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I tar-Regolament
Klassi 2.4. — Ħobż, prodotti tal-għaġina, ħelu, gallettini u xogħol ieħor tal-furnara
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Karlovarský suchar (IGP)
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Awwissu 2007
dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż li daħlu fihom l-Istati Membri huma u jimplimentaw sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sorveljanza applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd għall-2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3747)
(2007/567/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Istati Membri ressqu quddiem il-Kummissjoni, il-programm tagħhom ta’ kontroll tas-sajd għall-2007, flimkien ma’ l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa li għandha ssir fuq il-proġetti li jinsabu f’dan il-programm. |
(2) |
L-applikazzjonijiet li jirrigwardjaw l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għall-finanzjament Komunitarju. |
(3) |
L-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju jridu jikkonformaw mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 tal-11 ta’ April 2007 li jistipula regoli dettalji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 f’dak li jirrigwardja n-nefqa li jagħmlu l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll applikabbli għall-Politika Komuni dwar is-Sajd (2). |
(4) |
Huwa xieraq li jiġu ffissati l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tingħata kontribuzzjoni bħal din. |
(5) |
Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni Komunitarja, tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri, bażati fuq satellita (3). |
(6) |
L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tingħata lil kull Stat Membru għal infiq marbut max-xiri u l-immodernizzar ta’ bastimenti u inġenji ta’ l-ajru għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-proporzjon bejn attivitajiet ta’ spezzjoni u ta’ kontroll li jagħmlu bastimenti u inġenji bħal dawn u l-attività totali tagħhom fis-sena, kif idikjarata mill-Istati Membri. |
(7) |
Skond l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007, il-proġetti elenkati fil-programm ta’ kontroll tas-sajd għandhom ikunu implimentati skond l-iskeda stabbilita f’dak il-programm. |
(8) |
Talbiet għall-ħlas lura ta’ spejjez marbuta ma’ dawk il-proġetti għandhom jitressqu lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 391/2007. |
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2007 għall-infiq li daħlu għalih l-Istati Membri fl-2007 huma u jimplimentaw sistemi ta’ kontroll, spezzjoni u sorveljanza applikabbli għall-politika komuni dwar is-sajd, kif jissemma fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006. Tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull Stat Membru, ir-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u l-kundizzjonijiet li fihom tista’ ssir kontribuzzjoni bħal din.
Artikolu 2
Teknoloġiji ġodda u netwerks ta’ l-IT
L-infiq fuq ix-xiri, l-istallazzjoni u l-għajnuna teknika għat-teknoloġija kompjuterizzata u t-twaqqif ta’ netwerks ta’ l-IT sabiex l-iskambju tad-data jkun effiċjenti u sigur fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għandu jikkwalifika għalkontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika
1. L-infiq li jsir fix-xiri u l-armar abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika li jippermetti li bastimenti jkunu jistgħu jiġu mmonitorjati mill-bogħod minn ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema għall-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS) għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ EUR 4 500 kull bastiment fil-limiti stipulati fl-Anness II.
2. Fil-limitu ta’ EUR 4 500 pprovdut fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-ewwel EUR 1 500 tan-nefqa eliġibbli għandha tkun bir-rata ta’ 100 %.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għan-nefqa eliġibbli inkluża bejn l-EUR 1 500 u l-EUR 4 500 kull bastiment għandha tammonta għal massimu ta’ 50 % ta’ nefqa bħal din.
4. Sabiex jikkwalifika, it-tagħmir għal-lokalizzazzjoni awtomatika għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.
Artikolu 4
Proġetti pilota
L-infiq li jsir fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness III.
Artikolu 5
Taħriġ
L-infiq li jsir fuq it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju ta’ impjegati taċ-ċivil responsabbli għal xogħolijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fil-qasam tas-sajd għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati fl-Anness IV.
Artikolu 6
Il-valutazzjoni tan-nefqa
L-infiq li jsir fl-implimentazzjoni ta’ sistema sabiex jiġi vvalutat l-infiq fil-kontroll tal-politika komuni tas-sajd għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli fil-limiti stipulati fl-Anness V.
Artikolu 7
Seminars u għodod tal-midja
L-infiq li jsir fuq inizjattivi li jinkludu seminars u għodod tal-midja mmirati lejn it-titjib ta’ l-għarfien fost is-sajjieda u entitajiet oħra bħalma huma spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar il-ħtieġa li jiġi miġġieled is-sajd irresponsabbli u illegali u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-politika komuni tas-sajd, għandu jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 75 % tan-nefqa eliġibbli fi ħdan il-limiti stipulati fl-Anness VI.
Artikolu 8
Bastimenti u inġenji ta’ l-ajru għall-għassa tas-sajd
L-infiq marbut max-xiri u l-modernizzar tal-bastimenti u l-inġenji ta’ l-ajru użati għall-ispezzjoni u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jikkwalifika, fil-limiti stabbiliti fl-Anness VII, għal kontribuzzjoni finanzjarja li ma taqbiżx il-50 % tan-nefqa eliġibbli li jagħmlu l-Istati Membri.
Artikolu 9
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.
(3) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
ANNESS I
TEKNOLOĠIJI ĠODDA U NETWERKS TA’ L-IT
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
136 088 |
68 044 |
Il-Belġju |
0 |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
1 050 604 |
525 302 |
Il-Ġermanja |
314 000 |
157 000 |
L-Estonja |
25 179 |
12 589 |
Il-Greċja |
1 500 000 |
750 000 |
Spanja |
387 205 |
193 603 |
Franza |
1 573 940 |
786 970 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
4 103 820 |
2 051 910 |
Ċipru |
40 000 |
20 000 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
30 000 |
15 000 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
6 000 |
3 000 |
L-Olanda |
538 390 |
269 195 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
125 000 |
62 500 |
Il-Portugall |
253 000 |
115 700 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
83 000 |
41 500 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
250 000 |
125 000 |
L-Iżvezja |
5 649 000 |
657 000 |
Ir-Renju Unit |
384 657 |
192 329 |
Total |
16 449 883 |
6 046 642 |
ANNESS II
TAGĦMIR GĦAL-LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKA
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
0 |
0 |
Il-Belġju |
0 |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
0 |
0 |
Il-Ġermanja |
0 |
0 |
L-Estonja |
0 |
0 |
Il-Greċja |
0 |
0 |
Spanja |
300 000 |
225 000 |
Franza |
0 |
0 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
1 371 974 |
600 000 |
Ċipru |
692 000 |
646 000 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
0 |
0 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
0 |
0 |
L-Olanda |
0 |
0 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
0 |
0 |
Il-Portugall |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
0 |
0 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
0 |
0 |
L-Iżvezja |
50 000 |
25 000 |
Ir-Renju Unit |
0 |
0 |
Total |
2 413 974 |
1 496 000 |
ANNESS III
PROĠETTI PILOTA
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
0 |
0 |
Il-Belġju |
0 |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
0 |
0 |
Il-Ġermanja |
0 |
0 |
L-Estonja |
0 |
0 |
Il-Greċja |
0 |
0 |
Spanja |
0 |
0 |
Franza |
0 |
0 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
0 |
0 |
Ċipru |
0 |
0 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
0 |
0 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
0 |
0 |
L-Olanda |
0 |
0 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
0 |
0 |
Il-Portugall |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
0 |
0 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
0 |
0 |
L-Iżvezja |
31 500 |
15 750 |
Ir-Renju Unit |
0 |
0 |
Total |
31 500 |
15 750 |
ANNESS IV
TAĦRIĠ
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
72 000 |
36 000 |
Il-Belġju |
10 000 |
5 000 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
67 114 |
33 557 |
Il-Ġermanja |
27 500 |
13 750 |
L-Estonja |
26 050 |
13 025 |
Il-Greċja |
80 000 |
40 000 |
Spanja |
162 060 |
81 030 |
Franza |
111 500 |
55 750 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
1 295 304 |
532 077 |
Ċipru |
0 |
0 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
18 000 |
9 000 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
36 640 |
18 320 |
L-Olanda |
120 441 |
60 221 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
0 |
0 |
Il-Portugall |
90 380 |
45 190 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
27 000 |
13 500 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
26 000 |
13 000 |
L-Iżvezja |
50 000 |
25 000 |
Ir-Renju Unit |
9 442 |
4 721 |
Total |
2 229 431 |
999 141 |
ANNESS V
IL-VALUTAZZJONI TAN-NEFQA
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
0 |
0 |
Il-Belġju |
0 |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
0 |
0 |
Il-Ġermanja |
0 |
0 |
L-Estonja |
0 |
0 |
Il-Greċja |
0 |
0 |
Spanja |
0 |
0 |
Franza |
0 |
0 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
0 |
0 |
Ċipru |
0 |
0 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
0 |
0 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
0 |
0 |
L-Olanda |
0 |
0 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
0 |
0 |
Il-Portugall |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
0 |
0 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
0 |
0 |
L-Iżvezja |
100 000 |
50 000 |
Ir-Renju Unit |
0 |
0 |
Total |
100 000 |
50 000 |
ANNESS VI
SEMINARS U GĦODOD TAL-MIDJA
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
0 |
0 |
Il-Belġju |
5 000 |
3 750 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
0 |
0 |
Il-Ġermanja |
0 |
0 |
L-Estonja |
0 |
0 |
Il-Greċja |
100 000 |
75 000 |
Spanja |
16 000 |
12 000 |
Franza |
0 |
0 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
292 000 |
219 000 |
Ċipru |
0 |
0 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
12 000 |
9 000 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
0 |
0 |
L-Olanda |
0 |
0 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
210 000 |
157 500 |
Il-Portugall |
0 |
0 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
14 000 |
10 500 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
0 |
0 |
L-Iżvezja |
0 |
0 |
Ir-Renju Unit |
0 |
0 |
Total |
649 000 |
486 750 |
ANNESS VII
BASTIMENTI U INĠENJI TA’ L-AJRU GĦALL-GĦASSA
(EUR) |
||
Stat Membru |
In-nefqa ppjanata fil-programm ta’ kontroll nazzjonali tas-sajd |
Kontribuzzjoni Komunitarja |
Il-Bulgarija |
66 000 |
33 000 |
Il-Belġju |
0 |
0 |
Ir-Repubblika Ċeka |
0 |
0 |
Id-Danimarka |
0 |
0 |
Il-Ġermanja |
254 000 |
122 250 |
L-Estonja |
2 500 000 |
1 250 000 |
Il-Greċja |
0 |
0 |
Spanja |
405 000 |
202 500 |
Franza |
402 000 |
156 000 |
L-Irlanda |
0 |
0 |
L-Italja |
135 000 |
67 500 |
Ċipru |
120 000 |
60 000 |
Il-Latvja |
0 |
0 |
Il-Litwanja |
120 000 |
60 000 |
Il-Lussemburgu |
0 |
0 |
L-Ungerija |
0 |
0 |
Malta |
0 |
0 |
L-Olanda |
50 000 |
25 000 |
L-Awstrija |
0 |
0 |
Il-Polonja |
100 000 |
50 000 |
Il-Portugall |
2 000 000 |
700 000 |
Ir-Rumanija |
0 |
0 |
Is-Slovenja |
155 000 |
77 500 |
Is-Slovakkja |
0 |
0 |
Il-Finlandja |
0 |
0 |
L-Iżvezja |
0 |
0 |
Ir-Renju Unit |
7 633 872 |
3 816 936 |
Total |
13 940 872 |
6 620 686 |
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda Newcastle fir-Renju Unit fl-2006
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3891)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2007/568/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Sabiex tikkontribwixxi għall-qerda tal-marda ta’ Newcastle fl-iqsar żmien, il-Komunità għandha l-possibbiltà li tikkontribwixxi finanzjarjament għall-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru, fil-kondizzjonijiet stipulati mill-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(2) |
Il-ħlas ta’ l-appoġġ finanzjarju Komunitarju lejn il-miżuri ta’ emerġenża għall-qerda tal-marda Newcastle hu suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2). |
(3) |
Fl-2006 seħħew tifqigħat tal-marda Newcastle fir-Renju Unit. Il-feġġ ta’ din il-marda jista’ jirrappreżenta periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. |
(4) |
Fl-11 ta’ April 2007, ir-Renju Unit ippreżenta l-aħħar stima approssimativa ta’ l-infiq li ġġarrbu minħabba l-qerda tal-marda. |
(5) |
L-awtoritajiet Brittaniċi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(6) |
Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità
1. Ir-Renju Unit jista’ jikseb kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-ispejjeż li ġġarrbu fil-qafas tal-miżuri ta’ urġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fl-2006.
2. Il-kontribut finanzjarju għandu jkun ta' 50 % ta' l-ispejjeż imġarrba li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Komunità. Dawn jitħallsu bil-kondizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3892)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(2007/569/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u partikolarment l-Artikoli 3(3) u 3a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jamministraw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. L-Artikolu tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, jipprovdi għal kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-Istati Membri biex tkopri ċerti spejjeż involuti fit-teħid ta’ miżuri biex tinqered l-influwenza tat-tjur. |
(2) |
Seħħew tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur fir-Renju Unit fl-2007. Il-feġġ ta’ din il-marda jirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità. Ir-Renju Unit ħa miżuri, kif jissemma fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex jikkumbatti dawn it-tifqigħat. |
(3) |
Il-ħlas ta’ kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-miżuri ppjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet kompetenti pprovdew l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Kummissjoni qabel ċerti skadenzi. |
(4) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 3a(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jkun ta’ 50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru. |
(5) |
Ir-Renju Unit ikkonforma bis-sħiħ ma’ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tiegħu kif stabbilit fl-Artikoli 3(3) u 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Ir-Renju Unit ressaq it-tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż imġarrba u kompla jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar spejjeż ta’ kumpens u l-spiża ta’ l-operazzjonijiet. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2), wara l-emenda tad-Deċiżjoni 90/424/KEE mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (3), ma għadux ikopri l-influwenza tat-tjur. Għalhekk jeħtieġ li jiġi espressament ipprovdut fid-Deċiżjoni preżenti li l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja lir-Renju Unit jkun suġġett għal konformità ma’ ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kontribut finanzjarju mill-Komunità
1. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tista’ tingħata lir-Renju Unit għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3a(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fl-2007.
2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 2 sa 5 u l-Artikoli 7 u 8 u l-Artikolu 9(2), (3) u (4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandhom japplikaw bit-tibdil meħtieġ.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ farms approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3902)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/570/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 91/67/KEE, Stat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programm maħsub biex jippermettilu sussegwentement jibda l-proċeduri biex żona jew farm f’żona li mhix approvata jiksbu l-istatus ta’ żona approvata jew farm approvat f’żona mhux approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE (2) tapprova u tniżżel lista tal-programmi sottomessi minn diversi Stati Membri. |
(2) |
B’ittra ddatata t-28 ta’ Marzu 2007, ir-Renju Unit applika għal approvazzjoni tal-programm li jrid jiġi applikat fix-xmara Ouse biex tikseb mill-ġdid l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward tal-VHS. Il-Kummissjoni fliet il-programm sottomess u sabet li jikkonforma ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/76/KEE. Skond dan, dak il-programm għandu jkun approvat u inkluż fil-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
(3) |
B’ittra ddatata l-21 ta’ Novembru 2006, il-Finlandja applikat biex testendi l-istatus ħieles tal-VHS approvat għaż-żoni kostali kollha esklużi ż-żoni b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni. Id-dokumentazzjoni li ngħatat mill-Finlandja turi li dawk iż-żoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/67/KEE. Iż-żoni kostali kollha fi ħdan it-territorju tagħha, esklużi ż-żoni kostali b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni, ġew meqjusa bħala ħielsa mill-mard u miżjuda mal-lista ta’ żoni approvati fir-rigward tal-VHS fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta’ April 2002 li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u farms approvati fir-rigward ta’ marda tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (3). Għalhekk, il-programm għal ħelsien mill-VHS applikabbli għaż-żoni kollha kostali tal-Finlandja eskluża l-parti tal-programm li tkopri ż-żoni b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni, ġie finalizzat u għandu jitħassar mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
(4) |
B’ittra ddatata l-11 ta’ Jannar 2006, l-Italja applikat għal approvazzjoni tal-programm biex jiġi applikat ġo farm biex jikseb l-istatus ta’ farm approvat f’żona mhux approvata fir-rigward tal-VHS u l-IHN. Il-Kummissjoni fliet il-programm sottomess u sabet li jikkonforma ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/76/KEE. Skond dan, dak il-programm għandu jkun approvat u inkluż fil-lista fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
(5) |
Il-programmi applikabbli għaż-żona Val di Sole u Val di NON u għaż-żona Val Banale fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u l-programm applikabbli għaż-żona fil-Valle del Torrente Venina fir-reġjun tal-Lombardija ġew finalizzati. Dawn għadhom għalhekk jitħassru mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/685/KE (ĠU L 282, 13.10.2006, p. 44).
(3) ĠU L 106, 23.4.2002, p. 28. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/345/KE (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16).
ANNESS
ANNESS I
PROGRAMMI SOTTOMESSI BIL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ ŻONA APPROVATA B’RABTA MA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT TAL-VHS U L-IHN
1. ID-DANIMARKA
IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRU:
— |
Il-wesgħa ta’ FISKEBÆK Å |
— |
IL-PARTIJIET KOLLHA TA’ JUTLAND in-nofsinhar u l-punent tal-wesgħat ta’ Storåen, Karup å, Gudenåen u Grejs å |
— |
Iż-żoni kollha tal-GŻEJJER DANIŻI |
2. IL-ĠERMANJA
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA’ FRAR 1999 LI JKOPRI:
— |
Żona fil-wesgħa ta’ l-ilma ta’ “OBERN NAGOLD” |
3. L-ITALJA
3.1. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ BOLZANO FIS-6 TA’ OTTUBRU 2001 EMENDAT B’ITTRA TAS-27 TA’ MARZU 2003, LI JKOPRI: Żona Provinċja ta’ Bolzano
|
3.2. |
IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ TRENTO FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA’ LULJU 1997 LI JKOPRU:
|
3.3. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ FRAR 2001 LI JKOPRI: Iż-Żona Torrente Astico
|
3.4. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TA’ L-UMBRIA FL-20 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI: Żona Fosso de Monterivoso:
|
3.5. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-23 TA’ SETTEMBRU 2004 LI JKOPRI: Iż-Żona Valle di Tosi:
|
3.6. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-22 TA’ NOVEMBRU 2005 LI JKOPRI: Il-Bacino del Torrente Taverone:
|
3.7. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-PIEMONTE FIT-2 TA’ FRAR 2006 LI JKOPRI: Iż-Żona Valle Sessera:
|
3.8. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIL-21 TA’ FRAR 2006 LI JKOPRI: Iż-Żona Valle del Torrente Bondo:
|
3.9. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIL-22 TA’ MEJJU 2006 LI JKOPRI: Iż-Żona Fosso Melga – Bagolino:
|
4. IL-FINLANDJA
4.1. |
IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS INKLUŻI MIŻURI TA’ QERDA SPEĊIFIĊI DESKRITTI MILL-FINLANDJA PERMEZZ TA’ ITTRI TAS-27 TA’ MARZU 2002 U TA’ L-4 TA’ ĠUNJU 2002, TAT-12 TA’ MARZU 2003, TAT-12 TA’ ĠUNJU 2003 U TA’ L-20 TA’ OTTUBRU 2003 LI JKOPRI:
|
5. IR-RENJU UNIT
5.1. |
IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS SOTTOMESS MIR-RENJU UNIT FIT-28 TA’ MARZU 2007 LI JKOPRI:
|
ANNESS II
PROGRAMMI SOTTOMESSI BIL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ STABBILIMENTI TA’ AKKWAKULTURA APPROVATI F’ŻONI LI MHUMIEX APPROVATI B’RABTA MA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT TAL-VHS U L-IHN
1. L-ITALJA
1.1. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA TA’ UDINE FIR-REĠJUN TAL-FRIULI VENEZIA GIULIA, FIT-2 TA’ MEJJU 2000 LI JKOPRI: Stabbilimenti ta’ akkwakultura fil-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Tagliamento:
|
1.2. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-KALABRIJA FIL-11 TA’ JANNAR 2007 LI JKOPRI: Stabbilimenti ta’ akkwakultura fil-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Noce:
|