|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/565/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta' Awwissu 2007 dwar in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ta' ċerti sustanzi biex jiġu eżaminati skond il-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tiegħu (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3846) ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 971/2007
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
44,3 |
|
TR |
77,8 |
|
|
XK |
48,8 |
|
|
XS |
44,3 |
|
|
ZZ |
53,8 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
106,4 |
|
ZZ |
106,4 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
85,9 |
|
ZZ |
85,9 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
69,7 |
|
UY |
78,3 |
|
|
ZA |
65,4 |
|
|
ZZ |
71,1 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
151,9 |
|
MA |
138,0 |
|
|
TR |
107,1 |
|
|
US |
164,8 |
|
|
ZZ |
140,5 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
74,2 |
|
BR |
77,5 |
|
|
CL |
81,5 |
|
|
CN |
93,7 |
|
|
NZ |
91,7 |
|
|
US |
101,3 |
|
|
ZA |
86,8 |
|
|
ZZ |
86,7 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
52,9 |
|
CN |
21,3 |
|
|
NZ |
109,7 |
|
|
TR |
134,3 |
|
|
ZA |
95,2 |
|
|
ZZ |
82,7 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
143,0 |
|
US |
172,7 |
|
|
ZA |
80,5 |
|
|
ZZ |
132,1 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
153,7 |
|
ZZ |
153,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 972/2007
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c), (j), (k), (l), (m), (n) u (p) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-esperjenza li nkisbet mill-introduzzjoni ta’ l-iskemi ta’ appoġġ skond ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 turi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2) għandu jiġi emendat. Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi ċċarat fejn jikkonċerna ċerti aspetti, filwaqt li għandhom jiġu introdotti numru ta’ semplifikazzjonijiet fir-regoli. Aktar minn hekk, id-dispożizzjonijiet li ma għadhomx jgħoddu, b’mod partikolari minħabba t-tmiem tal-perjodu tranżizzjonali previst fl-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jitħassru. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-obbligi li jiġi ddikjarat l-użu separat tal-pakketti u d-definizzjoni ta’ “pakketti agrikoli”, dik id-definizzjoni għandha tiġi ċċarata f’każ fejn tkun meħtieġa dikjarazzjoni separata għall-użu tal-pakketti fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. F’każ fejn id-dikjarazzjoni separata ta’ l-użu tkun tirrigwarda medda ta’ art fi ħdan grupp ta’ l-uċuħ tar-raba’, ikun xieraq li jiġi ċċarat li l-pakkett agrikolu jkun definit b’dak l-użu. |
|
(3) |
Wara s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea d-definizzjoni tat-terminu “Stati Membri ġodda” jeħtieġ jiġi aġġornata. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata sistema adegwata u kredibbli għall-identifikazzjoni tal-pakketti agrikoli, jeħtieġ jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni tal-meded u b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu indikati l-konfini l-ġodda tal-pakketti ta’ referenza meta l-formola ta’ l-applikazzjoni stampata minn qabel tiġi korretta. |
|
(5) |
Wara r-regoli emendati għall-pagamenti għall-uċuħ tar-raba’ ta’ enerġija u l-introduzzjoni tad-dikjarazzjoni miktuba prevista fl-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 rigward l-iskemi ta’ appoġġ previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ l-art imħollija għall-produzzjoni tal-materji primi (3) kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 270/2007 (4), l-Artikoli 13 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
|
(6) |
Sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà ta’ ċerti ħlasijiet, il-bidwi għandu jibgħat id-dokumenti ta’ sostenn meta dan jissottometti l-applikazzjoni tiegħu. Sabiex tittaffa l-amministrazzjoni għall-bidwi kif ukoll għall-awtoritajiet nazzjonali, għandu jkun possibbli għall-awtorità nazzjonali li titlob dawk id-dokumenti direttament mis-sors ta’ informazzjoni. |
|
(7) |
L-integrazzjoni ta’ l-ammonti ta’ referenza għall-banana fl-iskema ta’ ħlas waħdieni wara r-riforma fis-settur tal-banana, kif previst bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2013/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 404/93, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 247/2006 rigward is-settur tal-banana (5), teħtieġ li jkollha aktar flessibbiltà fejn jikkonċerna ż-żidiet possibbli u l-emendi għall-applikazzjoni waħdanija matul is-sena 2007. Madankollu, id-dati għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni waħdanija kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jinżammu sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jorganizzaw f’waqthom il-programmi ta’ kontroll rispettivi tagħhom. |
|
(8) |
Ibbażati fuq l-esperjenza, id-dispożizzjonijiet preżenti għall-għażla tal-bdiewa għall-verifiki fuq il-post kif ukoll ir-rati ta’ kontroll għandhom jittejbu, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar flessibbiltà. Dan jista’ jinkiseb billi jiġi stabbilit ir-rekwiżit ta’ kampjun ta’ mill-inqas 5 % tal-bdiewa li japplikaw għall-iskema ta’ ħlas waħdieni jew għall-iskema ta’ pagament uniku għaż-żona. Fl-istess ħin l-Istat Membru għandu jiżgura li mill-inqas 3 % tal-bdiewa li japplikaw għall-iskemi ta’ għajnuna previsti skond it-Titoli III, IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jiġu magħżula għal finijiet ta’ kontroll. Ir-rata ta’ kontroll tal-bdiewa li l-pakketti agrikoli tagħhom jiġu ddikjarati minn grupp ta’ produtturi li japplikaw għall-pagamenti tal-ħops għandha tiġi adattata kif xieraq. Għall-primja fuq l-annimali ovini u kaprini, l-introduzzjoni ta’ database ċentralizzat għar-reġistrazzjoni ta’ l-annimali tiġġustifika t-tnaqqis fir-rata tal-kontroll. |
|
(9) |
Jekk jitqies numru kbir wisq ta’ fatturi definiti minn qabel meta jsiru l-analiżijiet tar-riskju sabiex jintgħażel il-kampjun għall-kontrolli fuq il-post jista’ jkun hemm effett negattiv fuq il-kampjun. Għalhekk, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tingħata r-responsabbiltà li tagħżel il-fatturi tar-riskju peress li din tkun f’pożizzjoni ferm aħjar sabiex tagħżel il-fatturi tar-riskju rilevanti. Sabiex jiġu żgurati analiżijiet tar-riskju li jkunu rilevanti u effiċjenti, l-effikaċja ta’ l-analiżijiet tar-riskju għandha tiġi vverifikata u aġġornata fuq bażi annwali waqt li tiġi kkunsidrata r-rilevanza ta’ kull fattur ta’ riskju, filwaqt li jiġu paragunati r-riżultati tal-kampjuni bbażati fuq ir-riskju magħżula bl-addoċċ kif ukoll is-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru. |
|
(10) |
Sabiex ikun possibbli wkoll li jinbdew il-verifiki fuq il-post kemm jista’ jkun malajr matul is-sena qabel ma l-informazzjoni kollha dwar il-formoli ta’ l-applikazzjoni tkun disponibbli, għandu jkun possibbli li l-awtorità kompetenti tkun tista’ tagħmel għażla parzjali tal-kampjun ta’ kontroll ibbażat fuq informazzjoni disponibbli diġà. |
|
(11) |
Ir-regoli għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini ġew introdotti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (6). Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għall-annimali li għalihom tkun qed issir applikazzjoni għall-għajnuna. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandhom jiġu aġġornati. |
|
(12) |
Il-verifiki fuq il-post jistgħu jsiru jew permezz ta’ żjara fir-razzett jew permezz ta’ l-osservazzjoni remota (remote sensing). Dawn iż-żewġ metodi ta’ prestazzjoni ta’ verifiki għandhom valur ugwali u dan għandu jiġi ċċarat billi jiġu ssemplifikati r-regoli għall-metodi differenti ta’ prestazzjoni ta’ verifiki fuq il-post. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-verifiki fuq il-post, għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-kwalità minima tal-miżuri ta’ l-oqsma, filwaqt li l-mezzi użati għandhom jiġu ppruvati sabiex jiżguraw kwalità li tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-istandard tekniku applikabbli fuq livell Komunitarju. |
|
(14) |
L-esperjenza wriet li meta jitkejlu l-pakketti l-użu ta’ tolleranza ta’ perimetru jkun tabilħaqq xieraq. L-attenzjoni fuq it-tolleranza ta’ perimetru tissimplifika aktar is-sistemi u tiżgura t-trattament indaqs tal-bdiewa fl-Istati Membri differenti. |
|
(15) |
L-esperjenza li nkisbet s’issa turi li, matul il-verifiki fuq il-post għall-primja fuq l-annimali ħajjin, huwa possibbli li tiġi ssimplifikata l-verifika tad-dokumenti mingħajr ma tbati l-kwalità tal-verifika. Madankollu, f’każ li waqt il-verifika jinstabu xi anomaliji, il-perjodu taż-żmien li matulu għandhom jiġu vverifikati d-dokumenti għandu jiġi estiż. |
|
(16) |
Rigward l-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet relatati ma’ meded partikolari, id-differenzi bejn il-medda totali dikjarata fl-applikazzjoni u l-medda totali determinata bħala eliġibbli ħafna drabi jkunu insinifikanti. Sabiex jiġi evitat għadd kbir ta’ aġġustamenti żgħar fl-applikazzjonijiet, għandu jkun previst li l-applikazzjoni għall-għajnuna ma għandhiex tiġi aġġustata għall-medda determinata sakemm ma jinqabiżx ċertu livell ta’ differenzi. |
|
(17) |
Il-prinċipju ġenerali applikat huwa li ma għandu jkun hemm l-ebda tolleranza meta bidwi intenzjonalment ikun iddikjara medda akbar milli għandu. Dan jista’ jwassal għal tnaqqis mhux mixtieq fil-pagament. Għalhekk, f’każ ta’ dikjarazzjoni żejda intenzjonata għandu jiġi introdott ukoll limitu sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità meta din id-dikjarazzjoni żejda tkun waħda limitata. Minkejja dan, dan huwa xorta att intenzjonali min-naħa tal-bidwi, u għalhekk it-tolleranza għandha tkun baxxa ħafna. |
|
(18) |
Meta Stat Membru juża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u jingħataw il-ħlasijiet jew għaż-żoni jew inkella għall-annimali ħajjin, ikun xieraq li jiġu applikati r-regoli previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. Dan irid jiġi ċċarat u l-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(19) |
F’ċerti każijiet l-allokazzjonijiet ta’ kwoti mhux dovuti ma affettwawx il-valur totali, iżda biss in-numru tal-kwoti tal-bidwi. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jikkoreġu l-allokazzjoni, jew fejn ikun xieraq it-tip ta’ kwoti, mingħajr ma jnaqqsu l-valur tagħhom. Id-dispożizzjoni għandha tapplika biss jekk il-bidwi ma jkunx jista’ jsib l-iżball. |
|
(20) |
Ir-rekwiżiti tar-rappurtaġġ għall-Istati Membri għandhom jiġu aġġornati sabiex jiġi żgurat ir-rappurtaġġ effiċjenti dwar il-verifiki ta’ l-għajnuniet għall-produzzjoni tal-patata tal-lamtu, taż-żrieragħ u tat-tabakk. |
|
(21) |
Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. |
|
(22) |
Id-dispożizzjoni relatata ma’ l-inklużjoni ta’ l-ammonti ta’ referenza għall-banana fl-iskema ta’ ħlas waħdieni prevista f’dan ir-Regolament tikkonċerna applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw is-snin jew il-perjodi ta’ premji li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007. Dan japplika wkoll għad-dispożizzjoni li tinkludi l-Bulgarija u r-Rumanija fid-definizzjoni ta’ “Stati Membri ġodda”. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, għalhekk, japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2007. |
|
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 8(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Fejn medda tintuża b’mod komuni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jallokawha nozzjonalment bejn il-bdiewa individwali b’mod proporzjonali ma’ l-użu jew mad-dritt tagħhom għall-użu tagħha.” |
|
(3) |
Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(4), l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: “Jekk il-korrezzjoni tirrigwarda l-medda ta’ pakkett ta’ referenza, il-bidwi għandu jiddikjara d-daqs aġġornat ta’ kull pakkett agrikolu kkonċernat u fejn ikun meħtieġ jindika l-konfini l-ġodda tal-pakkett ta’ referenza.” |
|
(4) |
L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 17a(2), it-tieni subparagrafu jiġi mħassar. |
|
(7) |
l-Artikolu 21(3) jiġi mħassar. |
|
(8) |
Fl-Artikolu 24(1), il-punt (f) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(9) |
l-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(11) |
Fl-Artikolu 28(1), il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(12) |
l-Artikolu 29 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 29 L-elementi għall-verifiki fuq il-post Il-verifiki fuq il-post għandhom ikopru l-pakketti agrikoli kollha li għalihom tkun intalbet l-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlief għal dawk relatati ma’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żrieragħ b’mod konformi ma’ l-Artikolu 99 ta’ dak ir-Regolament. Minkejja dan, id-determinazzjoni attwali tal-meded bħala parti minn verifika fuq il-post tista’ tiġi limitata għal kampjun ta’ mill-inqas 50 % tal-pakketti agrikoli li għalihom tkun ġiet sottomessa applikazzjoni taħt l-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fit-Titoli III, IV u IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, sakemm il-kampjun jiggarantixxi livell ta’ kontroll kredibbli u rappreżentattiv kemm rigward il-medda verifikata kif ukoll l-għajnuna mitluba. Meta dan il-kampjun jiżvela li jkun hemm anomaliji, il-kampjun tal-pakketti agrikoli spezzjonati għandu jiżdied. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-remote sensing kif ukoll mit-teknika tas-Sistemi Globali għan-Navigazzjoni bis-Satelliti.” |
|
(13) |
L-Artikolu 30(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-medda tal-pakketti agrikoli għandha tiġi determinata bi kwalunkwe mezz ippruvat li jiżgura l-kejl tal-kwalità li tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik meħtieġa mill-istandard tekniku applikabbli fuq livell Komunitarju. Tolleranza ta’ kejl għandha tiġi definita permezz ta’ buffer ta’ massimu 1.5 m li jiġi applikat għall-perimetru tal-pakkett agrikolu. It-tolleranza massima għal kull pakkett agrikolu ma għandhiex, f’termini assoluti, teċċedi iktar minn ettaru wieħed. It-tolleranza prevista fit-tieni subparagrafu ma għandhiex tkun tapplika għall-pakketti taż-żebbuġ li għal dawn il-meded hija mfissra bħala GIS-ettari ta’ żebbuġ b’mod konformi mal-punti 2 u 3 ta’ l-Anness XXIV għar-Regolament (KE) Nru 1973/2004.” |
|
(14) |
l-Artikolu 32 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 32 L-osservazzjoni remota 1. Fejn Stat Membru japplika l-possibbiltà, prevista fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 29, li jwettaq verifiki fuq il-post bl-osservazzjoni remota (remote sensing), dan għandu:
2. Il-verifiki addizzjonali msemmija fl-Artikolu 26(3) għandhom isiru permezz ta’ verifiki tradizzjonali fuq il-post jekk ma jkunx aktar possibbli li dawn isiru permezz ta’ l-osservazzjoni remota fis-sena kurrenti.” |
|
(15) |
Fl-Artikolu 33a, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Il-verifiki fuq il-post msemmija fl-Artikolu 26(2)(e) għandhom isiru billi jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 30(2), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 30(4) u l-Artikolu 32 mutatis mutandis.” |
|
(16) |
L-Artikolu 35 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(17) |
Fl-Artikolu 38, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Rigward l-pagament addizzjonali li għandu jingħata għal tipi speċifiċi ta’ raba’ jew għall-produzzjoni ta’ kwalità kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun xieraq, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.” |
|
(18) |
Fl-Artikolu 49(1), il-punti (d), (e) u (f) għandhom jitħassru. |
|
(19) |
L-Artikolu 50 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(20) |
Fl-Artikolu 53, l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “Fejn id-differenzi bejn is-superfiċje ddikjarata u s-superfiċje determinata skond l-Artikolu 50(3), (4)(b) u (5) jirriżultaw f’irregolaritajiet li jkunu saru b’mod intenzjonat, l-għajnuna li l-bidwi kellu jkun intitolat għalija b’mod konformi ma’ l-Artikolu 50(3), (4)(b) u (5) ma għandhiex tingħata għas-sena kalendarja kkonċernata taħt l-iskema ta’ għajnuna kkonċernata jekk dik id-differenza tkun iżjed minn 0.5 % tal-medda determinata jew iktar minn ettaru wieħed.” |
|
(21) |
Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 54a, il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej: “Fejn jinstab li t-tabakk ma kienx inżera’ mill-ġdid fil-pakkett indikat fil-kuntratt tal-kultivazzjoni sa l-20 ta’ Ġunju tas-sena tal-ħsad:” |
|
(22) |
L-Artikoli 55 u 56 għandhom jitħassru. |
|
(23) |
Fl-Artikolu 58(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: “Madankollu, il-baqar li jreddgħu jew l-erieħ li dwarhom tkun intalbet l-għajnuna b’mod konformi ma’ l-Artikolu 125 jew l-Artikolu 129 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jinbidlu matul il-perjodu taż-żamma fil-limiti previsti f’dawk l-Artikoli mingħajr ma jintlilef id-dritt għall-ħlas ta’ l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għaliha.” |
|
(24) |
L-Artikolu 63 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 63 Is-sejbiet li jikkonċernaw il-ħlas addizzjonali Rigward l-ħlas addizzjonali li għandu jingħata għal tipi speċifiċi ta’ raba’ jew għall-produzzjoni ta’ kwalità kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għat-tnaqqis u għall-esklużjonijiet li, fis-sustanza, għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk previsti f’dan it-Titolu. F’każ li jingħataw ħlasijiet relatati ma’ żona jew inkella għall-annimali ħajjin id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
|
(25) |
Fl-Artikolu 73a, għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej: “2a. Fejn, għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 jiġi stabbilit li n-numru ta’ kwoti allokati lill-bidwi b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 795/2004 ma jkunx korrett, u fejn l-allokazzjoni mhix dovuta ma jkollha l-ebda impatt fuq il-valur totali tal-kwoti li l-bidwi jkun irċieva, l-Istat Membru għandu jikkalkula mill-ġdid il-kwoti tal-ħlasijiet u fejn ikun xieraq għandu jikkoreġi t-tip tal-kwoti li jiġu allokati lill-bidwi. Madankollu, dan ma għandux japplika jekk l-iżbalji setgħu jiġu identifikati b’mod raġonevoli mill-bidwi stess.” |
|
(26) |
l-Artikolu 76(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju ta’ kull sena, għall-iskemi ta’ għajnuna koperti mis-Sistema Integrata ta’ Kontroll u Amministrazzjoni għall-Agrikoltura, rapport li jkopri s-sena kalendarja ta’ qabel u, b’mod partikolari, jkun jittratta l-punti li ġejjin:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jikkonċernaw is-snin jew il-perjodi ta’ premji li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2008.
Madankollu, il-punti (1)(b) u (5)(b) ta’ l-Artikolu 1 japplikaw għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw is-snin jew il-perjodi tal-premji li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 10).
(2) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 381/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 8).
(3) ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1. Ir-Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 381/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 8).
(5) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13.
(6) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
|
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
l-emendar ta’ ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 1(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-twaqqif ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni aġġornata huwa ċentrali għall-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex tkun modernizzata l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, sabiex verament tirrifletti r-realtà ekonomika billi tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u t-tibdil strutturali fl-ekonomija. |
|
(2) |
Għal dan l-għan ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 stabbilixxa klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, imsejħa NACE Reviżjoni 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa NACE Rev 2). |
|
(3) |
Permezz ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’rabta ma’ l-użu ta’ NACE Rev. 2 f’oqsma varji ta’ l-istatistika. |
|
(4) |
It-twaqqif ta’ klassifikazzjoni riveduta ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi jitlob li jiġu mmodifikati speċifikament ċerti referenzi għal NACE Rev. 1 jew NACE Rev. 1.1, kif ukoll li jiġu emendati għadd ta’ strumenti rilevanti. Għalhekk jeħtieġ li jkunu emendati l-istrumenti li ġejjin: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-27 ta’ Lulju 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 530/1999 dwar l-istatistika strutturali fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif dwar l-ispiża tax-xogħol (2); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000 tat-8 ta’ Settembru 2000 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tal-qligħ u ta’ l-ispiża tax-xogħol fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni tat-tagħrif fuq l-istruttura tal-qligħ (3); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001 tas-7 ta’ Novembru 2001 rigward l-arranġamenti tekniċi għat-trasmissjoni tad-data għal statistika dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (4) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi ta’ l-ispiża tax-xogħol (5); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika tal-Komunità fuq id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) rigward il-lista ta’ varjabbli ta’ mira primarja (6); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar ix-xjenza u t-teknoloġija (7); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ Komunitarju dwar il-produzzjoni industrijali (8); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 (9) tat-13 ta’ Awwissu 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni; ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal-15 ta’ Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità li jirrigwarda l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni tad-data mill-2006 ’l quddiem u l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali (10); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 ta’ l-24 ta’ Mejju 2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart (11). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (12), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1726/1999 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Wara l-Artikolu 2, jiżdied l-Artikolu 2(a) li ġej: “Artikolu 2a Miżuri tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ NACE Rev. 2 L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-ispiża tax-xogħol b’referenza għas-sena kalendarja 2008 skond in-NACE Rev. 2 u kif ukoll in-NACE Rev. 1.1, fejn dan ta’ l-aħħar huwa obbligatorju biss għat-Tabella A u fil-livell tat-taqsima tan-NACE Rev. 1.1.” |
|
(2) |
L-Anness II u l-Anness III huma emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000 huwa emendati skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Fir-Regolament (KE) Nru 2163/2001 it-terminu “NACE Reviżjoni 1” jinbidel b’“NACE Rev. 2” fl-Anness.
Artikolu 4
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
In-“NACE Rev. 1” jinbidel bin-“NACE Rev. 2” tul it-test u l-Annessi kollha. |
|
(2) |
“It-Taqsimiet L, M, N u O” jinbidlu bit-“Taqsimiet O sa S” fl-Artikolu 4 u fl-Anness IV. |
|
(3) |
“It-Taqsimiet Ċ sa K” jinbidlu bit-“Taqsimiet B sa N” fl-Anness IV. |
Artikolu 5
Fir-Regolament (KE) Nru 1983/2003, in-“NACE Rev. 1.1” jinbidel bin-“NACE Rev. 2” u r-“Rev. 1.1” jinbidel bir-“Rev.2” fin-nota Nru 22 f’qiegħ il-paġna ta’ l-Anness.
Artikolu 6
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 huwa emendat skond l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 912/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-qasam kopert bl-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandu jiġi identifikat b’referenza għall-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ u għall-unità ta’ l-osservazzjoni. Il-popolazzjoni ta’ l-istħarriġ tal-perjodu ta’ referenza għandha tikkonsisti f’intrapriżi li l-attività prinċipali tagħhom jew waħda mill-attivitajiet sekondarji tagħhom hija mniżżla fit-taqsimiet B jew Ċ tal-klassifikazzjoni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 2), stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1). L-unità ta’ l-osservazzjoni għandha tkun l-intrapriża kif iddefinita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema tal-produzzjoni fil-Komunità. L-Istati Membri jistgħu jiġbru d-data billi jużaw unità oħra ta’ l-istatistika bħala unità ta’ l-osservazzjoni sakemm huma jittrasmettu d-data ta’ l-intrapriża lill-Eurostat. |
|
(2) |
L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 3 L-obbligu ta’ l-Istati Membri li jadottaw metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jiffaċilitaw il-ġbir ta’ data minn unitajiet li jirrappreżentaw mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tan-NACE imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91 għandha tiġi implimentata bħala adozzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi ta’ stħarriġ maħsuba biex jippermettu l-ġbir ta’ data, li tirrappreżenta mill-inqas 90 % tal-produzzjoni nazzjonali għal kull klassi tat-taqsimiet B u Ċ tan-NACE Rev. 2.” |
Artikolu 8
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru. 1450/2004 huwa emendat skond l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Fir-Regolament (KE) Nru 430/2005 t-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’“NACE Rev. 2” tul l-Anness II kollu.
Artikolu 10
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 782/2005 huwa emendat skond l-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Dħul fis-Seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2008, minbarra l-Artikolu 4 li se japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 203, 3.8.1999, p. 28. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 11).
(3) ĠU L 229, 9.9.2000. p. 3 Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005. (ĠU L 279, 22.10.2005, p. 32).
(4) ĠU L 291, 8.11.2001, p. 13.
(5) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 224/2007 (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 23.).
(6) ĠU L 298, 17.11.2003, p. 34.
(7) ĠU L 118, 23.4.2004, p. 23.
(8) ĠU L 163, 30.4.2004, p. 71.
(9) ĠU L 267, 14.8.2004, p. 32.
(10) ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36.
ANNESS I
L-Annessi II u III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1737/2005, huma emendati kif ġejjin:
|
(1) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
It-terminu “Taqsimiet C-K u M-O ta’ NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “Taqsimiet B-N u P-S ta’ NACE Rev. 2”. |
|
(3) |
It-terminu “Taqsima L ta’ NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “Taqsima O ta’ NACE Rev. 2”. |
|
(4) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1, 74.50” jinbidel bin-“NACE Rev. 2, 78.20” tul it-test kollu. |
ANNESS II
L-Anness I u l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1916/2000, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1738/2005, huma emendati kif ġej:
|
(1) |
It-terminu “NACE Rev. 1.1” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
Fl-Anness II, it-terminu “Taqsimiet C sa K u M sa O” jinbidel b’ “Taqsimiet B sa N u P sa S” tul it-test kollu. |
|
(3) |
Fl-Anness II, it-terminu “Taqsima L” jinbidel b’ “Taqsima O” tul it-test kollu. |
|
(4) |
Fl-Anness II, it-terminu “NACE Rev. 1.1, 74.50” jinbidel bin-“NACE Rev. 2, 78.20”. |
ANNESS III
It-Taqsima 1 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-terminu “NACE” jinbidel b’ “NACE Rev. 2” tul it-test kollu. |
|
(2) |
Il-paragrafu 5.11 għandu jinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati ta’ l-istatistika skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) għandhom jitqassmu wieħed wieħed fid-diviżjonijiet, fil-gruppi, fil-klassijiet u fl-aggregati tan-NACE Rev. 2 li ġejjin: ‘01, 02, 03’, ‘05, 06, 07, 08, 09’, ‘10 sa 33’, ‘10, 11, 12’, ‘10, 11’, ‘12’, ‘13, 14, 15’, ‘13’, ‘14’, ‘15’, ‘16, 17, 18’, ‘16’, ‘17’, ‘18’, ‘19’, ‘20’, ‘21’, ‘22’, ‘23’, ‘24’, ‘25, 26, 27, 28, 29, 30’, ‘25’, ‘25.40’, ‘26’, ‘26.1’, ‘26.2’, ‘26.3’, ‘26.4’, ‘26.5’, ‘26.6’, ‘26.7’, ‘27’, ‘28’, ‘29’, ‘30’, ‘30.1’, ‘30.2’, ‘30.3’, ‘30.4’, ‘31’, ‘32’, ‘32.50’, ‘33’, ‘35, 36’, ‘37, 38, 39’, ‘41, 42, 43’, ‘45, 46, 47’, ‘49, 50, 51, 52, 53’, ‘55, 56’, ‘58, 59, 60, 61, 62, 63’, ‘61’, ‘62’, ‘63’, ‘64, 65, 66’, ‘68’, ‘69, 70, 71, 72, 73, 74, 75’, ‘72’, ‘77, 78, 79, 80, 81, 82’, ‘84, 85’, ‘86’, ‘87, 88’, ‘90, 91, 92, 93’, ‘94, 95, 96, 97, 98, 99’, ‘01 sa 99’.” |
ANNESS IV
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1450/2004 huwa emendat kif ġej.
|
(1) |
It-taqsima 2 tinbidel b’ dan li ġej: “Bħala minimu, l-intrapriżi fit-taqsimiet B, C, D, E, H, K tan-NACE Rev. 2 u fid-diviżjonijiet 46, 58, 61, 62, 63 u 71 tan-NACE Rev. 2 għandhom ikunu koperti.” |
|
(2) |
It-taqsima 5 paragrafu 1 tinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell tat-taqsima u bil-klassijiet tad-daqs ta’ l-impjieg li ġejjin: 10-49 impjegat, 50-249 impjegat, aktar minn 249 impjegat.” |
|
(3) |
It-taqsima 5 paragrafu 2 tinbidel b’ dan li ġej: “Ir-riżultati kollha għandhom jitqassmu wieħed wieħed skond l-attività ekonomika (NACE Rev. 2) fil-livell ta’ diviżjoni.” |
ANNESS V
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005 li jistabbilixxi l-format għat-trasmissjoni ta’ riżultati dwar l-istatistika ta’ l-iskart huwa emendat kif ġej:
Il-lista Ċ għandha tinbidel b’dan li ġej:
“Lista Ċ – Numru ta’ l-attività
|
Numru ta’ l-attività |
Kodiċi NACE Rev. 2 |
Deskrizzjoni |
|
1 |
Diviżjoni 01 |
Produzzjoni tal-ħxejjex u ta’ l-annimali, attivitajiet ta’ kaċċa u ta’ servizzi relatati |
|
Diviżjoni 02 |
Forestrija u qtugħ ta’ siġar għall-injam |
|
|
2 |
Diviżjoni 03 |
Sajd u akkwakultura |
|
3 |
Taqsima B |
Tħaffir għall-minerali u xogħol tal-barrieri |
|
4 |
Diviżjoni 10 |
Manifattura ta’ prodotti ta’ l-ikel |
|
Diviżjoni 11 |
Manifattura ta’ xarbiet |
|
|
Diviżjoni 12 |
Manifattura ta’ prodotti tat-tabakk |
|
|
5 |
Diviżjoni 13 |
Manifattura ta’ tessuti |
|
Diviżjoni 14 |
Manifattura ta’ affarijiet li jintlibsu |
|
|
Diviżjoni 15 |
Manifattura ta’ ġilda u prodotti relatati |
|
|
6 |
Diviżjoni 16 |
Manifattura ta’ injam u prodotti ta’ l-injam u s-sufra, għajr għamara; Manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjal għall-immaljar |
|
7 |
Diviżjoni 17 |
Manifattura ta’ karta u prodotti tal-karta |
|
Diviżjoni 18 |
Stampar u riproduzzjoni ta’ midja rreġistrata |
|
|
8 |
Diviżjoni 19 |
Manifattura ta’ kokk u prodotti taż-żejt irraffinat |
|
9 |
Diviżjoni 20 |
Manifattura ta’ kimiċi u prodotti kimiċi |
|
Diviżjoni 21 |
Manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi bażiċi u preparazzjonijiet farmaċewtiċi |
|
|
Diviżjoni 22 |
Manifattura ta’ prodotti tal-lasktu u tal-plastik |
|
|
10 |
Diviżjoni 23 |
Il-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra |
|
11 |
Diviżjoni 24 |
Manifattura ta’ metalli bażiċi |
|
Diviżjoni 25 |
Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir |
|
|
12 |
Diviżjoni 26 |
Manifattura ta’ prodotti tal-kompjuter, elettroniċi u ottiċi |
|
Diviżjoni 27 |
Manifattura ta’ tagħmir elettriku |
|
|
Diviżjoni 28 |
Manifattura ta’ makkinarju u tagħmir n.e.c. |
|
|
Diviżjoni 29 |
Manifattura ta’ vetturi bil-mutur, trejlers u semitrejlers |
|
|
Diviżjoni 30 |
Manifattura ta’ tagħmir ieħor tat-trasport |
|
|
13 |
Diviżjoni 31 |
Manifattura ta’ għamara |
|
Diviżjoni 32 |
Manifattura oħra |
|
|
Diviżjoni 33 |
Tiswija u installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir |
|
|
14 |
Taqsima D |
Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata |
|
15 |
Diviżjoni 36 |
Ġbir, trattament u provvista ta’ l-ilma |
|
Diviżjoni 37 |
Drenaġġ |
|
|
Diviżjoni 39 |
Attivitajiet ta’ rimedjazzjoni u servizzi oħra ta’ ġestjoni ta’ skart |
|
|
16 |
Diviżjoni 38 |
Attivitajiet ta’ ġbir u trattament ta’ l-iskart u disponiment minnu irkupru ta’ materjal |
|
17 |
Taqsima F |
Kostruzzjoni |
|
18 |
|
Attivitajiet ta’ servizz: |
|
Taqsima G, għajr 46.77 |
Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi |
|
|
Taqsima H |
Trasport u ħażna |
|
|
Taqsima I |
Akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizz ta’ l-ikel |
|
|
Taqsima J |
Tagħrif u komunikazzjoni |
|
|
Taqsima K |
Attivitajiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni |
|
|
Taqsima L |
Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli |
|
|
Taqsima M |
Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi |
|
|
Taqsima N |
Attivitajiet amministrattivi u ta’ servizz ta’ sostenn |
|
|
Taqsima O |
Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja |
|
|
Taqsima P |
Edukazzjoni |
|
|
Taqsima Q |
Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali |
|
|
Taqsima R |
Arti, divertiment u rikreazzjoni |
|
|
Taqsima S |
Attivitajiet ta’ servizz oħrajn |
|
|
Taqsima T |
Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux iddifferenzjati minn unitajiet domestiċi għall-użu tagħhom individwali |
|
|
Taqsima U |
Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali |
|
|
19 |
Klassi 46.77 |
Bejgħ bl-ingrossa ta’ skart u ruttam |
|
20 |
|
Skart iġġenerat mid-djar (Din m’hijiex kategorija tan-NACE) |
|
TA |
Total |
Total” |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
21.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 216/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-14 ta' Awwissu 2007
dwar in-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ta' ċerti sustanzi biex jiġu eżaminati skond il-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tiegħu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3846)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/565/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Għal għadd ta' kumbinazzjonijiet ta' sustanzi/tipi ta' prodotti inklużi f'dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha rtiraw mill-programm ta' reviżjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, jew inkella l-Istat Membru Rapporteur maħtur għall-evalwazzjoni ma rċieva l-ebda fajl komplut kif imsemmi fl-Artikolu 9(5) ta' dak ir-Regolament fil-perjodu ta' żmien speċifikat fl-Anness V u VII tiegħu. |
|
(3) |
Għalhekk il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri konsegwentament, skond l-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003. Fl-14 ta' Ġunju 2006 l-informazzjoni ġiet ukoll ippubblikata elettronikament. |
|
(4) |
Sa tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta' dik l-informazzjoni, l-ebda kumpanija jew Stat Membru ma urew interess biex jassumu r-rwol ta' parteċipant għas-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati. |
|
(5) |
Is-sustanzi u t-tipi ta' prodotti kkonċernati għandhom għalhekk jitneħħew mill-Programm ta' Reviżjoni u ma jkunux inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi u t-tipi ta' prodotti indikati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE.
Artikolu 2
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2032/2003, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/20/KE tat-3 ta' April 2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 23).
(2) ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1849/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 63).
ANNESS
Sustanzi u tipi ta' prodotti li ma għandhomx jkunu inklużi fl-Anness I, IA u IB tad-direttiva 98/8/KE
|
Isem |
In-numru KE |
In-numru CAS |
Tip ta' prodott |
|
Bis[1-cyclohexyl-1,2-di(hydroxy-.kappa.O)diazeniumato(2-)]-copper |
|
312600-89-8 |
21 |
|
Aċidu formiku |
200-579-1 |
64-18-6 |
18 |
|
Propan-2-ol |
200-661-7 |
67-63-0 |
18 |
|
L-(+)-Aċidu lattiku |
201-196-2 |
79-33-4 |
1 |
|
L-(+)-Aċidu lattiku |
201-196-2 |
79-33-4 |
13 |
|
Antrakwinown |
201-549-0 |
84-65-1 |
19 |
|
1,4-dichlorobenzene |
203-400-5 |
106-46-7 |
18 |
|
1,4-dichlorobenzene |
203-400-5 |
106-46-7 |
19 |
|
N-(2-ethylhexyl)-8,9,10-trinorborn-5-ene-2,3-dicarboximide |
204-029-1 |
113-48-4 |
18 |
|
Benzyl benzoate |
204-402-9 |
120-51-4 |
19 |
|
Malathion |
204-497-7 |
121-75-5 |
18 |
|
Aċidu oktanojku |
204-677-5 |
124-07-2 |
19 |
|
Captan |
205-087-0 |
133-06-2 |
21 |
|
N-(trichloromethylthio)phthalimide /Folpet |
205-088-6 |
133-07-3 |
21 |
|
Ziram |
205-288-3 |
137-30-4 |
19 |
|
Ziram |
205-288-3 |
137-30-4 |
21 |
|
Thiabendazole |
205-725-8 |
148-79-8 |
21 |
|
Diuron |
206-354-4 |
330-54-1 |
21 |
|
(RS)-3-allyl-2-methyl-4-oxocyclopent-2-enyl-(1RS,3RS;1RS,3SR)-2,2-dimethyl-3-(2-methylprop-1-enyl)-cyclopropanecarboxylate (all isomers; ratio: 1:1:1:1:1:1:1:1) / Allethrin |
209-542-4 |
584-79-2 |
18 |
|
Sulfidu taż-żingu |
215-251-3 |
1314-98-3 |
18 |
|
Sulfidu taż-żingu |
215-251-3 |
1314-98-3 |
21 |
|
Disodium tetraborate, anhydrous |
215-540-4 |
1330-43-4 |
18 |
|
Aċidi nafteniċi, imluħa tar-ram |
215-657-0 |
1338-02-9 |
8 |
|
Chlorothalonil |
217-588-1 |
1897-45-6 |
21 |
|
Fluometuron |
218-500-4 |
2164-17-2 |
21 |
|
Chlorpyrifos |
220-864-4 |
2921-88-2 |
18 |
|
Chlorpyriphos-methyl |
227-011-5 |
5598-13-0 |
18 |
|
(R)-p-mentha-1,8-diene |
227-813-5 |
5989-27-5 |
18 |
|
(R)-p-mentha-1,8-diene |
227-813-5 |
5989-27-5 |
19 |
|
Prometryn |
230-711-3 |
7287-19-6 |
21 |
|
Dijossidu tas-silikon – amorfu |
231-545-4 |
7631-86-9 |
16 |
|
Dijossidu tas-silikon – amorfu |
231-545-4 |
7631-86-9 |
19 |
|
Żejt ta' l-għadam /żejt ta' l-annimali |
232-294-3 |
8001-85-2 |
19 |
|
Żejt tal-kolza |
232-299-0 |
8002-13-9 |
18 |
|
Lignin |
232-682-2 |
9005-53-2 |
19 |
|
Lignin |
232-682-2 |
9005-53-2 |
21 |
|
Oxine-copper |
233-841-9 |
10380-28-6 |
8 |
|
Disodium octaborate tetrahydrate |
234-541-0 |
12280-03-4 |
18 |
|
Dodecylguanidine monohydrochloride |
237-030-0 |
13590-97-1 |
16 |
|
Dodecylguanidine monohydrochloride |
237-030-0 |
13590-97-1 |
21 |
|
Phoxim |
238-887-3 |
14816-18-3 |
18 |
|
Chlorotoluron |
239-592-2 |
15545-48-9 |
21 |
|
Methomyl |
240-815-0 |
16752-77-5 |
18 |
|
Dimethyloctadecyl[3-(trimethoxysilyl)propyl]ammonium chloride |
248-595-8 |
27668-52-6 |
21 |
|
(S)-3-allyl-2-methyl-4-oxocyclopent-2-enyl(1R,3R)-2,2-dimethyl-3-(2-methylprop-1-enyl)-cyclopropanecarboxylate (1R trans, 1S isomer biss) / S-Bioallethrin |
249-013-5 |
28434-00-6 |
18 |
|
Bioresmethrin |
249-01-40 |
28434-01-7 |
18 |
|
Trans-isopropyl-3-[[(ethylamino)methoxyphosphinothioyl]oxy]crotonate |
250-517-2 |
31218-83-4 |
18 |
|
Amitraz |
251-375-4 |
33089-61-1 |
18 |
|
3-(4-isopropylphenyl)-1,1-dimethylurea / Isoproturon |
251-835-4 |
34123-59-6 |
18 |
|
3-(4-isopropylphenyl)-1,1-dimethylurea / Isoproturon |
251-835-4 |
34123-59-6 |
21 |
|
m-phenoxybenzyl 3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2-dimethylcyclopropanecarboxylate / Permethrin |
258-067-9 |
52645-53-1 |
19 |
|
3-iodo-2-propynyl butylcarbamate |
259-627-5 |
55406-53-6 |
18 |
|
Cis-4-[3-(p-tert-butylphenyl)-2-methylpropyl]-2,6-dimethylmorpholine / Fenpropimorph |
266-719-9 |
67564-91-4 |
21 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides |
269-919-4 |
68391-01-5 |
16 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides |
269-919-4 |
68391-01-5 |
18 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides |
269-919-4 |
68391-01-5 |
19 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-18-alkyldimethyl, chlorides |
269-919-4 |
68391-01-5 |
21 |
|
Quaternary ammonium compounds, di-C8-10-alkyldimethyl, chlorides |
270-331-5 |
68424-95-3 |
16 |
|
Melaleuca alternifolia, ext. / Żejt tas-Siġra tat-Tè ta' l-Awstralja |
285-377-1 |
85085-48-9 |
19 |
|
2,4,8,10-tetra(tert-butyl)-6-hydroxy-12H-dibenzo[d,g][1,3,2]dioxaphosphocin 6-oxide, sodium salt |
286-344-4 |
85209-91-2 |
1 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides |
287-089-1 |
85409-22-9 |
16 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides |
287-089-1 |
85409-22-9 |
18 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides |
287-089-1 |
85409-22-9 |
19 |
|
Quaternary ammonium compounds, benzyl-C12-14-alkyldimethyl, chlorides |
287-089-1 |
85409-22-9 |
21 |
|
Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides |
287-090-7 |
85409-23-0 |
16 |
|
Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides |
287-090-7 |
85409-23-0 |
18 |
|
Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides |
287-090-7 |
85409-23-0 |
19 |
|
Quaternary ammonium compounds, C12-14-alkyl[(ethylphenyl)methyl]dimethyl, chlorides |
287-090-7 |
85409-23-0 |
21 |
|
.alpha.-cyano-4-fluoro-3-phenoxybenzyl [1.alpha.(S*),3.alpha.]-(±)-3-(2,2-dichlorovinyl)-2,2-dimethylcyclopropanecarboxylate |
289-244-9 |
86560-93-2 |
18 |
|
Chrysanthemum cinerariaefolium, ext. |
289-699-3 |
89997-63-7 |
19 |
|
Ġnibru, Juniperus mexicana, ext. |
294-461-7 |
91722-61-1 |
19 |
|
Lavanda, Lavandula hybrida, ext. / Żejt tal-Lavandin |
294-470-6 |
91722-69-9 |
18 |
|
3-benzo(b)thien-2-yl-5,6-dihydro-1,4,2-oxathiazine,4-oxide |
431-030-6 |
163269-30-5 |
21 |
|
Chloromethyl n-octyl disulfide |
432-680-3 |
180128-56-7 |
21 |
|
Mluħa tal-Potassa ta' l-aċidi grassi (C15-21) |
Taħlita |
— |
18 |
|
(E)-2-Octadecenal |
Għadu mhux inkluż |
51534-37-3 |
19 |
|
(E,Z)-2,13-Octadecadienal |
Għadu mhux inkluż |
99577-57-8 |
19 |
|
S-Hydroprene / Ethyl (S-(E,E))-3,7,11-trimethyldodeca-2,4-dienoate |
Prodott għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
65733-18-8 |
18 |
|
4-Bromo-2-(4-chlorophenyl)-1-(ethoxymethyl)-5-(trifluoromethyl)-1H-pyrrole-3-carbonitrile / Chlorfenapyr |
Prodott għall-Protezzjoni tal-Pjanti |
122453-73-0 |
21 |