ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
18 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 966/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (għall-għezeb)

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni pprovduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 li jemenda għat-83 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 970/2007 tas-17 ta’ Awwissu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi xi miżuri ristrettivi speċifiċi kontra xi persuni li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u li qed jiksru d-dritt internazzjonali fil-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan

16

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/563/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti prodotti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terżi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini fir-rigward ta’ lewż u prodotti li ġejjin minnhom li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3613)  ( 1 )

18

 

 

2007/564/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Awwissu 2007 li teżenta xi servizzi fis-settur postali fil-Finlandja, ħlief għall-Gżejjer Åland, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u postali (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3700)  ( 1 )

21

 

 

Corrigendum

 

*

Corrigendum tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 tat-22 ta’ Frar 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw fl-Indja, fl-Indonesja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza u reviżjoni proviżorja parzjali skond l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 ( ĠU L 59, 27.2.2007 )

27

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 966/2007

tas-17 ta’ Awwissu 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

48,8

TR

60,0

XK

43,2

XS

33,5

ZZ

46,4

0707 00 05

TR

134,7

ZZ

134,7

0709 90 70

TR

85,9

ZZ

85,9

0805 50 10

AR

64,0

UY

52,9

ZA

54,0

ZZ

57,0

0806 10 10

EG

148,4

MA

138,0

TR

99,7

US

164,3

ZZ

137,6

0808 10 80

AR

64,4

BR

77,5

CL

77,6

CN

89,9

NZ

92,5

US

101,0

ZA

84,9

ZZ

84,0

0808 20 50

AR

52,9

NZ

109,7

TR

125,7

ZA

94,4

ZZ

95,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

132,3

US

172,7

ZA

80,5

ZZ

128,5

0809 40 05

IL

153,3

ZZ

153,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 967/2007

tas-17 ta’ Awwissu 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (għall-għezeb)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifondi ta' l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B.

(2)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum, għall-għezeb, il-kwantitajiet indikattivi previsti għall-perjodu ta' esportazzjoni li għaddej bħalissa jistgħu jinqabżu dalwaqt. Dan il-qbiż ikun ta' ħsara għar-rendiment tajjeb tas-sistema tar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u tal-ħaxix.

(3)

Biex tittaffa din is-sitwazzjoni, huwa f'loku li jkunu miċħuda l-applikazzjonijiet għal liċenzji tas-sistema B għall-għezeb esportat wara fis-17 ta' Awwissu 2007, sa tmiem il-perjodu kurrenti ta' esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-għezeb, l-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B, imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 628/2007, li għalihom ġiet aċċettata d-dikjarazzjoni ta' esportazzjoni tal-prodotti, wara fis-17 ta' Awwissu 2007 u qabel l-1 ta' Novembru 2007, huma miċħuda.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)   ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)   ĠU L 145, 7.6.2007, p. 7.


18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 968/2007

tas-17 ta’ Awwissu 2007

dwar il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni pprovduti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jipprovdi li, f’reġjuni kklassifikati bħala Objettiv 1 bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (2), il-kontribuzzjoni tal-Komunità ma għandhiex teċċedi l-75 % ta’ l-ispejjeż tar-ristrutturar u l-konverżjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 tħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (3), li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007. Skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, ir-reġjuni li jaqgħu taħt l-Objettiv 1 għandhom ikunu reġjuni li jikkorrispondu mal-livell II tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Statistiċi Territorjali (NUTS livell II) li l-PGD per capita tagħhom, imkejjel bl-ekwivalenti tas-saħħa tal-valuta tagħhom [paritajiet tal-poter ta’ akkwist] fis-suq huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-Komunità. Skond l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, reġjuni bħal dawn huma eliġibbli għall-finanzjament skond l-objettiv ta’ Konverġenza.

(3)

Xi reġjuni li kienu koperti minn Objettiv 1 mhumiex koperti mill-objettiv ta’ Konverġenza. Bil-maqlub ta’ dan, it-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa kopert mill-objettiv ta’ Konverġenza, imma ovvjament qabel ma kienx jaqa’ taħt l-Objettiv 1.

(4)

Dan jikkawża problemi prattiċi speċifiċi fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ pjanijiet tar-ristrutturar u l-konverżjoni li jeħtiġilhom jiġu mfassla u approvati għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008 ġaladarba d-diċitura preżenti ta’ l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 la jippermetti l-finanzjament ogħla għar-reġjuni ta’ l-Objettiv 1, minħabba li ma għadhomx jeżistu, u lanqas għar-reġjuni ta’ Konverġenza, minħabba li d-dispożizzjoni msemmija mhijiex immirata lejhom. Madankollu, huwa evidenti li l-għan għandu jkun li r-reġjuni anqas żviluppati jingħataw rata ogħla ta’ għajnuna.

(5)

L-arranġament tranżitorju applikabbli fil-preżent, ipprovdut bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 225/2007 (4), joffri soluzzjoni biss għas-sena ta’ l-inbid 2006/2007. Għaldaqstant, fl-istennija tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, huwa f’loku li tkun prevista l-possibbiltà li, għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008, tingħata r-rata ogħla ta’ għajnuna ppovduta bl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għar-reġjuni ta’ Konverġenza.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandu japplika, għas-sena ta’ l-inbid 2007/2008, għal reġjuni li huma kklassifikati bħala reġjuni ta’ Konverġenza skond ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006, għajr ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

(4)   ĠU L 64, 2.3.2007, p. 25.


18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 969/2007

tas-17 ta’ Awwissu 2007

li jemenda għat-83 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fit-18 u s-27 ta’ Lulju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw. L-Anness I għandu b’hekk jiġi emendat f’dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2007 (ĠU L 190, 21.7.2007, p. 7).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: Uffiċjal għoli ta’ l-Al-Qaida.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Nashwan Abd Al-Razzaq Abd Al-Baqi (magħruf ukoll bħala (a) Abdal Al-Hadi Al-Iraqi, (b) Abd al-Hadi al-Iraqi, (c) Abu Abdallah). Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Mosul, Iraq. Nazzjonalità: Iraqin. Informazzjoni oħra: (a) Uffiċjal għoli ta’ l-Al-Qaida, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju ta’ l-2007.”

(2)

L-annotazzjoni “Jalil, Abdul, Mullah (Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

Abdul Jalil (magħruf ukoll bħala Nazar Jan). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Arghandaab, fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tal-Kunsill tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(3)

L-annotazzjoni “Abdul Qadeer. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Ataxè Militari, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Qadeer Abdul Baseer. Titolu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Funzjoni: Ataxè Militari, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Nangarhar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: Rimpatrijat lejn l-Afganistan fi Frar ta’ l-2006.”

(4)

L-annotazzjoni “Mutawakil, Abdul Wakil (Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Wakil Ahmad Mutawakil Abdul Ghaffar (magħruf ukoll bħala Abdul Wakil Mutawakil). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Indirizz: l-intersezzjoni ta’ Spin Kalay, Kwartier tad-distrett ta’ Khan Mina, Khoshhal, Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Maiwand, fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan. Nru tal-passaport: (a) OR 35914 (passaport Afgan maħruġ fis-26.8.2005 validu sas-27.3.2008). Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 615565. Nazzjonalità: Afgan.”

(5)

L-annotazzjoni “Hottak, M. Musa, Maulavi (Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Mohammad Musa Hottak Abdul Mehdi. Titolu: (a) Maulavi, (b) Haji. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Indirizz: kwartier tad-Distrett ta’ Deh Now, Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Jelrez, Maidan, il-provinċja ta’ Wardak, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Parlament elett mill-provinċja ta’ Wardak, (b) Deputat Kap tal-Kumitat tas-Sigurtà Interna tal-Parlament Afgan sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(6)

L-annotazzjoni “Agha, Sayyed Ghiassouddine, Maulavi (Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghias, (b) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (c) Sayyed Ghayasudin). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta’ l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Farjab fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Farjab, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(7)

L-annotazzjoni “Ahmadulla, Qari (Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza))” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla) Titolu: Qari. Funzjoni: Ministru tas-Sigurtà (Intelliġenza) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1975. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Qarabagh, fil-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(8)

L-annotazzjoni “Tariq Anwar El-Sayed Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Hamdi Ahmad Farag, (b) Amr al-Fatih Fathi). Data tat-twelid: 15.3.1963. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Tariq Anwar El-Sayed Ahmed (magħruf ukoll bħala (a) Hamdi Ahmad Farag, (b) Amr al-Fatih Fathi). Data tat-twelid: 15.3.1963. Post tat-twelid: Lixandra, l-Eġittu. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ottubru ta’ l-2001.”

(9)

L-annotazzjoni “Bari, Abdul, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ħelmand)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Bari Akhund (magħruf ukoll bħala Haji Mullah Sahib). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ħelmand taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1953. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ħelmand fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru ta’ kumitat ta’ tmexxija Taliban magħmul minn seba’ membri f’Kandaħar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(10)

L-annotazzjoni “Akhund, Hadji Ubaidullah, Mullah (Ministru tad-Difiża)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Ubaidullah Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund). Titolu (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Funzjoni: Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mid-Deputati ta’ Mullah Omar, (b) Membru tat-tmexxija tat-Taliban, responsabbli għall-operazzjonijiet militari.”

(11)

L-annotazzjoni “Al-Jaziri, Abu Bakr; Nazzjonalità: Alġerin; indirizz: Peshawar, il-Pakistan – affiljat mal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Nazzjonalità: (a) Alġerin, (b) Palestinjan; Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: (a) Affiljat mal-Kumitat ta’ Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta’ l-Al-Qaida.”

(12)

L-annotazzjoni “Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abu Musab Al-Zarqawi; (b) Muhannad; (c) Al-Muhajer; (d) Garib, (e) Abou Musaab El Zarquawi, (f) Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said, (g) Al Zarqawi Abu Musa’ab, (h) Al Zarqawi Abu Musab, (i) Al Zarqawi Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said Abu Musab, (j) Alkhalayleh Ahmed, (k) Azzarkaoui Abou Moussab, (l) El Zarquawi Abu Musaab, (m) Zarkaoui Abou Moussaab, (n) Abu Ahmad, (o) Abu Ibrahim). Data tat-twelid: (a) 30.10.1966, (b) 20.10.1966. Post tat-twelid: (a) Al-Zarqaa, il-Ġordan, (b) Al Zarqa, il-Ġordan (c) Al Zarquaa, il-Ġordan. Nru tal-passaport: (a) Z 264958 (passaport tal-Ġordan maħruġ fl-4.4.1999 f’Al Zarqaa, il-Ġordan), (b) 1433038 (karta ta’ l-identità tal-Ġordan maħruġa fl-4.4.1999 f’Al Zarqaa, il-Ġordan). Informazzjoni oħra: Allegatament miet.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abu Musab Al-Zarqawi, (b) Muhannad, (c) Al-Muhajer, (d) Garib). Data tat-twelid: 30.10.1966. Post tat-twelid: Al-Zarqaa, il-Ġordan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ġunju ta’ l-2006.”

(13)

L-annotazzjoni “Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim, (c) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi Abdel Muaz, (d) Al Zawahiri Ayman, (e) Abdul Qader Abdul Aziz Abdul Moez Al Doctor, (f) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi, (g) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabie, (h) Al Zawahry Aiman Mohamed Robi, (i) Dhawahri Ayman, (j) Eddaouahiri Ayman, (k) Nur Al Deen Abu Mohammed, (l) Abu Fatma, (m) Abu Mohammed); Titolu: (a) Tabib, (b) Dr. Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Informazzjoni oħra: (a) Mexxej Operattiv u Militari tal-Grupp tal-Ġiħad, (b) eks-mexxej tal-Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, (c) kollaboratur qrib ta’ Usama Bin Laden” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim). Titolu: Doctor. Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Informazzjoni oħra: (a) Eks-mexxej Operattiv u Militari tal-Grupp tal-Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, illum kollaboratur qrib ta’ Usama Bin Laden, (b) Joqgħod fiż-Żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(14)

L-annotazzjoni “Asem, Sayed Esmatullah, Maulavi (Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1967. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ningarhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Huwa maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(15)

L-annotazzjoni “Muhsin Moussa Matwalli Atwah Dewedar (magħruf ukoll bħala (a) Al-Muhajir, Abdul Rahman; (b) Al-Namer, Mohammed K.A.; (c) Abdel Rahman; (d) Abdul Rahman) Data tat-twelid: 19.6.1964. Post tat-twelid: Dakahliya, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Muhsin Moussa Matwalli Atwah Dewedar (magħruf ukoll bħala (a) Al-Muhajir, Abdul Rahman, (b) Al-Namer, Mohammed K.A., (c) Abdel Rahman, (d) Abdul Rahman). Data tat-twelid: 19.6.1964. Post tat-twelid: Dakahliya, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’April ta’ l-2006.”

(16)

L-annotazzjoni “Baradar, Mullah (Deputat Ministru tad-Difiża)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Ghani Baradar (magħruf ukoll bħala Mullah Baradar Akhund). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Weetmak, fid-distrett ta’ Dehrawood, fil-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjieni għat-tribù Popalzai, (b) Kmandant militari Għoli Taliban u membru tal-‘Kunsill Quetta’ tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (c) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(17)

The entry “Ramzi Mohamed Abdullah Binalshibh (alias (a) Binalsheidah, Ramzi Mohamed Abdullah, (b) Bin al Shibh, Ramzi, (c) Omar, Ramzi Mohamed Abdellah, (d) Mohamed Ali Abdullah Bawazir, (e) Binalshibh Ramzi Mohammed Abdullah, (f) Ramzi Binalshib, (g) Ramzi Mohamed Abdellah Omar Hassan Alassiri, (h) Binalshibh Ramsi Mohamed Abdullah, (i) Ramzi Omar). Date of birth: (a) 1.5.1972, (b) 16.9.1973, (c) 15.7.1975. Place of birth: (a) Gheil Bawazir, Hadramawt, Yemen, (b) Khartoum, Sudan. Nationality: (a) Yemen, (b) Sudan. Passport No: 00085243 (issued on 17.11.1997 in Sanaa, Yemen). Other information: arrested in Karachi, Pakistan, on 30.9.2002.” under the heading “Natural persons” shall be replaced by:

“Ramzi Mohamed Abdullah Binalshibh (alias (a) Binalsheidah, Ramzi Mohamed Abdullah, (b) Bin Al Shibh, Ramzi, (c) Omar, Ramzi Mohamed Abdellah, (d) Mohamed Ali Abdullah Bawazir, (e) Binalshibh Ramzi Mohammed Abdullah, (f) Ramzi Binalshib, (g) Ramzi Mohamed Abdellah Omar Hassan Alassiri, (h) Binalshibh Ramsi Mohamed Abdullah, (i) Abu Ubaydah, (j) Umar Muhammad ‘Abdallah Ba’ Amar, (k) Ramzi Omar). Date of birth: (a) 1.5.1972, (b) 16.9.1973, (c) 15.7.1975. Place of birth: (a) Gheil Bawazir, Hadramawt, Yemen, (b) Khartoum, Sudan. Nationality: (a) Yemen, (b) Sudan. Passport No: 00085243 (issued on 17.11.1997 in Sanaa, Yemen). Other information: (a) Arrested in Karachi, Pakistan, on 30.9.2002, (b) In custody of the United States of America, as of July 2007.”

(18)

L-annotazzjoni “Rahmani, Arsalan, Maulavi (Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Arsalan Rahmani Mohammad Daulat (magħruf ukoll bħala Arsala Rahmani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1941. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Khaleqdad fid-distrett ta’ Urgon fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 106517. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Membru tal-Kamra Superjuri (Mashrano Jerga) tal-Parlament Afgan, (b) Kap tal-Kumitat Edukattiv u Reliġjuż tal-Kamra sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(19)

L-annotazzjoni “Delawar, Shahabuddin, Maulavi (Deputat tal-Qorti Superjuri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Shahabuddin Delawar. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat tal-Qorti Superjuri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Logar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(20)

L-annotazzjoni “Mohammad, Dost, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Daman, fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mill-kmandanti militari tat-Taliban sa minn Mejju ta’ l-2007, (b) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(21)

L-annotazzjoni “Elmi, Mohammad Azam, Maulavi (Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Mohammad Azam Elmi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2005.”

(22)

L-annotazzjoni “Ezatullah, Maulavi (Deputat ta’ l-Ippjanar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

Ezatullah. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Laghman fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(23)

L-annotazzjoni “Ahmed Khalfan Ghailani (magħruf ukoll bħala Ahmed it-Tanzanjan; magħruf ukoll bħala Foopie; magħruf ukoll bħala Fupi; magħruf ukoll bħala Ahmad, Abu Bakr; magħruf ukoll bħala Ahmed, A; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar K.; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakar Khalfan; magħruf ukoll bħala Ahmed, Abubakary K.; magħruf ukoll bħala Ahmed, Ahmed Khalfan; magħruf ukoll bħala Al Tanzani, Ahmad; magħruf ukoll bħala Ali, Ahmed Khalfan; magħruf ukoll bħala Bakr, Abu; magħruf ukoll bħala Ghailani, Abubakary Khalfan Ahmed; magħruf ukoll bħala Ghailani, Ahmed; magħruf ukoll bħala Ghilani, Ahmad Khalafan; magħruf ukoll bħala Hussein, Mahafudh Abubakar Ahmed Abdallah; magħruf ukoll bħala Khabar, Abu; magħruf ukoll bħala Khalfan, Ahmed; magħruf ukoll bħala Mohammed, Shariff Omar); imwieled fl-14.3.1974 jew it-13.4.1974 jew l-14.4.1974 jew l-1.8.1970, iż-Żanżibar, it-Tanżanija; Ċittadin tat-Tanżanija.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Ahmed Khalfan Ghailani (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad, Abu Bakr, (b) Ahmed, Abubakar, (c) Ahmed, Abubakar K., (d) Ahmed, Abubakar Khalfan, (e) Ahmed, Abubakary K., (f) Ahmed, Ahmed Khalfan, (g) Ali, Ahmed Khalfan, (h) Ghailani, Abubakary Khalfan Ahmed, (i) Ghailani, Ahmed, (j) Ghilani, Ahmad Khalafan, (k) Hussein, Mahafudh Abubakar Ahmed Abdallah, (l) Khalfan, Ahmed, (m) Mohammed, Shariff Omar, (n) Haytham al-Kini, (o) Ahmed The Tanzanian, (p) Foopie, (q) Fupi, (r) Ahmed, A, (s) Al Tanzani, Ahmad, (t) Bakr, Abu, (u) Khabar, Abu). Data tat-twelid: (a) 14.3.1974, (b) 13.4.1974, (c) 14.4.1974, (d) 1.8.1970. Post tat-twelid: Iż-Żanżibar, it-Tanżanija. Nazzjonalità: Tanżanija. Informazzjoni oħra: Maqbud f’Lulju ta’ l-2004 u miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka sa minn Lulju ta’ l-2007.”

(24)

L-annotazzjoni “Nuristani, Rostam, Maulavi (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Rustum Hanafi Habibullah (magħruf ukoll bħala Rostam Nuristani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, fid-distrett ta’ Do Aab fil-provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Nuristan, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(25)

L-annotazzjoni “Haqani, Djallalouddine, Maulavi (Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Khost fid-distrett ta’ Żadran, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Huwa mexxej attiv Taliban, (b) Hu maħsub li qed joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(26)

L-annotazzjoni “Haqani, Sayeedur Rahman, Maulavi (Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Sayeedur Rahman Haqani (magħruf ukoll bħala Sayed Urrahman). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1952. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Il-provinċja ta’ Laghman, fl-Afganistan.”

(27)

L-annotazzjoni “Haqqani, Mohammad Salim, Maulavi (Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Mohammad Salim Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1967. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Mill-provinċja ta’ Laghman.”

(28)

L-annotazzjoni “Haqqani, Moslim, Maulavi (Deputat Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Moslim Haqqani. Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Baghlan fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Pashtun etniku mill-provinċja ta’ Baghlan, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(29)

L-annotazzjoni “Sayyed Mohammed Haqqani. Titolu: Maulavi. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Direttur ta’ l-Affarijiet Amministrattivi (ir-reġim Taliban), (b) Gradwat tal-Haqqaniya Madrrassa fil-Pakistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Direttur ta’ l-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Kap ta’ l-Informazzjoni u l-Kultura fil-provinċja ta’ Kandahar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1965. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Haqqaniya Madrrassa fil-Pakistan (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej Taliban Mullah Mohammad Omar, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(30)

L-annotazzjoni “Zayn al-Abidin Muhammad Hussein (magħruf ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhahhad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq). Data tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, is-Sawdi Għarabja. Nazzjonalità: Palestinjana. Nru tal-passaport: 484824 (passaport Eġizzjan maħruġ fit-18.1.1984 mill-Ambaxxata Eġizzjana f’Riyadh). Informazzjoni oħra: Sieħeb fil-qrib ta’ Usama Bin Laden u koordinatur ta’ l-ivvjaġġjar tat-terroristi.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Zayn al-Abidin Muhammad Hussein (magħruf ukoll bħala (a) Abu Zubaida, (b) Abd Al-Hadi Al-Wahab, (c) Zain Al-Abidin Muhahhad Husain, (d) Zayn Al-Abidin Muhammad Husayn, (e) Zeinulabideen Muhammed Husein Abu Zubeidah, (f) Abu Zubaydah, (g) Tariq Hani). Data tat-twelid: 12.3.1971. Post tat-twelid: Riyadh, is-Sawdi Għarabja. Nazzjonalità: Palestinjana. Nru tal-passaport: 484824 (passaport Eġizzjan maħruġ fit-18.1.1984 mill-Ambaxxata Eġizzjana f’Riyadh). Informazzjoni oħra: (a) Sieħeb mill-qrib ta’ Usama bin Laden u koordinatur ta’ l-ivvjaġġar tat-terroristi, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju 2007.”

(31)

L-annotazzjoni “Haqqani, Najibullah, Maulavi (Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1964. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Mill-Afganistan tal-Lvant, (b) Membru tal-‘Kunsill’ Taliban fil-provinċja ta’ Kunar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta’ Moulavi Noor Jalal.”

(32)

L-annotazzjoni “Nurjaman Riduan Isamuddin (magħruf ukoll bħala (a) Hambali, (b) Nurjaman, (c) Isomuddin, Nurjaman Riduan, (d) Hambali Bin Ending, (e) Encep Nurjaman, (f) Hambali Ending Hambali, (g) Isamuddin Riduan, (h) Isamudin Ridwan). Data tat-twelid: 4.4.1964. Post tat-twelid: Cianjur, Java tal-Punent, l-Indoneżjana. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: imtinwieled: Encep Nurjaman.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Nurjaman Riduan Isamuddin (magħruf ukoll bħala (a) Hambali, (b) Nurjaman, (c) Isomuddin, Nurjaman Riduan, (d) Hambali Bin Ending, (e) Encep Nurjaman, (f) Hambali Ending Hambali, (g) Isamuddin Riduan, (h) Isamudin Ridwan). Data tat-twelid: 4.4.1964. Post tat-twelid: Cianjur, Java tal-Punent, l-Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Informazzjoni oħra: (a) Imwieled: Encep Nurjaman, (b) Miżmum taħt arrest fl-Istati Uniti ta’ l-Amerka, sa minn Lulju 2007.”

(33)

L-annotazzjoni “Jamal, Qudratullah, Maulavi (Ministru ta’ l-Informazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Informazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Gardez, fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(34)

L-annotazzjoni “Rahamatullah Kakazada. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Konslu Ġenerali, il-‘Konsulat Ġenerali Taliban’, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (maħruġ fis-7.1.1999).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Rahamatullah Kakazada (magħruf ukoll bħala (a) Rehmatullah, (b) Kakazada, (c) Mullah Nasir). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Konslu Ġenerali, il-‘Konsulat Ġenerali Taliban’, Karachi, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (Passaport Afgan maħruġ fis-7.1.1999). Informazzjoni oħra: ‘Gvernatur’ Taliban tal-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007.”

(35)

L-annotazzjoni “Khaksar, Abdul Samad, Mullah (Deputat Ministru (tas-Sigurtà) ta’ l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Samad Khaksar, Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Sigurtà) ta’ l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-provinċja ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Jannar ta’ l-2006.”

(36)

L-annotazzjoni “Ahmed Said Zaki Khedr (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Said Al Kader, (b) Al-Kanadi, Abu Abd Al-Rahman). Data tat-twelid: 1.3.1948. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Kanadiża” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Ahmed Said Zaki Khedr (magħruf ukoll bħala (a) Ahmed Said Al Kader, (b) Abdul Rehman Khadr Al-Kanadi, (c) Shaikh Said Abdul Rehman, (d) Al-Kanadi, Abu Abd Al-Rahman). Data tat-twelid: 1.3.1948. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Kanadiża. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Ottubru ta’ l-2003.”

(37)

L-annotazzjoni “Razaq, Abdul, Mullah (Ministru ta’ l-Affarijiet Interni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Razaq Akhund Lala Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Ministru ta’ l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Id-distrett ta’ Spin Boldak fil-provinċja ta’ Kandaħar, l-Afganistan, fiż-żona tal-fruntiera mad-distrett Chaman, Quetta, il-Pakistan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(38)

L-annotazzjoni “Madani, Zia-ur-Rahman, Maulavi (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Logar)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb) Titlu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Logar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan fil-provinċja ta’ Takhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta’ Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(39)

L-annotazzjoni “Habibullah Faizi. Funzjoni: it-Tieni Segretarju. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000952 (maħruġ fid-19.12.1993)” taħt it-titlu “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Habibullah Fauzi Mohammad Mangal (magħruf ukoll bħala Habibullah Faizi). Titolu: Qazi. Funzjoni: (a) It-Tieni Segretarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, l-Iżlamabad, il-Pakistan (b) L-Ewwel Segretarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, l-Iżlamabad, il-Pakistan, (c) ‘Ambaxxatur’ Ġenerali, (d) Kap tad-Dipartiment tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1961. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Atal fid-distrett ta’ Ander, Ghazni, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: (a) D 010678 (passaport Afgan maħruġ fid-19.12.1993), (b) OR 733375 (passaport Afgan maħruġ fit-28 ta’ Ġunju ta’ l-2005, validu sa l-2010).”

(40)

L-annotazzjoni “Mansur, Abdul Latif, Maulavi (Ministru ta’ l-Agrikoltura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala Abdul Latif Mansoor). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta’ l-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Zurmat, fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tal-“Kunsill Miriam Shah” Taliban, sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(41)

L-annotazzjoni “Mustasaed, Mullah (Kap ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Mohammad Husayn Mustasaeed (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Hassan Mastasaeed, (b) Mstasaeed, (c) Mostas’eed). Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta’ l-Akkademja tax-Xjenzi taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1964. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(42)

L-annotazzjoni “Akhtar Mohammad Maz-Hari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Edukattiv, il-‘Konsulat Ġenerali’ Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Kunduz fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: SE 012820 (maħruġ fl-4.11.2000).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Akhtar Mohammad Maz-Hari. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Edukattiv, il-‘Konsulat Ġenerali’ Taliban, Peshawar, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Kunduz fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: SE 012820 passaport Afgan maħruġ fl-4.11.2000). Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2007.”

(43)

L-annotazzjoni “Wahidyar, Ramatullah (Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Rahmatullah Wahidyar Faqir Mohammad (magħruf ukoll bħala Ramatullah Wahidyar). Funzjoni: Deputat Ministru tal-Martri u r-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1957. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Kotakhel fid-distrett ta’ Żormat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 110675.”

(44)

L-annotazzjoni “Abdul Kabir (magħruf ukoll bħala A. Kabir). Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: It-tribù ta’ Żardran fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) It-Tieni Deputat, il-Kunsill tal-Ministri (ir-reġim Taliban), (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangahar, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant, (d) attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan tal-Lvant.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) It-Tieni Deputat, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangahar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: It-tribù ta’ Żardran fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan tal-Lvant, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(45)

L-annotazzjoni “Islam, Muhammad (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Bamiyan)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Muhammad Islam Mohammadi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Bamiyan, l-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1953 u l-1958. Post tat-twelid: Id-distrett ta’ Rori-Du-Aab fil-provinċja ta’ Samangan, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2007.”

(46)

L-annotazzjoni “Mujahid, Abdul Hakim, mibgħut Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Hakim Mujahid Moh Aurang (magħruf ukoll bħala Abdul Hakim Mojahed). Titolu: Maulavi. Funzjoni: ‘mibgħut’ Taliban għan-Nazzjonijiet Uniti. Indirizz: Il-kwartier tad-distrett ta’ Dehbori f’Kabul, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Khajakhel fid-distrett ta’ Sharan fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 106266.”

(47)

L-annotazzjoni “Tayeb, Haji Alla Dad, Mullah (Deputat Ministru tal-Komunikazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb). Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1963. Post tat-twelid: Il-belt ta’ Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(48)

L-annotazzjoni “Abdul Hakim Monib. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri. Data tat-twelid: Bejn l-1973 u l-1976. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Zurmat, fil-provinċja ta’ Paktja, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Irrinunzja lit-Talibani u ngħaqad mal-gvern li jirrappreżenta d-distrett Żurmat fil-Loya Jirga” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Hakim Monib Mohammad Nazar. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Indirizz: (a) ir-raħal ta’ Hazarkhel fid-distrett ta’ Żormat, provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan, (b) il-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Hazarkhel fid-distrett ta’ Żurmat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 004548 (passaport Afgan). Nru ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali: 22273. Informazzjoni oħra: (a) Irrinunzja lit-Talibani u ngħaqad mal-gvern li jirrappreżenta d-distrett Żurmat fil-Loya Jirga, (b) Gvernatur tal-provinċja ta’ Uruzgan, l-Afganistan, sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(49)

L-annotazzjoni “Nyazi, Manan, Mullah (Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Manan Nyazi (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi, (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai). Titolu: Mullah. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Pashtoon Zarghoon fil-provinċja ta’ Ħerat, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta’ bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

(50)

L-annotazzjoni “Paktis, Abdul Satar, Dr, (Dipartiment tal-Protokoll, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Satar Paktin (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Sattar Paktis). Titolu: Doctor. Funzjoni: (a) Dipartiment tal-Protokoll, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Charkh fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Post tat-twelid: Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Arrestat fl-2005 u mibgħut lura lejn l-Afganistan.”

(51)

L-annotazzjoni “Hanafi, Mohammad Nasim, Mullah (Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Darzab id-distrett ta’ Faryab, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Jawzjan, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(52)

L-annotazzjoni “Faizan, Faiz Mohammad, Maulavi (Deputat Ministru tal-Kummerċ)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Fazl Mohammad Faizan Qamaruddin (magħruf ukoll bħala Faiz Mohammad Faizan). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Khair fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Khair fil-provinċja ta’ Paktika, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: In-numru tal-karta tar-reġistrazzjoni għall-elezzjonijiet huwa 07503858.”

(53)

L-annotazzjoni “Qurishi, Abdul Ghafar, Maulavi (Ataxé tar-Ripatrijazzjoni, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Ghafar Qurishi (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè tar-Ripatrijazzjoni, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad. Nazzjonalità: Afgan.”

(54)

L-annotazzjoni “Al-Haq, Amin (magħruf ukoll bħala Amin, Muhammad; magħruf ukoll bħala Ah Haq, Dott. Amin; magħruf ukoll bħala Ul-Haq, Dr Amin); imwieled fl-1960 fil-Provinċja ta’ Nangahar, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Amin Muhammad Ul Haq Saam Khan (magħruf ukoll bħala (a) Al-Haq, Amin, (b) Amin, Muhammad, (c) Dr Amin, (d) Ul-Haq, Dr Amin). Data tat-twelid: 1960. Post fejn twieled: il-Provinċja ta’ Nangahar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Koordinatur ta’ sigurtà għal Usama bin Laden, (b) Mibgħut lura lejn l-Afganistan fi Frar ta’ l-2006.”

(55)

L-annotazzjoni “Qalamudin Muhmand (alias Qalamuddin). Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta’ Ningarhar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Ħaġġ (ir-reġim Taliban), (b) Kap tal-Kumitat Olimpiku, (c) inżamm taħt arrest f’Lulju ta’ l-2003 f’Kabul, l-Afganistan” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Qalamudin Sar Andaz (magħruf ukoll bħala Qalamuddin). Titolu: Maulavi. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban, (b) Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet tal-Ħaġġ tar-reġim Taliban (b) Kap tal-Kumitat Olimpiku tar-reġim Taliban. Indirizz: id-distrett ta’ Baraki Barak fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: id-distrett ta’ Baraki Barak fil-provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: F’Lulju ta’ l-2003 kien inżamm taħt arrest f’Kabul, l-Afganistan. Meħlus mill-ħabs fl-2005.”

(56)

L-annotazzjoni “Mansour, Akhtar Mohammad (Ministru ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (c) Akhtar Mohammad Mansoor). Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta’ l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta’ Żurmat fil-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f’Settembru ta’ l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (c) attiv fil-provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta’ l-2007; ‘Gvernatur’ Taliban ta’ Kandaħar sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(57)

L-annotazzjoni “Nazirullah Aanafi. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Ataxè Kummerċjali, l-’Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000912 (maħruġ fit-30.6.1998)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Nazirullah Aanafi Waliullah. Titolu: (a) Maulavi, (b) Haji. Funzjoni: Ataxè Kummerċjali, l-’Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 000912 (passaport Afgan maħruġ fit-30.6.1998). Informazzjoni oħra: Mibgħut lura lejn l-Afganistan f’Ottubru ta’ l-2006.”

(58)

L-annotazzjoni “Abdul Salam Zaeef. Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji, (b) Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 001215 (maħruġ fid-29.8.2000)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Salam Zaeef (magħruf ukoll bħala Abdussalam Zaeef). Titolu: Mullah. Funzjoni: (a) Deputat Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-reġim Taliban, (b) Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzjarju, l-‘Ambaxxata’ Talibana, Iżlamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Nru tal-passaport: D 001215 (passaport Afgan maħruġ fid-29.8.2000). Informazzjoni oħra: Arrestat u mibgħut lura lejn l-Afganistan. Meħlus mill-ħabs. Jgħix Kabul sa minn Mejju ta’ l-2007.”

(59)

L-annotazzjoni “Zahed, Abdul Rahman (Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b’:

“Abdul Rahman Zahed (magħruf ukoll bħala Abdul Rehman Zahid). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: il-provinċja ta’ Logar fid-distrett ta’ Kharwar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgana.”


18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 970/2007

tas-17 ta’ Awwissu 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 li jimponi xi miżuri ristrettivi speċifiċi kontra xi persuni li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u li qed jiksru d-dritt internazzjonali fil-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi xi miżuri ristrettivi speċifiċi kontra xi persuni li qed ifixklu l-proċess ta' paċi u li qed jiksru d-dritt internazzjonali fil-kunflitt fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (1), u, b'mod partikolari, l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 jelenka l-persuni naturali u legali, l-entitajiet jew il-korpi li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fis-7 ta’ Awwissu 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti emenda l-lista tal-persuni naturali, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)   ĠU L 193, 23.7.2005, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1184/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Gaffar Mohamed ELHASSAN. Titolu: Maġġur Ġenerali. Informazzjoni oħra: Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forza ta' l-Ajru tas-Sudan” għandha tiġi sostitwita b':

“Gaffar Mohammed Elhassan (alias Gaffar Mohmed Elhassan). Titolu: Maġġur Ġenerali. Kariga: Kmandant tar-Reġjun Militari tal-Punent għall-Forza ta' l-Ajru tas-Sudan. Data tat-twelid: 24.6.1953.”

(2)

L-annotazzjoni “Gabril Abdul Kareem BADRI. Informazzjoni oħra: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp” għandha tiġi sostitwita b':

“Gabril Abdul Kareem Badri (alias Gibril Abdul Kareem Barey). Titolu: Ġeneral. Kariga: Kmandant fl-armata tal-Moviment Nazzjonali għar-Riforma u l-Iżvilupp.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti prodotti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terżi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini fir-rigward ta’ lewż u prodotti li ġejjin minnhom li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3613)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/563/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (2) li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini.

(2)

Il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel innota li l-aflatossina B1 hija sustanza karċinoġena ġenotossika qawwija u, anke f’livell baxxi ħafna, tikkontribwixxi għar-risku tal-kanċer tal-fwied. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fi prodotti ta’ l-ikel (3), jistabbilixxi l-livelli massimi permessi ta’ aflatossini fil-prodotti ta’ l-ikel. Madankollu, fl-2005 u l-2006 numru dejjem akbar ta’ avviżi permezz tas-Sistema Rapida ta’ Twissija għall-Għalf u l-Ikel (RASFF) indikaw li dawn il-livelli massimi nqabżu b’mod regolari fil-lewż u fi prodotti derivati minnu li jiġu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(3)

Din il-kontaminazzjoni hija ta’ theddida għas-saħħa pubblika fil-Komunità. Għalhekk jixraq li jiġu adottati miżuri speċjali fil-livell Komunitarju.

(4)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (‘FOV’) tal-Kummissjoni wettaq missjoni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-11 sal-15 ta’ Settembru 2006 sabiex jivvaluta s-sistemi ta’ kontroll stabbiliti biex b’hekk jimpedixxi l-livelli ta’ kontaminazzjoni ta’ l-aflatossina fil-lewż intiż għall-esportazzjoni lejn il-Komunità (4). Il-missjoni wriet in-nuqqas ta’ kull rekwiżit legali obbligatorju sabiex jiġu kkontrollati l-livelli ta’ aflatossina fil-produzzjoni u l-ipproċessar tal-lewż u l-insuffiċjenza tas-sistema ta’ kontroll attwali fl-għoti ta’ garanziji dwar il-konformità tal-prodotti esportati ma’ standards Komunitarji. B’żieda ma’ dan, uriet l-insuffiċjenza tal-laboratorji li nżaru fl-għoti ta’ kwalunkwe garanzija għall-esportazzjonijiet u wriet ukoll nuqqasijiet fil-konformità ma’ kważi kull aspett ta’ l-EN ISO/IEC 17025 dwar “Ir-rekwiżiti ġenerali għall-kompetenza għal-laboratorji ta’ ttestjar u ta’ kalibrar”.

(5)

Fi tweġiba għar-rapport ta’ l-FVO, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. Madankollu, l-azzjoni proposta hija insuffiċjenti fl-għoti ta’ garanziji għall-konformità ta’ merkanziji futuri ta’ lewż mal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-aflatossini, b’mod partikolari minħabba n-natura volontarja tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-aflatossina. Għalhekk jixraq li jkun hemm kundizzjonijiet stretti dwar il-lewż u prodotti derivati minnu li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika sabiex jinħoloq livell għoli ta’ ħarsien għas-saħħa pubblika.

(6)

Fl-interess tas-saħħa pubblika, il-kunsinni kollha ta’ lewż u prodotti derivati minnu impurtati fil-Komunità mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jiġu suġġetti għal teħid ta’ kampjuni u analiżi għal livelli ta’ aflatossina mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru importatur, qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq, sakemm dawn ma jkunux koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina (VASP) imfassal mill-Bord għal-Lewż ta’ Kalifornja f’Mejju 2006. Il-kunsinni koperti mill-VASP għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli għall-għarrieda fil-punt ta’ l-importazzjoni fil-Komunità. Il-miżuri se jiġu rriveduti wara sena fuq il-bażi tar-rapporti mill-Istati Membri u garanziji addizzjonali pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

(7)

Id-Deċiżjoni 2006/504/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1:

(a)

L-ewwel paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (g) u għall-prodotti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti derivati minn jew li fihom ammont sinifikanti mill-prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (g). Madankollu, ma għandhiex tapplika għal kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel b’piż gross ta’ mhux aktar minn 5 kg.”

(b)

Fit-tieni paragrafu:

L-ewwel sentenza hija mibdula b’dan li ġej:

“Il-prodotti ta’ l-ikel għandhom jitqiesu li fihom ammont sinifikanti mill-prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (g), fejn ikunu preżenti fihom fi kwantità ta’ mill-inqas 10 %:”

Jiżdiedu l-punti (f) u (g) li ġejjin:

“(f)

Il-prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina stabbilit mill-Bord għal-Lewż ta’ Kalifornja f’Mejju 2006 (‘il-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju’):

(i)

lewż bil-qoxra jew mingħajr qoxra li jaqa’ fi ħdan il-Kodiċi NM 0802 11 jew 0802 12 ;

(ii)

lewż mixwi li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet NM 2008 19 13 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) u 2008 19 93 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii)

taħlitiet ta’ ġewż jew frott niexef li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0813 50 u li fihom il-lewż;

(g)

Il-prodotti ta’ l-ikel li ġejjin impurtati mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, li mhumiex koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina:

(i)

lewż bil-qoxra jew mingħajr qoxra li jaqa’ fi ħdan il-Kodiċi NM 0802 11 jew 0802 12 ;

(ii)

lewż mixwi li jaqa’ fi ħdan il-kodiċijiet NM 2008 19 13 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) u 2008 19 93 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii)

taħlitiet ta’ ġewż jew frott niexef li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0813 50 u li fihom il-lewż.”

(2)

Fl-Artikolu 3:

(a)

Fl-ewwel paragrafu, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

id-Dipartiment għall-Agrikultura ta’ l-Istati Uniti (USDA) għall-prodotti ta’ l-ikel mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika.”

(b)

Il-paragrafu 8 li ġej huwa miżjud:

“8.   B’deroga mill-paragrafi 1 sa 6, kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punt (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità mingħajr ma jkunu akkumpanjati mir-riżultati ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi u minn ċertifikat tas-saħħa.”

(3)

Fl-Artikolu 5, paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin (f) u (g):

“(f)

madwar 5 % tal-kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, imsemmija fil-punt (f) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1;

(g)

kull kunsinna ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, imsemmija fil-punt (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1.”

(4)

Se jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Kundizzjonijiet addizzjonali fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika

1.   Fir-rigward ta’ importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-analiżi stipulata fl-Artikolu 3(1) għandha titwettaq minn laboratorju għall-analiżi ta’ l-aflatossina approvat mill-USDA jew laboratorju li jkun taħt il-proċess ta’ approvazzjoni USDA, li jkun ġie akkreditat skond l-EN ISO/IEC 17025.

Madankollu, fejn il-laboratorju jkun għadu ma ġiex akkreditat, dan għandu:

(a)

ikun beda u jkun qed ifittex li jikseb il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni meħtieġa; kif ukoll

(b)

jipprovdi garanziji suffiċjenti li jeżistu skemi ta’ kontroll ta’ kwalità stabbiliti għall-analiżi ta’ l-aflotossina.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Artikolu 3(1) li jintbagħat mal-kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punt (f) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 għandu jagħmel referenza għall-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju ta’ l-Aflatossina.”

(5)

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Spejjeż marbuta ma’ importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil, l-Iran u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

1.   L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mit-teħid ta’ kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u l-ħruġ ta’ dokumenti uffiċjali u ta’ kopji taċ-ċertifikati tas-saħħa u dokumenti anċillari skond l-Artikoli 3(1) u 5(3) għall-prodotti ta’ l-ikel mill-Brażil, l-Iran u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kif imsemmi fil-punti (a), (d) u (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1, u dawk li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti li ġejjin minn jew li fihom il-prodotti ta’ l-ikel imsemmija f’dawk il-punti għandhom jitħallsu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu.

2.   L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri uffiċjali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (g) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 1 u mal-prodotti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti li ġejjin minn jew li fihom l-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dawn il-punti għandhom jitħallsu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2007.

Din id-Deċiżjoni mhix applikabbli għal kunsinni ta’ lewż u prodotti derivati li telqu mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika qabel l-1 ta’ Settembru 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(2)   ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21. Id-Deċiżjoni hekk emendata bid-Deċiżjoni 2007/459/KE (ĠU L 174, 4.7.2007, p. 8).

(3)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(4)  Rapport ta’ missjoni mwettqa fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika mill-11 ta’ Settembru sal-15 ta’ Settembru 2006 sabiex jiġu vvalutati s-sistemi ta' kontroll stabbiliti biex b'hekk tiġi kkontrollata l-kontaminazzjoni mill-aflatossina fil-lewż intiż għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea (DĠ (SANCO)/8300/2006 - MR).


18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Awwissu 2007

li teżenta xi servizzi fis-settur postali fil-Finlandja, ħlief għall-Gżejjer Åland, mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u postali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3700)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/564/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u postali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(4) u (6) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba sottomessa mill-Finlandja permezz ta’ e-mail tad-9 ta’ Frar 2007,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti Pubbliċi,

Billi:

I.   IL-FATTI

(1)

Fid-9 ta’ Frar 2007, il-Finlandja ttrażmettiet talba skond l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE lill-Kummissjoni bl-e-mail. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni permezz ta’ e-mails tal-21 ta’ Marzu 2007, tat-18 ta’ April 2007 u tal-15 ta’ Mejju 2007, li l-awtoritajiet Finlandiżi ttrażmettew permezz ta’ e-mails ta’ l-4 ta’ April 2007, ta’ l-24 ta’ April 2007 u tas-16 ta’ Mejju 2007.

(2)

It-talba sottomessa mill-Finlandja f’isem Suomen Posti Oyj, li mill-1 ta’ Ġunju 2007 biddlet isimha għal Itella Oyj, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Finland Post”) tikkonċerna xi servizzi postali kif ukoll xi servizzi minbarra dawk postali fil-Finlandja, ħlief għall-Gżejjer Åland. Is-servizzi deskritti fit-talba huma dawn li ġejjin:

(a)

Servizzi ta’ ittri indirizzati (Konsumatur lill-Konsumatur (Consumer to Consumer – CtC), Konsumatur lin-Negozju (Consumer to Business - CtB), Negozju lin-Negozju (Business to Business - BtB) u Negozju lill-Konsumatur (Business to Consumer - BtC)), kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali;

(b)

Servizzi tal-posta diretta indirizzata;

(ċ)

Servizzi tal-posta diretta mhux indirizzata;

(d)

Servizzi tal-pakketti standard BtB, domestiċi u internazzjonali;

(e)

Servizzi tal-pakketti standard BtC, domestiċi u internazzjonali;

(f)

Servizzi tal-pakketti standard tal-konsumaturi (CtC u CtB), domestiċi u internazzjonali;

(g)

Servizzi tal-pakketti espressi u bil-messaġġier, domestiċi u internazzjonali;

(h)

Konsenja bikrija tal-gazzetti;

(i)

Konsenja standard tal-gazzetti;

(j)

Servizzi ta’ oġġetti ħfief (imsejħa wkoll konsenji singoli) u servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(k)

Servizzi ta’ magazzinaġġ;

(l)

Loġistiċi tal-kuntratti;

(m)

Soluzzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-posta diretta;

(n)

Servizzi ta’ l-istampar;

(o)

Servizzi ta’ l-immaniġġjar tad-data;

(p)

Servizzi ta’ l-e-tranżazzjonijiet;

(q)

Servizzi filateliċi.

(3)

It-talba hija akkumpanjata mill-konklużjonijiet ta’ l-awtorità nazzjonali indipendenti, Kilpailuvirasto/Konkurrensverket (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Finlandiża), li min-naħa l-waħda ma tara “ebda raġuni partikolari biex topponi l-għotja ta’ l-esklużjoni msemmija fl-Artikolu 30 …”, filwaqt li tgħid min-naħa l-oħra li “għandu jiġi mfakkar li Finland Post Corporation għad għandha pożizzjoni qawwija ħafna fis-suq tan-negozju ewlieni tradizzjonali, jiġifieri l-ġbir u t-tqassim ta’ l-ittri, tal-pakketti u ta’ oġġetti oħrajn indirizzati, għalkemm is-settur postali sħiħ infetaħ għall-kompetizzjoni fil-Finlandja mill-1994 skond l-Att dwar l-Operazzjonijiet Postali. Madankollu, ma żviluppat ebda kompetizzjoni fin-negozju ewlieni tradizzjonali ta’ Finland Post Corporation. …”

II.   IL-QAFAS LEGALI

(4)

L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE jipprovdi li l-kuntratti maħsuba biex jgħinu t-twettiq ta’ waħda mill-attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/17/KE m'għandhomx ikunu soġġetti għal dik id-Direttiva jekk, fl-Istat Membru fejn titwettaq, l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li għalihom l-aċċess mhuwiex ristrett. L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni hija evalwata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur ikkonċernat. L-aċċess huwa meqjus li mhuwiex ristrett jekk l-Istat Membru implimenta u applika l-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti li tiftaħ settur definit jew parti minnu.

(5)

Ladarba l-Finlandja implimentat u applikat id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (2), l-aċċess għas-suq għandu jitqies li mhuwiex ristrett skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2004/17/KE. L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni f'suq partikolari għandha tiġi evalwata fuq il-bażi ta’ bosta kriterji, li l-ebda minnhom m'hu deċiżiv per se.

(6)

Fir-rigward tas-swieq konċernati minn din id-deċiżjoni, is-sehem mis-suq tal-parteċipanti ewlenin f'suq partikolari jikkostitwixxi kriterju li jrid jitqies. Kriterju ieħor huwa l-livell tal-konċentrazzjoni f'dawk is-swieq. Minħabba li l-kondizzjonijiet ivarjaw għall-attivitajiet differenti li huma kkonċernati minn din id-Deċiżjoni, l-eżami tas-sitwazzjoni kompetittiva ghandu jqis is-sitwazzjonijiet differenti fi swieq differenti.

(7)

Għalkemm f'xi każijiet jistgħu jiġu kkontemplati definizzjonijiet ta’ swieq aktar dojoq, id-definizzjoni preċiża tas-suq rilevanti tista' titħalla miftuħa għall-iskopijiet ta’ din id-deċiżjoni sa fejn huma kkonċernati għadd mis-servizzi elenkati fit-talba sottomessa mill-Finlandja, sal-grad li r-riżultat ta’ l-analiżi jibqa' l-istess kemm jekk tkun ibbażata fuq definizzjoni aktar wiesgħa jew aktar dejqa.

(8)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

III.   L-EVALWAZZJONI

Servizzi mhux koperti mid-Direttiva 2004/17/KE

(9)

Skond il-punt (ċ) ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/17/KE, is-servizzi ta’ loġistika bħal servizzi ta’ maġażżinaġġ u loġistika tal-kuntratti, u s-servizzi b'valur miżjud, bħas-servizzi ta’ l-istampar, is-servizzi ta’ l-immaniġġjar tad-data u s-servizzi ta’ l-e-tranżazzjonijiet, huma koperti minn dik id-Direttiva b'kondizzjoni li dawn is-servizzi jingħataw minn entitajiet li wkoll jipprovdu servizzi postali fis-sens tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/17/KE. Skond l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, dik il-kundizzjoni ma tintlaħaqx fil-Finlandja fir-rigward ta’ servizzi ta’ mħażen, ta’ l-immaniġġjar tad-data u ta’ l-e-tranżazzjonijiet. Id-Direttiva 2004/17/KE għalhekk ma tapplikax għall-proviżjon ta’ dawk is-servizzi fil-Finlandja.

Servizzi li għalihom ma japplikax l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE

Servizzi ta’ l-ittri indirizzati

(10)

Fir-rigward ta’ l-ittri tal-konsumaturi (servizzi ta’ l-ittri indirizzati CtC u CtB, domestiċi u internazzjonali) Finland Post għandha sehem tas-suq ta’ 100 %. Għall-ittri tan-negozju, huwa stmat li s-sehem tas-suq ivarja bejn 85 % (għal servizzi ta’ l-ittri indirizzati BtB, domestiċi u internazzjonali) u 95 % (għal servizzi ta’ l-ittri indirizzati BtC, domestiċi u internazzjonali), u ebda mill-kompetituri tagħha ma kiseb sehem stmat tas-suq akbar minn 10 %. Skond l-informazzjoni disponibbli, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post għas-servizzi ta’ l-ittri indirizzati internazzjonali (ittri deħlin u dawk ħerġin) huwa l-istess bħas-servizzi purament domestiċi. Skond l-awtoritajiet Finlandiżi, dawn is-servizzi huma esposti direttament għall-kompetizzjoni, l-ewwel minħabba l-pressjoni kompetittiva mill-possibbiltà li s-servizzi ta’ l-ittri “tradizzjonali” bbażati fuq karti mill-mezzi ta’ komunikazzijonjiet elettroniċi (bħall-e-mail jew l-SMS) u, it-tieni, minħabba li l-aċċess eżistenti mhux ristrett għas-suq jesponuha għall-kompetizzjoni potenzjali minn ditti ġodda possibbli. Fir-rigward tas-sostituzzjoni, għandu jiġi nnutat li skond ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, is-sostitwibbiltà ghandha tiġi analizzata inter alia fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezz tal-prodotti u ostakoli assoċjati mal-qlib tad-domanda għal oġġetti oħrajn sostituti. Jidher li l-karatteristiċi tal-posta bbażata fuq il-karti u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom differenzi sinjifikanti u li hemm ostakolu sinjifikanti biex wieħed jaqleb mill-posta bbażata fuq karti għall-posta elettronika (3). Dan jindika li l-komunikazzjonijiet elettroniċi huma parti minn suq ta’ prodotti differenti u għalhekk ma jistgħux jeżerċitaw restrizzjoni kompetittiva diretta fuq is-servizzi ta’ l-ittri indirizzati ta’ Finland Post. Barra min dan, jidher li l-effett ewlieni taż-żjieda fl-użu tal-posta elettronika huwa li tnaqqas id-daqs totali tas-suq tal-posta bbażata fuq il-karti, minflok ma tintroduċi l-kompetizzjoni fi ħdanu. Per eżempju, skond l-informazzjoni provduta, ir-risposta minn Finland Post għal żjieda fil-marketing mill-banek tal-Finlandja ta’ l-e-fatturi kienet li toffri s-servizzi elettroniċi tagħha stess u ma tieħu ebda inizzjattiva dwar il-komunikazzjonijiet “tradizzjonali” bbażati fuq il-karti. It-tieni, dwar il-kompetizzjoni potenzjali, huwa sinjifikanti li s-settur postali kollu nfetaħ għall-kompetizzjoni mill-1994 u li sa issa dan irriżulta biss fil-kisba minn kompetituri ta’ sehem tas-suq aggregat li huwa stmat biss bħala 15 % ukoll fit-taqsima li hija l-aktar lesta għall-kompetizzjoni (servizzi ta’ l-ittri indirizzati BtB, domestiċi u internazzjonali). B'riżultat, m'hemm ebda indikazzjoni li l-kompetizzjoni potenzjali se jkollha rwol sinjifikanti fil-futur prevedibbli. B’mod konsistenti mal-konklużjonijiet ta’ l-awtorità nazzjonali indipendenti, Kilpailuvirasto/Konkurrensverket (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Finlandiża), għandu jiġi konkluż illi s-servizzi eżaminati f'din il-premessa mhumiex direttament esposti għall-kompetizzjoni fil-Finlandja. Għalhekk l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jgħoddx għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet fil-Finlandja.

Servizzi tal-posta indirizzata diretta

(11)

Fir-rigward tal-posta indirizzata diretta, li għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni tfisser konsenji indirizzati maħsuba bħala komunikazzjonijiet tal-marketing, Finland Post għandha sehem tas-suq stmat ta’ 90 % u ebda mill-kompetituri tagħha ma kisbu sehem tas-suq stmat li jeċċedi l-10 %. Minħabba dan il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni f'dan is-suq u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikatur ieħor bil-kuntrarju, għandu jiġi konkluż illi s-servizzi tal-posta diretta indirizzata mhumiex direttament esposti għall-kompetizzjoni fil-Finlandja. Għalhekk, l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma jgħoddx għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ dik l-attività fil-Finlandja.

Servizz tal-pakketti standard tal-konsumaturi (CtC u CtB), domestiċi internazzjonali

(12)

Fir-rigward ta’ dawn is-servizzi, il-pożizzjoni ta’ Finland Post hija pjuttost b'saħħitha b'sehem tas-suq stmata li hija 80 % (4). Is-sehem tas-suq ta’ l-akbar kompetitur (u l-uniku wieħed sinjifikanti) ta’ Finland Post ikopri l-20 % li jifdal kważi kollu (5). B'mod konsistenti mal-konklużjonijiet ta’ l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Finlandiża, għandu jiġi konkluż li l-kategorija ta’ servizzi eżaminati mhuwiex direttament espost ghall-kompetizzjoni fil-Finlandja. Għalhekk l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikax għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet fil-Finlandja.

Il-konsenja bikrija tal-gazzetti

(13)

Dan is-servizz huwa definit bħala konsenja filgħodu, sebat ijiem fil-ġimgħa, ta’ gazzetti pubblikati għall-inqas 3 darbiet fil-ġimgħa. Fir-rigward ta’ dan is-servizz, Finland Post għandha sehem tas-suq stmat li huwa kważi tliet kwarti (74 %) u dak ta’ l-akbar kompetitur tagħha jammonta għal madwar 10 %. Minħabba s-sehem tas-suq kbir ta’ Finland Post u għalhekk is-sehem tas-suq relativament baxx ta’ saħansitra l-akbar kompetitur tagħha, għandu jiġi konkluż li l-konsenja bikrija tal-gazzetti mhuwiex direttament espost għall-kompetizzjoni fil-Finlandja. Għalhekk l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikax għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ din l-attività fil-Finlandja.

Il-konsenja standard tal-gazzetti

(14)

B'sehem tas-suq ta’ 100 % Finland Post hija l-uniku provditur ta’ dawn is-servizzi. Minħabba li l-konsenja ta’ dawn il-gazzetti ssir fl-istess ħin bħall-konsenja ta’ l-ittri u bl-użu ta’ l-istess ċirkwiti bħal dawk użati għas-servizzi tal-konsenja ta’ l-ittri indirizzati eżaminati taħt il-preambolu (10), tgħodd l-istess konklużjoni bħas-sitwazzjoni kompetittiva, b'mod partikolari minħabba li l-karatteristiċi differenti ta’ gazzetti stampati u ta’ komunikazzjoni elettronika huma aktar ovvji hawn. Għal dawn ir-raġunijiet għandu jiġi konkluż li l-konsenja standard tal-gazzetti mhijiex direttament esposta għall-kompetizzjoni fil-Finlandja. Għalhekk l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE ma japplikax għall-kuntratti maħsuba li jippermettu t-twettiq ta’ dik l-attività fil-Finlandja.

Soluzzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-posta diretta

(15)

Skond in-notifika u l-informazzjoni supplementarja sottomessi mill-awtoritajiet Finlandiżi, is-soluzzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-posta diretta huma meqjusa bħala kombinazzjonijiet differenti ta’ bosta servizzi bħas-servizzi ta’ l-istampar, servizzi ta’ l-indirizzar u ta’ l-iffokar, servizzi ta’ l-ikkupjar u servizzi ta’ risposta (elettronika) flimkien ma’ servizzi tal-posta diretta indirizzata jew mhux indirizzata (6). Il-kombinazzjoni preċiża tas-servizzi tiddependi fuq it-talbiet tal-konsumaturi individwali. Individwalment, l-ishma tas-suq stmati ta’ Finland Post għal xi wħud mis-servizzi li jistgħu jinġabru ġewwa “soluzzjoni ġenerali” jvarjaw mhux ħażin: għall-posta diretta indirizzata: 90 %, għall-posta diretta mhux indirizzata 41 %, għas-servizzi ta’ l-istampar: 36 %, għas-servizzi ta’ l-immaniġġjar tad-data (li jinkludu s-servizzi ta’ risposta): 4 %. Dan jidher li jindika li s-sitwazzjoni kompetittiva ma tistax tkun l-istess irrispettivament mill-kombinazzjoni magħżula ta’ servizzi. Ukoll, il-posta diretta mhux indirizzata tista' titqies li hija direttament esposta għall-kompetizzjoni, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għall-posta diretta indirizzata. Ladarba ma jistax jiġi aċċertat liema servizzi jistgħu jinġabru flimkien jekk klijent wieħed jew aktar jiddeċiedi li jitlobhom, deċiżjoni dwar ir-reġim legali li jgħodd għas-soluzzjonijiet ġenerali timplika inċertezza legali sostanzjali. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, is-soluzzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-posta diretta kif definit fin-notifika Finlandiża ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ deċiżjoni skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE bħala kategorija waħdanija ta’ servizzi.

Servizzi li għalihom jgħodd l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE

Is-servizzi tal-posta diretta mhux indirizzata

(16)

F'dan is-suq, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post huwa stmat li jammonta għal 41 %. Meta jitqies il-livell tal-konċentrazzjoni f'dan is-suq, fejn l-akbar kompetitur kiseb sehem stmat li huwa ta’ 30 %, dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni.

Is-servizzi tal-pakketti standard BtB, domestiċi internazzjonali

(17)

Fir-rigward ta’ servizzi tal-pakketti standard domestiċi BtB, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post huwa stmat li jammonta għal 35 %. Għas-servizzi internazzjonali, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post, skond l-informazzjoni disponibbli, huwa aktar baxx milli għas-servizzi domestiċi, bejn it-13 u l-15 %. Meta jitqies li l-ishma stmati aggregati għaż-żewġ l-akbar kompetituri fir-rigward tas-servizzi domestiċi jammontaw għal 28 %, li mhuwiex sostanzjalment differenti mis-sehem tas-suq ta’ Finland Post, huwa konkluż li l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni.

Is-servizzi tal-pakketti standard BtC, domestiċi u internazzjonali

(18)

Is-sehem tas-suq ta’ Finland Post għas-servizzi domestiċi huwa stmat li jammonta għal 63 %, li huwa livell relattivament għoli fih innifsu. Għas-servizzi internazzjonali, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post, skond l-informazzjoni disponibbli huwa aktar baxx milli għas-servizzi domestiċi, bejn it-13 u l-15 %. Iżda, f'livell ta’ 37 % għas-servizzi domestiċi, is-sehem tas-suq stmat ta’ l-akbar kompetitur jammonta għal aktar min-nofs ta’ dak ta’ Finland Post u f'dak il-livell jista' jitqies li dak il-kompetitur ikun jista' jeżerċita pressjoni kompetittiva sinjifikanti fuq Finland Post. Għalhekk dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni.

Servizzi tal-pakketti espressi u bil-messaġġier, domestiċi u internazzjonali

(19)

F'dan is-suq, Finland Post m'għandhiex l-akbar sehem tas-suq u s-sehem stmat tagħha ta’ 10 % huwa ħafna drabi iżgħar minn dak ta’ l-akbar kompetitur tagħha, li s-sehem tas-suq tiegħu huwa bejn terz u sa nofs is-suq. Dawn il-fatturi għandhom għalhekk jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni ta’ servizzi tal-pakketti espressi u bil-messaġġier, domestiċi u internazzjonali.

Servizzi ta’ merkanzija ħafifa u servizzi tat-trasport tal-merkanzija

(20)

Fis-suq għall-merkanzija ħafifa, definit bħala t-trasport ta’ konsenji waħdanin f'unitajiet tat-trasport ta’ 35 sa 2 500 kg, u s-suq għat-trasport tal-merkanzija, definit bħala servizzi tat-trasport li jikkonċernaw tagħbijiet ta’ kontejners tqal, ta’ aktar minn 5 000 kg; jew tagħbijiet ta’ kontejners tqal, 2 500 - 5 000 kg, Finland Post għandha sehem tas-suq stmat li huwa ta’ 6.7 % fir-rigward tas-suq għas-servizzi tal-merkanzija ħafifa u 1.7 % fir-rigward tas-suq għat-trasport tal-merkanzija. Dawk l-ishma huma bosta drabi iżgħar mill-ishma tas-suq aggregati taż-żewġ l-akbar kompetituri tagħha. Fis-suq għas-servizzi tal-merkanzija ħafifa, iż-żewġ l-akbar kompetituri għandhom ishma tas-suq stmati li huma 51 % u 30 %, jiġifieri sehem aggregat ta’ 81 %. Fis-suq għat-trasport tal-merkanzija, iż-żewġ l-akbar kompetituri għandhom ishma tas-suq aggregat stmat li huwa ta’ 92 % (80 % u 12 % rispettivament). Għalhekk dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni.

Il-loġistika tal-kuntratti

(21)

Kif jingħad fil-premessa (9), il-loġistika tal-kuntratti, definiti bħala loġistika kuntrattata esternament u s-servizzi assoċjati tas-sistema tad-data / applikazzjoni tal-loġistika u s-servizzi assoċjati ta’ konsultazzjoni, huma koperti mid-Direttiva 2004/17/KE biss sa fejn dawn is-servizzi qed jingħataw minn entitajiet li jipprovdu wkoll servizzi postali fis-sens ta’ l-Artikolu 6(2)(b) tagħha. Skond l-informazzjoni disponibbli, Finland Post hija l-unika entità bħal din f'dan is-suq fil-Finlandja. Fis-suq għal-loġistika tal-kuntratti, is-sehem tas-suq ta’ Finland Post huwa negliġibbli għaliex bilkemm jammonta għal 1 %. Għalhekk dan jista' jittieħed bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni.

Is-servizzi filateliċi

(22)

Minbarra Finland Post, li toħroġ il-bolol fil-Finlandja (minbarra għall-Gżejjer Åland), żewġ kategoriji oħrajn ta’ atturi huma attivi fis-suq tas-servizzi filateliċi: l-aġenti tal-bolol u l-kumpanniji ta’ l-irkant (tal-bolol). Is-sehem tas-suq stmat ta’ Finland Post fis-suq totali għas-servizzi filateliċi fil-Finlandja, kemm jekk provduti minn aġenti jew kumpanniji ta’ l-irkant, jammonta għal 50 %, filwaqt li l-ishma aggregati stmati taż-żewġ l-akbar aġenti tal-bolol f'dak is-suq jammonta għal 20 % u s-sehem globali stmat taż-żewġ l-akbar kumpanniji ta’ l-irkant fis-suq kollu jammonta għal 12 %. Is-sehem aggregat stmat ta’ dawn l-erba atturi (32 %) għalhekk jammonta għal aktar minn nofs dak ta’ Finland Post (50 %). Barra minn dan, jekk is-servizzi mogħtija mill-aġenti tal-bolol u mill-kumpanniji ta’ l-irkant jiġu meqjusa separatament, l-ishma stmati aggregati taż-żewġ l-akbar atturi għal kull wieħed minn dawn il-kateogrija jammontaw għal livelli li huma sostanzjalment ogħla. Għall-aġenti tal-bolol, is-sehem stmat aggregat huwa ta’ 55 % tas-suq tan-negozju tal-bolol u, għall-kumpanniji ta’ l-irkant, is-sehem stmat aggregat huwa ta’ 75 % tas-suq ta’ l-irkant tal-bolol. Għalhekk dawn il-fatturi għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni għas-servizzi filateliċi, kemm jekk is-suq mejqus huwa s-suq totali jew is-swieq separati tan-negozju fil-bolol u ta’ l-irkant tal-bolol.

IV.   IL-KONKLUŻJONIJIET

(23)

Minħabba l-fatturi eżaminati fil-premessi (9) sa (22), il-kondizzjoni ta’ espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE għandha titqies li ntlaħqet fil-Finlandja, bl-esklużjoni tal-Gżejjer Åland, fir-rigward ta’ dawn is-servizzi li ġejjin:

(a)

Reklamar dirett mhux indirizzat bil-posta;

(b)

Servizzi tal-pakketti standard bejn in-negozji, domestiċi u internazzjonali;

(c)

Servizzi tal-pakketti standard min-negozji għall-konsumaturi, domestiċi u internazzjonali;

(d)

Servizzi tal-pakketti espressi u bil-messaġġier, domestiċi u internazzjonali;

(e)

Servizzi tal-merkanzija ħafifa (imsejħa wkoll konsenji waħdanin) u servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(f)

Loġistika tal-kuntratti;

(g)

Servizzi filateliċi.

(24)

Ladarba l-kondizzjoni ta’ l-aċċess għas-suq mingħajr restrizzjonijiet intlaħqet, id-Direttiva 2004/17/KE m'għandhiex tapplika meta l-entitajiet kuntraenti jagħtu kuntratti li jippermettu li jingħataw is-servizzi elenkati fil-punti (a) sa (g) tal-preambolu (23) fil-Finlandja, bl-esklużjoni tal-Gżejjer Åland, u lanqas meta jiġu organizzati kompetizzjonijiet tad-disinn għat-twettiq ta’ din l-attività fil-Finlandja.

(25)

Din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali minn Frar sa Mejju 2007 kif tidher mill-informazzjoni sottomessa mir-Repubblika tal-Finlandja. Tista' tiġi riveduta, jekk tibdiliet sinjifikanti fis-sitwazzjoni legali u fattwali jfissru li l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2004/17/KE m'għadhomx jintlaħqu.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

Id-Direttiva 2004/17/KE m'għandhiex tgħodd għall-kuntratti mogħtija minn entitajiet kuntraenti u li huma maħsuba li jippermettu li jitwettqu dawn is-servizzi fil-Finlandja, bl-esklużjoni tal-Gżejjer Åland:

(a)

Reklamar dirett mhux indirizzat bil-posta;

(b)

Servizzi tal-pakketti standard bejn in-negozji, domestiċi u internazzjonali;

(c)

Servizzi tal-pakketti standard min-negozji għall-konsumaturi, domestiċi u internazzjonali;

(d)

Servizzi tal-pakketti espressi u bil-messaġġier, domestiċi u internazzjonali;

(e)

Servizzi tal-merkanzija ħafifa (imsejħa wkoll konsenji waħdanin) u servizzi tat-trasport tal-merkanzija;

(f)

Loġistika tal-kuntratti;

(g)

Servizzi filateliċi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

(2)   ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  Per eżempju, madwar terz tad-djar Finlandiżi mhumiex konnessi ma’ l-Internet. Barra minn dan, il-parti tal-popolazzjoni Finlandiża li għandha aċċess għall-imejl id-dar hija dikjarata li hija “aktar min-nofs” li, għalhekk, ifisser li madwar nofs m'għandhomx dan l-aċċess id-dar.

(4)  Is-sehem tas-suq stmat ta’ Finland Post jibqa' l-istess, jiġifieri 80 %, irrispettivament minn jekk is-swieq humiex definiti bħala CtC jew CtB u huwa wkoll l-istess irrispettivament minn jekk is-swieq humiex definiti bħala domestiċi jew internazzjonali.

(5)  Fi kliem ieħor, is-sehem ta’ dan il-kompetitur bilkemm jilħaq kwart ta’ dak ta’ Finland Post.

(6)  L-informazzjoni supplimentarja mogħtija wkoll tirreferi għall-iżvilujpp ta’ kontenut tar-reklamar bħala servizz li jista' jaqa' taħt il-kunċett ta’ “soluzzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-posta diretta”. Madankollu, minħabba li dawn is-servizzi la huma attività rilevanti skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/17/KE u lanqas ma huma offruti minn Finland Post jew is-sussidjarji tagħha, ma ġewx eżaminati.


Corrigendum

18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 215/27


Corrigendum tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 tat-22 ta’ Frar 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw fl-Indja, fl-Indonesja, fil-Malasja, fir-Repubblika tal-Korea, fit-Tajlandja u fit-Tajwan wara reviżjoni ta’ skadenza u reviżjoni proviżorja parzjali skond l-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 59 tas-27 ta’ Frar 2007 )

Paġna 30, Artikolu 1(2), il-lista tal-kumpaniji, it-tieni entrata tar-Repubblika tal-Korea:

Flok:

“KP Chemicals Group:

 

Honam Petrochemicals Corp.

 

KP Chemicals Corp.”,

Aqra:

“KP Chemical Group:

 

Honam Petrochemicals Corp.

 

KP Chemical Corp.”.