ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
9 ta' Awwissu 2007


Werrej

 

IV   Atti oħrajn

Paġna

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 2/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 10/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

18

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

20

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

28

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 20/2007 tas-27 ta’ April 2007 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) mal-Ftehim taż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 24/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 25/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 26/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim dwar iż-ZEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

54

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 32/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 34/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

62

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 35/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

63

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

65

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/2007 tas-27 April 2007 li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

66

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

68

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 39/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

70

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 40/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

72

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

74

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

76

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2007 tas-27 ta' April 2007 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2007 tas-27 ta' April 2007 li jemenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

82

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 1/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat 2006/130/KE ta' l-10 ta' Frar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 98/536/KE li tistabbilixxi l-lista ta' laboratorji nazzjonali ta' referenza biex jiġu identifikati r-residwi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/117/KE tat-3 ta' Frar 2001 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE rigward il-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/214/KE tas-7 ta' Marzu 2006 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2002/308/KE li tistabbilixxi listi ta' żoni approvati u rziezet approvati rigward waħda jew iktar mill-mard tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE tal-5 ta' April 2006 li temenda id-Deċiżjoni 2000/453/KE rigward l-Iżvezja u r-Renju Unit (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) u 46 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE) fil-Parti 1.2:

“—

32006 D 0117: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/117/KE tat-3 ta' Frar 2006 (ĠU L 53, 23.2.2006, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 66 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32006 D 0214: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/214/KE tas-7 ta' Marzu 2006 (ĠU L 80, 17.3.2006, p. 46).”

3.

Dan li ġej għandu jiddaħħal f'punt 79 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE) fil-Parti 4.2:

“, kif emendat b’li ġej:

32006 D 0272: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/272/KE tal-5 ta’ April 2006 (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31).”

4.

L-inċiż li ġej jiżdied wara l-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE) fil-Parti 6.2:

“—

32006 D 0130: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/130/KE ta' l-10 ta' Frar 2006 (ĠU L 52, 23.2.2006, p. 25).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 2006/130/KE, 2006/117/KE, 2006/214/KE u 2006/272/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 52, 23.2.2006, p. 25.

(3)  ĠU L 53, 23.2.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 80, 17.3.2006, p. 46.

(5)  ĠU L 99, 7.4.2006, p. 31.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 2/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE rigward il-frekwenza tan-notifiki ta' tifqigħ primarju ta' l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE ta' l-1 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika tal-mard ta' l-annimali fil-Komunità biex tinkludi fil-lista ta' mard li għandu jkun innotifikat lill-awtorità, ċertu mard ekwin u ċertu mard tan-naħal (3) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi mdaħħal fil-punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

“—

32004 D 0216: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE ta' l-1 ta' Marzu 2006 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).”

2.

Dan it-test ta' adattament għandu jiġi mdaħħal fil-punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE) fil-Parti 3.1:

‘Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Dan l-att japplika wkoll għall-Iżlanda.’

3.

Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 33 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) fil-Parti 3.2:

‘34.

32003 D 0724: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/724/KE ta' l-10 ta' Ottubru 2003 li tagħti deroga temporanja mid-Direttiva 82/894/KEE rigward il-frekwenza tan-notifiki ta' tifqigħ primarju ta' l-enċifalopatija sponġiformi tal-bovini (ĠU L 260, 11.10.2003, p. 36).’

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2003/724/KE u 2004/216/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 6.

(2)  ĠU L 260, 11.10.2003, p. 36.

(3)  ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 3/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awissu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf u awtorizzazzjoni għal għaxar snin għall-coccidiostat (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1200/2005 rigward l-awtorizzazzjoni ta' addittiv fl-għalf “Bacillus cereus var. toyoi”, li jappartjieni għall-grupp ta' mikro-organiżmi (5) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf (6) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (7) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(8)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE tad-29 ta' Settembru 2006 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar livelli massimi ta' komposti organokloriċi fl-għalf (8) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness I mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara l-punt 1zzw (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2006):

“1zzx.

32006 R 1284: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1284/2006 tad-29 ta' Awissu 2006 dwar l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fil-għalf (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 3).

1zzy.

32006 R 1443: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf u awtorizzazzjoni għal għaxar snin għall-coccidiostat (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12).

1zzz.

32006 R 1444: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1444/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis C-3102 (Calsporin) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19).

1zzza.

32006 R 1446: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1446/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-Enterococcus faecium (Biomin IMB52) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 25).

1zzzb.

32006 R 1447: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005):

“, kif emendat bi:

32006 R 1445: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jinżdied fil-punt 33 (Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32006 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE tad-29 ta' Settembru 2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Numri 1284/2006, 1443/2006, 1444/2006, 1445/2006, 1446/2006 u 1447/2006 u tad-Direttiva 2006/77/KE fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 8.

(2)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 3.

(3)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12.

(4)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 19.

(5)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 22.

(6)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 25.

(7)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.

(8)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 4/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Materji veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nr 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006/KE ta' l-1 ta' Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Anness I li jelenka il-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf li għalihom japplikaw il-livelli massimi għall-pestiċidi (4) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi I u II mal-Ftehim għandhom ikunu emendati kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 39 (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I għall-Ftehim:

“40.

32005 R 0396: Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p,1), kif emendat bi:

32006 R 0178: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 ta' l-1 ta' Frar 2006 (ĠU L 29, tat-2.2.2006, p. 3).”

2.

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 54zzx (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2006) ta' Kapitolu XII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

“54zzy.

32005 R 0396: Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1), kif emendat bi:

32006 R 0178: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 178/2006 ta' l-1 ta' Frar 2006 (ĠU L 29, tat-2.2.2006, p. 3).”

3.

L-inciż li jsegwi hawn taħt ghandu jiġi miżjud fil-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II dwar il-Ftehim:

“—

32005 R 0396: Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 396/2005 u 178/2006 bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Supplement taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 8.

(2)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 3.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 5/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1),

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/72/KE tat-18 ta' Awissu li temenda għall-iskopijiet ta' adattazzjoni għall-progress tekniku tad-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponimenti u karatteristiċi ta' vetturi b'mutur ta' tnejn jew tliet roti (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 45x (Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu I ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“—

32006 L 0072: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/72/KE tat-18 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/72/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 11.

(2)  ĠU L 227, 19.8.2006, p. 43.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 6/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (2), kif irranġata mill-ĠU L 76, 16.3.2007, p. 35, għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/42/KE tirrevoka d-Direttiva 98/37/KE (3) li hija inkorporata mal-Ftehim u li b'konsegwenza ta' dan għandha tiġi rrevokata taħt il-Ftehim b'seħħ mid-29 ta' Diċembru 2009,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5 (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE) fil-Kapitolu III ta' l-Anness II mal-Ftehim:

“, kif emendat bi:

32006 L 0042: Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 (ĠU L 157, tal-9.6.2006, p. 24), kif irranġata mill-ĠU L 76, tad-16.3.2007, p. 35.”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XXIV ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1b (Direttiva 2000/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“1c.

32006 L 0042: Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24), kif irranġata mill-ĠU L 76, 16.3.2007, p. 35.”

2.

It-test tal-punt 1 (Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'seħħ mid-29 ta' Diċembru 2009.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2006/42/KE, kif irranġati mill-ĠU L 76, 16.3.2007, p. 35, fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 7/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal carbaryl, deltamethrin, endosulfan, fenithrothion, methidathion u oxamyl (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/60/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE rigward il-livelli massimi tar-residwi tat-trifloxystrobin, thiabendazole, abamectin, benomyl, carbendazim, thiophanate-methyl, myclobutanyl, glyphosate, trimethylsulfonium, fenpropimorph u chlormequat (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrazine, azinphos-ethyl, cyfluthrin, ethephon, fenthion, methamidophos, methomyl, paraquat u triazophos (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat-12 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos (5) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda f'punti 13 (Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32006 L 0059: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61),

32006 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat-12 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32006 L 0061: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12).”

3.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32006 L 0060: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/60/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/59/KE, 2006/60/KE, 2006/61/KE u 2006/62/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61.

(3)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12.

(5)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi tal-fenbutatin-oxide, fenhexamid, cyazofamid, linuron, triadimephon/triadimenol, pymetrozine, u pyraclostrobin (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness XII għall-Ftehim:

“—

32006 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/53/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 9/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 li jemenda l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom dwar prodotti agrikoli u ikel (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“—

32006 R 0780: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 780/2006 ta' l-24 ta' Mejju 2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 780/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, ladarba jsiru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 137, 25.5.2006, p. 9.

(*)  M'huma indikati ebda obbligi kostituzzjonali.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 10/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 956/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 94/92, fir-rigward tal-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom għandhom joriġinaw ċerti prodotti agrikoli miksuba permezz ta' produzzjoni organika sabiex jiġu kkumerċjalizzati fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“—

32006 R 0956: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 956/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 175, tad-29.6.2006, p. 41).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 956/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, ladarba jsiru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

(2)  ĠU L 175, 29.11.2006, p 41.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 11/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-introduzzjoni ta' limiti massimi ta' fdalijiet mill-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-ceftiofur u l-polyoxyethylene sorbitan monooleate u t-trioleate (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II mal-Ftehim:

“—

32006 R 1231: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2006 tas-16 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 225, tas-17.8.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1231/2006 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-28 ta' April 2007, ladarba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 225, 17.8.2006, p. 3.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 12/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-introduzzjoni tal-limiti massimi ta' fdalijiet ta' prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward tal-fluazuron, is-sodium nitrite u l-peforelin (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32006 R 1451: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2006 tas-29 ta' Settembru 2006 (ĠU L 271, tat-30.9.2006, p. 37).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1451/2006 fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-28 ta' April 2007, ladarba jkunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan. SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 18.

(2)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 37.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 13/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE tas-16 ta' Mejju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva propoxycarbazone (2) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/41/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clothianidin u l-pethoxamid bħala sustanzi attivi (3) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clopyralid, il-cyprodinil, il-fosetyl u t-trinexapac bħala sustanzi attivi (4) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta' Awissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyr bħala sustanzi attivi (5) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 li temenda id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi d-dimoxystrobin bħala sustanza attiva (6) għandha tiddaħħal fil-Ftehim.

(7)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva chlorothalonil (7) għandha tiddaħħal fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jinżdiedu mal-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“—

32006 L 0045: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/45/KE tas-16 ta' Mejju 2006 (ĠU L 130, tat-18.5.2006, p. 27),

32006 L 0041: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/41/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 187, tat-8.7.2006, p. 24),

32006 L 0064: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/64/KE tat-18 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, tas-27.7.2006, p. 107),

32006 L 0074: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta' Awwissu 2006 (ĠU L 235, tat-30.8.2006, p. 17).

32006 L 0075: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/75/KE tal-11 ta' Settembru 2006 (ĠU L 248, tat-12.9.2006, p. 3),

32006 L 0076: Direttiva tal-Kummissjoni 2006/76/KE tat-22 ta' Settembru 2006 (ĠU L 263, tas-23.9.2006, p. 9).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet 2006/45/KEE 2006/41/KE, 2006/64/KE, 2006/74/KE, 2006/75/KE u 2006/76/KE fl-ilsna Izlandiċi u Norveġiżi, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 40.

(2)  ĠU L 130, 18.5.2006, p. 27.

(3)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 24.

(4)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 107.

(5)  ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.

(6)  ĠU L 248, 12.9.2006, p. 3.

(7)  ĠU L 263, 23.9.2006, p. 9.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 14/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE tad-29 ta' Mejju 2006 li temenda l-Annessi IVA u IVB għad-Direttiva 98/8/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bioċidali (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 12n (Direttiva 98/8/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat bi:

32006 L 0050: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE tad-29 ta' Mejju 2006 (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/50/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 40.

(2)  ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 15/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2006 ta' l-20 ta' Ġunju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diterġenti, sabiex jiġu adatti l-Anessi III u VII tiegħu (2) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 12u (ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“, kif emendat minn:

32006 R 0907: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 907/2006 ta' l-20 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 168, tal-21.6.2006, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 907/2006 fil-lingwi Iżlandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 40.

(2)  ĠU L 168, 21.6.2006, p. 5.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 16/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2006 tas-6 ta' April 2006 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta' ċerti sustanzi ta' prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 12u (Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV ta' l-Anness II li jinsab mal-Ftehim:

“12v.

32006 R 0565: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2006 tas-6 ta' April 2006 li jimponi rekwiżiti għall-ittestjar u l-informazzjoni fuq l-importaturi jew il-manifatturi ta' ċerti sustanzi ta' prijorità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 565/2006 fil-lingwi Iżlandiċi u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 40.

(2)  ĠU L 99, 7.4.2006, p. 3.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (2) għandha tiġi integrata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom ikunu inseriti wara l-punt 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 2003/83/KE, imħassra) fil-Kapitolu XVI ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“ATTI LI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-kontenut ta' l-atti li ġejjin:

14.

32006 H 0406: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/406/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li twaqqaf il-linji gwida dwar l-użu ta' klejms li jirreferu għan-nuqqas ta' testijiet fuq annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (ĠU L 158, ta' l-10 ta' Ġunju 2006, p. 18).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkomandazzjoni 2006/406/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 366, 21.12.2006, p. 66.

(2)  ĠU L 158, 10. 6.2006, p. 18.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2006 tas-27 ta' Jannar 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/171/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-iskop li tiġġedded il-validità tal-kundizzjonijiet għal deroga dwar l-ippakkjar tal-ħġieġ relatat mal-livelli għoljin ta' konċentrazzjoni ta' metall stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 7d (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/171/KE) tal-Kapitolu XVII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32006 D 0340: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 (ĠU L 125, tat-12 ta' Mejju 2006, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/340/KE fil-lingwa Iżlandiż u dik norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġunrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 92, tat-30.3.2006, p. 26.

(2)  ĠU L 125, 12.5.2006, p. 43.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 19/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/2006 tas-7 ta' Lulju 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE tal-11 ta' Mejju 2006 li titlob li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal ikunu disponibbli fis-suq u li tkun ipprojbita d-disponibbiltà fis-suq ta' lighters fantażjużi (2) trid tkun integrata fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 3j (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE) fil-Kapitolu XIX ta' l-Anness II għall-Ftehim:

“3k.

32006 D 0502: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE tal-11 ta' Mejju 2006 li titlob li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li biss il-lighters li huma reżistenti għat-tfal ikunu disponibbli fis-suq u li tkun ipprojbita d-disponibbiltà fis-suq ta' lighters fantażjużi (ĠU L 198, ta' l-20 ta' Lulju 2006, p. 41).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/502/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 289, 19.10.2006, p. 15.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 20/2007

tas-27 ta’ April 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) u l-Anness XXII (Liġi tal-Kumpaniji) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (1).

(2)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 (2).

(3)

Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, 83/349/KEE dwar kontijiet konsolidati, 86/635/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u 91/674/KEE dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punti 12b (Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE) u 21 (Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE) ta’ l-Anness IX għall-Ftehim:

“—

32006 L 0046: Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, tas-16.8.2006, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 4 (Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE) u 6 (Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) ta’ l-Anness XXII għall-Ftehim:

“—

32006 L 0046: Id-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 (ĠU L 224, tas-16.8.2006, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2006/46/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta’ April 2007, ladarba jkunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 24.

(2)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 38.

(3)  ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta' l-10 ta' Awissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investimenti li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta' l-istrumenti finanzjarji fin-negozjar, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 30caa (Direttiva tal-Kunsill 93/22/KE) ta' l-Anness IX għall-Ftehim:

“30cab.

32006 L 0073: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (OJ L 241, 2.9.2006, p. 26).

30cac.

32006 R 1287: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta' l-10 ta' Awissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investimenti li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta' l-istrumenti finanzjarji fin-negozjar, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (OJ L 241, 2.9.2006, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/73/KE u Regolament (KE) Nru 1287/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' u fis-Suppliment ŻEE ta'l-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 24.

(2)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.

(3)  ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XI (Is-servizzi ta' telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2005/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 li tirrevoka d-Direttiva 90/544/KEE tal-Kunsill dwar il-meded ta' frekwenza magħżula għall-introduzzjoni koordinata ta' sistema terrestri pubblika pan-Ewropea ta' paging bir-radju fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/928/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 169,4-169,8125 MHz fil-Komunità (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva 2005/82/KE tħassar id-Direttiva 90/544/KEE (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/544/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32005 L 0082: Id-Direttiva 2005/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 li tħassar id-Direttiva 90/544/KEE tal-Kunsill dwar il-meded ta' frekwenza magħżula għall-introduzzjoni koordinata ta' sistema terrestri pubblika pan-Ewropea ta' paging bir-radju fil-Komunità (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 38).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 5cs (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE):

“5ct.

32005 D 0928: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2005/928/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta' frekwenza 169,4-169,8125 MHz fil-Komunità (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2005/82/KE u d-Deċiżjoni 2005/928/KE fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 47.

(2)  ĠU L 344, 27.11.2006, p 38.

(3)  ĠU L 344, 27.12.2005, p 47.

(4)  ĠU L 310, 9.11.1990, p 28.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 23/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 tad-9 ta' Ġunju 2006 li jispeċifika l-partiti li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 851/2006 iħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2598/70 (3), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

It-test ta' punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70) għandu jiġi mħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2598/70, imħassar):

“2a.

32006 R 0851: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 851/2006 tad-9 ta' Ġunju 2006 li jispeċifika l-partiti li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 (ĠU L 158, 10.6.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 851/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 158, 10.6.2006, p. 3.

(3)  ĠU L 278, 23.12.1970, p. 1.

(*)  L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 24/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat-3 ta' Novembru 2006 li tadatta għas-sitt darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' oġġetti perikolużi fuq it-toroq (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż għandu jkun miżjud mal-punt 17e (id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 L 0089: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/89/KE tat-3 ta' Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/89/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p 29.

(2)  ĠU L 305, 4.10.2006, p 4.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 25/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 li għas-seba’ darba tadatta skond il-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar il-konverġenza tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trasport ta’ prodotti perikolużi permezz tal-ferrovija (2) għandha tiġi inkorporta fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 42b (id-Direttiva tal-Kunsill 49/96/KE) ta’ l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 L 0090: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat-3 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 305, 4.11.2006, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/90/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta’ April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta’, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 305, 4.11.2006, p. 6.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 26/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April (3) b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) 622/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 R 0831: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 831/2006 tat-2 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 150, tat-3.6.2006, p. 4).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 831/2006 fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(4)  ĠU L 150, 3.6.2006, p. 4.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 27/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (3) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-metodi ta' l-operat ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiżdied wara l-punt 66q (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“66qa.

32006 R 0736: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta' Mejju 2006 dwar il-metodi ta' l-operat ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni (ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 14 il-kelmiet ‘jew ftehim bejn l-Istati EFTA u l-pajjiżi terzi’ għandhom jiżdiedu wara ‘ftehim Komunitarju’, u l-kelmiet ‘, kif adattat għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim,’ għandhom jiżdiedu wara ‘ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002’.

(b)

Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 17 għandu jiżdied dan li ġej:

‘Ir-rapport annwali li jippreżenta analiżi ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni għandu jintbagħat lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 736/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

(4)  ĠU L 129, 17.5.2006, p. 10.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 28/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1976/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2204/2002, (KE) Nru 70/2001 u (KE) Nru 68/2001 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-perjodi ta' applikazzjoni (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XV tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti 1d (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2001) u 1f (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001):

“—

32006 R 1976: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1976/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1g (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2204/2002):

“, kif emendat bi:

32006 R 1976: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1976/2006 ta' l-20 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KEE) Nru 1976/2006 bil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni u s-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 33.

(2)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 85.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-istat) tal-Ftehim dwar iż-ZEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis  (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001) ta' l-Anness XV tal-Ftehim:

“1ea.

32006 R 1998: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Dan it-test li ġej se jkun miżjud ma' l-Artikolu 1 (1): ‘Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal setturi li mhumiex koperti mill-Artikoli 61 sa 64 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.’;

(b)

Il-kliem ‘l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE’;

(ċ)

Il-kliem ‘l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat tal-KE’ għandu jaqra ‘l-Artikolu 1(3) tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1998/2006 fl-ilsien Iżlandiż u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 33.

(2)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XVIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“16jd.

32006 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punti 3a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/322/KEE) u 16j (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE):

“, kif emendat bi:

32006 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/15/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 53.

(2)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 31/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal-Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 32h (id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XVIII tal-Ftehim:

“32i.

32005 L 0047: Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE tat-18 ta' Lulju 2005 dwar il-Ftehim bejn il-Komunità tal- Ferroviji Ewropej (CER) u l-Federazzjoni Ewropea għall-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar ċerti aspetti tal-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema mobbli assenjati għal servizzi transkonfinali interoperabbli fis-settur tal-ferroviji (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2005/47/KE fil-lingwa Iżlandiża u l-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubplikata fis-Sezzjoni u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 53.

(2)  ĠU L 195, 27.7.2005, p 15.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 32/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE ta' l-1 ta' Marzu 2006 dwar regoli, skond Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' pakketti għat-trasport u pakketti terzjarji (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara punt 1eaa (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/681/KE) ma' l-Anness XX tal-Ftehim:

“1eab.

32006 D 0193: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/193/KE ta' l-1 ta' Marzu 2006 dwar regoli, skond Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-użu tal-logo EMAS fil-każijiet eċċezzjonali ta' pakketti għat-trasport u pakketti terzjarji (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/193/KE fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)  ĠU L 70, 9.3.2006, p. 63.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 33/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/11/KE tħassar id-Direttiva 76/464/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk għandha tiġi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test ta' punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE) ta' l-Anness XX mal-Ftehim għandu jinbidel u jsir kif ġej:

32006 L 0011: Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità (Verżjoni Kodifikata) (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-fini ta' dan il-Ftehim, jinftehmu skond it-tibdil li ġej:

Wara l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13 għandu jiżdied dan li ġej:

‘Il-perjodu ta' żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva 2000/60/KE, li hu speċifikat fil-Parti B ta' l-Anness II, m'għandux japplika u minfloku għandha tapplika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2000/60/KE f'dan il-Ftehim.’”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/11/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52.

(3)  ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23.

(*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/62


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 21aj (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/461/KE) ma' l-Anness XX tal-Ftehim:

“21ak

32004 L 0107: Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2004/107/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/12/KE tħassar id-Direttiva 75/442/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test ta' punt 27 (Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE) ta' l-Anness XX mal-Ftehim għandu jinbidel u jsir kif ġej:

32006 L 0012: Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/12/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan Seatter


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/65


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 36/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar kwestjonarju biex jintuża meta jsiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara punt 32fc (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/369/KE) ta' l-Anness XX tal-Ftehim:

“32fd.

32006 D 0329: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/329/KE ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar kwestjonarju biex jintuża meta jsiru rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 38).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/329/KE fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)  ĠU L 121, 6.5.2006, p. 38.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 37/2007

tas-27 April 2007

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta' Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-data  (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2001 (3), li huwa inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Dan il-punt li jmiss għandu jkun inkluż wara l-punt 2b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 588/2001):

“2c.

32006 R 1503: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward tad-definizzjoni tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-data (ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 2 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98):

“—

32006 R 1503: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta' Settembru 2006 (ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15).”

3.

It-test tal-punt 2b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 588/2001) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1503/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 36.

(2)  ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 86, 27.3.2001, p. 18.

(*)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XXI (L-Istatistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-istatistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 jħassar id-Direttiva 80/1119/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003):

“7j.

32006 R 1365: Ir-Regolament (KE) Nru 1365/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1).”

2.

It-test tal-punt 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE) għandu jkun imħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1365/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni u s-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 36.

(2)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/70


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 39/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 rigward l-awtorizzazzjoni ta' l-aċtu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 ta' l-24 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-oġġetti ta' l-għalf (3) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 tas-27 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf (4) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni proviżjonali u permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (5) kif korretta mill-ĠU L 43, 15.2.2007, p. 42, għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiġu mdaħħla wara punt 1zzzb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1447/2006) fil-Kapitolu II ta' l-Anness I tal-Ftehim:

“1zzzc.

32006 R 1730: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1730/2006 tat-23 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni ta' l-aċtu benzojku (VevoVitall) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9).

1zzzd.

32006 R 1743: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1743/2006 ta' l-24 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-oġġetti ta' l-għalf (ĠU L 329, 25.11.2006, p. 16).

1zzze.

32006 R 1750: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1750/2006 tas-27 ta' Novembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometjonina bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 9).

1zzzf.

32006 R 1876: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1876/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar l-awtorizzazzjoni proviżjonali u permanenti ta' ċerti addittivi fl-oġġetti ta' l-għalf (ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126), kif korretta mill-ĠU L 43, 15.2.2007, p. 42.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1730/2006, 1743/2006, 1750/2006 u 1876/2006, kif korretti mill-ĠU L 43, 15.2.2007, p. 42, fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 8.

(2)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 9.

(3)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 16.

(4)  ĠU L 330, 28.11.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 126.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 40/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 43/2005 tal-11 ta' Marzu 2005 (1).

(2)

Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-emissjoni tal-ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jitħaddem fl-apert (2), kif korretta mill-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 10a (id-Direttiva 2000/14/EC tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) tal-Kapitolu VI ta' l-Anness II tal-Ftehim:

“, kif emendat bi:

32005 L 0088: Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44), kif korretta bil-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2005/88/KE, kif korretti mill-ĠU L 165, 17.6.2006, p. 35, fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 198, 28.7.2005, p. 45.

(2)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox idderivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta' sentejn (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE tad-9 ta' Novembru 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-captan, dichlorvos, ethion u folpet (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

“—

32006 L 0092: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/92/KE tad-9 ta' Novembru 2006 (ĠU L 311, 10.11.2006, p. 31).”

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzy (Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“54zzz.

32006 R 1609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006 tas-27 ta' Ottubru 2006 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel tat-trabi bbażat fuq l-idrolisati tal-proteina tax-xorrox idderivata mill-proteina tal-ħalib tal-baqar għal perjodu ta' sentejn (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 9.).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1609/2006 u d-Direttiva 2006/92/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p 17.

(2)  ĠU L 299, 28.10.2006, p 9.

(3)  ĠU L 311, 10.11.2006, p 31.

(*)  *Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/76


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 42/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3) b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1448/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 622/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 R 1448: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1448/2006 tad-29 ta' Settembru 2006 (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1488/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(4)  ĠU L 271, 30.9.2006, p. 31.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3) b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1862/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà ta' l-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 622/2003) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32006 R 1862: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1862/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1862/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.

(4)  ĠU L 358, 16.12.2006, p. 36.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 44/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani minn pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2005 tat-2 ta' Diċembru 2005 (3), b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (4) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (5) tad-9 ta' Diċembru 2004, b'adattamenti speċifiċi għall-pajjiż partikolari.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u l-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni (6) għandu jiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

L-adattamenti previsti b'rabta mar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 għandhom, fejn applikabbli u sakemm mhux previst mod ieħor, japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni u inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“66ra.

32006 R 0768: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta' Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u l-ġestjoni tas-sistema ta' l-informazzjoni (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16).”

2.

It-test ta' adattament li ġej għandu jiżdied fil-punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“(s)

Fejn applikabbli, u sakemm mhux previst mod ieħor, l-adattamenti ta' hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni u inkorporata f'dan il-Ftehim.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 768/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 29.

(2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.

(3)  ĠU L 53, 23.2.2006, p. 53.

(4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

(6)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 16.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/82


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 45/2007

tas-27 ta' April 2007

li jemenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2006 tat-8 ta' Settembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjoni ta' kontabilità b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta' l-Interpretazzjonijiet 8 u 9 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet ta' l-Irrappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC 8 u IFRIC9) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim:

“—

32006 R 1329: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1329/2006 tat-8 ta' Settembru 2006 (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1329/2006 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-adozzjoni tagħha, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p 38.

(2)  ĠU L 247, 9.9.2006, p 3.

(*)  Ebda rekwiżiti Kostituzzjonali m'huma indikati.