|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
|
DIRETTIVI |
|
|
|
* |
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/50/KE tat-2 ta’ Awwissu 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-beflubutamid u l-virus tal-polijedrożi nukleari Spodoptera exigua bħala sustanzi attivi ( 1 ) |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL |
|
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
|
2007/546/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/547/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/548/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/549/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 925/2007
tat-23 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/1996 tat-22 ta’ Diċcembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ir-“Regolament bażiku”) (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004 (2) tat-2 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, dan wara li kkonsulta l-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA TA’ QABEL
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 397/2004 l-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet fil-Komunità fuq friex tas-sodda tal-qoton li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302 21 00 81, 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302 32 90 19), li joriġinaw mill-Pakistan. Ġie impost dazju anti-dumping ta’ 13,1 % fil-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji kollha li jesportaw il-prodott ikonċernat fil-Komunità. |
|
(2) |
F’Mejju 2006, wara reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 695/2006, emenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 u stabbilixxa rati ġodda ta’ dazju li jvarjaw minn 0 % għal 8,5 %. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi li kkoperaw ġie stabbilit kampjun. |
|
(3) |
Il-kumpaniji magħżula fil-kampjun ingħataw ir-rati ta’ dazju individwali stabbiliti matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, filwaqt li kumpaniji oħrajn li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun ingħataw ir-rata medja kalkulata ta’ dazju ta’ 5,8 %. Ġiet imposta rata ta’ dazju ta’ 8,5 % fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew inkella ma kkoperawx fl-investigazzjoni. |
|
(4) |
L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 jagħti l-possibilità lil produtturi esportaturi Pakistani li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-istess Artikolu sabiex jirċievu l-istess trattament bħall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (“trattament ta’ produttur esportatur ġdid” jew “NEPT”). |
B. TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA
|
(5) |
Tmintax-il kumpanija Pakistana talbu li jingħataw in-NEPT. |
|
(6) |
Twettqet eżaminazzjoni sabiex jiġi stabbilit jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji sabiex jingħata n-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, billi ġie vverifikat li:
|
|
(7) |
Intbagħat kwestjonarju lill-applikanti kollha li ntalbu jipprovdu evidenza sabiex juru li ssodisfaw it-tliet kriterji msemmija hawn fuq. |
|
(8) |
Produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn it-tliet kriterji jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 5,8 % skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004. |
Ċ. SEJBIET
Kumpaniji li bagħtu tweġibiet mhux kompluti
|
(9) |
Tmien kumpaniji Pakistanti li talbu għan-NEPT ma wieġbux għall-ewwel kwestjonarju. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi vverfikat jekk dawn il-kumpaniji jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi kkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. |
|
(10) |
Tliet kumpaniji Pakistanti li ma wieġbux fis-sħiħ għall-kwestjonarju ma wieġbux għat-talba ta’ aktar kjarifika. B’konsegwenza ta’ dan ma kienx possibbli li t-tweġibiet ta’ dawn il-kumpaniji jiġu analizzati u li jkun ivverifikat jekk jissodisfawx il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk, it-talbiet tagħhom ġew irrifjutati. Dawn il-kumpaniji ġew infurmati li l-applikazzjoni tagħhom ma kinitx se tiġi ikkunsidrata aktar, u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. |
Kumpaniji li bagħtu tweġiba kompluta
|
(11) |
Fil-każ ta’ erba’ produtturi esportaturi Pakistanti, l-eżaminazzjoni tat-tagħrif mibgħut uriet li għaddew biżżejjed evidenza sabiex juru li jissodisfaw it-tliet kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004. Għalhekk dawn l-erba’ produtturi jistgħu jingħataw ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 5,8 %) skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Kumpanija Pakistana naqset milli turi li jew kienet esportat il-prodott konċernat fil-KE wara l-IP, jew li kellha evidenza ta’ obbligi kuntrattwali rrevokabbli sabiex tesporta kwantità sinifikattiva fil-Komunità. Din il-kumpanija kienet esportat prodotti dikjarati bħala l-prodott konċernat sa mill-IP iżda ma dikjaratx l-esportazzjonijiet tagħha bħala l-prodott konċernat taħt il-kodiċi NM elenkati fil-premessa (1) hawn fuq. Din il-kumpanija ntalbet tibgħat evidenza addizzjonali ta’ sostenn għad-dikjarazzjoni tagħhom li din il-kunsinna kienet fil-fatt il-prodott konċernat. Ma ntbagħtet l-ebda evidenza addizzjonali ta’ sostenn. Din il-kumpanija kienet infurmata li jekk ma tibgħatx aktar evidenza l-applikazzjoni tagħha ma tkunx ikkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. Għalhekk, ma setgħax jiġi stabbilit b’ċertezza jekk din il-kumpanija kinitx esportat il-prodott konċernat wara l-IP kif stipulat fit-tielet kriterju fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u għalhekk it-talba tagħha għan-NEPT kienet irrifjutata. |
|
(13) |
Kumpanija Pakistana naqset milli tibgħat biżżejjed evidenza ta’ sostenn għad-dikjarazzjoni tagħha li ma kinitx esportat il-prodott konċernat matul l-IP oriġinali. Il-kumpanija ma bagħtitx evidenza dettaljata ta’ l-attività ta’ bejgħ tagħha matul u qabel l-IP anke jekk intalbet tagħmel dan aktar minn darba għall-għan ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk fil-fatt din il-kumpanija kinitx produttur esportatur ġdid li jissodisfa l-ewwel kriterju stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004, u t-talba tagħha għan-NEPT kellha minħabba dan tkun irrifjutata. Din il-kumpanija kienet infurmata li l-applikazzjoni tagħha ma kinitx se tiġi kkunsidrata aktar, u ngħatat l-opportunità li tikkummenta. Ma ntbagħtu l-ebda kummenti. |
|
(14) |
Kumpanija Pakistana naqset milli turi li kienet produttur tal-prodott konċernat. Dan l-applikant għalhekk ma ssodisfax il-kriterju bażiku ta’ produttur esportatur u l-applikazzjoni tiegħu ma setgħatx tiġi kkunsidrata aktar. Din il-kumpanija ġiet mgħarrfa biċ-ċaħda u ma kkumentatx. |
|
(15) |
L-applikanti kollha u l-industrija tal-Komunità ġew infurmati bl-aħħar sejbiet ta’ l-eżaminazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Wara l-iżvelar, numru ta’ applikanti stqarrew li ma kienux wieġbu għall-ittri u t-talbiet tal-Kummissjoni minħabba li ma kienux irċievew il-korrispondenza konċernata jew għax kellhom problemi ta’ organizzazzjoni interna biex jitrattaw tali korrispondeza. Il-korrispondenza ġiet iċċekkjata mill-ġdid u ġie konkluż li dawn il-pretensjonijiet kienu bla bażi. B’żieda ma’ dan, in-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ kumpanija ma tistax tiġi ġġustifikata bi problemi ta’ organizzazzjoni interna. Kumpanija waħda talbet biex il-pretensjonijiet tagħha jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din il-kumpanija ma bagħtet l-ebda raġunament jew tagħrif addizzjonali li jistgħu jwasslu għal bidla fis-sejbiet. L-ebda mill-kumpaniji konċernati ma ppruvaw li jissodisfaw il-kriterji rilevanti. Għalhekk il-pretensjonijiet tagħhom ġew irrifjutati. |
D. KONKLUŻJONI
|
(16) |
B’kunsiderazzjoni għas-sejbiet imsemmija fil-premessa (11) hawn fuq, erba’ produtturi esportaturi Pakistani jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 sabiex jingħataw in-NEPT. Dawn il-kumpaniji għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju ta’ 5,8 %. It-talbiet mibgħuta mill-14-il produttur esportatur li jibqa’ għandhom ikunu rrifjutati fuq ir-raġunijiet spjegati hawn fuq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ta’ manifatturi li kkoperaw fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 397/2004 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
Isem |
Indirizz |
||||
|
“A.B. Exports (PVT) Ltd |
|
||||
|
A.S.T. (PVT) Limited |
|
||||
|
Abdur Rahman Corporation (Pvt) Ltd |
|
||||
|
Adil Waheed Garments |
|
||||
|
Afroze Textile Industries (Pvt) Ltd |
|
||||
|
Al Musawar Textile (PVT) Ltd |
|
||||
|
M/S Al-Ghani International |
|
||||
|
Al-Karam Textile Mills (PVT) Ltd |
|
||||
|
Al-Latif |
|
||||
|
Al-Noor Processing & Textile Mills |
|
||||
|
Al-Raheem Textile |
|
||||
|
Ameer Enterprises |
|
||||
|
Amsons Textile Mills (PVT) Ltd |
|
||||
|
Amtex (Private) Limited |
|
||||
|
Anjum Textile Mills (PVT) Ltd |
|
||||
|
Apex Corporation |
|
||||
|
M/S Arif Textiles Private Limited |
|
||||
|
Arshad Corporation |
|
||||
|
Arzoo Textile Mills Ltd |
|
||||
|
Asia Textile Mills |
|
||||
|
Aziz Sons |
|
||||
|
B.I.L. Exporters |
|
||||
|
Baak Industries |
|
||||
|
Be Be Jan Pakistan Limited |
|
||||
|
Bela Textiles Ltd |
|
||||
|
Bismillah Fabrics (PVT) Ltd |
|
||||
|
Bismillah Textiles (PVT) Ltd |
|
||||
|
Classic Enterprises |
|
||||
|
M/S Club Textile |
|
||||
|
Cotton Arts (PVT) Ltd |
|
||||
|
D.L. Nash (Private) Ltd |
|
||||
|
Dawood Exports PVT Ltd |
|
||||
|
Decent Textiles |
|
||||
|
En Em Fabrics (Pvt) Ltd |
|
||||
|
En Em Industries Ltd |
|
||||
|
Enn Eff Exports |
|
||||
|
Faisal Industries |
|
||||
|
Fashion Knit Industries |
|
||||
|
Fateh Textile Mills Limited |
|
||||
|
Gerpak Textile (PVT) Ltd |
|
||||
|
Gohar Textile mills |
|
||||
|
H.A. Industries (PVT) Ltd |
|
||||
|
Haroon Fabrics (Private) Limited |
|
||||
|
Hay's (PVT) Limited |
|
||||
|
M/S Home Furnishings Limited |
|
||||
|
Homecare Textiles |
|
||||
|
Husein Industries Ltd |
|
||||
|
Ideal International |
|
||||
|
J.K. Sons Private Limited |
|
||||
|
Jaquard Weavers |
|
||||
|
Kam International |
|
||||
|
Kamal Spinning Mills |
|
||||
|
Kausar Processing Industries (PVT) Ltd |
|
||||
|
Kausar Textile Industries (PVT) Ltd |
|
||||
|
Khizra Textiles International |
|
||||
|
Kohinoor Textile Mills Limited |
|
||||
|
Latif International (PVT) Ltd |
|
||||
|
Liberty Mills Limited |
|
||||
|
M/s M.K. SONS Pvt Limited |
|
||||
|
MSC Textiles (PVT) Ltd |
|
||||
|
Mughanum (PVT) Ltd |
|
||||
|
Mustaqim Dyeing & Printing Industries (Pvt) Ltd |
|
||||
|
Naseem Fabrics |
|
||||
|
Nawaz Associates |
|
||||
|
Nazir Industries |
|
||||
|
Niagara Mills (PVT) Ltd |
|
||||
|
Nina Industries Limited |
|
||||
|
Nishitex Enterprises |
|
||||
|
Parsons Industries (PVT) Ltd |
|
||||
|
Popular Fabrics (PVT) Limited |
|
||||
|
Rainbow Industries |
|
||||
|
Rehman International |
|
||||
|
Sadaqat Textile Mills Pvt Ltd |
|
||||
|
Sadiq Siddique Co. |
|
||||
|
Sakina Exports International |
|
||||
|
Samira Fabrics (PVT) Ltd |
|
||||
|
Sapphire Textile Mills Limited |
|
||||
|
Shahzad Siddique (PVT) Ltd |
|
||||
|
Shalimar Cotton Export (PVT) Ltd |
|
||||
|
Sharif Textiles Industries (PVT) Ltd |
|
||||
|
Shercotex |
|
||||
|
Sitara Textile Industries Limited |
|
||||
|
South Asian Textile Inds. |
|
||||
|
Sweety Textiles Pvt Ltd |
|
||||
|
Tex-Arts |
|
||||
|
The Crescent Textile Mills Ltd |
|
||||
|
Towellers Limited |
|
||||
|
Union Exports (PVT) Limited |
|
||||
|
United Finishing Mills Ltd |
|
||||
|
United Textile Printing Industries (Pvt) Ltd |
|
||||
|
Wintex Exports PVT Ltd |
|
||||
|
Zafar Fabrics (PVT) Limited |
|
||||
|
Zamzam Weaving and Processing Mills |
|
||||
|
ZIS Textiles Private Limited |
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(2) ĠU L 66, 4.3.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 695/2006 (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14).
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 926/2007
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MK |
33,2 |
|
TR |
46,8 |
|
|
XK |
36,3 |
|
|
XS |
24,7 |
|
|
ZZ |
35,3 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
130,9 |
|
ZZ |
130,9 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
92,4 |
|
ZZ |
92,4 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
55,9 |
|
UY |
44,5 |
|
|
ZA |
63,2 |
|
|
ZZ |
54,5 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
156,2 |
|
MA |
129,2 |
|
|
ΜΚ |
44,5 |
|
|
TR |
147,0 |
|
|
ZZ |
119,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
76,0 |
|
AU |
160,4 |
|
|
BR |
79,8 |
|
|
CL |
76,5 |
|
|
CN |
66,7 |
|
|
NZ |
92,3 |
|
|
US |
97,0 |
|
|
UY |
67,3 |
|
|
ZA |
96,1 |
|
|
ZZ |
90,2 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
75,5 |
|
CL |
76,2 |
|
|
NZ |
154,7 |
|
|
TR |
152,1 |
|
|
ZA |
102,9 |
|
|
ZZ |
112,3 |
|
|
0809 20 95 |
CA |
324,1 |
|
TR |
261,0 |
|
|
US |
380,0 |
|
|
ZZ |
321,7 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
153,7 |
|
ZZ |
153,7 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
109,6 |
|
ZZ |
109,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 927/2007
tat-2 ta’ Awwissu 2007
dwar miżura tranżitorja li tirrigwardja t-trattament ta' prodotti sekondarji tal-produzzjoni ta' l-inbid previst mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 għas-sena ta' l-inbid 2007/2008 fir-Rumanija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), il-persuni fiżiċi jew legali jew grupp ta' persuni li jkunu għamlu l-inbid, huma meħtieġa li jikkonsenjaw għad-distillazzjoni l-prodotti sekondarji kollha ta' dik il-produzzjoni ta' l-inbid. Mill-adeżjoni tar-Rumanija fl-1 ta’ Jannar 2007 mal-Komunità, dan l-obbligu japplika wkoll lill-produtturi ta' l-inbid f'dan l-Istat Membru, minkejja li din il-prattika mhijiex tradizzjonali fir-Rumanija. |
|
(2) |
Bir-rispett ta' dan l-obbligu jitqies li hemm distilleriji lesti li jwettqu d-distillazzjoni, sostnuta mill-għajnuna finanzjarja Komunitarja. Filwaqt li dawn id-distilleriji żviluppaw fl-Istati Membri tal-Komunità hekk kif kienet ikkostitwita fil-31 ta’ Diċcembru 2006, fejn dan l-obbligu ilu jeżisti għal bosta snin, fir-Rumanija stuttura industrijali tali għadha ma teżistix għad-distillazzjoni. |
|
(3) |
Mod ieħor kif il-prodotti sekondarji jiġu ttrattati huwa li jiġu rtirati taħt superviżjoni kif ipprattikat f'diversi Stati Membri. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li, billi attwalment għal raġunijiet prattiċi d-distillazzjoni ma tistax issir, il-produtturi Rumeni jkunu eżenti għal ċertu żmien mill-obbligu ta' distillazzjoni u li dan jiġi sostitwit mill-obbligu ta' rtirar taħt superviżjoni, fil-kundizzjonijiet definiti mill-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2). |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti minn dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta' ġestjoni għall-inbejjed, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għas-sena 2007/2008, il-persuni fiżiċi jew legali jew gruppi ta' persuni li jipproċessaw l-għeneb maħsud fir-Rumanija għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji ta' dan l-ipproċessar taħt superviżjoni u fil-kundizzjonijiet definiti mill-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 928/2007
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 860/2007 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Awwissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mit-3 ta’ Awwissu 2007 'l quddiem
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
22,10 |
5,25 |
|
1701 11 90 (1) |
22,10 |
10,48 |
|
1701 12 10 (1) |
22,10 |
5,06 |
|
1701 12 90 (1) |
22,10 |
10,05 |
|
1701 91 00 (2) |
22,18 |
14,88 |
|
1701 99 10 (2) |
22,18 |
9,62 |
|
1701 99 90 (2) |
22,18 |
9,62 |
|
1702 90 99 (3) |
0,22 |
0,42 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 929/2007
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fi Skagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Waqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta’ Diċcembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) [politika tas-sajd komuni], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċcembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti tal-Komunità, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007. |
|
(2) |
Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007. |
|
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11 kif ikkoreġut l-aħħar mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
(3) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 745/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26).
ANNESS
|
Nru |
24 |
|
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
|
Stokk |
COD/03AN. |
|
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
|
Żona |
Skagerrak |
|
Data |
19.7.2007 |
DIRETTIVI
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/15 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/50/KE
tat-2 ta’ Awwissu 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-beflubutamid u l-virus tal-polijedrożi nukleari Spodoptera exigua bħala sustanzi attivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE l-Ġermanja fis-27 ta’ Ġunju 2000 irċeviet applikazzjoni minn Task Force magħmula minn UBE Europe GmbH u Stähler Agrochemie GmbH & Co. KG (UBE Europe GmbH kienet ħalliet it-Task Force aktar tard) għall-inklużjoni tas-sustanza attiva beflubutamid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/784/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti ta’ data u tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fit-12 ta’ Lulju 1996 l-Olanda rċeviet applikazzjoni minn Biosys (issa: Certis USA) għall-inklużjoni tas-sustanza attiva, il-virus tal-polijedrożi nukleari Spodoptera exigua (minn hawn il quddiem “Spodoptera exigua NPV”) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/865/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li fil-prinċipju jissodisfa r-rekwiżiti ta’ data u tagħrif ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
L-effetti ta’ dawn is-sustanzi radjoattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istati Membri maħtura biex jirrappurtaw ressqu abbozz tar-rapporti ta’ valutazzjoni dwar is-sustanzi lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Awissu 2002 (beflubutamid) u fl-1 ta’ Novembru 1999 (Spodoptera exigua NPV) rispettivament. |
|
(4) |
Għal dawn is-sustanzi l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata fil-15 ta’ Mejju 2007 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-beflubutamid u Spodoptera exigua NPV. |
|
(5) |
Minn eżamijiet varji li saru jidher li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom is-sustanzi radjoattivi konċernati jistgħu jintalbu li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-beflubutamid u l-iSpodoptera exigua NPV jiġu inklużi fl-Anness I ta’ din id-Direttiva, sabiex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
|
(6) |
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom ibiddlu l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet kompluti, jemendawhom jew jirtirawhom skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mid-data ta’ l-għeluq imsemmija hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut ta’ l-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(7) |
Għalhekk huwa xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata skond dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom, skond id-Direttiva 91/414/KEE u fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Mejju 2008. Sa din id-data huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ din id-Direttiva relatati ma’ beflubutamid jew Spodoptera exigua NPV, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B ta’ l-annotazzjoni dwar is-sustanza attiva, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu f’idejh, jew ikollu aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2007, l-Istati Membri għandhom jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III ta’ din id-Direttiva u billi titqies il-parti B ta’ l-annotazzjoni fl-Anness I ta’ din id-Direttiva dwar il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV. Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li jistabbilixxu dan, l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2009; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-beflubutamid jew l-iSpodoptera exigua NPV bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Mejju 2009 jew sad-data ffissata għal emenda jew irtirar ta’ din ix-xorta fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liema waħda minnhom tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purezza (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||
|
“164 |
Beflubutamid Nru CAS113614-08-7 Nru CIPAC 662 |
(RS)-N-benzyl-2-(4-fluoro-3-trifluoromethylphenoxy) butanamide |
≥ 970 g/kg |
1 ta’ Diċcembru 2007 |
30 ta’ Novembru 2017 |
Parti A L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. Parti B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-beflubutamid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fil-15 ta’ Mejju 2007. F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri
Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq. |
||
|
165 |
il-virus tal-polijedrożi nukleari Spodoptera exigua Nru CIPAC Mhux allokat |
Mhux applikabbli |
|
1 ta’ Diċcembru 2007 |
30 ta’ Novembru 2017 |
Parti A L-użi bħala insettiċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati. Parti B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-iSpodoptera exigua NPV, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fil-15 ta’ Mejju 2007.” |
(1) Aktar dettalji dwar identità u speċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/18 |
DEĊIŻJONI Nru 930/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Ġunju 2007
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta' l-UE skond il-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikulari l-Punt 26 tagħha,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (2),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond tas-Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta b’diżastri. |
|
(2) |
Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat. |
|
(4) |
L-Ungerija u l-Greċja ppreżentaw applikazzjonijiet sabiex jimmobilizzaw il-Fond, għal żewġ diżastri kkawżati bl-għargħar, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, il-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun immobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 24 370 114 f’approprijazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
G. GLOSER
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Marzu 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-PCA
(2007/546/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja mar-Repubblika tal-Moldova Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Moldova (1) biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll inizjalat fit-22 ta’ Frar 2007 għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mid-data ta’ l-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunitajiet u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-PCA, bil-possibbiltà li jkun konkluż fi stadju aktar’il quddiem.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
W. TIEFENSEE
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istat Membri tagħhom minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra, dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “l-Istati Membri” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u
L-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “il-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea,
min-naħa waħda, u
R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem riferuti bħala “il-Partijiet” għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea li kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,
WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea fid-dawl ta’ l-adeżjoni ta’ żewġ Stati Membri, ma’ l-Unjoni Ewropea, li toffri opportunitajiet u sfidi għal kooperazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea,
WARA LI QIESU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-kisba u l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-PCA,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ser ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li ġie ffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Novembru 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998, u li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u jieħdu nota tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Dikjarazzjonijiet u Bdil ta’ ittri annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u bl-istess mod ta’ l-Istati Membri tal-Komunità u l-Protokoll ta’ Ftehim ta’ l-10 ta’ April 1997, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Ottubru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tad-29 ta’ April 2004.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Moldova skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni ser jiġu ddepożitati fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar ta’ wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
2. Sad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 5
1. It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokolli għall-Ftehim ta’ l-10 ta’ April 1997 u tad-29 ta’ April 2004 huma mfassla bil-lingwi Bulgari u Rumeni.
2. Huma annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi indaqs mat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokolli tal-Ftehim ta’ l-10 ta’ April 1997 u tad-29 ta’ April 2004.
Artikolu 6
Dan il-Ftehim huwa mfassal f’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Moldovana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на седемнадесети април две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el diecisiete de abril de dos mil siete.
V Bruselu dne sedmnáctého dubna dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles den syttende april to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am siebzehnten April zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta aprillikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα επτά Απριλίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the seventeenth day of April in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le dix-sept avril deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì diciassette aprile duemilasette.
Briselē, divi tūkstoši septītā gada septiņpadsmitajā aprīlī.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų balandžio septynioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hetedik év április havának tizenhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sbatax jum ta' April tas-sena elfejn sebgħa.
Gedaan te Brussel, de zeventiende april tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego kwietnia dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em dezassete de Abril de dois mil e sete.
Încheiat la Bruxelles la șaptesprezece aprilie, anul două mii șapte.
V Bruseli dňa sedemnásteho apríla dvetisícsedem.
V Bruslju, sedemnajstega aprila leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den sjuttonde april tjugohundrasju.
За Държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok rėszéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейските общности
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspólnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvá
Za Evropski skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
За Република Мοлдοва
Por la República de Moldavia
Za Moldavskou republiku
For Republikken Moldova
Für die Republik Moldau
Moldova Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Μολδαβίας
For the Republic of Moldova
Pour la République de Moldova
Per la Repubblica moldova
Moldovas Republikas vārdā
Moldovas Respublikos vardu
A Moldovai Köztársaság részéről
Għar-Repubblika tal-Moldova
Voor de Republiek Moldavië
W imieniu Republiki Mołdowy
Pela República da Moldávia
Pentru Republica Moldova
Za Moldavskú republiku
Za Republiko Moldavijo
Moldovan tasavallan puolesta
På Republiken Moldaviens vägnar
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Ġunju 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
(2007/547/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, mar-Repubblika ta’ l-Armenja, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju sa mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, bil-possibbiltà li jkun konkluż fi stadju ulterjuri.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.
Magħmula fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
P. STEINBRÜCK
(1) Ara paġna 26 ta' dan il-ĠU.
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK.
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u
MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA
minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunitajiet” rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,
minn naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ARMENJA
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Partijiet” għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,
WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta’ l-Armenja u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika ta’ l-Armenja u l-Unjoni Ewropea,
FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FSK;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet fil-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Armenja min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta’ April 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) u għandhom rispettivament jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Skambji ta’ Ittri u d-Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta l-Armenja annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika ta’ l-Armenja skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
2. Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 5
1. It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll għall-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004, huma miktuba bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.
2. Huma annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma miktuba l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll tal-Ftehim tad-19 ta’ Mejju 2004.
Artikolu 6
Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Armenjana, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil siete.
V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende juni to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Iουνίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the twenty-seventh day of June in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le vingt-sept juin deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemilasette.
Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā jūnijā
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hetedik év június havának huszonhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, is-sebgħa u għoxrin ta' Lulju, elfejn u sebgħa
Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste juni tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Junho de dois mil e sete.
Încheiat la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie, anul două mii șapte.
V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícsedem
V Bruslju, sedemindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni tjugohundrasju.
За Държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok rėszéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейските общности
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa Ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspólnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvá
Za Evropski skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
За Република Армения
Por la República de Armenia
Za Arménskou republiku
For Republikken Armenien
Für die Republik Armenien
Armeenia Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Αρμενίας
For the Republic of Armenia
Pour la République d'Arménie
Per la Repubblica d'Armenia
Armēnijas Republikas vārdā
Armenijos Respublikos vardu
Az Örmény Köztársaság részéről
Għar-Repubblika ta' l-Armenja
Voor de Republiek Armenië
W imieniu Republiki Armenii
Pela República da Arménia
Pentru Republica Armenia
Za Arménsku republiku
Za Republiko Armenijo
Armenian tasavallan puolesta
På Republiken Armeniens vägnar
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Ġunju 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa, u l-Ġorġja min-naħa l-oħra, biex tiqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
(2007/548/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Ft-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja mal-Ġorġja Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. |
|
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill b’dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa, u l-Ġorġja min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar ’il quddiem.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.
Magħmula fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
P. STEINBRÜCK
(1) Ara paġna 31 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-FSK
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ISLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-ISVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u
MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIMKA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunitajiet” irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,
min-naħa waħda, u l-
ĠEORĠJA
min-naħa l oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Partijiet” għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn Ġeorġja u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn il-Georġja u l-Unjoni Ewropea,
FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FSK,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li ġie ffirmat fi Brussell fit-28 ta’ Novembru 1994 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1998, u li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fit-22 ta’ April 1996 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn’il-quddiem “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta’ l-Istati Membri l-oħra, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta’ ittri u Dikjarazzjonijiet mill-Ġeorġja annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta’ Ftehim tat-30 ta’ April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’isem l-Istati Membri, u mill-Ġeorġja skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
2. Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effet mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 5
1. It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta’ April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.
2. Dawn jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta’ April 2004.
Artikolu 6
Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Ġeorġjana, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на двадесет и седми юни две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el veintisiete de junio de dos mil siete.
V Bruselu dne dvacátého sedmého června dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles, den syvogtyvende juni to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten Juni zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta juunikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Iουνίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the twenty-seventh day of June in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le vingt-sept juin deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì ventisette giugno duemilasette.
Briselē, divi tūkstoši septītā gada divdesmit septītajā jūnijā
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų birželio dvidešimt septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hetedik év június havának huszonhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, is-sebgħa u għoxrin ta' Lulju, elfejn u sebgħa
Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste juni tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego siódmego czerwca roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Junho de dois mil e sete.
Încheiat la Bruxelles la douăzeci și șapte iunie, anul două mii șapte.
V Bruseli dvadsiateho siedmeho júna dvetisícsedem
V Bruslju, sedemindvajsetega junija leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den tjugosjunde juni tjugohundrasju.
За Държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok rėszéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Европейските общности
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa Ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspólnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvá
Za Evropski skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
За Грузия
Por Georgia
Za Gruzii
for Georgien
Für Georgien
Gruusia nimel
Για τη Γεωργία
For Georgia
Pour la Géorgie
Per la Georgia
Gruzijas vārdā
Gruzijos vardu
Grúzia részéről
Għall-Ġeorġa
Voor Georgië
W imieniu Gruzji
Pela Geórgia
Pentru Georgia
Za Gruzínsko
Za Gruzijo
Georgian puolesta
På Georgiens vägnar
|
3.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 202/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Lulju 2007
li timmodifika l-Ftehim Intern tas-17 ta’ Lulju 2006 bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE
(2007/549/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou, fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) kif rivedut fil-Lussemburgu, fit-25 ta’ Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-qafas finanzjarju multi-annwali għall-perjodu 2008-2013 skond il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ l-assistenza finanzarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat KE (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”) (3), u partikolarment l-Artikoli 1(7) u l-Artikolu 8(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005 (4), partikolarment l-Artikolu 6(11) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(11) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, il-Bulgarija u r-Rumanija awtomatikament issieħbu mal-Ftehim Intern mid-data ta’ l-Adeżjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 1(7) tal-Ftehim Intern, l-allokazzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu (2a) ta’ dak l-Artikolu, li attwalment huma biss ammonti stmati fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandhom jiġu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill jekk jidħol Stat ġdid fl-UE. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 8(4) tal-Ftehim Intern, il-piżijiet tal-voti stipulati fil-paragrafu (2) ta’ dak l-Artikolu, li attwalment huma biss voti stmati fil-każ tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandhom jiġu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill jekk jidħol Stat ġdid ma’ l-UE. |
|
(4) |
Il-kontribuzzjonijiet u l-piżijiet għandhom jiġu konfermati, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ
Artikolu 1
Il-metodu tal-kontribuzzjoni u l-kontribuzzjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 1(2)a) tal-Ftehim Intern kif ukoll il-voti tagħhom fi ħdan il-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp kif stipulat fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim Intern huma b’dan konfermati.
Artikolu 2
Il-Ftehim Intern huwa b’dan emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-tabella fl-Artikolu 1(2)a, il-parentesi tondi u l-asterisk wara l-kliem “Bulgarija u Rumanija” kif ukoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna “ (*) Ammont stmat” għandhom jitħassru. |
|
(2) |
Fit-tabella fl-Artikolu 8(2), dan li ġej għandu jitħassar:
|
|
(3) |
L-Artikolu 8(3) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “Il-Kumitat ta’ l-EDF għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata ta’ 724 vot minn 1 004, bl-espressjoni tal-vot favur ta’ mill-anqas erbatax-il Stat Membru. Il-minoranza li timpedixxi għandha tikkonsisti f’281 vot.” |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-AKP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 26).