|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/534/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/535/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
|
2007/536/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
|
|
2007/537/CFSP |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
|
|
2007/538/KE |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 895/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
TR |
90,5 |
|
ZZ |
90,5 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
124,3 |
|
ZZ |
124,3 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
87,5 |
|
ZZ |
87,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
62,0 |
|
UY |
54,4 |
|
|
ZA |
60,1 |
|
|
ZZ |
58,8 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
161,0 |
|
EG |
160,0 |
|
|
MA |
144,4 |
|
|
TR |
178,8 |
|
|
ZZ |
161,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
94,8 |
|
AU |
160,4 |
|
|
BR |
89,4 |
|
|
CL |
98,7 |
|
|
CN |
100,6 |
|
|
NZ |
105,2 |
|
|
US |
106,2 |
|
|
ZA |
101,5 |
|
|
ZZ |
107,1 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
84,6 |
|
CL |
76,9 |
|
|
NZ |
80,2 |
|
|
TR |
137,4 |
|
|
ZA |
117,4 |
|
|
ZZ |
99,3 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
172,4 |
|
ZZ |
172,4 |
|
|
0809 20 95 |
CA |
324,1 |
|
TR |
283,0 |
|
|
US |
326,2 |
|
|
ZZ |
311,1 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
TR |
155,2 |
|
ZZ |
155,2 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
73,8 |
|
ZZ |
73,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 896/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jimponi dazju proviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol li joriġnaw mill-Indja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu tal-proċedura
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (l-avviż tal-bidu), il-bidu ta’ proċediment anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tad-dihydromyrcenol li joriġinaw mill-Indja. |
|
(2) |
Il-proċedura anti-dumping ingħatat bidu wara lment li sar fid-29 ta’ Settembru 2006 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A. u Sensient Fragrances S.A. (min għamel l-ilment) li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ iktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja tad-dihydromyrcenol. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali ġejja minnu, li tqieset bħala suffiċjenti biex jingħata bidu għall-proċediment. |
1.2. Il-partijiet ikkonċernati u żjajar ta’ verifika
|
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil min wassal l-ilment, produtturi oħrajn magħrufa fil-Komunità, produtturi esportaturi fl-Indja, importaturi u utenti li hu magħruf li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u rappreżentanti ta’ l-Indja dwar il-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigћ. |
|
(4) |
Fid-dawl tan-numru li jidher għoli ta’ produtturi esportaturi mill-Indja u importaturi fil-Komunità, it-teħid tal-kampjuni ġie ppjanat fl-avviż ta’ inizjazzjoni għad-determinazzjoni tad-dumping u l-ħsara, bi qbil ma’ l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex jippermettu lill-Kummissjoni biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk dan ikun il-każ, li tagħżel il-kampjun, il-produtturi esportaturi kollha fl-Indja u l-importaturi kollha fil-Komunità ntalbu li jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni u ntalbu jipprovdu, kif speċifikat fl-avviż ta’ inizjazzjoni, tagħrif bażiku dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru 2006. Madanakollu, żewġ produtturi esportaturi Indjani u żewġ importaturi fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat biss ippeżentaw lilhom infushom u ressqu l-informazzjoni rikjesta għat-teħid tal-kampjuni fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. B’hekk, ġie deċiż li t-teħid tal-kampjuni ma kienx meħtieġ. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati u lill-partijiet kollha l-oħrajn li talbu li jsir dan, fi żmien l-iskadenzi stipulati fl-avviż ta’ inizjazzjoni. |
|
(6) |
Ir-risposti għall-kwestjonarji ġew riċevuti minn żewġ produtturi esportaturi Indjani, minn erba’ produtturi Komunitarji tal-prodott simili, minn żewġ importaturi mhux relatati mal-produtturi esportaturi u minn utent wieħed fil-Komunità. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ gћad-determinazzjoni proviżorja tad-dumping, għall-ћsara li rriżultat u kif ukoll għall-interess tal-Komunità u wettqet żjarat ta’ verifika fuq il-post fil-kumpaniji li ġejjin:
|
1.3. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni
|
(8) |
L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2005 sat-30 ta’ Settembru 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “IP”). L-eżaminazzjoni ta’ tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara kopriet il-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2003 sa l-aħħar ta’ l-IP (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(9) |
Il-prodott ikkonċernat huwa d-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż ta’ 93 % jew aktar, li joriġina mill-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), normalment iddikjarat skond il-kodiċi NM ex 2905 22 90 . |
|
(10) |
Il-prodott ikkonċernat huwa likwidu mingħajr kulur sa isfar ċar b’riħa qawwija, friska, tixbaħ il-lajm, tal-fjur taċ-ċitru, u ħelwa bi ftit li xejn traċċi terpeniċi, li jinħall fiż-żejt tal-pitrolju u fl-alkoħol u ma jinħallx fl-ilma. Huwa parti mill-grupp ta’ alkoħols terpeniċi aċikliċi. L-isem kimiku tiegħu huwa 2,6-dimethyloct-7-en-2-ol (CAS RN 18479-58-8). |
|
(11) |
Applikazzjoni tipika tal-prodott ikkonċernat hija fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u bħala aġent qawwi ta’ tisħiħ fir-riħa għall-fwejjaħ tat-tip taċ-ċitru u tal-lajm. |
2.2. Prodott Simili
|
(12) |
Il-prodott ikkonċernat u d-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fis-suq domestiku ta’ l-Indja, kif ukoll id-dihydromyrcenol prodott u mibjugħ fil-Komunità mill-industrija Komunitarja, instabu li għandhom l-istess karratteristiċi kimiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija bażiċi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma proviżorjament meqjusa simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Il-valur normali
|
(13) |
Għad-determinazzjoni tal-valur normali il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet, għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, jekk il-bejgħ domestiku totali tagħhom tal-prodott simili kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ totali tagħhom ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità. Bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li huwa rappreżentattiv għal wieħed biss mill-kumpaniji li kooperaw minħabba li l-volum ta’ bejgħ domestiku għal din il-kumpanija kien ogħla minn 5 % tal-bejgħ totali tagħha ta’ esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. |
|
(14) |
Sussegwentament il-Kummissjoni identifikat għal din il-kumpanija skond il-purezza, it-tipi tal-prodott simili li jinbiegħu domestikament li kienu identiċi jew li huma komparabbli direttament mat-tipi li jinbiegħu għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Gћal kull wieћed minn dawk it-tipi, ġie stabbilit jekk il-bejgћ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed gћall-gћanijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgћ domestiku ta’ tip partikolari tqies bћala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgћ domestiku totali ta’ dak it-tip matul l-IP irrappreżenta 5 % jew iktar tal-volum totali ta’ bejgћ tat-tip komparabbli esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ għat-tipi kollha domestiċi li huma komparabbli ma’ dawk esportati lejn il-Komunità. |
|
(15) |
Il-Kummissjoni sussegwentement eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip tal-prodott ikkonċernat, mibjugħ fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar tul l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku bil-qligħ lil konsumaturi indipendenti, ta’ kull tip ta’ prodott esportat. |
|
(16) |
Minħabba li għal kull tip ta’ prodott iktar minn 80 % tal-volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku nbiegħ bi prezz ta’ bejgħ nett li huwa l-istess jew ogħla mill-ispejjeż ikkalkulati ta’ produzzjoni, u minħabba li fl-istess ħin il-prezz medju tal-bejgħ iddifferenzjat kien l-istess jew ogħla mill-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja ddiferenzjata tal-prezzijiet kollha ta’ bejgħ domestiku in kwestjoni, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ wassalx għall-qligħ jew le. |
|
(17) |
Għall-produttur esportatur li m’għandux bejgħ domestiku rappreżentattiv tal-prodott simili matul l-IP (ara l-premessa (13) hawn fuq), il-valur normali ġie ddeterminat skond il-prezzijiet domestiċi fl-andament normali tal-kummerċ tal-produttur esportatur l-ieħor (ara l-premessi (13) sa (15) hawn fuq), skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni
|
(18) |
Il-bejgħ kollu taż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw sar direttament lill-konsumaturi li mhumiex relatati fil-Komunità. Għal dan il-bejgħ, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, skond il-prezzijiet li attwalment tħallsu jew li huma pagabbli minn dawn il-konsumaturi indipendenti fil-Komunità |
3.3. Tqabbil
|
(19) |
It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar fuq bażi ex-works. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust, ittieħdu in konsiderazzjoni, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz. Ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fl-ispejjeż tat-transport, trasport bħala merkanzija bil-baħar u spejjeż ta’ assigurazzjoni, spejjeż ta’ tagħbija u spejjeż anċillari, skontijiet, sansariji, spejjeż ta’ kreditu u spejjeż ta’ importazzjoni ngħataw fejn kienu applikabbli u ġġustifikati. |
3.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(20) |
Skond l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġnijiet tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ paragun tal-valur normali medju ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott ma’ prezz medju ta’ l-esportazzjoni ddifferenzjat skond it-tip ta’ prodott kif ġie stabbilit hawn fuq. |
|
(21) |
Fuq din il-bażi, il-marġni proviżorju ta’ dumping, mogħti bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, id-dazji mhux imħallsa, huwa:
|
|
(22) |
Għal dawk il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, il-marġni tad-dumping ġie stabbilit skond il-fatti disponibbli bi qbil ma’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-livell ta’ kooperazzjoni ġie stabbilit l-ewwel. Paragun bejn id-data tal-Eurostat li jikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u l-volum ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità rrappurtat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw wera li l-livell ta’ kooperazzjoni kien wieħed għoli (iktar minn 80 %). Għalhekk, u minħabba li ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-kumpaniji li ma kkooperawx kienu qed jiddampjaw f’livell iktar baxx, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi stipulat marġni ta’ dumping adegwat għal kumpaniji li fadal, li ma kkooperawx ma’ l-investigazzjoni, fil-livell ta’ marġni ta’ dumping li huwa ogħla minn dak li ġie osservat għaż-żewġ kumpaniji li kkooperaw. Dan l-approċċ huwa bi qbil mal-prattika kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità u ġie kkunsidrat bħala wieħed neċessarju sabiex ma jipprovdi l-ebda inċentiv għal nuqqas ta’ kooperazzjoni. Għaldaqstant, il-marġni residwu tad-dumping huwa kkalkulat għar-rata ta’ 7,5 %. |
4. ĦSARA
4.1. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità
|
(23) |
Fi ħdan il-Komunità, il-prodott simili huwa mmanifatturat minn ħames produtturi. Il-produzzjoni ta’ dawn il-ħames produtturi Komunitarji hija għalhekk ikkunsidrata bħala waħda li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(24) |
Minn dawn il-ħames produtturi, total ta’ erbgħa rrispondew għall-kwestjonarju. Madanakollu, wieħed minn dawn ir-rispondenti ma appoġġax espressament dan l-ilment, jiġifieri ma ħa l-ebda pożizzjoni dwaru. Għalhekk, din il-kumpanija ma setgħetx tagħmel parti mill-industrija Komunitarja u, b’konsegwenza ta’ dan, ta’ l-analiżi tal-ħsara. Madanakollu, is-sitwazzjoni ta’ din il-kumpanija ttieħdet in konsiderazzjoni u ġiet eżaminata bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità. |
|
(25) |
It-tliet produtturi li kkooperaw, li fadal, jirrappreżentaw iktar minn 40 % tal-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili. Għandu jiġi nnotat li wieħed minnhom għamel importazzjonijiet konsiderevoli tad-dihydromyrcenol mill-Indja fl-IP. Madanakollu, l-importazzjoni ma kinitx in-negozju ewlieni tiegħu u dawn l-importazzjonijiet ġew ikkunsidrati li saru b’reazzjoni għall-fluss ta’ l-importazzjonijet iddampjati li wasslu biex tbaxxew il-prezzijiet b’mod sinifikanti, partikolarment sabiex isaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja u jżomm vijabbli l-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili. Għalhekk, ma ġiex ikkunsidrat xieraq li jeskludu lil dan il-produttur mid-definizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(26) |
Skond dan huwa kkunsidrat li t-tliet produtturi Komuntarji li jissemmew fl-inċiż (24) hawn fuq huma meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Minn hawnhekk ’il quddiem huma għandhom jiġu msejħa bħala ’l-industrija tal-Komunità’. |
4.2. Id-determinazzjoni tas-suq rilevanti Komunitarju
|
(27) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija Komunitarja bagħtietx il-ħsara jew le u biex jiġi ddeterminat il-konsum u l-indikaturi ekonomiċi varji li huma relatati mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, ġie eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi. |
|
(28) |
Id-dihydromyrcenol jintuża bħala materjal intermedju għall-produzzjoni tad-derivattivi, bħalma huma t-tetrahydromyrcenol u l-myrcetol, jew fil-fwejjaħ komposti. Ġie osservat fl-investigazzjoni li l-industrija Komunitarja użat ċertu kwantitajiet tad-dihydromyrcenol (madwar 10 % tal-volum ta’ produzzjoni totali tagħha) internament, għar-raġunijiet li jissemmew hawn fuq. Għal dan il-għan, id-dihydromyrcenol ġie sempliċiment trasferit mingħajr ebda fattura ġewwa l-istess kumpanija; ma daħalx fis-suq ħieles, minħabba li ntuża mill-produttur innifsu għal iktar ipproċessar u/jew komposti. B’hekk wieħed jirreferi għal dawn is-sitwazzjonijiet bħala użu intern. |
|
(29) |
L-industrija Komunitarja wkoll biegħet id-dihydromyrcenol lill-partijiet interessati fil-Komunità u f’pajjiżi terzi biex dan jerġa’ jinbiegħ jew jintuża minn dawn il-partijiet. Madanakollu, ġie stabbilit fl-investigazzjoni tagħha li dan il-bejgħ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed intern jiġifieri fis-suq għall-użu intern, minħabba li dawn saru bil-prezzijiet tas-suq u l-konsumaturi kellhom għażla ħielsa ta’ fornituri. Kontrarjament, dawn għandhom jiġu meqjusa bħala bejgħ fis-suq ħieles. |
|
(30) |
Id-distinzjoni bejn is-suq għall-użu intern u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tal-ħsara minħabba li l-prodotti li huma destinati għall-użu intern, jiġifieri l-użu mill-produtturi nfushom f’dan il-każ, mhumiex esposti għall-kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet. Kontrarjament, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles instabet li hija f’kompetizzjoni diretta ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(31) |
Sabiex tingħata stampa sħiħa kemm jista’ jkun tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja, inkisbet data u ġiet analizzata għall-attività kollha tad-dihydromyrcenol u sussegwentement ġie ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu intern jew għas-suq ħieles. |
|
(32) |
Għall-indikaturi kummerċjali li ġejjin li jirrigwardaw l-industrija Komunitarja, instab li l-analiżi u l-valutazzjoni bil-ħsieb kellhom jiffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles: il-volum tal-bejgħ u prezzijiet ta’ bejgħ fis-suq Komuntarju, is-sehem mis-suq, tkabbir, profittabbiltà, dħul mill-investiment, cash flow u volum ta’ prezzijiet u ta’ esportazzjoni. |
|
(33) |
Madanakollu, fir-rigward ta’ l-indikaturi ekonomiċi oħrajn, instab skond l-investigazzjoni, li dawn jistgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli billi wieħed jirreferi għall-attività kollha. Filfatt, il-produzzjoni (għall-użu intern kif ukoll għas-suq ħieles), il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, il-ħażniet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun għall-użu intern u kif ukoll jekk din tinbiegħ fis-suq ħieles. |
|
(34) |
Finalment, għandu jiġi nnotat li l-iżvilupp ta’ l-użu intern mill-industrija tal-Komunità ġie eżaminat bħala fattur ieħor ta’ ħsara fil-parti (5) – Kawżalità, sabiex jiġi stabbilit jekk dan setax kellu impatt fuq is-sitwazzjoni tagħhom. |
4.3. Il-konsum tal-Komunità
|
(35) |
Il-konsum Komunitarju ġie stabbilit skond il-volumi tal-produzzjoni proprja tal-produtturi Komunitarji li hija maħsuba għall-bejgħ ħieles fis-suq Komunitarju u għall-użu intern minn dawn il-produtturi u l-volumi ta’ l-importazzjonijiet fil-Komunità, miksuba mill-Eurostat. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-Eurostat, għandu jiġi nnotat li l-prodotti ħlief id-dihydromyrcenol jistgħu jiġu inklużi f’din l-istatistika, minħabba li d-dihydromyrcenol huwa ddikjarat b’kodiċi ex NM. Id-data mill-Eurostat ġiet ipparagunata ma’ l-għarfien tas-suq industrijali Komunitarju. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet mill-Ġappun ġew esklużi minħabba li dawn kienu kkunsidrati li huma magħmulin kollha minn prodotti li mhumiex id-dihydromyrcenol minħabba li ma hemm ebda produzzjoni magħrufa ta’ dak il-prodott fil-Ġappun. Għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex il-Ġappun, l-istatistika tal-Eurostat dehret li hija raġonevolment preċiża (jiġifieri, dehret li ma inkludietx volumi sinifikanti ta’ prodotti li mhumiex dihydromyrcenol u li jistgħu jwasslu għad-distorsjoni tal-kwadru ġenerali b’mod sostanzjali) u, b’hekk, l-ebda aġġustament ta’ din id-data ma saret għar-raġunijiet ta’ l-analiżi tal-ħsara u l-kawżalità. |
|
(37) |
Fl-ewwel nofs tal-perjodu kkunsidrat, is-suq Komunitarju għad-dihydromyrcenol kien relattivament stabbli. Dan beda jiżdied fl-2005 u fl-IP dan laħaq livell ta’ 23 % ogħla mill-2003, jiġifieri madwar 4 400 000 kilogramma.
|
||||||||||||||||||||
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Volum, prezz u sehem fis-suq ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat
|
(38) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità tela’ b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri b’iktar minn 1 600 %. Dan kważi rdoppja fl-2005, qabel ma reġa’ niżel fl-IP u għalaq b’livell ta’ 2 963 % ogħla mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri madwar 760 000 kilogramma fl-IP meta mqabbel ma’ madwar 25 000 kilogramma fl-2003.
|
||||||||||||||||||||
|
(39) |
Il-medja tal-prezz ta’ l-importazzjoni waqgħet bi kważi 20 % fl-2004, żdiedet għal-livell oriġinali tagħha fl-2005 u żdiedet bi 11 % fl-IP. Kif wieħed jista’ jinnota mill-inċiżi (41) u (42) hawn isfel, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kienu sinifikattivament iktar baxxi mill-prezzijiet industrijali Komunitarji fl-IP.
|
||||||||||||||||||||
|
(40) |
Is-sehem fis-suq tal-prodotti ddampjati mill-Indja żdied b’madwar 17-il punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, jiġifieri minn 0,7 % fl-2003 sa 17,3 % fl-IP. Sehem sinifikanti mis-suq inkiseb fl-2004, f’konformità maż-żieda sostanzjali deskritta hawn fuq fil-volumi ta’ l-importazzjonijiet u l-konsum stabbli Komunitarju. Fl-IP, espress f’termini assoluti, l-esportaturi Indjani, minkejja żieda fil-volumi ta’ bejgħ, raw is-sehem fis-suq tagħhom jonqos bi 2.4 punti perċentwali. Madanakollu, jekk wieħed iżomm f’moħħu li l-konsum Komunitarju żdied biss bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, huwa evidenti li l-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-Indja fis-suq Komunitarju żdiedet b’mod iktar sinifikanti matul il-perjodu.
|
||||||||||||||||||||
4.4.2. Twaqqigħ tal-prezz
|
(41) |
Għall-iskop ta’ l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet ta’ importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw tqabblu mal-prezzijiet industrijali Komunitarji, skond il-medji ddifferenzjati għal tipi ta’ prodotti li huma direttament komparabbli (skond il-purezza) matul l-IP. Il-prezzijiet industrijali Komunitarji ġew aġġustati għal livell ex-works, u mqabbla mal-prezzijiet ta’ importazzjoni konfinali tal-Komunità CIF, inklużi d-dazji doganali. It-tqabbil tal-prezz sar għat-tranżazzjonijiet fuq l-istess livell tal-kummerċ, li ġie aġġustat fejn hu neċessarju, u wara tnaqqis tar-roħs u skonti. |
|
(42) |
Skond il-prezzijiet tal-produtturi esportaturi li kkoperaw, il-marġnijiet tat-twaqqigħ li nstabu, u li huma espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet industrijali Komunitarji, huma 5,8 % u 7,4 %. |
4.5. Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(43) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(44) |
Għandu jiġi mfakkar li l-eżistenza ta’ l-użu intern tal-prodott simili mill-industrija Komunitarja kellha tittieħed in kunsiderazzjoni fl-analiżi tal-ħsara. Ċertu indikaturi ta’ ħsara ġew b’hekk eżaminati billi ffokaw fuq is-sitwazzjoni prevalenti fis-suq ħieles, filwaqt li ċerti indikaturi oħrajn setgħu jiġu eżaminati b’mod raġonevoli biss billi saret referenza għall-attività kollha (ara l-premessi (27) sa (34) hawn fuq). |
a) Produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
(45) |
Il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ta’ l-istess prodott żdiedet b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, din baqgħet stabbli fl-2004, żdiedet ftit bi 2 % fl-2005 u b’4 punti perċentwali oħra fl-IP. Minħabba li l-kapaċità ta’ produzzjoni baqgħet stabbli, l-utilizzazzjoni tagħha ssaħħet ftit skond il-volumi miżjuda tal-produzzjoni. Fl-IP, il-kapaċità ġiet utilizzata b’73 %.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
b) Ħażniet
|
(46) |
Kien hemm żieda globali fil-ħażniet bejn l-2003 u l-IP. Il-quċċata fl-2004 tikkoinċidi mat-tnaqqis f’daqqa fil-bejgħ deskritt fil-premessa (47) hawn isfel. Fl-IP, il-livell ta’ ħażniet kien ta’ 8 % iktar minn fl-2003.
|
||||||||||||||||||||
ċ) Volum ta’ bejgħ, prezz ta’ bejgħ u sehem fis-suq
|
(47) |
Il-bejgħ tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq ħieles fil-Komunità niżel f’daqqa b’7 % fl-2004. Fl-2005 dan irkupra ftit iktar mil-livell oriġinali tiegħu u żdied b’19-il punt perċentwal fl-IP. Madanakollu, fid-dawl tal-konsum imsaħħaħ fl-2005 u fl-IP (ara l-premessa (37) hawn fuq), l-industrija Komunitarja ma saħħitx il-pożizzjoni tas-suq tagħha. Kontrarjament, din bilkemm żammet is-sehem tagħha fis-suq. Il-prezzijiet medji fis-suq tal-produzzjoni Komunitarja rriflettew l-iżvilupp tas-suq. Dawn waqgħu b’mod drammatiku fl-2004, jiġifieri bi 22 %, naqqsu b’10 punti perċentwali addizzjonali fl-2005 u baqgħu ftit jew wisq stabbli matul l-IP.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
d) Profittabbiltà
|
(48) |
Il-profittabbiltà ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjorat drammatikament matul il-perjodu kkunsidrat. Minn qligħ ta’ 12,3 % fl-2003, il-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tal-prodott simili li huwa maħsub għall-bejgħ fis-suq ħieles saret waħda ta’ telf sinifikanti fl-2004, skond it-tnaqqis deskritt hawn fuq fil-volumi ta’ bejgħ u l-prezzijiet. Fl-2005, il-marġini ta’ telf irdoppja u fl-IP l-industrija Komunitarja kienet qed tagħmel telf ta’ madwar 17 %.
|
||||||||||||||||||||
e) Investiment, prospett fuq l-investiment, cash flow u l-kapaċità għall-ksib tal-kapital
|
(49) |
L-investiment naqas b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat, fejn fl-IP dan laħaq biss 7 % tal-livell tiegħu fl-2003, li jirrifletti l-fatt li l-industrija diġà topera tagħmir modern. Kif wieħed jista’ jinnota mit-tabella fil-premessa (45) hawn fuq, l-ebda investiment ma sar fil-kapaċità tal-produzzjoni, minkejja li s-suq tad-dihydromyrcenol kien mistenni li jżomm it-tendenza pożittiva tiegħu. Id-dħul mill-investiment, espress fit-termini ta’ profitti/telf netti ta’ l-industrija Komunitarja u l-valur nett ta’ kontabbiltà fl-investimenti tiegħu, żviluppa skond l-investiment u l-marġnijiet tal-profitt/telf. Speċifikament, dan naqas minn 13,7 % fl-2003 sa – 26,9 % fl-IP. Bl-istess mod, il-cash flow ta’ l-industrija Komunitarja ddeterjora b’mod sinifikanti. Minn dħul ta’ cash ta’ madwar 1 300 000 EUR fl-2003, dan sar ħruġ ta’ cash ta’ iktar minn 60 000 EUR fl-IP. Dawn l-indikaturi kollha jikkonfermaw b’mod ċar l-inabbiltà tal-Komunità li tikseb kapital.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
f) Tkabbir
|
(50) |
L-industrija Komunitarja żammet is-sehem tagħha fis-suq bil-prezz ta’ telf sinifikanti akkumpanjat inter alia minn ħruġ tal-cash. Għandu jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ma setgħetx tibbenefika mit-tkabbir tas-suq. |
ġ) Impjiegi, produttività u pagi
|
(51) |
L-għadd ta’ l-impjegati ta’ l-industrija Komunitarja involuti fil-prodott simili naqas minkejja li kien hemm żieda fil-produzzjoni (ara l-premessa (45) hawn fuq). Matul l-IP l-impjiegi kienu ta’ 15 % inqas milli fl-2003. Madanakollu l-ispejjeż totali tal-ħaddiema żdiedu. Speċifikament, dawn żdiedu bi 13 % fl-2004, baqgħu pjuttost stabbli fl-2005, qabel ma niżlu ftit matul l-IP sa livell ta’ 6 % iktar milli fl-2003. Fil-fatt, l-ispejjeż medji tal-ħaddiema żdiedu b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda saret minħabba l-inflazzjoni (madwar 3 % fl-2004 u 2005 fi Spanja) u minħabba tibdil fl-istruttura ta’ l-impjiegi (sehem ogħla ta’ ħaddiema kkwalifikati). Il-produttività espressa fil-produzzjoni għal kull ħaddiem fis-sena żdiedet b’24 % bejn l-2003 u l-IP.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
g) Dimensjoni ta’ dumping, irkuprar minn dumping fil-passat jew sussidji
|
(52) |
Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja tad-dimensjoni tal-marġnijiet effettivi tad-dumping, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat, dan l-impatt ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed negliġibbli. |
|
(53) |
Aktar minn hekk, ma kien hemm ebda indikazzjoni li l-industrija Komunitarja kienet qed tirkupra, matul il-perjodu ta’ l-IP, mill-effetti ta’ xi dumping fil-passat jew ta’ xi sussidji. |
4.6. Konklużjoni dwar il-ħsara
|
(54) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja żdiedet b’mod sinifikanti. Fit-termini tal-volum, l-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’madwar 3 000 % bejn l-2003 u l-IP. Fit-termini tas-sehem mis-suq, dawn kellhom iktar minn 17 % tas-suq Komunitarju tad-dihydromyrcenol fl-IP meta mqabbel ma’ 0,7 % biss fl-2003. |
|
(55) |
Minkejja li l-konsum Komunitarju tad-dihydromyrcenol żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja, matul l-IP, kisbet biss l-istess sehem tas-suq Komunitarju bħal fl-2003, partikolarment minħabba żieda fil-bejgħ tal-produzzjoni tagħha fl-2005 u matul l-IP. Madanakollu, kif inhu muri fl-analiżi hawn fuq ta’ l-indikaturi ekonomiċi ta’ l-industrija Komunitarja, dan seta’ jinkiseb biss bil-konsegwenza ta’ telf kbir, telf fir-redditu fuq l-investiment u ħruġ ta’ cash. Fil-fatt, il-ħsara mmaterjalizzat partikolarment f’termini ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, li kellu impatt negattiv dirett u sinifikanti fuq is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-kumpaniji. Speċifikament, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja waqgħu minn EUR 4,55 fl-2003 sa EUR 3,15 fl-IP. Dan it-tnaqqis ma kien akkumpanjat minn ebda tnaqqis korrispondenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni. B’hekk, l-industrija Komunitarja saret waħda li tagħmel it-telf fl-2004 u t-telf tagħha mill-bejgħ tad-dihydromyrcenol fis-suq Komunitarju kompla jiżdied fl-2005 u fl-IP, meta r-redditu mill-bejgħ ma bediex ikopri l-ispejjeż fissi ta’ l-industriji Komunitarji. Jidher ċar li din is-sitwazzjoni mhix sostenibbli fuq medda twila ta’ żmien. |
|
(56) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, qed jiġi proviżorjament ikkunsidrat li l-industrija tal-Komunità soffriet ћsara materjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAĠUN
5.1. Daħla
|
(57) |
Bi qbil ma’ l-Artikoli 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-ħsara materjali li sofriet l-industrija Komunitarja kinitx ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat. Fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin setgħu għamlu ħsara lill-industrija Komunitarja, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma kinitx attribwita lill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. |
5.2. Effetti ta’ l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping
|
(58) |
L-ewwel, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni wriet li d-dihydromyrcenol importat mill-Indja jikkompeti direttament mad-dihydromyrcenol li huwa prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità, minħabba li huma simili f’termini tal-karatteristiċi kimiċi bażiċi, interskambjabbli u distribwiti permezz ta’ l-istess kanali ta’ distribuzzjoni. |
|
(59) |
Iż-żieda sinifikanti fil-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat (kważi 3 000 %) u fis-sehem tagħhom fis-suq Komunitarju (b’madwar 17-il punt perċentwali) tikkoinċidi mad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. Dan id-deterjorament inkluda, inter alia, tnaqqis fil-livell tal-prezz ta’ l-industrija Komunitarja, li wassal biex ir-riżultati finanzjarji marru għal-agħar matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet iddampjati jwaqqgħu il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja b’marġnijiet sostanzjali u b’hekk wieħed jista’ jikkonkludi b’mod raġonevoli li dawn kienu responsabbli għas-soppressjoni tal-prezzijiet li wasslet għad-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(60) |
Parti waħda argumentat li ħafna manifatturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja waqqfu l-produzzjoni ta’ dan il-prodott u, b’hekk, baxxew il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom għall-prodott ikkonċernat fl-Indja. Ġie konkluż minn din il-parti li minħabba r-raġunijiet li ssemmew hawn fuq, l-importazzjonijiet mill-Indja ma ppreżentaw ebda perikolu ta’ ħsara għall-produtturi Komunitarji. F’dan ir-rigward, ġie kkonfermat mill-investigazzjoni li wħud mill-produtturi li ssemmew fl-ilment li hemm referenza għalih fil-premessa (2) hawn fuq, waqqfu l-produzzjoni tagħhom tad-dihydromyrcenol matul l-IP; madanakollu, instab ukoll li kapaċitajiet ġodda ġew istallati. Fil-fatt, mill-inqas produttur wieħed ġdid Indjan tad-dihydromyrcenol tfaċċa fl-2005. Għalhekk, din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha. |
|
(61) |
Fid-dawl tal-koinċidenza li hija stabbilita b’mod ċar fiż-żmien bejn, min-naħa waħda, iż-żieda fl-importazzjonijiet iddampjati bi prezzijiet li qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet industrijali tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, id-dipressjoni tal-prezzijiet Komunitarji u s-sitwazzjoni finanzjarja li marret għall-agħar, huwa konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati kellhom rwol determinanti fis-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja. |
5.3. Effetti ta’ fatturi oħra
5.3.1. Ir-rendimenti ta’ produtturi oħra tal-Komunità
|
(62) |
Kif inhu indikat fil-premessi (23) sa (26) hawn fuq, hemm ħames produtturi tal-prodott simili fil-Komunità; tnejn minnhom mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja. L-iżvilupp tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji huma analizzati hawn isfel. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità il-figuri effettivi ma jistgħux jingħataw. B’hekk, jingħataw biss l-indiċijiet. |
|
(63) |
Il-bejgħ fil-Komunità tad-dihydromyrcenol prodott minn produtturi Komunitarji oħra waqa’ bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti waqa’ b’mod iktar sinifikanti, jiġifieri bi 28 %, minħabba li s-suq kiber fl-istess perijodu.
|
||||||||||||||||||||
|
(64) |
Fid-dawl ta’ dak li jidher hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li r-rendiment taż-żewġ produtturi Komunitarji l-oħra ma kkawża ebda ħsara lill-industrija Komunitarja. |
5.3.2. L-użu intern mill-industrija Komunitarja
|
(65) |
Kif inhu indikat fil-premessi (27) sa (34) hawn fuq, l-attivitajiet industrijali Komunitarji fir-rigward tal-prodott simili jinkludu, inter alia, l-użu intern ta’ dan il-prodott għall-produzzjoni tad-derivattivi u/jew il-komposti tal-fwejjaħ. Kif inhu spjegat ukoll fil-premessi li ssemmew hawn fuq, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi eskluż l-użu intern ta’ l-industrija Komunitarja mill-analiżi ta’ l-indikaturi ta’ ħsara (fejn għandu rilevanza) u jeżaminawha skond fatturi oħra, jiġifieri kawżi oħrajn possibbli tal-ħsara li batew l-industriji Komunitarji. |
|
(66) |
L-użu intern Komunitarju naqas xi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Speċifikament, dan naqas b’14 % fl-2004 u b’14-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma żdied fl-IP għal madwar 240 000 kilogramma, li madanakollu huwa 5 % inqas mill-2003. F’termini relattivi, l-użu intern irrappreżenta madwar 10 % tal-volum totali ta’ produzzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ l-2005, meta dan niżel bi 8 %.
|
||||||||||||||||||||
|
(67) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni li l-użu intern jirrappreżenta biss bejn wieħed u ieħor 10 % ta’ l-output ta’ l-industrija Komunitarja, huwa konkluż proviżorjament li l-iżvilupp tiegħu ma jistax jikkontribwixxi b’mod sostanzjali lejn il-ħsara materjali li soffriet l-industrija Komunitarja. |
5.3.3. Ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(68) |
Fit-termini tal-volumi, ir-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ ta’ esportazzjoni żdied bi 8 % fl-2004 u bi 12-il punt perċentwali fl-2005, qabel ma niżel matul l-IP għal livell ta’ 4 % ogħla mill-2003. Fit-termini tal-prezzijiet ta’ l-unità, tnaqqis ta’ 26 % bejn l-2003 u l-IP hu muri fit-tabella hawn isfel. Madanakollu għandu jiġi nnotat li l-prezz tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni niżel b’rata iktar baxxa mill-prezz ta’ bejgħ fil-Komunità u f’termini assoluti dan baqa’ ogħla mill-ieħor b’mod konsiderevoli.
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(69) |
Għal dan il-għan jista’ jiġi konkluż proviżorjament li r-rendiment ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma jikkontribwixxix sostanzjalment lejn il-ħsara materjali soffruta. |
5.3.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
|
(70) |
Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ġew eżaminati wkoll. Għandu jiġi mfakkar li l-importazzjonijiet mill-Ġappun li rriżultaw mill-Eurostat ma ġewx ikkunsidrati għal raġunijiet li jingħataw fil-premessa (36) hawn fuq. L-ebda aġġustament ieħor lid-data ta’ l-Eurostat ma sar għar-raġunijiet ta’ din l-investigazzjoni. |
|
(71) |
Kif wieħed jista’ josserva mit-tabella hawn isfel, il-volum ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Wara l-perjodu negattiv fl-2004 u fl-2005, fl-IP dan irkupra għal livell 4 % inqas mill-2003. Tali żviluppi jikkoinċidu b’mod ċar maż-żieda fil-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet fl-2004 u fl-2005 u tnaqqis sussegwenti tagħhom fl-IP. F’termini assoluti, il-livell tal-prezz ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ sinifikattivament ogħla mil-livell tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja matul il-perjodu kkunsidrat (irreferi għall-premessa (39) hawn fuq). Is-sehem korrispondenti ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ġewwa s-suq fil-Komunità żviluppa skond il-volumi tagħhom u l-espansjoni tas-suq; dan naqas bi 22 % bejn l-2003 u l-IP.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(72) |
Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, ġie konkluż li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja ma kkawżaw l-ebda ħsara lill-industrija Komunitarja. |
5.3.5. Il-ħsara hija awto-inflitta
|
(73) |
Parti waħda argumentat li l-ħsara hija awto-inflitta minħabba li min għamel l-ilment jiddipendi fuq l-importazzjonijiet tal-materji primi ewlenin użati fil-produzzjoni tal-prodott simili u b’hekk mhumiex kompetittivi fil-konfront tal-produtturi l-oħrajn fil-Komunità, jew anke globalment. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni ma stabbiliet l-ebda differenza sostanzjali fis-sorsi u fil-prezzijiet tal-materji primi ewlenin użati u mħallsa minn min għamel l-ilment u l-produtturi Komunitarji l-oħrajn, jew saħansitra produtturi Indjani li kkooperaw, li tista’ tiġġustifika l-allegazzjoniiet imsemmija. Għalhekk din il-pretensjoni m’għandhiex tiġi milqugħha. |
5.4. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(74) |
B’konklużjoni, huwa kkonfermat li l-ħsara materjali li soffriet l-industrija tal-Komunità, li hija kkaratterizzata speċjalment minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ kull unità li wassal għal deterjorament sinfikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja, kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiż ikkonċernat. Minkejja li l-użu intern u r-rendiment ta’ l-esportazzjoni setgħu taw kontribut sa ċertu punt lejn ir-rendiment skars ta’ l-industrija Komunitarja, l-iżvilupp tagħhom ma kienx tali li jkisser il-konnessjoni kawżali bejn l-importazzjonijiet iddampjati u s-sitwazzjoni ħażina ta’ l-industrija Komunitarja. |
|
(75) |
Fid-dawl ta’ l-analiżi hawn fuq, li ddistingwiet u sseparat sewwa l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja mill-effetti dannużi tal-prodotti ddampjati, huwa hawnhekk ikkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra bħala tali ma jreġġgħux lura l-fatt li l-ħsara vvalutata għandha tiġi attribwita lill-importazzjonijiet li huma ddampjati. |
|
(76) |
Għandu għalhekk jiġi konkluż proviżorjament li l-importazzjonijiet iddampjati li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija Komunitarja skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
6. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
6.1. Kummenti ġenerali
|
(77) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja dwar l-eżistenza ta’ dumping dannuż, jeżistux raġunijiet inkontestabbli li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess Komunitarju li jiġu adottati miżuri għal dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, ġew ikkunsidrati fuq il-bażi ta’ l-evidenza kollha mogħtija, l-impatt tal-miżuri li jistgħu jittieħdu fuq il-partijiet kollha involuti f’dan il-proċediment, u l-konsegwenzi ta’ deċiżjoni li ma jittiħdux miżuri. |
6.2. L-interess ta’ l-industrija tal-Komunità
|
(78) |
L-analiżi tal-ħsara wriet b’mod ċar li l-industrija Komunitarja soffriet minħabba l-importazzjonijiet iddampjati. Il-preżenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati li żdiedet b’mod qawwi fis-snin li għaddew ikkawżat soppressjoni tal-prezzijiet. L-industrija Komunitarja, sabiex iżżomm il-pożizzjoni tagħha fis-suq u l-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles li huwa deċiżiv għall-ispejjeż tal-produzzjoni, kienet obbligata li tbiegħ bi prezzijiet li bilkemm kienu jkopru l-ispejjeż fissi. |
|
(79) |
F’dan il-kuntest, mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, il-pożizzjoni ta’ l-industrija Komunitarja ma kinitx tkun sostenibbli għal żmien twil. Minkejja li l-impjiegi diretti fil-produzzjoni tad-dihydromyrcenol huma moderati, il-biċċa l-kbira ta’ l-impatt negattiv fuqhom ikun f’żona ġeografika waħda ġewwa Spanja, fejn il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni Komunitarja hija kkonċentrata. Jekk il-miżuri jiġu imposti u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni jinġiebu lura għal-livell li mhux ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għandha tkun tista’ tikkompeti f’ċirkostanzi kummerċjali ġusti, fuq il-bażi ta’ vantaġġ komparattiv xieraq. Huwa mistenni li l-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja jiżdiedu u li l-industrija Komunitarja għandha b’hekk tibbenefika minn ekonomiji tal-kobor. Huwa mistenni wkoll li l-industrija Komunitarja għandha tagħmel użu minn dan il-waqfien fis-soppressjoni tal-prezzijiet impost fuq importazzjonijet iddampjati sabiex tkun tista’ żżid moderatament il-prezzijiet tagħha tal-bejgħ, minħabba li l-miżuri għandhom jeliminaw it-twaqqigħ li nstab fl-IP. Dawn l-effetti pożittivi mistennija tal-miżuri għandhom jippermettu lill-industrija Komunitarja sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika tagħha. |
|
(80) |
L-impożizzjoni tal-miżuri hija ċertament fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja. Jekk ma jiġux imposti miżuri dan jista’ jwassal għall-waqfien tal-produzzjoni tad-dihydromyrcenol jew saħansitra l-għeluq ta’ impjanti fil-Komunità. |
6.3. L-interessi ta’ l-utenti u l-konsumaturi
|
(81) |
L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi ma ppreżentawx ruħhom u lanqas ma pprovdew informazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, u fid-dawl tal-fatt li d-dihydromyrcenol jintuża biss bħala materja prima jew komponent fil-manifattura ta’ prodotti intermedji jew aħħarija oħra (ara l-premessi (11) u (28) hawn fuq), l-analiżi kienet limitata għall-effett tal-miżuri fuq l-utenti. Applikazzjonijiet tipiċi tad-dihydromyrcenol huma fid-diterġenti, fil-fwejjaħ għas-sapun u f’ċerti fwejjaħ. Is-setturi kkonċernati huma b’hekk il- prodotti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-kura tad-dar kif ukoll prodotti ta’ kura personali u tas-sbuħija. Intbagħtu kwestjonarji lil 13-il utent Komunitarju magħruf tad-dihydromyrcenol u lil erba’ assoċjazzjonijiet tat-togħmiet u tal-fwejjaħ. Il-Kummissjoni talbet, fost informazzjoni oħra, il-kummenti tagħhom dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping setgħux kienu ta’ interess għall-Komunità u kif dawn il-miżuri għandhom ikollhom effett fuqhom. |
|
(82) |
Wasal kwestjonarju wieħed minn manifattur dwar medda sħiħa ta’ prodotti għal ħasil tal-ħwejjeġ, tad-dar u tal-kura personali. Ġie enfasizzat li l-prodott li qed jiġi investigat jirrappreżenta frazzjoni marġinali biss ta’ kull applikazzjoni intermedja u finali tiegħu. Aktar minn hekk, din il-kumpanija ma kinitx qed tagħmel użu minn dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja, u għalhekk ma setgħetx tipprovdi informazzjoni kompluta. Madanakollu, ġie preżunt minn dan l-utent li l-impożizzjoni tal-miżuri tista’ tirriżulta f’nuqqas tal-provvisti u żieda fil-prezzijiet li, fuq żmien twil, jistgħu jirriżultaw f’tibdil fil-kompożizzjoni tal-fwejjaħ li jkun kaġun tal-prezzijiet. Utent ieħor ikkuntattja lill-Kummissjoni u infurmaha li mhux qed jagħmel użu mid-dihydromyrcenol li joriġina mill-Indja. Din il-kumpanija ma kkumentatx dwar l-impatt tal-miżuri possibbli. L-ebda rappreżentanza ma ġiet riċevuta mill-assoċjazzjonijiet. |
|
(83) |
Fir-rigward tal-kummenti riċevuti, l-investigazzjoni stabbiliet li l-ebda nuqqas fil-provvista tad-dihydromyrcenol ma jista’ jiġi raġonevolment mistenni, minħabba li l-kapaċità ta’ l-utilizzazzjoni mill-industrija Komunitarja kienet biss ta’ 73 % fl-IP (ara l-premessa (45) hawn fuq). Id-Dihydromyrcenol jiġi prodott ukoll f’bosta pajjiżi terzi li mhumiex l-Indja. Aktar minn hekk, fid-dawl tal-marġnijiet moderati ta’ dumping misjuba, l-ebda żieda sostanzjali ma hija mistennija fil-prezzijiet. Fid-dawl ta’ dan, u bil-konsiderazzjoni ta’ l-impatt marġinali tad-dihydromyrcenol fuq l-ispiża ta’ prodotti avvanzati fil-proċess tal-manifattura, huwa konkluż proviżorjament li l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping mhux probabbli li jkollhom effett sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti fil-Komunità. |
6.4. L-interess ta’ l-importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità
|
(84) |
Sebgħa u għoxrin importatur/negozjant tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ġew avviċinati. Tlieta minn dawn il-kumpaniji infurmaw lill-Kummissjoni li ma kinux qed jimportaw id-dihydromyrcenol mill-Indja. Żewġ importaturi biss li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi finalment irrispondew għall-kwestjonarju. Wieħed minnhom indika li dan waqaf milli jimporta mill-Indja matul l-IP, minħabba li l-fornitur tiegħu iddeċieda li jbiegħ esklussivament permezz ta’ ċertu distributuri. Dan l-importatur ma kkumentax dwar l-impatt probabbli tal-miżuri minħabba li ma kienx iktar ikkonċernat apparentement. Għall-importatur li koopera l-ieħor, il-bejgħ fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat irrappreżenta inqas minn 20 % tal-bejgħ kollu tiegħu, u s-sehem tiegħu mill-importazzjonijet kollha tal-prodott mill-Indja kien pjuttost marġinali. Din il-kumpanija ma ressqet l-ebda kumment speċifiku li jikkonċerna l-impatt probabbli tal-miżuri possibbli fuq in-negozju tagħhom stess. Din indikat biss li kull miżura tista’ tinkuraġġixxi l-produtturi Indjani sabiex jadattaw billi jtejbu l-effettività tagħhom, filwaqt li l-produtturi tal-Komunità jkunu jistgħu, minħabba l-protezzjoni tagħhom, iżommu l-produzzjoni ineffiċenti tagħhom u b’hekk ma jkollhomx il-bżonn li jwettqu ristrutturazzjoni. F’dan ir-rigward wieħed għandu jinnota li, kif inhu muri fil-premessa (79) hawn fuq, il-miżuri anti-dumping għandhom, kontrarjament għall-allegazzjonijiet li ssemmew, jippermettu lill-industrija tal-Komunità biex iżżid il-volum ta’ bejgħ tagħha u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja kritika u, b’hekk, dawn joħolqu post għat-tisħiħ ta’ l-effettività tal-produzzjoni. Għalhekk, dan l-argument għandu jiġi rrevokat. |
|
(85) |
Fid-dawl ta’ dak li jissemma hawn fuq, u bil-konsiderazzjoni partikolarment tal-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/negozjanti mhux relatati fil-Komunità, huwa konkluż proviżorjament li l-miżuri anti-dumping ma jkollhomx impatt deċiżiv ħażin fuq is-sitwazzjoni tagħhom. |
6.5. Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju
|
(86) |
L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li huwa fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja li jiqu imposti l-miżuri, minħabba li dawk il-miżuri huma mistennija li jirrestrinġu l-livell għoli ta’ importazzjoniet bi prezzijiet ta’ dumping u b’hekk jeliminaw it-twaqqigħ tal-prezz minħabba dawn l-importazzjonijiet u li wera li għandu impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja. Il-produtturi Komunitarji l-oħrajn huma mistennija li jibbenefikaw ukoll minn dawk il-miżuri. |
|
(87) |
L-analiżi wriet ukoll li l-utenti mhux probabbli li jiġu affettwati sostanzjalment mill-miżuri anti-dumping. |
|
(88) |
Il-livell baxx ta’ kooperazzjoni minn importaturi/kummerċjalisti mhux relatati tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità ma ppermettiex li ssir analiżi fil-fond ta’ l-interess tagħhom. Madanakollu jista’ jiġi konkluż li dawn l-operaturi ddeċidew li ma jikkooperawx fl-investigazzjoni minħabba li l-attivitajiet tagħhom mhux ser jiġu affettwati sostanzjalment jekk jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjoni tad-dihydromyrcenol mill-Indja. |
|
(89) |
Kollox ma’ kollox, huwa kkunsidrat li l-impożizzjoni tal-miżuri, jiġifieri t-tneħħija ta’ dumping li huwa ta’ ħsara, għandu jippermetti lill-industrija Komunitarja li ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha u żżomm l-attivitajiet tagħha u li l-effetti ħżiena li jistgħu jikkaġunaw il-miżuri fuq ċertu operaturi ekonomiċi fil-Komunità mhumiex sproporzjonati meta mqabbla ma’ l-effetti ta’ benefiċċju għall-industrija Komunitarja. |
|
(90) |
Skond ma ntqal hawn fuq, huwa konkluż proviżorjament li l-ebda raġuni inkontestabbli ta’ interess Komunitarju ma teżisti biex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping f’dan il-każ. |
7. IL-MIŻURI PROVIŻORJI ta’ L-ANTIDUMPING
|
(91) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet proviżorji li ntlaћqu dwar id-dumping, il-ћsara li rriżultat u l-interess Komunitarju, gћandhom jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja sabiex jipprevjenu li tiġi kkawżata iktar ћsara lill-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
7.1. Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara
|
(92) |
Il-livell proviżorju tal-miżuri ta’ kontra d-dumping għandu jkun suffiċenti sabiex jelimina l-ħsara lill-Industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, mingħajr ma jinqabżu l-marġnijiet ta’ dumping misjuba. Huwa u jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ta’ dumping li jkun ta’ ħsara, ġie kkunsidrat li kull miżura għandha tippermetti lill-industrija Komunitarja tkopri l-ispejjeż tagħha u tagħmel qligħ qabel it-taxxa, li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fl-assenza ta’ l-importazzjonijiet iddampjati. |
|
(93) |
Skond l-informazzjoni disponibbli, instab preliminarjament li marġini ta’ qligħ ta’ 5 % tal-bejgħ jista’ jiġi kkunsidrat bħala livell xieraq li l-industrija Komunitarja tkun mistennija tikseb fl-assenza ta’ dumping li huwa ta’ ħsara. Fl-2003, jiġifieri qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, l-industrija Komunitarja għamlet qligħ ta’ 12,3 % għall-bejgħ tagħha tal-prodott simili fis-suq ħieles (ara l-premessa (48) hawn fuq). Madanakollu ġie kkunsidrat bħala xieraq li din il-profittabbiltà tiġi aġġustata sabiex tirrifletti l-fatt li s-suq tal-Komunità u dak dinji għad-dihydromyrcenol kiber u nbnew kapaċitajiet ġodda, u, b’riżultat ta’ dan, il-livell kumplessiv tal-prezz – irrispettivament mill-preżenza ta’ l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping – naqas ftit, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni għal kull unità baqgħu l-istess, bejn wieħed u ieħor. B’hekk, profitt fl-assenza ta’ importazzjonijiet iddampjati ta’ madwar 12 % ma deherx li huwa ġġustifikat b’mod raġonevoli; minflok, marġini ta’ profit ta’ 5 % tal-bejgħ ġie kkunsidrat iktar xieraq fis-sitwazzjoni korrenti. |
|
(94) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz ġiet iddeterminata wara, fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju ta’ l-importazzjoni ddifferenzjat, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ li jwaqqgħu l-prezz, mal-prezz medju ta’ mingħajr ħsara tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Kull differenza li toħroġ minn dan il-paragun imbagħad ġiet imfissra bħala persentaġġ tal-valur ta’ importazzjoni CIF medju. Dawn id-differenzi, għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, kienu ogħla mill-marġnijiet ta’ dumping osservati. |
7.2. Il-miżuri proviżorji
|
(95) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal, u bi qbil ma’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, huwa kkunsidrat li dazju proviżorju anti-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw għandhu jiġi impost fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping misjuba. |
|
(96) |
Huwa mfakkar li l-livell tal-kooperazzjoni huwa wieħed għoli u, b’hekk, ġie kkunsidrat xieraq li jiġi ffissat id-dazju għall-kumpaniji li fadal, li ma kinux ikkooperaw fl-investigazzjoni, fil-livell ta’ l-ogħla dazju li għandu jiġi impost fuq il-kumpaniji li kkooperaw (ara l-premessa (22) hawn fuq). Għaldaqstant, id-dazju residwu huwa stabbilit għar-rata ta’ 7,5 %. |
|
(97) |
Skond ma ntqal hawn fuq, ir-rata ta’ dazju proviżorju anti-dumping għandha tkun kif ġej:
|
|
(98) |
Ir-rata tad-dazju kontra d-dumping ta’ kull kumpanija individwali speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward din il-kumpannija. Din ir-rata ta’ dumping (meta mqabbla mad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli għall-’kumpaniji l-oħra kollha’) hija b’hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-Indja u li huma prodotti minn din il-kumpanija u b’hekk mill-entità legali speċifika msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn kwalunkwe kumpanija oћra li ma tissemmix speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz tagћha, inklużi l-entitajiet relatati ma dawk imsemmija speċifikament, ma jistgћux igawdu minn din ir-rata u gћandhom ikunu soġġetti gћar-rata tad-dazju li tapplika gћall-’kumpaniji l-oћra kollha’. |
|
(99) |
Kwalunkwe rikjesta gћall-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ dazju ta’ l-antidumping gћlal-kumpanija individwali (eż. wara bdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata minnufih lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali. |
|
(100) |
Sabiex taċċerta l-infurzar xieraq tad-dazju ta’ kontra d-dumping, il-livell tad-dazju li jifdal m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma wettqu ebda esportazzjonijiet lejn il-Komunità matul l-IP. Madanakollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta dawn jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw rikjesta għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata individwalment. |
8. ID-DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(101) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, gћandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li gћamlu lilhom infushom magћrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni jkunu jistgћu jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u jitolbu seduta. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magћmula gћall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgћu jitqiesu mill-ġdid gћall-gћan ta kwalunkwe dazju definittiv. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju proviżorju anti-dumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tad-dihydromyrcenol ta’ purezza skond il-piż tiegħu ta’ 93 % jew aktar, li jagħmel parti mill-kodiċi tan-NM ex 2905 22 90 (kodiċi TARIC 2905 22 90 10), li joriġinaw mill-Indja.
2. Ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 0 u manufatturat mill-kumpaniji ta’ hawn isfel għandha tkun:
|
Il-Produttur |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi Addizzjonali TARIC |
|
Neeru Enterprises, Rampur, India |
3,3 % |
A827 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
7,5 % |
A999 |
3. Ir-rilaxx gћaċ-ċirkolazzjoni ћielsa fil-Komunità tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 gћandu jkun soġġett gћall-għoti ta’ garanzija, ekwivalenti gћall-ammont tad-dazju proviżorju.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
Mingћajr ħsara gћall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ ta dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgћu jagħmlu talba għall-iżvelar tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagћhom ġie adottat dan ir-Regolament, jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u japplikaw biex jinstemgћu oralment mill-Kummissjoni.
Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgћu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dћul fis-seћћ tiegћu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament gћandu japplika gћal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 897/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 36 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jipprevedi, fil-qafas ta’ l-iskema ta’ l-għajnuniet għall-most użat għall-arrikkiment ta’ l-inbid, deroga għall-most li ġej miż-żoni ta’ tkabbir ta’ l-għeneb ħlief iż-żoni ĊIII (a) u ĊIII (b), li tiskadi fi tmiem is-sena tas-suq 2006/07. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08. |
|
(2) |
L-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jipprevedi deroga għas-sistema ta’ distillazzjoni ta’ nbid minn għeneb li hu kklassifikat bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid b'denominazzjoni ta’ l-oriġini għas-snin tas-suq 2001/02 sa 2006/07. Id-deroga tikkonċerna l-volum tal-kwantità “normalment prodotta”. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali tas-sistema fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08. |
|
(3) |
L-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiddetermina l-perċentwal tal-produzzjoni li l-produtturi jistgħu joffru għad-distillazzjoni ta’ l-inbid f'alkoħol li jinxtorob. Jeħtieġ li dan il-perċentwal jiġi ddeterminat għas-sena tas-suq 2007/08. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiġi emendat. |
|
(5) |
Ġaladarba s-sena tas-suq li jmiss tibda mill-1 ta’ Awissu 2007, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni ta’ l-Inbid, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jinbidel kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-termini “2003/2004 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2003/2004 sa 2006/2007”. |
|
(2) |
fl-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, it-termini “2001/2002 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2001/02 sa 2006/2007”. |
|
(3) |
fl-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej: “Għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008, dan il-perċentwal huwa 25 %.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Awissu 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet marbuta ma’ ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għall-bastimenti tal-Komunità, fl-ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu;
Billi:
|
(1) |
Limiti preliminari għall-qbid għal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV huma stipulati fl-Annessi IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 5(5) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-limiti tal-qbid fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel nofs ta’ l-2007. |
|
(3) |
Fid-dawl ta’ l-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel nofs ta’ l-2007, il-limiti tal-qbid għal-laċċa kaħla fiż-żoni konċernati għandhom jiġu aġġustati. |
|
(4) |
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-laċċa kaħla hija speċi b'ħajja qasira, u għalhekk il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed ta’ l-istokk. |
|
(6) |
Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 754/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 26).
ANNESS
L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 huwa emendat kif ġej:
L-entrata dwar l-istokk tal-laċċa kaħla fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV għandha tinbidel b'li ġej:
|
|
|||||||
|
Il-Belġju |
1 917 |
TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
||||||
|
Id-Danimarka |
151 705 |
|||||||
|
Il-Ġermanja |
1 917 |
|||||||
|
Franza |
1 917 |
|||||||
|
L-Olanda |
1 917 |
|||||||
|
L-Iżvezja |
1 330 (1) |
|||||||
|
Ir-Renju Unit |
6 325 |
|||||||
|
KE |
167 028 |
|||||||
|
In-Norveġja |
18 812 (2) |
|||||||
|
Il-Gżejjer Faroe |
||||||||
|
TAC |
195 000 |
|||||||
(1) Inkluż iċ-ċiċċirell.
(2) Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ICES IV.
(3) Din il-kwantità tista' tiġi mistada fiż-żoni ta' l-ICES IV u VIa fit-Tramuntana ta' 56 30′ N. Kwalunkwe qabdiet inċidentali ta' stokkafixx għandhom jinqatgħu mill-kwota għall-istokkafixx stabbilita għaż-żoni ta' l-ICES VIa, VIb u VII.
(4) Jistgħu jinqabdu 1 832 tunnelata bħala aringi fis-sajd bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm. Jekk il-kwota ta' 1 832 tunnelata ta' aringi tiġi eżawrita, is-sajd kollu bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32 mm huwa pprojbit.
(5) Qabdiet li jsiru fis-sajd ta' monitoraġġ, li jikkorispondu għal 2 % ta' l-isforz u sa massimu ta' 2 500 tunnellata jistgħu jkunu ċiċċirell.’
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru. 899/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġġustament tal-kodiċi NM għal ċerti sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu biex jitqiesu l-emendi għan-Nomenklatura Magħquda stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (3), il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (il-kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu u taħlitiet li jkun fihom sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu, jirreferi għal xi wħud minn dawn il-kodiċijiet tan-NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dak l-Annessi jiġi aġġustat. Fid-dawl ta’ ħafna mit-tibdil li jrid isir, iċ-ċarezza tirrikjedi li jinbidel kollu kemm hu. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. |
|
(3) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1549/2006 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru. 2037/2000. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 huwa mibdul bit-test ippreżentat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
ANNESS
“ANNESS IV
Il-Gruppi, il-Kodiċijiet Tan-nomenklatura magħquda (*1) u d-deskrizzjonijiet tas-sostanzi msemmija fl-Annessi I u III
|
Il-grupp |
Il-kodiċi NM |
Id-deskrizzjoni |
|
Grupp I |
2903 41 00 |
Triklorofluworometanu (Trichlorofluoromethane) |
|
2903 42 00 |
Diklorofluworometanu (Dichlorodifluoromethane) |
|
|
2903 43 00 |
Triklorotrifluworoetani (Trichlorotrifluoroethanes) |
|
|
2903 44 10 |
Diklorotetrafluworoetani (Dichlorotetrafluoroethanes) |
|
|
2903 44 90 |
Kloropentafluworoetanu (Chloropentafluoroethane) |
|
|
Grupp II |
2903 45 10 |
Klorotrifluworometanu (Chlorotrifluoromethane) |
|
2903 45 15 |
Pentaklorofluworoetanu (Pentachlorofluoroethane) |
|
|
2903 45 20 |
Tetraklorodifluworoetani (Tetrachlorodifluoroethanes) |
|
|
2903 45 25 |
Eptaklorofluworopropani (Heptachlorofluoropropanes) |
|
|
2903 45 30 |
Eksaklorodifluworopropani (Hexachlorodifluoropropanes) |
|
|
2903 45 35 |
Pentaklorotrifluworopropani (Pentachlorotrifluoropropanes) |
|
|
2903 45 40 |
Tetraklorotetrafluworopropani (Tetrachlorotetrafluoropropanes) |
|
|
2903 45 45 |
Trikloropentafluworopropani (Trichloropentafluoropropanes) |
|
|
2903 45 50 |
Dikloroheksafluworopropani (Dichlorohexafluoropropanes) |
|
|
2903 45 55 |
Kloroheptafluworopropani (Chloroheptafluoropropanes) |
|
|
Grupp III |
2903 46 10 |
Bromoklorodifluworometanu (Bromochlorodifluoromethane) |
|
2903 46 20 |
Bromotrifluworometanu (Bromotrifluoromethane) |
|
|
2903 46 90 |
Dibromotetrafluworoetani (Dibromotetrafluoroethanes) |
|
|
Grupp IV |
2903 14 00 |
Tetraklorat tal-karbonju (Carbon tetrachloride) |
|
Grupp V |
2903 19 10 |
1,1,1-Trikloroetanu (metilkloroform) (1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform)) |
|
Grupp VI |
2903 39 11 |
Bromometanu (metil bromur) (Bromomethane (methyl bromide)) |
|
Grupp VII |
2903 49 30 |
Idrobromofluworometani, -etani jew –propani (Hydrobromofluoromethanes, -ethanes /propanes) |
|
Grupp VIII |
2903 49 10 |
Idroklorofluworometani, -etani jew –propani (Hydrobromofluoromethanes, -ethanes/propanes) |
|
Grupp IX |
ex 2903 49 80 |
Bromoklorometanu (Bromochloromethane) |
|
Taħlitiet |
3824 71 00 |
Li għandhom il-klorofluworokarbonji (chlorofluorocarbons (CFCs)); kemm jekk għandhom idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HFCs)) u kemm jekk ma għandhomx; perfluworokarbonji (perfluorocarbons (PFCs)) jew idrofluworokarbonji (hydrofluorocarbons (HFCs)) |
|
3824 72 00 |
Taħlitiet li jkun fihom il-bromoklorodifluworometanu (bromochlorodifluoromethane), il-bromotrifluworometanu (bromotrifluoromethane) jew id-dibromotetrafluworoetani (dibromo-tetrafluoroethanes) |
|
|
3824 73 00 |
Taħlitiet li fihom l-idrobromofluworokarbonji (hydrobromofluorocarbons (HBFCs)) |
|
|
3824 74 00 |
Taħlitiet li fihom l-idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HCFCs)), kemm jekk għandhom il-perfluworokarbonji (perfluorocarbons (PFCs)) jew l-idroklorofluworokarbonji (hydrochlorofluorocarbons (HFCs)) u kemm jekk ma għandhomx; iżda ma jkunx fihom il-klorofluworokarbonji (chlorofluorocarbons (CFCs)). |
|
|
3824 75 00 |
Taħlitiet li fihom it-tetrakloridu tal-karbonju (carbon tetrachloride) |
|
|
3824 76 00 |
Taħlitiet li fihom 1,1,1-Trikloroetanu (metilkloroform) (1,1,1-Trichloroethane (methylchloroform)) |
|
|
3824 77 00 |
Taħlitiet li fihom il-bromometanu (metil bromur) (Bromomethane (methyl bromide)) jew il-bromoklorometanu (bromochloromethane) |
(*1) ‘Ex’ qabel il-kodiċi tfisser li taħt dik is-subintestatura jista' jkun hemm ukoll sustanzi oħra minbarra dawk imsemmija fil-kolonna ‘Deskrizzjoni’.”
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 900/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar sejħa permanenti għall-offerti biex ikunu deċiżi r-rifużjonijiet fuq esportazzjonijiet ta’ zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/08
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 318/2006/KEE ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(4) u 40(1)(ġ) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-suq Komunitarju u dak dinji taz-zokkor, għandha tinfetaħ stedina permanenti għal offerti għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad sa tmiem is-sena kummerċjali 2007/2008 li, b’kunsiderazzjoni tal-varjazzjonijiet possibbli fil-prezzijiet dinjin taz-zokkor, għandha tipprovdi għad-determinazzjoni tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni. |
|
(2) |
Ir-regoli ġenerali li jirregolaw l-istediniet għall-offerti bl-iskop li jiġu ddeterminati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni taz-zokkor stabbiliti mill-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 għandhom jiġu applikati. |
|
(3) |
Sabiex ma jkunx hemm abbuż marbut ma’ l-importazzjoni jew l-introduzzjoni mill-ġdid fil-Komunità ta’ prodotti tas-settur taz-zokkor li kkwalifikaw għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni, ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma għandha tiġi stabbilita għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. |
|
(4) |
F’konformità ma’ l-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, jistgħu jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni biex ikopru d-distakk kompetittiv bejn l-esportazzjonijiet Komunitarji u dawk ta’ pajjiżi terzi. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta’ l-importazzjoni lil prodotti tal-Komunità, preżentament huma f’pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew. |
|
(5) |
Fid-dawl tan-natura speċifika ta’ l-operat, għandhom jiġu stipulati d-dispożizzjonijiet xierqa fir-rigward tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa f’rabta ma’ l-istedina permanenti għall-offerti, partikolarment fir-rigward ta’ l-iskadenza għall-ħruġ tal-liċenzji, il-perjodu ta’ validità tagħhom, l-ammont tal-garanzija u l-kwantità li għaliha l-obbligu għall-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja jkun ġid sodisfatt. Madankollu, ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2000 (KE) Nru 1291/2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Jannar 1989 (KEE) Nru 120/89 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tal-levies u l-ħlasijiet ta’ esportazzjoni fuq prodotti agrikoli (3) għandhom ikomplu japplikaw. |
|
(6) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jissostitwixxu, fir-rigward ta’ l-istediniet parzjali għall-offerta minn Awwissu 2007, dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2006 (KE) Nru 958/2006 dwar stedina permanenti għall-offerti biex jiġu determinati r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjonijiet taz-zokkor abjad għas-sena kummerċjali 2006/2007 (4). Għal finijiet ta’ trasparenza u ċarezza legali, għaldaqstant, dak ir-Regolament għandu jiġi revokat b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għaz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għandha tinfetaħ stedina permanenti għall-offerti sabiex jiġu determinati r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni taz-zokkor abjad kopert mill-kodiċi tan-NM 1701 99 10 għad-destinazzjonijiet kollha minbarra Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (L-Istat tal-Belt tal-Vatikan), Liechtenstein, il-Komuni ta’ Livigno u Campione d’Italia, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe, iż-żoni ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv, l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (5), Montenegro u l-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Matul il-perjodu tal-validità ta’ din is-sejħa permanenti, għandhom jinħarġu sejħiet parzjali għall-offerti.
2. Is-sejħa għall-offerti permanenti għandha tibqa’ miftuħa sal-25 ta’ Settembru 2008.
Artikolu 2
1. L-avviż tas-sejħa għall-offerti għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta’ l-Unjoni Ewropea. Fuq din il-bażi, l-Istati Membri għandhom ifasslu avviż tas-sejħa għall-offerti li huma jistgħu jippubblikaw jew iġiegħlu li jiġi ppubblikat xi mkien ieħor.
2. L-avviż għandu jindika, b’mod partikolari, it-termini tas-sejħa għall-offerti.
3. L-avviż jista’ jiġi emendat matul il-perjodu tal-validità tas-sejħa permanenti għall-offerti. Għandu jiġi emendat jekk it-termini ta’ l-istedina għall-offerti jinbidlu matul dak il-perjodu.
Artikolu 3
1. Il-perjodu li matulu l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’rispons għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandu:
|
(a) |
jibda fl-1 ta’ Awwissu 2007; |
|
(b) |
jispiċċa fid-9 ta’ Awwissu 2007 fil-10:00, ħin lokali ta’ Brussell. |
2. Il-perjodi li matulhom l-offerti jistgħu jiġu ppreżentati b’rispons għat-tieni stedina parzjali għall-offerti u għal stediniet parzjali sussegwenti għandhom:
|
(a) |
jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ qabel; |
|
(b) |
jispiċċaw fl-10:00, ħin lokali ta’ Brussell:
|
Artikolu 4
1. L-offerti marbuta ma’ din il-proċedura tas-sejħiet għall-offerti għandhom jiġu indirizzati lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru permezz tal-faks jew bil-posta elettronika, bil-kundizzjoni li l-aġenzija kompetenti taċċetta dawn il-modi għat-trażmissjoni.
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jistgħu jirrikjedu li l-offerti elettroniċi jkunu akkumpanjati b’firma elettronika bil-quddiem fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1999/93/KE (6).
2. L-offerti jkunu validi biss jekk jiġu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet:
|
a) |
L-offerti għandhom jindikaw:
|
|
b) |
tkun ipprovduta prova qabel jiskadi ż-żmien stabbilit għal preżentazzjoni ta’ l-offerti li min tefa’ l-offerta jkun ippreżenta l-garanzija indikata fl-offerta; |
|
c) |
il-kwantità li għandha tiġi esportata ma tkunx inqas minn 250 tunnellata ta’ zokkor abjad; |
|
d) |
l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li jekk l-offerta tiegħu tirnexxi, huwa japplika għal liċenzja jew liċenzji ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ zokkor abjad li għandhom jiġu esportati fil-perjodu ta’ żmien stipulat fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(2); |
|
e) |
l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li l-prodott għall-esportazzjoni huwa zokkor abjad ta’ kwalità aċċettabbli, tajba u adatta għas-suq, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701 99 10 ; |
|
f) |
l-offerti jinkludu dikjarazzjoni minn min jitfa’ l-offerta li jekk l-offerta tiegħu tirnexxi, huwa:
|
3. Offerta li ma tintbagħtx skond il-paragrafi 1 u 2, jew li jkun fiha kundizzjonijiet differenti minn dawk indikati f’din l-istedina għall-offerti, m’għandhiex titqies.
4. Ladarba ppreżentata, offerta ma tistax tiġi rtirata.
5. Offerta tista’ tistipula li hija għandha titqies li ntbagħtet jekk waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, jew it-tnejn li huma, jkunu sodisfatti biss:
|
(a) |
ir-rifużjoni massima ta’ l-esportazzjoni tkun stabbilita fil-jum ta’ l-iskadenza tal-perjodu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti kkonċernati; |
|
(b) |
l-offerta, jekk tirbaħ, tkun marbuta ma’ parti speċifikata tal-kwantità offruta jew ma’ kollha kemm hi. |
Artikolu 5
1. Garanzija ta’ EUR 11 għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad li għandu jiġi esportat skond din l-istedina għall-offerti għandha tiġi ddepożitata minn kull min jitfa’ offerta.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12(3), meta offerta tirnexxi, din il-garanzija għandha ssir il-garanzija għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni fil-waqt ta’ l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2).
2. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi ddepożitata skond kif jagħżel min għamel l-offerta, jew fi flus kontanti jew fl-għamla ta’ garanzija mogħtija minn stabbiliment li jikkonforma mal-kriterji stipulati mill-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-offerta.
3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata:
|
(a) |
fil-każ ta’ tenderers li ma jkollhomx suċċess fir-rigward tal-kwantità li għaliha ma tkun saret l-ebda għotja; |
|
(b) |
fil-każ ta’ tenderers li jkollhom suċċess li ma applikawx għal-liċenzja rilevanti ta’ l-esportazzjoni fil-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(2), b’rata ta’ EUR 10 għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad; |
|
(c) |
fil-każ ta’ tenderers li jkollhom suċċess għall-kwantità li għaliha jkunu issodisfaw, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikoli 31(b) u 32(1)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-obbligu ta’ l-esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja msemmija fl-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. |
Fil-każ imsemmi f’(b) ta’ l-ewwel subparagrafu, il-parti rilaxxabbli tal-garanzija għandha titnaqqas, skond kif ikun applikabbli, bid-differenza bejn l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni ffissat għall-istedina parzjali kkonċernata u l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni ffissat għall-istedina parzjali li jkun imiss, meta l-ammont ta’ l-aħħar ikun ogħla minn dak ta’ qabel.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-parti tal-garanzija jew il-garanzija li ma tkunx rilaxxata għandha tiġi ċeduta fir-rigward tal-kwantità taz-zokkor li għaliha l-obbligi korrispondenti ma jkunux ġew sodisfatti.
4. Fil-każijiet ta’ force majeure, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu azzjoni għar-rilax tal-garanzija skond kif tqis meħtieġ wara li tqis iċ-ċirkostanzi li tinvoka l-parti kkonċernata.
Artikolu 6
1. L-offerti għandhom jiġu eżaminati fil-privat mill-awtorità kompetenti kkonċernata. Il-persuni preżenti waqt l-eżaminazzjoni għandhom ikunu taħt obbligu li ma jiżvelawx dettalji dwar dawn.
2. L-offerti mressqa skond dan ir-Regolament għandhom ikunu kkomunikati, jekk ikunu eliġibbli, lill-Kummissjoni mill-Istati Membri mingħajr ma jissemmew b’isimhom dawk li tefgħu l-offerti u għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien siegħa u nofs mill-iskadenza ta’ kull ġimgħa għat-tressiq ta’ l-offerti stipulata fl-avviż ta’ l-istedina għall-offerti.
Meta ma titressaq ebda offerta, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan fl-istess perjodu ta’ żmien.
Artikolu 7
1. Wara li jkunu ġew eżaminati l-offerti ppreżentati, tista’ tiġi ffissata kwantità massima għall-istedina parzjali kkonċernata.
2. Tista’ tittieħed deċiżjoni li ma ssir l-ebda għotja għal stedina parzjali speċifika għall-offerti.
Artikolu 8
1. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti għotja skond il-proċedura għall-offerti parzjali, hija għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat fid-dawl ta’ l-istat kurrenti u l-iżvilupp prevedibbli tas-suq Komunitarju u dak dinji taz-zokkor.
2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9, għandu jingħata kuntratt lil kull min jitfa’ offerta li tikkwota rata ta’ rifużjoni daqs jew inqas mit-tali rifużjoni massima.
Artikolu 9
1. Fejn kwantità massima tkun ġiet iffissata għal stedina parzjali għall-offerti, il-kuntratt għandu jingħata lil dak li l-offerta tiegħu tkun tikkwota l-iktar rifużjoni baxxa. Jekk il-kwantità massima ma tkunx koperta kollha b’dik l-għotja, għandhom isiru għotjiet oħra lil min għamel offerta f’ordni axxendenti tar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kkwotati sakemm tkun koperta l-kwantità massima kollha.
2. Meta għotja lil tenderer partikolari skond il-paragrafu 1 twassal biex tinqabeż il-kwantità massima, l-għotja għandha tiġi limitata għall-kwantità li tkun għadha disponibbli. Meta żewġ tenderers jew aktar jikkwotaw l-istess rifużjoni, u tingħatalhom kollha offerta, u dan iwassal biex tinqabeż il-kwantità massima, il-kwantità disponibbli għandha tiġi allokata lit-tenderers ikkonċernati f’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(a) |
permezz ta’ qsim fost it-tenderers proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom, jew |
|
(b) |
permezz ta’ tqassim fost it-tenderers b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom, jew |
|
(c) |
billi tittella’ lotterija. |
Artikolu 10
1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandha tinnotifika minnufih lill-applikanti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għall-offerti. Għandha wkoll tibgħat dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet lil dawk li l-offerti tagħhom jirnexxu.
2. Dikjarazzjonijiet dwar l-għotjiet għandhom jindikaw mill-inqas:
|
(a) |
il-proċedura li għaliha tirrelata l-offerta; |
|
(b) |
il-kwantità ta’ zokkor abjad li trid jiġi esportata; |
|
(c) |
l-ammont, espress f’ewro, tar-rifużjoni ta’ esportazzjoni li għandha tingħata għal kull 100 kilogramma ta’ zokkor abjad tal-kwantità msemmija f’(b). |
Artikolu 11
1. Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi għandu jkollu d-dritt li jirċievi, fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2, liċenzja ta’ esportazzjoni li tkopri l-kwantità mogħtija, li tindika r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni kkwotata fl-offerta.
2. Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi għandu jkun obbligat li jiddepożita, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, applikazzjoni għal liċenzja ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-kwantità li ngħatatlu, fejn l-applikazzjoni ma tkunx rivokabbli b’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 120/89.
L-applikazzjoni għandha ssir mhux iktar tard minn:
|
(a) |
l-aħħar jum tax-xogħol qabel id-data ta’ l-istedina parzjali għall-offerti fil-ġimgħa ta’ wara; |
|
(b) |
jekk ma tkunx se ssir stedina parzjali għall-offerti dik il-ġimgħa, l-aħħar jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta’ wara. |
3. Kull min jitfa’ offerta li tirnexxi huwa obbligat jesporta l-kwantità fl-offerta u, jekk dan l-obbligu ma jiġix sodisfatt, għandu jħallas, meta jkun meħtieġ l-ammont imsemmi fl-Artikolu 12(3).
4. Id-drittijiet u l-obbligi msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx ikunu transferibli.
Artikolu 12
1. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji, għandu japplika l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.
2. Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni maħruġa f’konnessjoni ma’ stedina parzjali għall-offerti għandhom ikunu validi mill-jum tal-ħruġ sa tmiem il-ħames xahar kalendarju wara dak li fih tkun inħarġet l-istedina parzjali.
3. Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, id-detentur tal-liċenzja għandu jħallas lill-awtorità kompetenti ammont speċifiku fir-rigward tal-kwantità li għaliha l-obbligu ta’ esportazzjoni li jirriżulta mil-liċenzja ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(2) ma jkunux ġie sodisfatt, jekk il-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1) tkun inqas mid-differenza bejn ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 33(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fis-seħħ fl-aħħar jum tal-validità tal-liċenzja, u r-rifużjoni indikata fuq dik il-liċenzja.
L-ammont li għandu jitħallas imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun daqs id-differenza bejn id-differenza msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-garanzija msemmija fl-Artikolu 5(1).
Artikolu 13
Ir-Regolament (KE) Nru 958/2006 huwa b’dan revokat b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2007.
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif modifikat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(3) ĠU L 16, 20.1.1989, p. 19. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1847/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 21).
(4) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 2).
(5) Inkluż il-Kosovo, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, skond ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999.
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/31 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 901/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura c. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li tkun applikata tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limiti ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta’ l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Prodott li jikkonsisti f’weraq maqtugħa, iffermentati u mnixxfa u truf tal-pjanta rooibos (Aspalathus linearis), magħrufa wkoll bħala “L-Arbuxella Ħamra”. Wara l-ħsad, il-weraq ħodor u t-truf tal-pjanti jinqatgħu f’tulijiet ta’ bejn 2 u 5 mm. Dawn imbagħad jinbarxu, ikunu ffermentati u jitnixxfu. Il-prodott jintuża prinċipalment għat-tħejjija ta’ infużjonijiet. |
1212 99 70 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1212 , 1212 99 u 1212 99 70 . Il-klassifikazzjoni f’titlu 1211 hija eskluża minħabba li l-prodott ma jintużax primarjament għall-għanijiet imsemmija fil-kliem ta’ dan it-titlu (“… ta’ kwalita’ użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għall-għanijiet ta’ insettiċidi, l-funġiċidi jew simili”). Għalhekk, il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala prodott ieħor veġetali ta’ tip użat primarjament ghall-konsum mill-bniedem, li mhux speċifikat jew inkluż band’oħra , ta’ titlu1212 . |
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/33 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 902/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha, jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatati mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal- merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2) |
|
(5) |
Il-miżuri li huma pprovduti f’dan il-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Danuta HÜBNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1)
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Klassifikazzjoni( (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Rjus sħaħ tat-tewm (Allium sativum) b'temperatura ta' bejn 0 °C u – 5 °C iżda mhux kompletament iffriżati. |
0703 20 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomeklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 0703 u 0703 20 00 . Il-prodott huwa eskluż minn titlu 0710 peress li mhuwiex “iffriżat” skond it-tifsira ta’ Kapitlu 7 (ara wkoll in-Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għall-Kapitlu 7, Ġenerali, tielet paragrafu). Għalhekk il-prodott għandu jkun ikklassifikat f’titlu 0703 bħala tewm imkessaħ. |
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/35 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 903/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikati tariffa u miżuri oħra relatata mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista’, għal perijodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta’ l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||
|
Folji ċatti b’daqs ta’ 32mm b’21mm, bl-ingredjenti li ġejjin (% skond il-piż):
sodju alġiniku 24-32 maltodextrin 20-28 togħmiet 5-15 ilma 5-15
carrageenan
5-15 ċelluloża mikrokristallina 4-10 gliċerina 4-10 Leċitina, aspartame, sakkarina tas-sodju, acesulfame K, neohesperidine DC, kulur E 102 , kulur E133. Il-prodott huwa mqiegħed fis-suq bħala “strixxi li jiffriskaw in-nifs”’ li jinħallu fuq l-ilsien. |
2106 90 98 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 98 . Il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat f’titlu 3306 bħala preparazzjoni għall-iġjene orali għax ma fih l-ebda ingredjent speċifiku li jgħin biex il-ħalq jinżamm nadif. Il-prodott għandu jkun ikklassifikat bħala preparazzjoni ta’ l-ikel biex ikun ikkunsmat mill-bnedmin fl-ambitu tat-tifsira ta’ titlu 2106 għax fih sustanzi b’valur nutrittiv (In-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata ta’ titlu 2106 , l-ewwel paragrafu, A, u t-tieni paragrafu, B, 9). |
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/37 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 904/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tkun garantita l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija li tissemma fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli jgħoddu ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni oħra u li hija mwaqqfa fuq proviżjonijiet speċifiċi tal-Komunita’, bil-ħsieb li jkunu applikatati tariffa u miżuri oħra relatata mal-kummerċ fil-merkanzija. |
|
(3) |
Konformi ma’ dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik l-iskeda. |
|
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li ma taqbilx ma’ dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-dwana tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi tad-dwana ma ppubblikax opinjoni fil-limiti ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-merkanzija deskritta fil-kolonna nru 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta' dik l-iskeda.
Artikolu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tliet xhur skond l-Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 733/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 1).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1791/2006 (ĠU L 363, ta' l-20.12.2006, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||
|
Ġobon “Pasta filata” f'għamla ta' blokka magħmul biż-żieda ta' tames u batterji termofiliċi (pereżempju, streptokokku termofiliku) mal-ħalib tal-ġobon. Wara t-tibqit, ix-xorrox ikun isseparat. Imbagħad, il-baqta tkun imsaħħna għal madwar 80° C. Il-baqta tkun magħġuna u mġebbda sabiex tingħata dehra ta’ nisġa kollha ħjut. Imbagħad, il-prodott ikun maqsum fid-daqs meħtieġ (1 sa 3 kg) u mmellaħ Wara li jkun manifatturat, il-ġobon ikun imkebbeb f'qoxra biex jimmatura u jkun maħżun f'temperatura baxxa (2 sa 4 °C) għal bejn ġimgħa u ġimagħtejn. Il-ġobon huwa magħmul minn (% skond il-piż):
materjal niexef: 54,2 xaħam totali: 23,3 kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef: 43,0 kontenut ta' ilma fil-materjal li ma fihx xaħam 59,7 Il-ġobon għandu togħma mhix qawwija, bħal tal-butir, kemmxejn mielħa. Fost l-oħrajn, jintuża bħala ġobon għal mal-pizez. |
0406 10 20 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-NM u l-kliem ta’ titli tan-NM 0406 , 0406 10 u 0406 10 20 . Il-prodott għandu l-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi, partikolarment rigward il-kompożizzjoni, dehra jew togħma tiegħu – ta' ġobon frisk u jista' jittiekel ftit wara li jkun immanifatturat (Noti ta' Spjega tas-Sistema Armonizzata għal titlu 0406 , l-ewwel paragrafu, Punt 1). Għalhekk, ma jistax ikun ikklassifikat f’subtitlu tan-NM 0406 90 li jirreferi għal “ġobon ieħor” differenti minn dawk imsemmija fis-subtitli preċedenti. |
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/39 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 905/2007
tas-27 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ għall-butir għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 2771/1999
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 10(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2771/1999 tas-16 ta' Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f'dak li jirrigwarda l-miżuri ta' intervent fis-suq tal-butir u tal-krema tal-ħalib (2), l-organizzazzjonijiet ta' intervent qiegħdu għall-bejgħ ċerti kwantitajiet li kellhom ta' butir b'sejħa permanenti għall-offerti. |
|
(2) |
Skond l-offerti li jidħlu b'risposta għal kull sejħa għall-offerti individwali, jiġi ffissat prezz minimu tal-bejgħ jew inkella jiġi deċiż li ma tintlaqa' l-ebda waħda mill-offerti, skond l-Artikolu 24(a) tar-Regolament (KE) Nru 2771/1999. |
|
(3) |
Fid-dawl ta' l-offerti li saru, huwa f'loku li jiġi stabbilit prezz minimu tal-bejgħ. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-68 sejħa individwali għall-offerti li saret skond ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999, li għaliha ż-żmien għat-tressiq ta' offerti skada fl-24 ta’ Lulju 2007, għall-butir il-prezz minimu tal-bejgħ huwa stabbilit għal EUR 200,00/100 kg.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 333, 24.12.1999, p. 11. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 688/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 36).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Settembru 2006
dwar proċedura skond l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
(Każ Nru COMP/F/38.456 – Bitum (NL))
(notifikata taħt id-dokument numru C(2006) 4090)
(Il-verżjonijiet bl-Olandiż, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż biss huma l-awtentiċi)
(2007/534/KE)
1. KSUR FIL-QOSOR
|
(1) |
Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li kien iffissa l-prezzijiet tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda. |
1.1. Is-settur tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq
|
(2) |
Il-bitum huwa prodott sekondarju tal-produzzjoni tal-karburanti. Ġeneralment, dan il-prodott jinkiseb mid-distillazzjoni ta' żjut ħoxnin speċifiċi mhux raffinati. Żjut mhux raffinati differenti u sistemi diversi ta' raffinar jipproduċu tipi varji ta' bitum li jistgħu jkunu modifikati aktar permezz taż-żieda ta' polimeri biex titkabbrilhom il-prestazzjoni. Il-bitum huwa użat l-aktar fil-produzzjoni ta' l-asfalt, fejn iservi bħala adeżiv li jwaħħal ma' xulxin il-materjali l-oħra. Il-bqija tal-produzzjoni tal-bitum tintuża għal applikazzjonijiet industrijali varji. |
|
(3) |
Il-prodott li huwa s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni huwa l-prodott kollu użat għall-bini tat-toroq u applikazzjonijiet simili. Jissejjaħ ukoll bitum ta' penetrazzjoni, bitum għall-kisi ta' l-uċuħ jew bitum asfaltiku. F'din id-Deċiżjoni ser jissejjaħ bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq. |
|
(4) |
Mill-investigazzjoni joħroġ li l-kartell kopra t-territorju ta' l-Olanda. Id-daqs li ġie stmat huwa ta' madwar EUR 62 miljun fl-2001, li kienet l-aħħar sena sħiħa li matulha seħħ il-ksur. Karatteristika speċifika tal-ftehimiet hija li l-kollużjoni ġrat mhux biss fost il-bejjiegħa, kif is-soltu jiġri, imma wkoll bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja. Ipparteċipaw fil-kartell tmienja mid-disa' fornituri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq, u s-sitt kumpaniji prinċipali (issa ħamsa) tal-bini tat-toroq li kienu x-xerrejja tal-prodott. |
|
(5) |
Id-destinatarji msemmija hawn taħt ipparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE, li seħħ fit-territorju kollu ta' l-Olanda, u li kien ikkaratterizzat prinċipalment mill-fatt li l-fornituri u x-xerrejja b'mod konġunt qablu dwar il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u t-traħħis fuqu. |
1.2. Destinatarji u tul ta' żmien tal-ksur
|
(6) |
L-impriżi, u l-entitajiet legali tagħhom, li pparteċipaw fil-ksur (uħud minnhom huma miżmuma responsabbli bħala kumpanniji prinċipali) huma dawn li ġejjin, għall-perjodi indikati. Il-qarrej jekk jogħġbu jinnota li għal ċerti impriżi aktar minn entità legali waħda hija d-destinatarja tad-Deċiżjoni:
|
1.3. Funzjonament tal-kartell
|
(7) |
Il-prattika kollużiva tista' tiġi kkategorizzata bħala prattika ta' l-iffissar tal-prezzijiet tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda bejn il-fornituri, ix-xerrejja ewlenin, kif ukoll dawn il-fornituri u x-xerrejja. |
|
(8) |
Il-provi dwar dan il-kartell ikopru l-perjodu bejn l-1 ta' April 1994 u l-15 ta' April 2002 u jikkonċernaw essenzjalment il-prattika fuq bażi kollettiva u regolari ta' l-iffissar tal-prezz gross għall-bejgħ u x-xiri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq, it-traħħis uniformi tal-prezz gross għall-bennejja parteċipanti tat-toroq u traħħis massimu, imma inqas, tal-prezz gross għall-bennejja l-oħra tat-toroq. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-sistema sħiħa ta' laqgħat ta' tħejjija u laqgħat konġunti, mal-ftehimiet li rriżultaw wara bejn il-grupp ta' fornituri tal-bitum u l-grupp ta' bennejja tat-toroq dwar prezzijiet grossi u traħħis fir-rigward tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda, tifforma parti minn pjan globali uniku u għalhekk tikkostitwixxi ksur uniku ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat. |
2. MULTI
2.1. Ammont bażiku
|
(10) |
L-ammont bażiku tal-multa huwa ddeterminat skond il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur. |
Gravità
|
(11) |
Fl-ivvalutar tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni tqis in-natura tiegħu, l-impatt attwali tiegħu fuq is-suq, meta dan ikun jista' jitkejjel, u d-daqs tas-suq geografiku rilevanti. |
|
(12) |
Fir-rigward tan-natura tal-ksur, meta jitqies il-fatt li l-ksur kellu bilfors ikollu impatt u l-fatt li dan il-ksur kopra parti sostanzjali tas-suq komuni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-impriżi li lilhom hija indirizzata din id-Deċiżjoni wettqu ksur serju ħafna ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat. |
Trattament differenzjali
|
(13) |
Fil-kategorija ta' ksur serju ħafna, l-iskala ta' kemm x'aktarx ikunu l-multi tippermetti li jkun applikat trattament differenzjali għall-impriżi sabiex tiġi kkunsidrata l-kapaċità effettiva ekonomika ta' dawk li kisru l-liġi, rispettivament, fir-rigward tad-danni li dawn ikunu kkawżaw għall-kompetizzjoni. Dan huwa xieraq fejn, bħal f'dan il-każ, ikunu jeżistu diverġenzi kbar bejn l-ishma tas-suq rispettivi ta' l-impriżi parteċipanti fil-ksur. |
|
(14) |
L-impriżi tqassmu f'sitt kategoriji skond l-importanza relattiva tagħhom fis-suq rilevanti fl-2001, l-aħħar sena sħiħ li matulha kien seħħ il-ksur. |
Karattru deterrenti suffiċjenti
|
(15) |
Il-Kummissjoni tosserva li f'dan il-proċediment Shell, BP, Total u Kuwait Petrolium fis-sena finanzjarja 2005 li kienet is-sena finanzjarja l-aktar riċenti qabel din id-Deċiżjoni, kellhom fatturati fuq livell dinji li laħħqu l-EUR 246 203 143 u EUR 37 biljun rispettivament. L-impriżi l-oħrajn kollha kellhom fatturati fuq livell dinji ta' anqas minn EUR 10 biljun. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, mhux meħtieġ li jkun applikat fattur ta' multiplikazzjoni biex jiġi żgurat effett deterrenti suffiċjenti għall-multi li ser jeħlu dawk l-impriżi b'fatturati fuq livell dinji ta' anqas minn EUR 10 biljun. Il-Kummissjoni hija tal-fehma wkoll li l-multa għandha tkun immultiplikata biss għax-Shell, il-BP, it-Total u l-Kuwait Petrolium b'fattur li jkun ġie adattat għaċ-ċirkustanzi tal-każ. |
Tul ta' żmien
|
(17) |
Il-fatturi ta' multiplikazzjoni għandhom ikunu applikati b'mod individwalizzat skond it-tul ta' żmien speċifiku tal-ksur imwettaq minn kull kumpannija fuq firxa ta' sena u nofs sa 8 snin (ara l-premessa 6 hawn fuq). |
2.2. Ċirkustanzi li jħarrxu jew inaqqsu l-piena
Ċirkustanzi li jħarrxu l-piena
|
(18) |
Fiż-żmien meta twettaq il-ksur, Shell kienet diġà suġġetta għal deċiżjonijiet preċedenti ta' projbizzjoni tal-Kummissjoni għal attivitajiet ta' kartelli (1). Dan l-att reċediv jikkostitwixxi ċirkustanza li tħarrax il-gravità u li ħaqqha żieda ta' 50 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha teħel ix-Shell. |
|
(19) |
Matul l-ispezzjonijiet, il-KWS ma aċċettatx li tkun investigata u din iċ-ċaħda ssuġġerixxiet lill-ispetturi jitolbu l-għajnuna ta' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u tal-pulizija. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan it-tfixkil jikkostitwixxi ċirkustanza li tħarrax il-gravità u li ħaqqha żieda ta' 10 % fl-ammont bażiku tal-multa li għandha teħel il-KWS. |
|
(20) |
Ix-Shell fl-ambitu tal-grupp tal-fornituri tal-bitum, u l-KWS, fl-ambitu tal-grupp tax-xerrejja tal-bitum, għandhom risponsabbiltà partikolari għar-rwol li kellhom bħala x-xewwiexa u l-mexxejja tal-kartell. Huma kienu l-ixprun kruċjali ta' l-operazzjoni tal-kartell. Għal dan ir-rwol li kellhom ix-Shell u l-KWS, l-ammont bażiku tal-multa li għandhom jeħlu ħaqqu jiżdied b'50 %. |
2.3. Applikazzjoni tal-limitu ta' 10 % tal-fatturat
|
(21) |
L-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2) jipprovdi li l-multa imposta fuq kull waħda mill-impriżi ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-fatturat tagħha. Dan il-limitu japplika għall-multi kkalkulati għal Esha (Esha Holding BV, Smid & Hollander BV u Esha Port Services Amsterdam BV) u Klöckner Bitumen BV. |
2.4. Applikazzjoni tan-Notifika ta' l-2002 dwar Trattament Favorevoli
Immunità
|
(22) |
Il-BP kienet l-ewwel impriża li infurmat lill-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta' kartell tal-bitum fl-Olanda u l-Kummissjoni kkonċediet lill-BP immunità kondizzjonali mill-multi skond il-punt 15 tan-Notifika. Il-BP kkooperat bis-sħiħ, fuq bażi kontinwa u fil-ħin, matul il-proċedura amministrattiva kollha tal-Kummissjoni. Il-parteċipazzjoni tal-BP fil-ksur issuspettat ġiet fi tmiemha sewwasew fil-mument meta din l-impriża ssottomettiet xiehda skond in-Notifika dwar Trattament Favorevoli u bl-ebda mod ma ġiegħlet lil impriżi oħra jipparteċipaw fil-ksur. Għaldaqstant, il-BP tikkwalifika għal immunità sħiħa mill-multi. |
Punt 23 (b), l-ewwel indent (tnaqqis ta' bejn 30 % u 50 %)
|
(23) |
Kuwait Petroleum kienet it-tieni impriża li kkuntattjat lill-Kummissjoni skond in-Notifika dwar Trattament Favorevoli u kienet l-ewwel impriża li ssodisfat ir-rekwiżiti tal-punt 21 tiegħu. Min-natura tagħha nnifisha, ix-xiehda miġjuba minn Kuwait Petrolium saħħet il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti kkonċernati, u għalhekk din ix-xiehda kellha valur miżjud fir-rigward tax-xiehda li l-Kummissjoni kellha f'idejha dak iż-żmien. Dan il-valur miżjud kien sinifikanti għaliex ikkorrobora l-informazzjoni eżistenti u, flimkien ma' l-informazzjoni li l-Kummissjoni kien diġà kellha f'idejha, għen biex il-Kummissjoni tipprova li l-ksur kien twettaq. Irid jitqies li l-BP ma pparteċipatx regolarment fil-laqgħat ta' konsultazzjoni dwar il-bitum max-xerrejja, u l-Kuwait Petroleum kienet l-ewwel kumpannija li pprovdiet xiehda diretta dwar dan l-element ċentrali tal-funzjonament tal-kartell. Skond il-punt 23 tan-Notifika dwar Trattament Favorevoli, il-Kuwait Petroleum għaldaqstant tikkwalifika għal tnaqqis fil-multa ta' bejn it-30 % u l-50 %. |
|
(24) |
Fir-rigward ta' l-ammont preċiż ta' tnaqqis fil-multa li ser teħel il-Kuwait Petroleum, irid jitqies li l-applikazzjoni għal trattament favorevoli mill-Kuwait Petroleum u x-xiehda ulterjuri pprodvuta minnha wara, bis-saħħa tan-natura dettaljata tagħhom, saħħew il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tipprova l-fatti kkonċernati. Madankollu, irid jitqies ukoll li l-applikazzjoni saret aktar minn ħdax-il xahar wara li l-Kummissjoni kienet wettqet l-ispezzjonijiet tagħha u mhux qabel ma l-Kummissjoni kienet bagħtet titlob lill-partijiet jibagħtulha informazzjoni konkreta u dettaljata dwar il-fatti. Barra dan, il-Kummissjoni tqis gravi l-fatt li ċerti dikjarazzjonijiet importanti magħmula mill-Kuwait Petroleum fir-rigward ta' l-allegata parteċipazzjoni fil-kartell ta' ExxonMobil aktar tard kienu ġew riformulati u ma setgħux jintużaw bħala xhieda kontra din l-impriża. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Kuwait Petroleum hija intitulata għal tnaqqis ta' 30 % mill-multa li altrimenti kienet ser teħel. |
Applikazzjonijiet oħrajn għal trattament favorevoli
|
(25) |
Shell ukoll issottomettiet applikazzjoni skond it-Taqsima B tan-Notifika dwar Trattament Favorevoli iżda ma ġie propost ebda rikompens minħabba n-nuqqas ta' valur miżjud sinifikanti. |
|
(26) |
Nynäs u Total ukoll sostnew li b'mod volontarju pprovdew lill-Kummissjoni b'informazzjoni awtoinkriminanti. Iżda l-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni pprovduta ma tikkostitwixxix valur miżjud sinifikanti li fuq il-bażi tiegħu l-Kummissjoni għandha tikkonċedi tnaqqis fil-penali. |
|
(27) |
Wintershall issostni li hi jmissha tkun koperta mill-applikazzjoni għall-immunità tal-BP. Iżda Wintershall għadha teżisti bħala entità separata mill-BP u kienet il-BP, mhux Wintershall, li ddeċidiet titlob lill-Kummissjoni għall-immunità. |
3. DEĊIŻJONI
|
(28) |
L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 81 tat-Trattat billi ffissaw b'mod kollettiv, fuq bażi regolari, għal matul il-perjodi indikati, il-prezz gross għall-bejgħ u x-xiri tal-bitum għall-kisi ta' l-uċuħ tat-toroq fl-Olanda, traħħis uniformi fuq il-prezz gross għall-bennejja tat-toroq parteċipanti u traħħis massimu iżgħar fuq il-prezz gross għal bennejja tat-toroq oħra:
|
|
(29) |
Għall-ksur li jissemma fil-premessa preċedenti, ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
|
(30) |
L-intrapriżi elenkati hawn fuq għandhom immedjatament iwaqqfu l-ksur imsemmi fil-premessa (29), sakemm ma għamlux dan diġà. Għandhom jastjienu milli jirrepetu kwalunkwe att jew imġiba deskritti fil-premessa (29), u minn kwalunkwe att jew imġiba li għandhom l-istess għan jew effett. |
|
(31) |
Il-verżjoni mhux riżervata tad-Deċiżjoni ser tkun disponibbli fl-ilsna awtentiċi tal-każ fuq il-websajt tad-DĠ Kompetizzjoni: http://ec.europa.eu/comm/competition/index_en.html |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/398/KEE tat-23 ta' April 1986 dwar proċedura skond l-Artikolu 85 tat-Trattat tal-KEE (IV/31.149 – Polipropilene, ĠU L 230, 18.8.1986, p.1) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/599/KE tas-27 ta' Lulju 1994 dwar proċedura skond l-Art. 85 tat-Trattat tal-KEE (IV/31865 – PVC, ĠU L 239, 14.9.1994, p. 14).
(2) ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1).
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Lulju 2007
li ttemm il-preċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol li joriġinaw fl-Indja
(2007/535/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-11 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2) (‘notifika ta’ l-inizjazzjoni’), il-bidu ta’ proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta’ 93 % jew aktar, li joriġinaw fl-Indja, normalment iddikjarati fi ħdan il-kodiċi NM ex 2905 22 90 . |
|
(2) |
Il-proċediment kontra s-sussidju ngħata bidu, skond l-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku, wara li tressqet kwerela fid-29 ta’ Settembru 2006 mill-produtturi Komunitarji li ġejjin: Destilaciones Bordas Chinchurreta S.A. u Sensient Fragrances S.A. (‘il-kwerelanti’) li jirrappreżentaw parti kbira, f’dan il-każ aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ dihydromyrcenol. Il-kwerela kien fiha evidenza prima facie ta’ l-eżistenza ta’ sussidjar tal-prodott imsemmi u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, li tqieset biżżejjed biex ikun iġġustifikat il-bidu ta’ proċediment. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali lill-awtoritajiet ta’ l-Indja, lill-produtturi esportaturi fl-Indja, l-importaturi u l-utenti magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-kwerelenti bil-bidu ta’ l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jsemmgħu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-notifika ta’ l-inizjazzjoni. |
B. IRTIRAR TAL-KWERELA
|
(4) |
Permezz ta’ ittra tal-25 ta’ Mejju 2007 lill-Kummissjoni, il-kwerelenti rtiraw formalment il-kwerela tagħhom. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista’ jintemm meta l-kwerela tiġi rtirata sakemm terminazzjoni bħal din ma tmurx kontra l-interess Komunitarju. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni ma sabet ebda fatt li juri li t-terminazzjoni ma tkunx fl-interess Komunitarju. Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw. Ma tqajmu l-ebda oġġezzjonijiet. |
|
(7) |
Meta wieħed iqis dan kollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dihydromyrcenol li joriġinaw fl-Indja għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-proċediment kontra s-sussidju fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ dihydromyrcenol ta’ purità bil-piż ta’ 93 % jew aktar, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2905 22 90 u li joriġinaw fl-Indja huwa permezz ta’ dan ta’ hawn terminat.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
Bank Ċentrali Ewropew
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/46 |
LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
ta’ l-20 ta’ Lulju 2007
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/28 dwar l-immaniġġjar ta’ l-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi
(BĊE/2007/6)
(2007/536/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 105(2),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1 u 30.6,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro jgħaddu lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) assi barranin ta’ riżerva, u l-BĊE għandu d-dritt sħiħ li jżomm u jimmaniġġja dawk ir-riżervi barranin li huma ttrasferiti lilu. |
|
(2) |
Skond l-Artikoli 9.2 u 12.1 ta’ l-Istatut, il-BĊE jista’ jimmaniġġja xi wħud mill-attivitajiet tiegħu permezz tal-BĊNi u għandu rikors lejn il-BĊNi biex iwettqu ċerti operazzjonijiet minn tiegħu. Għaldaqstant, il-BĊE jikkunsidra li l-BĊNi għandhom, bħala l-aġenti tiegħu, jimmaniġġjaw ir-riżervi barranin ittrasferiti lilu. |
|
(3) |
Skond il-Linja Gwida BĊE/2006/28 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ l-assi barranin ta’ riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (1), kull BĊN ta’ Stat Membru parteċipanti jinħtieġ iwettaq operazzjonijiet li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE bħala aġent tal-BĊE u juża d-dokumentazzjoni legali speċifikata f’din il-Linja Gwida. |
|
(4) |
Id-definizzjoni ta’ “ġurisdizzjonijiet Ewropej’ fil-Linja Gwida BĊE/2006/28 għandha tkun modifikata biex taħseb għad-dħul futur ta’ l-Istati Membri fl-UME. |
|
(5) |
Għall-finijiet li jiddaħħal, fil-lista ta’ strumenti eliġibbli, strument li għandu x’jaqsam ma’ l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax li jikkwalifikaw bħala operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter fejn tiġi żgurata espożizzjoni lil hinn minn ċerti limiti, il-Linja Gwida BĊE/2006/28 għandha tkompli tiġi emendata biex tistipula li l-iswaps tar-rata ta’ l-imgħax għandhom jiġu ddokumentati bħala operazzjonijiet ta’ derivattivi over-the-counter, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Il-Linja Gwida BĊE/2006/28 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 qed jiġi sostitwit b’li ġej: “Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3(1) u (2) huwa sostitwit b’li ġej: “1. L-operazzjonijiet kollha li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom jitwettqu bl-użu tad-dokumentazzjoni legali standard kif mitlub b’dan l-Artkolu. Madankollu, il-Bord Eżekuttiv jista’ jiddeċiedi juża l-ftehim standard stabbilit fl-Anness I, punt 1(ċ) jew 2(ċ), aktar milli l-ftehim stabbilit fl-Anness I, punt 1(a) jew 2(a) ma’ din il-Linja Gwida fir-rigward ta’ Stat Membru malli jadotta l-euro, jekk ma tkunx disponibbli valutazzjoni legali f’forma u b’sustanza aċċettabbli għall-BĊE rigward l-użu tal-ftehim standard indikat f’dak l-Istat Membru. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-Kunsill b’kull deċiżjoni mittieħda skond din id-dispożizzjoni. 2. Operazzjonijiet iggarantiti li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE li jkopru ftehim ta’ xiri mill-ġdid, ftehim ta’ xiri mill-ġdid imreġġa’ lura, ftehim ta’ xiri/bejgħ lura u ftehim ta’ bejgħ/xiri lura, u l-operazzjonijiet kollha ta’ derivattivi over-the-counter li jinvolvu l-assi barranin ta’ riżerva tal-BĊE għandhom ikunu ddokumentati skond il-ftehim standard imniżżla fl-Anness I, f’dawk il-forom kif jistgħu jiġu approvati jew emendati mill-BĊE minn żmien għal żmien.” |
|
(3) |
L-Anness I, punt 2 huwa sostitwit b’li ġej:
|
Artikolu 2
Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Lulju 2007.
Artikolu 3
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ DARFUR/6/2007
tat-18 ta’ Lulju 2007
li taħtar Konsulent Militari għar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-Sudan
(2007/537/CFSP)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta’ appoġġ ċivili-militari ta’ l-Unjoni Ewropea lill-missjonijiet ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan u fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/238/PESK (2) li taħtar lil Torben BRYLLE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan. |
|
(2) |
Ir-RSUE għas-Sudan jiżgura fost oħrajn il-koordinazzjoni u l-koerenza tal-kontributi ta’ l-Unjoni għall-missjoni ta’ l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur fis-Sudan (AMIS). Skond l-Artikolu 5(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK, Ċellula ta’ Koordinazzjoni ta’ l-UE f’Addis Ababa taħt l-awtorità tar-RSUE, li tikkonsisti minn konsulent politiku, konsulent militari u konsulent tal-pulizija, tamministra l-koordinazzjoni ta’ kuljum ma’ l-atturi rilevanti kollha ta’ l-UE u maċ-Ċentru ta’ Kontroll Amministrattiv u ta’ Maniġġjar fil-katina ta’ kmand ta’ l-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-appoġġ f’waqtu ta’ l-UE lill-AMIS. |
|
(3) |
Permezz ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà sabiex jaħtar il-konsulent militari għar-RSUE fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) abbażi ta’ rakkomandazzjoni mir-RSUE. |
|
(4) |
Is-SĠ/RGħ, wara r-rakkomandazzjoni tar-RSUE, ippropona li l-Kurunell Michel BILLARD jinħatar bħala l-Konsulent Militari l-ġdid għar-RSUE. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kurunell Michel BILLARD huwa b’dan maħtur Konsulent Militari għar-RSUE għas-Sudan.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-24 ta’ Lulju 2007.
Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. DURRANT PAIS
(1) ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46. Azzjoni Konġunta kif emendata mill-Azzjoni Konġunta 2007/245/PESK (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 65).
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE
|
28.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 196/49 |
DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TA’ L-EUROPOL
tat-18 ta’ Lulju 2007
bi ftehim dwar il-kondizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol għall-varjazzjoni fl-ammonti msemmija fl-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għal salarji u bonus imħallsa lill-membri tal-personal ta’ l-Europol għall-benefiċċju ta’ l-Europol
(2007/538/KE)
IL-BORD ta’ TMEXXIJA ta’ L-EUROPOL,
Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal abbażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41 (3) tal-Konvenzjoni Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Europol, tal-membri ta’ l-organi tiegħu, tal-viċi diretturi u ta’ l-impjegati ta’ l-Europol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ta’ dan;
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Ġunju l-Kunsill iddeċieda li jvarja s-salarji u bonusijiet għall-uffiċjali ta’ l-Europol b’ 1.5 % b’ effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2006. |
|
(2) |
Fit-18 ta’ Lulju 2007 il-Bord ta’ Tmexxija ddeċieda li jeffettwa zieda fl-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 (2) bl-istess perċentwal u mill-istess data kif deċiż fid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju msemmija f' punt numru 1. |
|
(3) |
Skond l-istess deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tat-18 ta’ Lulju 2007, iċ-ċifri hekk stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006:
|
1. |
Iċ-ċifra msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandha tiġi sostitwita b’ EUR 113.68. |
|
2. |
Iċ-ċifri f’unitajiet Ewro tat-tabella inkluża fl-Artikolu 4 ta’ l-Appendiċi għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jiġu sostitwiti bis-segwenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fl-Aja, 18 ta’ Lulju 2007.
Jaime FERNANDES
President tal-Bord ta’ Tmexxija