ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
25 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 872/2007 ta' l-24 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 873/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja ta’ l-euro fis-settur agrikolu

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2006/2007

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 875/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE rigward għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2245/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali ( 1 )

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 877/2007 ta’ l-24 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II)

18

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/522/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE dwar laħam tal-majjal minn ħnieżer li tlaqqmu b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3418)  ( 1 )

23

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 872/2007

ta' l-24 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-24 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

TR

90,5

ZZ

90,5

0707 00 05

TR

116,0

ZZ

116,0

0709 90 70

TR

88,2

ZZ

88,2

0805 50 10

AR

49,4

UY

56,2

ZA

66,5

ZZ

57,4

0806 10 10

BR

161,0

EG

150,8

MA

189,3

TR

180,5

ZZ

170,4

0808 10 80

AR

90,7

BR

95,8

CA

101,7

CL

91,9

CN

76,5

NZ

99,5

US

105,0

UY

36,3

ZA

100,0

ZZ

86,6

0808 20 50

AR

88,2

CL

80,8

NZ

119,1

TR

140,9

ZA

112,4

ZZ

108,3

0809 10 00

TR

169,5

ZZ

169,5

0809 20 95

CA

324,1

TR

282,6

US

286,5

ZZ

297,7

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

157,0

ZZ

157,0

0809 40 05

IL

73,6

ZZ

73,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 873/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 li jistipula regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema agromonetarja ta’ l-euro fis-settur agrikolu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Seħħ żball fl-abbozzar ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (2) fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-avveniment operattiv għall-għajnuna li tingħata għall-provvista ta’ ċerti prodotti mill-ħalib stabbilita fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2707/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 li jipprovdi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-għajnuna Komunitarja għall-provvista tal-ħalib u ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola f’ċerti stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni (3). Huwa xieraq li dan l-iżball jissewwa sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni qarrieqa.

(2)

Il-kliem fl-Artikolu 11(c) tar-Regolament (KE) Nru 1913/2006 jidher li m’għadux jgħodd ma’ l-Artikolu 6. Għall-finijiet taċ-ċarezza, il-kliem “li fih l-avveniment operattiv għar-rata ta’ kambju huwa l-1 ta’ Ottubru” [traduzzjoni mhux uffiċjali] għandu jitħassar minn dik id-dispożizzjoni.

(3)

Il-proċedura ta’ kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2825/93 tal-15 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 f’dak li jirrigwarda l-iffissar u l-għotjiet ta’ rifużjonijiet aġġustati fir-rigward taċ-ċereali esportati taħt forma ta’ ċerti spirti tax-xorb (4) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 562/2000 tal-15 ta’ Marzu 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 rigward ix-xiri għall-ħażna tal-laħam taċ-ċanga (5), kienet iffinalizzata qabel ma ġie adottat u ppubblikat ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 2825/93 u (KE) Nru 562/2000 tħassru u nbidlu mit-30 ta’ Novembru 2006 rispettivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1670/2006 (il-verżjoni kodifikata) (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1669/2006 (il-verżjoni kodifikata) (7). Ir-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 u r-Regolament (KE) Nru 562/2000 huma għaldaqstant skaduti u għalhekk għandhom jiġu kkoreġuti fir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(4)

L-emendar u l-korrezzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data bħar-Regolament emendat.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 għandu għalhekk jkun emendat u ikkoreġut kif jixraq.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni rilevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Għall-għajnuna li tingħata għal provvista ta’ ċerti prodotti mill-ħalib lit-tfal ta’ l-iskola msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2707/2000, l-avveniment operattiv għall-kambju tar-rata għandu jkun l-ewwel jum tal-perjodu li miegħu tirrelata l-applikazzjoni tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.”

(2)

Fl-Artikolu 11, il-punt (c) jinbidel bit-test li ġej:

“(c)

għall-prezz minimu tal-pitravi msemmi fl-Artikolu 6, ir-rata medja stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għax-xahar ta’ qabel l-avveniment operattiv.”

(3)

L-Artikolu 18 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 18

Emendar tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1670/2006 jinbidel b’dan li ġej:

‘2.   Ir-rata tar-rifużjoni se tkun dik li tkun tapplika fil-ġurnata li fiha ċ-ċereali jitpoġġew taħt kontroll. Madankollu, fir-rigward tal-kwantitajiet iddistillati f’kull wieħed mill-perjodi fiskali ta’ distillazzjoni wara dak li fih ikun tqiegħed taħt kontroll, ir-rata għandha tkun dik li tkun tapplika fl-ewwel ġurnata ta’ kull perjodu ta’ distillazzjoni kkonċernat.

L-avveniment operattiv għar-rata tal-kambju li tkun tapplika għar-rifużjoni għandu jkun dak imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (*).

(*)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ”"

(4)

L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 21

Emendar tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1669/2006 jinbidel b’dan li ġej:

‘Artikolu 16

Ir-rata ta’ kambju

L-avveniment operattiv għar-rata ta’ kambju applikabbli għall-ammont u għall-prezzijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u għas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ikunu dawk imsemmija f’punt (a) ta’ l-Artikolu 8 u fl-Artikolu 10 rispettivament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (**).

(**)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.’ ”"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52

(3)  ĠU L 311, 12.12.2000, p. 37. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 704/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(5)  ĠU L 68, 16.3.2000, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.

(6)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 33

(7)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 6


25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 874/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (1), u partikolarment l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1786/2003, bl-Artikolu 4(2) tiegħu, jistabbilixxi l-ammont ta’ l-għajnuna li għandha titħallas lill-impriżi ta’ l-ipproċessar ta’ l-għalf niexef, fil-limitu tal-kwantità massima ggarantita li jingħata fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament imsemmi.

(2)

F'konformità ma’ l-Artikolu 33(1), l-ewwel inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1786/2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-għalf niexef (2), l-Istati Membri kkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ għalf niexef li għalihom tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena tas-suq 2006/2007. Minn dawn il-komunikazzjonijiet jirriżulta li ma nqabżitx il-kwantità massima ggarantita għall-għalf niexef.

(3)

L-ammont ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef għaldaqstant jitla' għal EUR 33 it-tunnellata, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1786/2003.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2006/2007, l-ammont finali ta’ l-għajnuna għall-għalf niexef huwa stabbilit għal EUR 33 it-tunnellata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 114. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 456/2006 (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 4. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 116/2007 (ĠU L 35, 8.2.2007, p. 7).


25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 875/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE rigward għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1860/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament (2),

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 lill-Kummissjoni jagħtiha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta’ regolament, massimu li taħtu l-miżuri ta’ għajnuna jitqiesu li ma jkunux jilħqu l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għalhekk ma jkunux jaqgħu taħt il-proċedura ta’ notifika stipulata fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2)

Abbażi ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis  (3), li tistabbilixxi massimu ta’ EUR 100 000 għal kull benefiċjarju matul perjodu ta’ tliet snin. Oriġinarjament, dak ir-Regolament ma kienx japplika għas-setturi ta’ l-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura u t-trasport, fid-dawl tar-regoli speċjali li japplikaw f’dawk is-setturi.

(3)

Fir-rigward tas-settur ta’ l-agrikoltura u s-sajd, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1860/2004 tas-6 ta’ Ottubru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna de minimis fis-settur ta’ l-agrikoltura u s-sajd (4) (traduzzjoni mhux uffiċjali) stabilixxa limitu speċifiku ta’ EUR 3 000 għal kull benefiċjarju għal kull perjodu ta’ tliet snin li għandu japplika għal dawk is-setturi, peress li fid-dawl ta’ l-esperjenza li kisbet il-Kummissjoni, seta’ jiġi affermat li livelli baxxi ħafna ta’ għajnuna mogħtija f’dawk is-setturi ma jilħqux il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, jekk kemm-il darba jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Dan huwa l-każ meta kemm l-ammont ta’ għajnuna li jirċievu l-produtturi individwali jibqa’ baxx, kif ukoll il-livell totali ta’ għajnuna mogħtija lil dawn is-setturi ma jaqbiżx perċentwal żgħir tal-valur ta’ produzzjoni.

(4)

Minħabba ċirkostanzi ekonomiċi li nbidlu, u fid-dawl ta’ l-esperjenza li nkisbet fl-applikazzjoni tar-regoli ġenerali eżistenti de minimis, tqies li huwa meħtieġ li dawk ir-regoli jinbidlu. Għalhekk, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006 tat-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għal għajnuna de minimis  (5) (traduzzjoni mhux uffiċjali). Dak ir-regolament issostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 69/2001, għolla l-limitu de minimis ġenerali minn EUR 100 000 għal EUR 200 000, firex l-applikazzjoni tiegħu għas-settur ta’ l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti agrikoli u introduċa limitu de minimis ġdid ta’ EUR 100 000 ta’ għajnuna mill-Istat għas-settur tat-trasport bit-triq.

(5)

L-esperjenza reċenti fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd, u partikolarment il-limitu de minimis stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 kif ukoll il-Linji ta’ Gwida għall-eżami ta’ l-għajnuna mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura (6) wrew li r-riskju ta’ tagħwiġ tal-kompetizzjoni minn għajnuna de minimis huwa fil-fatt aktar baxx milli kien previst fl-2004.

(6)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza li kisbet il-Kummissjoni, l-għajnuna lill-impriżi fis-settur tas-sajd li ma taqbiżx it-EUR 30 000 kull benefiċjarju matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin tista’ titqies li ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri u/jew ma tgħawwiġx jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni meta l-ammont totali ta’ għajnuna bħal din mogħtija lill-impriżi kollha fis-settur tas-sajd matul tliet snin taqa’ taħt il-limitu ta’ madwar 2,5 % tal-produzzjoni annwali mis-sajd. Huwa għalhekk xieraq li ngħidu li għajnuna bħal din ma taqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Is-snin li wieħed għandu jikkonsidra għal dan il-għan huma s-snin fiskali kif użati għal skopijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat. Il-perjodu rilevanti ta’ tliet snin għandu jiġi vvalutat regolarment, u għalhekk jeħtieġ li għal kull għotja ġdida ta’ għajnuna de minimis, jiġi determinat l-ammont totali ta’ għajnuna bħal din fis-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll dak ta’ matul is-sentejn fiskali ta’ qabel.

(7)

Għajnuniet oħra mogħtija mill-Istati Membri ukoll għandhom jitqiesu f’konċessjonijiet ta’ għajnuna de minimis.

(8)

M’għandux ikun possibbli li miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jaqbżu l-limitu de minimis jinqasmu f’għadd ta’ partijiet iżgħar biex dawn il-partijiet jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(9)

F’konformità mal-prinċipji li jirregolaw l-għajnuna li taqa’ taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, għajnuna de minimis titqies li tkun ingħatat fil-mument li d-dritt legali li tintlaqa’ din l-għajnuna tingħata lill-benefiċjarju taħt ir-reġim nazzjonali applikabbli.

(10)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliet li, ladarba l-Komunità tkun illeġiżlat għat-twaqqif ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq f’settur partikolari ta’ l-agrikoltura, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li ma jieħdu l-ebda miżura li tista’ timminah jew li toħloq eċċezzjonijiet għalih (7). Dan il-prinċipju japplika wkoll fis-settur tas-sajd. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq.

(11)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna de minimis li tiffavorixxi prodotti nazzjonali fuq dawk importati. Barra minn hekk, dan ir-Regolament, m’għandux japplika għal għajnuna li tiffinanzja t-twaqqif u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni f’pajjiżi oħra. Għajnuna għall-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali, jew ta’ studji jew servizzi ta’ konsulenza meħtieġa għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid normalment ma titqiesx li hija għajnuna għall-esportazzjoni.

(12)

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal impriżi li jkunu f’diffikultà fl-ambitu tat-tifsira tal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (8), fid-dawl tad-diffikultajiet marbuta mad-determinar ta’ l-ewkivalenti ta’ l-għotja grossa li tingħata lil dan it-tip ta’ impriżi.

(13)

Wara li jitqiesu l-għanijiet tal-politika komuni dwar is-sajd, l-għajnuna li sservi biex tiżdied il-kapaċità għas-sajd u għajnuna mogħtija għall-bini jew ix-xiri ta’ bastimenti tas-sajd m’għandhiex taqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ħlief għal għajnuna għall-immodernizzar ’il fuq mill-gverta, kif jissemma fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (9).

(14)

Għall-finijiet tat-trasparenza, it-trattament indaqs u l-applikazzjoni korretta tal-limitu de minimis, huwa xieraq li l-Istati Membri japplikaw l-istess metodu ta’ kalkolu. Biex dan il-kalkolu jitħaffef u jkun skond skond ir-Regolament (KE) Nru 1998/2006, huwa xieraq li l-ammonti ta’ l-għajnuna li ma jkunux taħt forma ta’ għotja ta’ flus ikunu konvertiti fl-ekwivalenti tagħhom bħala għotja grossa. Fil-kalkolu ta’ l-għotja ekwivalenti għal tipi trasparenti ta’ għajnuna barra minn għotjiet jew għajnuna li jkunu mħallsa bin-nifs, jeħtieġ li jintużaw ir-rati ta’ mgħax prevalenti fis-suq fil-mument li tingħata din l-għajnuna. Għall-finijiet ta’ applikazzjoni uniformi, trasparenti u sempliċi tar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat, ir-rati tas-suq għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala r-rata ta’ referenza ffissata perjodikament mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew fuq l-Internet. Madankollu, jista’ jkun meħtieġ li jiżdiedu punti bażiċi addizzjonali fuq ir-rata bażika minħabba s-sigurtajiet pprovduti jew ir-riskju assoċjat mal-benefiċjarju.

(15)

Għall-finijiet tat-trasparenza, it-trattament ugwali u l-monitoraġġ effettiv, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna de minimis li tkun trasparenti. L-għajnuna trasparenti hija għajnuna li għaliha jkun possibbli li tiġi kkalkulata bi preċiżjoni l-għotja grossa ekwivalenti ex ante mingħajr il-ħtieġa li ssir analiżi tar-riskju. Kalkolu preċiż bħal dan jista’, pereżempju, isir fir-rigward ta’ għotjiet, sussidji fuq ir-rati ta’ interess u eżenzjonijiet limitati tat-taxxa. L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet tal-kapital ma għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta’ injezzjoni mill-fondi pubbliċi ma tkunx inqas mil-limitu de minimis. L-għajnuna inkluża fil-miżuri tal-kapital ta’ riskju msemmija fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trawwim ta’ l-investimenti f’kapital ta’ riskju f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju (10), m’għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti sakemm l-iskema ta’ kapital ta’ riskju kkonċernata tipprovdi kapital biss sal-limitu de minimis għal kull impriża fil-mira. L-għajnuna inkluża f’self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti meta l-għotja grossa ekwivalenti tkun ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tar-rati ta’ interess prevalenti fis-suq fil-mument li ssir l-għotja.

(16)

Dan ir-Regolament ma jeskludix il-possibbiltà li miżura, adottata minn Stat Membru, tista’ ma titqiesx bħala għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat abbażi ta’ raġunijiet oħra barra minn dawk imsemmija f’dan ir-Regolament, pereżempju, fil-każ ta’ injezzjonijiet ta’ kapital, minħabba li miżura bħal din ġiet deċiża f’konformità mal-prinċipju ta’ investitur fis-suq.

(17)

Huwa neċessarju li tiġi pprovduta ċertezza ġuridika għal skemi ta’ garanzija li ma għandhomx il-potenzjal li jaffettwaw il-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni u li dwarhom hemm biżżejjed data biex jiġu vvalutati b’mod affidabbli kwalunkwe effetti potenzjali. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jittrasponi l-limitu ġenerali de minimis ta’ EUR 30 000 għal kull benefiċjarju għal limitu speċifiku skond il-garanzija li jkun ibbażat fuq l-ammont totali garantit tas-self individwali li fuqu tkun ibbażata garanzija bħal din. Huwa xieraq li jiġi kkalkulat dan il-limitu speċifiku billi tintuża metodoloġija għall-analiżi ta’ l-ammont ta’ għajnuna Statali inkluż fl-iskemi ta’ garanzija li jkopru s-self favur impriżi vijabbli. Il-metodoloġija u d-data użati għal kalkolu ta’ dan il-limitu speċifiku ta’ garanzija għandhom jeskludu impriżi f’diffikultà kif imsemmi fil-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istati għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà. Dan il-limitu speċifiku għalhekk m’għandux japplika għall-għajnuna ad hoc individwali, mogħtija barra mill-ambitu ta’ l-iskema ta’ garanzija, għall-għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà, jew għal garanziji għal tranżazzjonijiet ta’ sfond li ma jikkostitwixxux self, pereżempju garanziji fuq tranżazzjonijiet ta’ ishma. Il-limitu speċifiku għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-fatt li meta wieħed iqis ir-rata massima (net default rate) ta’ 13 %, li tirrappreżenta l-agħar xenarju possibbli għal skemi ta’ garanzija fil-Komunità, garanzija ekwivalenti għal EUR 225 000 tista’ titqies li għandha ekwivalenza ta’ l-għotja grossa identika għal-limitu ġenerali de minimis stabbilit f’dan ir-Regolament. Huma biss garanziji li jkopru sa 80 % tas-self fl-isfond li għandhom ikunu koperti b’dan il-limitu speċifiku

(18)

Il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiżgura li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu rispettati, u b’mod partikolari li l-għajnuna li tingħata skond ir-regoli de minimis tikkonforma mal-kundizzjonijiet tagħhom. Skond l-Artikolu 10 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kisba ta’ dan il-kompitu billi jistabbilixxu l-mekkaniżmu meħtieġ biex jiġi żgurat li l-ammont totali ta’ l-għajnuna, mogħtija skond ir-regoli de minimis, ma jaqbiżx il-limitu ta’ EUR 30 000 għal kull benefiċjarju jew il-limitu kumplessiv stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tal-valur tal-produzzjoni mis-sajd għal kull Stat Membru matul perjodu ta’ tliet snin fiskali. Għal dak il-għan, huwa xieraq li meta l-Istati membri jagħtu għajnuna de minimis, huma għandhom jinfurmaw lill-impriża kkonċernata bl-ammont ta’ l-għajnuna u l-karattru de minimis tagħha, billi jirreferu għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, qabel l-għoti ta’ għajnuna bħal din, l-Istat Membru għandu jikseb mingħand l-impriża dikjarazzjoni dwar għajnuna oħra de minimis li ngħatat matul is-sena fiskali kkonċernata u s-sentejn fiskali ta’ qabel, u jivverifika bir-reqqa li l-limitu de minimis ma jinqabiżx mill-għajnuna de minimis il-ġdida. Alternattivament, il-konformità mal-limiti massimi tista’ wkoll tiġi żgurata permezz ta’ reġistru ċentrali.

(19)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u peress li l-limitu għal għajnuna de minimis għas-settur tas-sajd b’hekk huwa differenti mil-limitu għal għajnuna de minimis għas-settur ta’ l-agrikoltura, regolament speċifiku applikabbli biss għas-settur tas-sajd għandu jiġi adottat u r-Regolament (KE) Nru 1860/2004 għandu jiġi emendat kif jixraq.

(20)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari l-frekwenza li biha huwa ġeneralment meħtieġ li tiġi riveduta l-politika ta’ l-għajnuna mill-Istat, u b’mod partikolari billi jitqies il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1998/2006 u Nru 1860/2004, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun limitat sal-31 ta’ Diċembru 2013. F’każ li dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jiġi estiż, l-Istati Membri għandu jkollhom perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna de minimis koperta minnu. Għall-finijiet taċ-ċertezza ġuridika, huwa xieraq li jiġi ċċarat l-effett tar-Regolament fuq l-għajnuna li tingħata qabel ma jkun daħal fis-seħħ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament japplika għal għajnuna mogħtija lil impriżi fis-settur tas-sajd, ħlief għal:

(a)

għajnuna, li l-ammont tagħha huwa ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;

(b)

għajnuna għal attivitajiet relatati ma’ l-esportazzjoni, l-aktar għajnuna marbuta direttament ma’ kwantitajiet esportati, għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni jew infiq kurrenti ieħor marbut ma’ l-attività ta’ l-esportazzjoni;

(c)

għajnuna li tiddependi mill-użu ta’ prodotti nazzjonali fuq dawk importati;

(d)

għajnuna biex tiżdied il-kapaċità tas-sajd, espressa f’termini ta’ tunnellati jew qawwa, kif definiti fl-Artikolu 3(n) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 sakemm ma tikkonċernax għajnuna għall-immodernizzar ’il fuq mill-gverta kif jissemma fl-Artikolu 11(5) ta’ dak ir-Regolament;

(e)

għajnuna għax-xiri jew il-bini ta’ bastimenti tas-sajd;

(f)

għajnuna mogħtija lill-impriżi f’diffikultà.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“impriżi fis-settur tas-sajd” tfisser impriżi attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd;

(b)

“prodotti tas-sajd” tfisser il-prodotti definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (11);

(c)

“proċessar u tqegħid fis-suq” tfisser l-operazzjonijiet kollha, li jinkludu l-manipulazzjoni, t-trattament, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni li jsiru bejn il-ħin tal-ħatt l-art jew il-qbid u l-istadju tal-prodott aħħari.

Artikolu 3

Għajnuna de minimis

1.   Miżuri ta’ għajnuna għandhom jitqiesu li ma jilħqux il-kriterji ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandhom għalhekk ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat, jekk dawn ikunu jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-għajnuna totali de minimis mogħtija lil kwalunkwe impriża waħda m’għandhiex taqbeż EUR 30 000 fuq kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali. Il-limitu għandu japplika irrispettivament mill-forma ta’ l-għajnuna jew l-għan aħħari. Il-perjodu għandu jiġi determinat b’referenza għas-snin fiskali li jintużaw fl-Istat Membru kkonċernat.

3.   Meta ammont totali ta’ għajnuna jaqbeż dan il-limitu, dak l-ammont ta’ għajnuna ma jistax jibbenefika minn dan ir-Regolament, anki għal frazzjoni li ma taqbiżx dak il-limitu. F’każ bħal dan, il-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament ma jistax jintalab għal din il-miżura ta’ għajnuna, la fiż-żmien meta ngħatat l-għajnuna, u lanqas f’xi żmien ieħor suċċessiv.

4.   L-għajnuna totali de minimis mogħtija b’hekk lil impriżi diversi fis-settur tas-sajd m’għandhiex taqbeż il-valuri previsti għall-Istati Membri, kif jidhru mqassma fl-Anness matul kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin fiskali.

5.   Il-limiti fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu espressi bħala għotja ta’ flus. Iċ-ċifri kollha użati għandhom ikunu grossi, jiġifieri, qabel kwalunkwe tnaqqis ta’ taxxa jew ta’ tariffa oħra. Fejn l-għajnuna tingħata f’forma oħra barra minn għotja, l-ammont ta’ għajnuna għandu jkun l-ekwivalenti ta’ l-għajnuna bħala għotja grossa.

6.   Għajnuna li titħallas f’diversi ħlasijiet għandha tiġi skontata għall-valur tagħha fil-mument ta’ l-għotja. Ir-rata ta’ l-imgħax li għandha tintuża għalskopijiet ta’ skont u biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti gross għandha tkun ir-rata ta’ referenza applikabbli fil-mument ta’ l-għotja.

7.   Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-għajnuna li għaliha huwa possibbli li jsir kalkolu preċiż tal-għotja grossa ekwivalenti ta’ l-għajnuna ex ante mingħajr il-bżonn ta’ analiżi ta’ riskju (“għajnuna trasparenti”). B’mod partikolari:

(a)

L-għajnuna inkluża f’self għandha titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti meta l-għotja grossa ekwivalenti tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ rati ta’ interess tas-suq li jintużaw fil-mument li tkun ingħatat l-għajnuna.

(b)

L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital m’għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta’ injezzjoni mill-fondi pubbliċi ma jaqbiżx il-limitu de minimis.

(c)

L-għajnuna inkluża fil-miżuri ta’ kapital ta’ riskju m’għandhiex titqies bħala għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-iskema ta’ kapital ta’ riskju kkonċernata tipprovdi kapital biss sal-limitu de minimis għal kull impriża fil-mira.

(d)

L-għajnuna inkluża f’injezzjonijiet ta’ kapital m’għandhiex tkun ikkunsidrata għajnuna de minimis trasparenti, sakemm l-ammont totali ta’ avvanzi li għandhom jitħallsu lura jaqbeż il-limitu applikabbli skond dan ir-Regolament.

(e)

Għajnuna individwali mogħtija taħt skema ta’ garanzija lill-impriżi li mhumiex impriżi f’diffikultà għandha titqies bħala għajnuna de minimis meta l-parti garantita tas-self fl-isfond ipprovdut taħt skema bħal din ma taqbiżx EUR 225 000 għal kull impriża. Jekk il-parti garantita tas-self tal-garanzija tapplika biss għal parti mogħtija ta’ dan il-limitu, l-ammont ta’ l-għajnuna bħala għotja grossa ta’ dik il-garanzija għandu jkun l-ekwivalenti għalistess proporzjon tal-limitu applikabbli stipulat fil-paragrafu 2. Il-garanzija ma għandhiex tkun aktar minn 80 % tas-self ta’ l-isfond.

8.   L-għajnuna de minimis ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ l-għajnuna ta’ l-Istat fir-rigward ta’ l-istess spejjeż eliġibbli jekk din l-akkumulazzjoni tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna li taqbeż dak iffissat fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ f’regolament għall-eżenzjoni ġenerali jew deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Monitoraġġ

1.   Meta Stat Membru jagħti għajnuna de minimis lil impriża, għandu jinforma lil dik l-impriża bil-miktub dwar l-ammont ta’ l-għajnuna espressa bħala ekwivalenti gross u dwar in-natura de minimis tagħha, billi jagħmel referenza diretta għal dan ir-Regolament, u billi jikkwota t-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Meta l-għajnuna de minimis tingħata lil impriżi differenti fuq il-bażi ta’ l-iskema u ammonti differenti ta’ għajnuna individwali jingħataw lil dawk il-impriżi fl-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħżel li jonora dak l-obbligu billi jinforma lil-impriżi dwar is-somma fissa li tikkorrispondi ma’ l-ammont massimu ta’ għajnuna li ser tingħata fl-iskema. F’każ bħal dan, is-somma fissa għandha tintuża biex jiġi determinat kwalunkwe wieħed mil-limiti previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ l-Artikolu 3 jintlaħqux. L-Istat Membru għandu wkoll jikseb, qabel l-għoti ta’ l-għajnuna, mill-impriża kkonċernata dikjarazzjoni bil-miktub jew f’forma elettronika dwar kwalunkwe għajnuna de minimis oħra li tkun irċeviet matul is-sentejn fiskali preċedenti u s-sena fiskali kurrenti.

2.   L-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna de minimis il-ġdida biss wara li jkun ivverifika li din ma tkunx se tgħolli l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis miksub mill-impriża matul il-perjodu li jkopri s-sena fiskali kkonċernata, kif ukoll is-sentejn fiskali preċedenti f’dak l-Istat Membru għal livell ’il fuq mil-limiti stipulati fl-Artikolu 3(2) u (4).

3.   Meta Stat Membru jkun stabbilixxa reġistru ċentrali ta’ għajnuna de minimis li jkun fih informazzjoni sħiħa dwar l-għajnuna kollha de minimis mogħtija minn kwalunkwe awtorità fi ħdan dak l-Istat Membru, il-paragrafu 1 ma jibqax japplika mill-mument li r-reġistru jkun ikopri perjodu ta’ tliet snin fiskali.

4.   L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jiġbru l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn ir-reġistri għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintwera li l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu ġew osservati. Ir-reġistri dwar għajnuna de minimis individwali għandha tinżamm għal 10 snin fiskali mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Ir-reġistri fir-rigward ta’ skema ta’ għajnuna għandhom jinżammu għal perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha kienet ingħatat l-aħħar għajnuna individwali taħt dik l-iskema. Fuq talba bil-miktub, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ xogħol, jew kwalunkwe perjodu itwal li jiġi ffissat fit-talba, l-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa biex tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunux ġew imħarsa, b’mod partikolari fejn għandu x’jaqsam l-ammont totali ta’ għajnuna de minimis miksuba minn kwalunkwe impriża u mis-settur tas-sajd ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 1 sa 3 u, jekk ikun xieraq, fl-Artikolu 4. Kull għajnuna li ma tikkonformax ma’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni skond l-oqfsa, il-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

2.   Kwalunkwe għajnuna de minimis mogħtija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1860/2004 bħala applikabbli għas-settur tas-sajd sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha titqies li ma tissodisfax il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u għandha għalhekk tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika kif stipulat fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

3.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe għajnuna de minimis li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tista’ tkun implimentata b’mod validu għal perjodu ta’ sitt xhur.

Artikolu 6

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 1860/2004 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “u s-setturi tas-sajd” għandhom jinbidlu b’ “settur”.

(b)

Fl-Artikolu 1, il-kliem “is-setturi ta’ l-agrikoltura jew tas-sajd” għandhom jinbidlu bis-“settur ta’ l-agrikoltura”.

(c)

Fl-Artikolu 2:

(i)

fil-punt (2) il-kliem “minbarra prodotti tas-sajd kif definiti fil-punt (5)” għandhom jinbidlu b’“minbarra prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000”;

(ii)

il-punti 4, 5 u 6 jitħassru.

(d)

Fl-Artikolu 3(2), għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

(e)

Fl-Artikolu 4(2), il-kliem “u s-sajd, rispettivament” għandhom jitħassru.

(f)

Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3), il-kliem “jew sajd” għandhom jitħassru.

(g)

L-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.

(2)  ĠU C 276, 14.11.2006, p. 7.

(3)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30.

(4)  ĠU L 325, 28.10.2004, p. 4.

(5)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 5.

(6)  ĠU C 229, 14.9.2004, p. 5.

(7)  Il-Kawża C-113/2000 Spanja v/il-Kummissjoni, [2002] ECR 2002 I-7601, punt 73.

(8)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(9)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(10)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(11)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.


ANNESS

Ammonti kumulattivi tas-sajd skond l-Istat Membru, kif jissemma fl-Artikolu 3(4)

(EUR)

BE

11 800 000

DK

433 000

DE

1 008 000

EL

57 650 000

ES

48 950 000

FR

3 718 000

IE

8 508 000

IT

18 015 000

LU

127 880 000

NL

138 550 000

AT

94 325 000

PT

1 562 000

FI

3 923 000

SE

5 233 000

UK

0

CZ

740 000

EE

255 000

CY

35 875 000

LV

620 000

LT

21 125 000

HU

15 688 000

MT

524 000

PL

338 000

SI

1 133 000

SK

7 075 000

BG

11 153 000

RO

102 725 000


25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 876/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2245/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċcembru 2001 dwar id-disinni Komunitarji (1), u partikolarment l-Artikolu 107 (3) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali ta’ Disinni Industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE (2) u l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 marbuta ma’ dan, jeħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni.

(2)

Għalhekk ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002 tal-21 ta’ Ottubru 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 dwar disinji Komunitarji (3) għandu jiġi emendat skond dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2245/2002 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 11a kif ġej:

“Artikolu 11a

Eżami tar-raġunijiet għar-rifjut

1.   Fejn, skond l-Artikolu 106e(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, l-Uffiċċju jsib, waqt li jkun qed jeżamina reġistrazzjoni internazzjonali li d-disinn li qed titfittex il-protezzjoni għalih ma jikkorrispondix mad-definizzjoni ta’ disinn prevista fl-Artikolu 3(a) ta’ dak ir-Regolament (jew li d-disinn imur kuntrarju għall-politika pubblika jew għall-prinċipji aċċettati ta’ moralità, għandu jibgħat avviż ta’ rifjut lill-Bureau Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (minn hawn ’il quddiem ‘il-Bureau Internazzjonali’) mhux iktar tard minn sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali, li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut skond l-Artikolu 12(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem ‘l-Att ta’ Ġinevra’) approvat bid-Deċiżjoni 2006/954/KE (*).

2.   L-Uffiċċju għandu jispeċifika limitu ta’ żmien sabiex id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkollu l-possibilità, skond l-Artikolu 106e(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, li jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Komunità, biex jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinni industrijali fir-rigward tal-Komunità jew biex iressaq osservazzjonijiet.

3.   Meta d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali huwa obbligat li jiġi rrappreżentat fil-proċeduri quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 77(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, in-notifika għandha jkollha referenza għall-obbligu tad-detentur biex jaħtar rappreżentant kif imsemmi fl-Artikolu 78(1) ta’ dak ir-Regolament.

Il-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis.

4.   Jekk id-detentur jonqos milli jaħtar rappreżentant fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali.

5.   Meta d-detentur iressaq osservazzjonijiet li għandhom jissodisfaw l-Uffiċċju fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-Uffiċċju għandu jirtira r-rifjut u jinnotifika l-Bureau Internazzjonali skond l-Artikolu 12(4) ta’ l-Att ta’ Ġinevra.

Fejn, skond l-Artikolu 12(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra, id-detentur ma jressaqx l-osservazzjonijiet li jissodisfaw l-Uffiċċju fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-uffiċċju għandu jikkonferma d-deċiżjoni li tirrifjuta l-protezzjoni għar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dik id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell skond it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 6/2002;

6.   Meta d-detentur jirrinunzja r-reġistrazzjoni internazzjonali, jew jillimita r-reġistrazzjoni internazzjonali għal wieħed jew xi wħud mid-disinji industrijali fir-rigward tal-Komunità, għandu jinforma l-Bureau Internazzjonali permezz ta’ proċedura ta’ reġistrar skond l-Artikolu 16(1)(iv) u (v) ta’ l-Att ta’ Ġinevra. Id-detentur jista’ jinforma l-Uffiċċju billi jressaq dikjarazzjoni korrispondenti.

(*)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28”;"

(2)

L-Artikolu 22 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 22

It-tiġdid tar-reġistrazzjoni tad-disinni Komunitarji

1.   Applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi:

(a)

l-isem tal-persuna li qed titlob it-tiġdid;

(b)

in-numru ta’ reġistrazzjoni;

(c)

fejn japplika, indikazzjoni li t-tiġdid intalab għad-disinni kollha koperti minn reġistrazzjoni multipla jew, jekk it-tiġdid ma ntalabx għad-disinni kollha bħal dawn, indikazzjoni ta’ dawk id-disinni li għalihom qed jintalab it-tiġdid.

2.   Id-drittijiet pagabbli skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għat-tiġdid ta’ reġistrazzjoni għandha tikkonsisti fi:

(a)

dritt għat-tiġdid, li, f’każijiet fejn bosta disinni huma koperti minn reġistrazzjoni multipla, għandha tkun proporzjonali għall-għadd ta’ disinni koperti bit-tiġdid;

(b)

fejn japplika, id-dritt addizzjonali għall-ħlas tard tad-dritt tat-tiġdid jew għat-tressiq tard tat-talba għat-tiġdid, skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 2246/2002.

3.   Jekk il-ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jsir skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2246/2002, dan għandu jitqies li jikkostitwixxi talba għat-tiġdid sakemm jinkludi l-indikazzjonijiet kollha mitluba skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament.

4.   Fejn l-applikazzjoni għat-tiġdid titressaq fil-limiti ta’ żmien previsti fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, iżda l-kundizzjonijiet l-oħra għat-tiġdid previsti fl-Artikolu 13 tagħha u f’dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-applikant dwar in-nuqqasijiet.

5.   Meta applikazzjoni għal tiġdid titressaq wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien previst fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, jew jekk d-drittijiet ma jitħallsux jew jitħallsu biss wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien rilevanti, jew jekk ma jinstabx rimedju għan-nuqqasijiet fil-limitu ta’ żmien speċifikat mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet u għandu javża d-detentur b’dan.

Fil-każ ta’ reġistrazzjoni multipla, fejn id-drittijiet imħallsa mhumiex biżżejjed biex ikopru d-disinni kollha li għalihom jintalab it-tiġdid, determinazzjoni bħal din issir biss wara li l-Uffiċċju jkun stabbilixxa liema disinni huma koperti mill-ammont imħallas.

Fin-nuqqas ta’ kriterji oħra li jistabbilixxu liema disinni huma maħsuba li jkunu koperti, l-Uffiċċju għandu jieħu d-disinni fl-ordni numeriku li fihom huma rrappreżentati skond l-Artikolu 2(4).

L-Uffiċċju għandu jiddetermina li r-reġistrazzjoni skadiet fir-rigward tad-disinni kollha li għalihom ma tħallsux id-drittijiet ta’ tiġdid jew li ma tħallsux id-drittijiet bis-sħiħ.

6.   Fejn id-determinazzjoni li saret skond il-paragrafu 5 tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jikkanċella d-disinn mir-Reġistru b’effett mill-għada tal-ġurnata ta’ l-iskadenza tar-reġistrazzjoni eżistenti.

7.   Fejn id-drittijiet tat-tiġdid previsti fil-paragrafu 2 tħallsu iżda r-reġistrazzjoni ma tkunx iġġeddet, dawk id-drittijiet għandhom jitħallsu lura.

8.   Tista’ tintbagħat applikazzjoni waħda għat-tiġdid ta’ żewġ disinni jew aktar, kemm jekk jagħmlu parti mill-istess reġistrazzjoni multipla u kemm jekk le, mal-ħlas tad-drittijiet mitluba għal kull wieħed mid-disinni, sakemm id-detenturi jew ir-rappreżentanti f’kull każ ikunu l-istess.”;

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu 22a kif ġej:

“Artikolu 22a

Tiġdid ta’ reġistrazzjonijiet internazzjonali għad-denominazzjoni tal-Komunità

Ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tiġġedded direttament fil-Bureau Internazzjonali skond l-Artikolu 17 ta’ l-Att ta’ Ġinevra.”;

(4)

Fl-Artikolu 31, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Meta l-Uffiċċju jiddikjara bħala invalidi l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju tal-Komunità; għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Bureau Internazzjonali meta din issir finali.”;

(5)

Fl-Artikolu 47, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Il-komunikazzjonijiet bejn l-Uffiċċju u l-Bureau Internazzjonali għandhom ikunu magħmula b’mod u f’format miftiehma reċiprokament, kull fejn possibbli b’mezzi elettroniċi. Kull referenza għal formoli għandha tiġi interpretata li tinkludi formoli disponibbli fil-format elettroniku.”;

(6)

Fl-Artikolu 71, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Uffiċċju għandu jipprovdi informazzjoni dwar reġistrazzjonijiet internazzjonali ta’ disinni għad-denominazzjoni tal-Komunità fil-forma ta’ link elettroniku għad-database għat-tfittix miżmuma mill-Bureau Internazzjonali.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 14).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28.

(3)  ĠU L 341, 17.12.2002, p. 28.


25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 877/2007

ta’ l-24 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinni industrijali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-Disinni Komunitarji (1), u partikolarment l-Artikolu 107(2) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ‘il quddiem “l-Att ta’ Ġinevra”) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE (2) u l-emendi tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 marbuta miegħu, jeħtieġ li jiġu adottati ċerti miżuri ta’ implimentazzjoni dwar id-drittijiet li jridu jitħallsu lill-Bureau Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali.

(2)

L-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 jipprevedi li d-drittijiet preskritti għad-denominazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(1) ta’ l-Att ta’ Ġinevra jiġu sostitwiti bi dritt ta’ denominazzjoni individwali.

(3)

L-ammont ta’ dak id-dritt huwa stabbilit fid-Dikjarazzjoni dwar is-sistema ta’ drittijiet individwali mehmuża mad-Deċiżjoni 2006/954/KE, li saret skond l-Artikolu 7(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra.

(4)

Sabiex tkun żgurata l-flessibilità meħtieġa u biex jitħaffef il-pagament tad-drittijiet, huwa xieraq li r-regoli jikkonformaw mar-regoli applikabbli għad-drittijiet tad-disinni bir-regoli applikabbli għad-drittijiet tat-trademarks stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2869/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (iTrade Marks u Disinni) (3) billi jinżamm l-użu tal-flus kontanti u ċ-ċekkijiet bħala mezzi ta’ ħlas.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2246/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji (4) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet, ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni u l-proċedura tal-Bordijiet ta’ Appell ta’ l-Uffiċċju ta’ Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (trade marks u disinni),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2246/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)

drittijiet pagabbli lil:

(a)

l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (minn hawn ‘il quddiem l-‘Uffiċċju’) fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2245/2002;

(b)

il-Bureau Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar il-Proprjetà Intellettwali fuq il-bażi ta’ l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali adottat fit-2 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il quddiem ‘l-Att ta’ Ġinevra’) approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/954/KE (*);

(2)

il-ħlasijiet stabbiliti mill-President ta’ l-Uffiċċju.

(*)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28.”"

(2)

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Id-drittijiet

1.   Id-drittijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 6/2002 u r-Regolament (KE) Nru 2245/2002 li għandhom jitħallsu lill-Uffiċċju huma stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-drittijiet individwali ta’ denominazzjoni pagabbli lill-Bureau Internazzjonali fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 7(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra flimkien ma’ l-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u l-Artikolu 13(1) ta’ dak ir-Regolament u l-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.”

(3)

F’Artikolu 5, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Drittijiet u ħlasijiet dovuti lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bl-euro permezz ta’ pagament jew trasferiment f’kont bankarju f’isem l-Uffiċċju.”

(4)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-data li fiha jitqies li sar kwalunkwe pagament lill-Uffiċċju għandha tkun id-data li fiha proprju jiddaħħal l-ammont tal-pagament fil-kont bankarju ta’ l-Uffiċċju.”;

(b)

Fil-Paragrafu 3, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

ingħatat ordni kif jixraq lil stabbiliment tas-servizzi bankarji biex jittrasferixxi l-ammont tal-pagament fi Stat Membru fil-perjodu li fih kellu jsir il-pagament; u”.

(5)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt 1a li ġej għandu jiddaħħal fit-Tabella:

“1a.

Dritt tad-Denominazzjoni Individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; L-Artikolu 7(2) ta’ l-Att ta’ Ġinevra - (għal kull disinn)

62 ”

(b)

il-punt 11a li ġej għandu jiddaħħal fit-Tabella:

“11a.

Dritt ta’ tiġdid individwali għal reġistrazzjoni internazzjonali (l-Artikolu 13(1) u 106c tar-Regolament (KE) Nru 6/2002; L-Artikolu 22(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 għal kull disinn:

 

(a)

għall-ewwel perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(b)

għat-tieni perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(c)

għat-tielet perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31

(d)

għar-raba’ perjodu ta’ tiġdid – (kull disinn)

31 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ The Hague dwar ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tad-Disinni Industrijali tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Komunità Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006 (GU L 386, 29.12.2006, p. 14).

(2)  ĠU L 386, 29.12.2006, p. 28.

(3)  ĠU L 303, 15.12.1995, p. 33. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1687/2005 (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 14).

(4)  ĠU L 341, 17. 12.2002, p. 54.


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/18


DEĊIŻJONI Nru 878/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Lulju 2007

li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 280 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-Komunità u l-Istati Membri poġġew l-objettiv għalihom infushom li jiġġieldu kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluż il-kuntrabandu ta’ sigaretti u l-falsifikazzjoni. Għandu jsir użu ta’ kull mezz disponibbli sabiex jinkiseb dak l-objettiv, filwaqt li jinżammu kif inhuma d-distribuzzjoni u l-bilanċ attwali tar-responsabbiltajiet bejn il-livell nazzjonali u dak Komunitarju.

(2)

Attivitajiet li jkollhom l-għan li jagħtu informazzjoni aħjar, li jwettqu studji u li jipprovdu taħriġ jew għajnuna teknika jgħinu ħafna biex itejbu l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

(3)

L-appoġġ għal dawn l-inizjattivi fil-forma ta’ għotjiet ħalaq il-possibiltà’ fil-passat li jitjiebu l-attivitajiet tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità’, u li jwettqu l-għanijiet previsti fil-Programm Erkole għall-perijodu bejn l-2004 u l-2006.

(4)

L-Artikolu 7(a) tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ l-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-implimentazzjoni tal-programm Erkole u dwar jekk ikunx xieraq li jitkompla. Il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport jiddikjaraw li l-għanijiet stabbiliti mill-programm Erkole ntlaħqu. Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjoni li l-programm jiġi estiż għall-perijodu bejn l-2007 u l-2013.

(5)

Biex ikunu kkonsolidati l-attivitajiet tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluża l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti, il-programm il-ġdid għandu jiġbor flimkien l-ispejjeż operattivi kollha relatati ma’ l-attivitajiet ġenerali tal-ġlieda kontra l-frodi tal-Kummissjoni (OLAF) f’att bażiku uniku.

(6)

L-għoti ta’ għotjiet u ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku biex jippromwovi u jimplimenta l-programm għandu jitwettaq skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu. Huwa xieraq li l-għotjiet operattivi jiġu eklużi mill-programm minħabba li fil-passat dawn ma kinux użati bħala mezz biex jappoġġjaw l-inizjattivi.

(7)

L-Istati li qed jaderixxu u dawk kandidati għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programm Erkole II skond memorandum ta’ ftehim li għandu jiġi mfassal skond il-ftehim ta’ qafas rispettivi.

(8)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura baġitarja annwali,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE hija b’ dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“Artikolu 1

Objettivi tal-programm

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju sabiex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità’. Il-programm għandu jissejjaħ il-programm Erkole II (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ’il-programm’).

2.   Il-programm għandu jippromwovi attivitajiet skond il-kriterji ġenerali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Għandu jikkonċentra fuq l-objettivi li ġejjin b’mod partikulari:

(a)

it-titjib tal-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxipplinarja bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-OLAF;

(b)

il-bini ta’ netwerks fl-Istati Membri, fil-pajjiżi aderenti u fil-pajjiżi kandidati kollha – skond memorandum ta’ ftehim – li jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattika, filwaqt li jirrispettaw ukoll it-tradizzjonijiet distinti ta’ kull Stat Membru;

(ċ)

l-għoti ta’ appoġġ tekniku u operazzjonali lill-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra attivitajiet transkonfinali illegali, li jenfasizza l-appoġġ għall-awtoritajiet tad-dwana;

(d)

li, mingħajr ma titnaqqas l-effikaċja operattiva, jinstab bilanċ ġeografiku permezz ta’ l-inklużjoni, jekk ikun possibbli, ta’ l-Istati Membri, il-pajjiżi li qed jaderixxu u l-istati kandidati kollha – skond memorandum ta’ ftehim – fl-attivitajiet iffinanzjati taħt il-programm;

(e)

it-tkattir u l-intensifikazzjoni tal-miżuri fl-oqsma identifikati bħala dawk l-aktar sensittivi, b’mod partikulari fil-qasam tal-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti.”

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 1a

Attivitajiet

Il-programm għandu jkun implimentat permezz ta’ l-attivitajiet li ġejjin fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, inkluż fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni tas-sigaretti:

(a)

għajnuna teknika għall-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’:

(i)

l-għoti ta’ għarfien speċifiku, tagħmir u għodda tat-teknoloġija ta’ l-informatika (IT) li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni ma’ l-OLAF,

(ii)

l-appoġġ għal operazzjonijiet konġunti,

(iii)

it-titjib fl-iskambji tal-persunal;

(b)

taħriġ, seminars u konferenzi li jkollhom l-għan li:

(i)

jrawmu għarfien aħjar tal-mekkaniżmi Komunitarji u nazzjonali,

(ii)

jagħmlu skambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri, fil-pajjiżi li qed jaderixxu u fil-pajjiżi kandidati,

(iii)

jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ l-Istati Membri, tal-pajjiżi li qed jaderixxu, tal-pajjiżi kandidati u ta’ pajjiżi terzi,

(iv)

ixerrdu l-għarfien, b’mod partikulari dak ta’ natura operattiva,

(v)

jappoġġjaw attivitajiet ta’ riċerka ta’ livell għoli, inklużi studji,

(vi)

itejbu l-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi,

(vii)

jissensibilizzaw lill-ġudikatura u lill-fergħat oħra tal-professjoni legali għall-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

(ċ)

appoġġ permezz ta’:

(i)

l-iżvilupp u l-għoti ta’ ġabriet ta’ data u għodod ta’ l-IT speċifiċi li jiffaċilitaw l-aċċess għad-data u l-analiżi tagħha,

(ii)

żieda fl-iskambju tad-data,

(iii)

l-iżvilupp u l-għoti ta’ għodod ta’ l-IT għall-investigazzjonijiet u għax-xogħol ta’ monitoraġġ u intelliġenza.”

(3)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Finanzjament Komunitarju

1.   Il-finanzjament Komunitarju jista’ jieħu l-forom ġuridiċi li ġejjin skond ir- Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002:

(a)

għotjiet;

(b)

kuntratti ta’ akkwist pubbliku.

2.   Sabiex jikkwalifikaw għal għotja Komunitarja għal attività’ maħsuba sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità’, il-benefiċjarji ta’ l-għotjiet għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Din l-attività’ għandha tkun konformi mal-prinċipji bażiċi ta’ l-attività’ tal-Komunità’ fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità’ u tqis il-kriterji speċifiċi stabbiliti fis-sejħiet għal proposti relatati, skond il-prijoritajiet stabbiliti fil-programm annwali ta’ għotjiet li jagħti d-dettalji tal-kriterji ġenerali stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-finanzjament Komunitarju għandu jkopri, permezz tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew bl-għoti ta’ għotjiet, l-ispejjeż operattivi marbuta ma’ l-attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

4.   L-attivitajiet imwettqa mill-korpi li jistgħu jirċievu finanzjament Komunitarju (Kuntratt ta’ akkwist pubbliku jew għotja) taħt il-programm għandhom ikunu taħt l-intestatura ta’ azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-miżuri Komunitarji sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji u għandhom iwettqu l-objettivi ta’ interess ġenerali Ewropew f’dan il-qasam jew objettiv li huwa parti mill-politika ta’ l-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.”

(4)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 2a

Korpi eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju

Il-korpi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju taħt il-programm:

(a)

l-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali kollha ta’ Stat Membru jew pajjiż barra l-Komunità, kif definit fl-Artikolu 3, li jippromwovu t-tisħiħ ta’ l-azzjoni Komunitarja sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità,

(b)

l-istituti ta’ riċerka u edukazzjoni kollha li kellhom personalità ġuridika għal mill-inqas sena u li huma stabbiliti u joperaw fi Stat Membru jew f’pajjiż barra l-Komunità, kif definit fl-Artikolu 3, u li jippromwovu t-tisħiħ ta’ l-azzjoni Komunitarja sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità,

(ċ)

il-korpi kollha bla finijiet ta’ qligħ li kellhom personalità ġuridika għal mill-inqas sena u li huma stabbiliti jew joperaw fi Stat Membru jew f’pajjiż barra l-Komunità, kif definit fl-Artikolu 3, u li jippromwovu t-tisħiħ ta’ l-azzjoni Komunitarja sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità.

Artikolu 2b

Għażla tal-benefiċjarji

Korpi intitolati li jirċievu għotja għal attività skond l-Artikolu 2a għandhom jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għal proposti, skond il-prijoritajiet stabbiliti fil-programm ta’ għotjiet annwali, li jiddettalja il-kriterji ġenerali stabbiliti f’ din id-Deċiżjoni. Għotjiet mogħtija għal attività koperta bil-programm għandha tilħaq il-kriterji ġenerali stabbiliti f’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2c

Kriterji għall-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal għotjiet

L-applikazzjonijiet għal għotjiet għal attivitajiet għandhom jiġu evalwati fid-dawl ta’:

(a)

il-konsistenza ta’ l-attività proposta f’rabta ma’ l-objettivi tal-programm,

(b)

il-komplementarjetà ta’ l-attività proposta ma’ attivitajiet megħjuna oħrajn,

(ċ)

il-fattibilità ta’ l-attività proposta, jiġifieri l-possibiltà reali li tista’ titwettaq bl-użu tal-mezzi proposti,

(d)

il-proporzjon bejn spiża u gwadann ta’ l-attività proposta,

(e)

l-utilità miżjuda ta’ l-attività proposta,

(f)

id-daqs tal-pubbliku mmirat mill-attività proposta,

(g)

l-aspetti transnazzjonali u multidixxiplinarji ta’ l-attività proposta,

(h)

l-ambitu ġeografiku tal-miżura proposta.

Artikolu 2d

Spiża eliġibbli

Skond l-Artikolu 2(4), meta tiġi kkalkulata l-għotja, għandha titqies biss l-ispiża meħtieġa għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-attività.

Spiża marbuta mal-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-pajjiżi tal-Balkani li jiffurmaw parti mill-proċess ta’ stabilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni għall-pajjiżi ta’ l-Ewropa tax-Xlokk (*), il-Federazzjoni Russa, il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat (**), u ċerti pajjiżi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehim għal assistenza reċiproka fi kwistjonijiet doganali, għandha tkun eliġibbli wkoll.

(*)  L-Albanija, il-Bosnija u Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja."

(**)  L-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Moldova, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina.”"

(5)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (a) għandu jinbidel bit-test li ġej:

“(a)

l-istati li qed jaderixxu;”

(b)

Il-punti (ċ) u (d) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(ċ)

il-pajjiżi kandidati assoċjati ma’ l-Unjoni Ewropea skond il-kundizzjonijiet previsti fil-ftehim ta’ assoċjazzjoni jew fil-protokolli addizzjonali tagħhom dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi Komunitarji konklużi jew li jridu jiġu konklużi ma’ dawk il-pajjiżi.”

(6)

L-Artikolu 4 għandu jiġi mibdul b’ dan li ġej:

“Artikolu 4

Implimentazzjoni

Il-finanzjament Komunitarju għandu jiġi implimentat skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.”

(7)

L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

80 % tan-nefqa eliġibbli għal miżuri ta’ taħriġ, għal promozzjoni ta’ skambju ta’ persunal speċjalizzat u għaż-żamma ta’ seminars u konferenzi, kemm-il darba l-benefiċjarji jkunu dawk imsemmija fl-Artikolu 2a(a);”

(b)

Il-paragrafu 1 (c) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(ċ)

90 % tan-nefqa eliġibbli għaż-żamma ta’ seminars u konferenzi, eċċ., kemm-il darba l-benefiċjarji jkunu dawk imsemmija fl-Artikolu 2a(b) u (ċ).”

(ċ)

Il-Paragrafu 2 għandu jiġi mħassar.

(8)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

Kontrolli u verifiki

1.   Il-benefiċjarju ta’ għotja għandu jiżgura li, fejn ikun applikabbli, id-dokumenti ta’ prova li jinsabu fil-pussess ta’ l-imsieħba jew tal-membri jkunu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

2.   Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifika ta’ l-użu li jkun sar mill-finanzjament tal-Komunità jew permezz tal-persunal tagħha stess jew permezz ta’ korp estern ikkwalifikat li tagħżel hi. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu matul il-perijodu ta’ validità’ kollu tal-kuntratt jew ftehim u għal perijodu ta’ ħames snin mill-aħħar pagament. Fejn ikun xieraq, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta’ rkupru mill-Kummissjoni.

3.   Il-persunal tal-Kummissjoni u l-persunal estern awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom drittijiet xierqa ta’ aċċess għal siti u bini fejn titwettaq l-azzjoni u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa biex jitwettqu dawn il-verifiki msemmija fil-paragrafu 2.

4.   Il-Qorti ta’ l-Awdituri u l-OLAF għandhom igawdu mill-istess drittijiet, speċjalment mid-drittijiet ta’ aċċess, bħall-persuni msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Barra minn hekk, sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn, il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post taħt dan il-programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (***). Fejn ikun meħtieġ, l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-OLAF u għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****);

(***)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2."

(****)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.”"

(9)

L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Il-Programm huwa estiż mill-1 ta’ Jannar 2007 u jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2013.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm għall-perijodu 2007 sa 2013, għandu jkun ta’ EUR 98 525 000.”

(10)

L-Artikolu 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 7

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-Kummissjoni (OLAF) għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-programm. Għandha tiġi inkluża informazzjoni dwar il-konsistenza u l-komplementarjetà ma’ programmi u attivitajiet oħrajn fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea.

Sal-31 ta’ Diċembru 2010, għandha ssir evalwazzjoni indipendenti ta’ l-implimentazzjoni tal-programm, inkluż eżami tar-rendiment u tal-kisba ta’ l-objettivi tal-programm.

Sal-31 ta’ Diċembru 2014 il-Kummissjoni, abbażi ta’ data mill-OLAF, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba ta’ l-objettivi tal-programm.”

(11)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Immaniġġjar tal-programm

Fuq il-bażi ta’ analiżi ta’ l-effettività fl-infiq, il-Kummissjoni tista’ timpjega esperti u tagħmel użu minn kwalunkwe forma oħra ta’ għajnuna teknika u amministrattiva li ma tinvolvix dmirijiet ta’ awtorità pubblika mogħtija biex isiru minn barra skond kuntratti ta’ servizz ad hoc. Hi tista’ wkoll tiffinanzja studji u torganizza laqgħat ta’ esperti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-programm, u tieħu miżuri ta’ informazzjoni, pubblikazzjoni u tixrid marbuta b’mod dirett mat-twettiq ta’ l-objettivi tal-programm.”

(12)

L-Anness għandu jitħassar.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)  ĠU C 302, 12.12.2006, p. 41.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007.

(3)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

25.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 193/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Lulju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE dwar laħam tal-majjal minn ħnieżer li tlaqqmu b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment fir-Rumanija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3418)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/522/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE tat-23 ta’ Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ emerġenza ta’ dawk il-ħnieżer u ħnieżer f’azjendi kontra dik il-marda fir-Rumanija (2) kienet adottata sabiex tikkumbatti d-deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru.

(2)

L-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni japprova l-pjan imressaq mir-Rumanija quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2006 għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer f’azjendi tal-ħnieżer b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment (“il-pjan approvat”).

(3)

L-Artikolu 5(ċ) tad-Deċiżjoni 2006/802/KE jistipula li r-Rumanija għandha tiżgura li l-laħam tal-majjal miksub mill-ħnieżer imlaqqma skond l-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni jkun limitat għall-konsum domestiku privat jew għall-forniment dirett, mill-produttur, ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali jew lis-suq lokali fl-istess muniċipalità u ma jintbagħatx lejn Stati Membri oħra. L-Artikolu 5(b) ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi l-immarkar speċjali ta’ tali laħam tal-majjal.

(4)

Il-pjan approvat jipprevedi l-moviment ta’ ħnieżer domestiċi minn azjendi mhux professjonisti u tal-laħam tal-majjal, prodotti tal-ħanżir u prodotti sekondarji minn dawk il-ħnieżer huwa pprojbit, minbarra għal konsum tal-familja fl-azjenda ta’ oriġini. Fejn xieraq, annimali ħajjin jistgħu jiġu kkummerċjalizzati esklussivament fis-suq lokali.

(5)

Fit-3 ta’ Mejju 2007, ir-Rumanija ppreżentat lill-Kummissjoni emenda għall-pjan approvat. Il-pjan approvat, kif emendat, jawtorizza, taħt ċerti kondizzjonijiet, il-moviment dirett ta’ ħnieżer minn azjendi iżgħar jew mhux professjonisti u, fejn it-tilqima ta’ emerġenza b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment twettqet skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/802/KE, għand biċċerija li tinsab fl-istess kontea bħal dik ta’ l-azjenda ta’ l-oriġini jew, jekk ma teżisti l-ebda biċċerija f’dik il-kontea, għand biċċerija li tinsab f’kontea li tmiss magħha.

(6)

Barra minn dan, ir-Rumanija talbet deroga temporanja mill-Artikolu 5(ċ) tad-Deċiżjoni 2006/802/KE sal-31 ta’ Awissu 2007 sabiex tkun tista’ tikkummerċjalizza l-laħam tal-majjal miksub minn dawk il-ħnieżer fil-livell ta’ kontea fid-dawl tad-diffikultajiet kbar li qamu sabiex jinstab suq lokali suffiċjenti fil-muniċipalità.

(7)

L-emenda għall-pjan approvat u t-talba għal deroga mill-Artikolu 5(ċ) tad-Deċiżjoni 2006/802/KE huma kompatibbli ma’ l-għan tal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija. Minkejja dan, fl-interessi tas-saħħa ta’ l-annimali, id-deroga għandha tkun soġġetta għal ċerti kundizzjonijet, b’mod partikolari, il-laħam tal-majjal li qed jitqies għandu jkun immarkat b’marka speċjali sabiex tiggarantixxi traċċabilità sħiħa u ma għandux jintbagħat lejn Stati Membri oħra.

(8)

Id-Deċiżjoni 2006/802/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/802/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Pjan għat-tilqim ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer ta’ ħnieżer f’azjendi b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment

Il-pjan imressaq mir-Rumanija quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2006, kif emendat bl-emenda ppreżentata lill-Kummssjoni fit-3 ta’ Mejju 2007, għat-tilqima ta’ emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ta’ l-azjendi b’tilqima ħajja attenwata konvenzjonalment, fiż-żona kif stipulata fil-punt 4 ta’ l-Anness, huwa approvat.”

(2)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Deroga mill-kondizzjoni stipulata fl-Artikolu 5(ċ)

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(ċ), ir-Rumanija tista’ tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tal-majjal, miksub minn ħnieżer imlaqqma skond l-Artikolu 4 għas-suq lokali fl-istess kontea bħall-azjenda ta’ l-oriġini ta’ dawk il-ħnieżer sakemm huwa:

(a)

kien irreġistrat fil-biċċerija skond l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti;

(b)

inżamm u nħażen separatament mil-laħam tal-majjal mhux imsemmi f’dan l-Artikolu;

(ċ)

mmarkat b’marka speċjali ta’ saħħa jew ta’ identifikazzjoni li:

(i)

hija differenti mill-marki msemmija fl-Artikolu 5(b);

(ii)

ma tistax ma tkunx distinta miit-timbru tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/779/KE;

(d)

jista’ jintbagħat biss lil stabbilimenti fi ħdan l-istess kontea bħall-azjenda ta’ l-oriġini tal-ħnieżer;

(e)

huwa akkumpanjat b’ċertifikat maħruġ minn veterinarju uffiċjali, li jispeċifika l-oriġini, l-identifikazzjoni u d-destinazzjoni tal-laħam tal-majjal.

2.   Il-laħam tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 mhux ser jintbagħat lejn l-Istati Membri l-oħra.”

Artikolu 2

Il-Rumanija għandha tiżgura li l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma’ din id-Deċiżjoni jittieħdu immedjatament u tippubblika dawn il-miżuri. Għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) għandu japplika sal-31 ta’ Awissu 2007.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34.