ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
21 ta' Lulju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 856/2007 tas-16 ta’ Lulju 2007 li jestendi s-sospensjoni tad-dazju definittiv ta’ l-antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 215/2002 fuq importazzjonijiet tal-ferro molybdenum li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2007 ta' l-20 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 858/2007 ta’ l-20 ta’ Lulju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Settembru sat-30 ta' Novembru 2007

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2007 ta’ l-20 ta’ Lulju 2007 li jemenda għat-82 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 860/2007 ta’ l-20 ta’ Lulju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

10

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/513/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Konvenzjoni emendata dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari

12

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika skond l-Artikoli 18(4) u 17(3) tas-CPPNM

14

 

 

2007/514/Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 li taħtar membri tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom

15

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/515/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2007 dwar il-miżura implimentata mill-Ġermanja favur il-Bavaria Film GmbH – C 51/03 (eks NN 57/03) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1170)  ( 1 )

18

 

 

2007/516/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2007 li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers li għandu jitwettaq fl-Istati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3440)

25

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/517/PESK tas-16 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK dwar l-istabbiliment ta’ tim ta’ l-UE biex jikkontribwixxi għat-tħejjijiet ta’ l-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR)

38

 

 

 

*

Avviż lil qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 856/2007

tas-16 ta’ Lulju 2007

li jestendi s-sospensjoni tad-dazju definittiv ta’ l-antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 215/2002 fuq importazzjonijiet tal-ferro molybdenum li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 215/2002 (2), impona dazju definittiv ta’ l-antidumping fuq importazzjonijiet tal-ferro molybdenum li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-RPĊ), li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 7202 70 00 (il-prodott ikkonċernat). Ir-rata tad-dazju ta’ l-antidumping hija ta’ 22.5 %.

(2)

Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2006/714/KE (3), issospendiet għal perjodu ta’ disa’ xhur id-dazju definittiv ta’ l-antidumping impost bir-Regolament (KE) Nru 215/2002 dwar importazzjonijiet tal-ferro molybdenum li joriġina mir-RPĊ.

(3)

Id-deċiżjoni li tissospendi d-dazju definittiv ta’ l-antidumping impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2002 ittieħdet skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku li jgħid illi, fl-interess Komunitarju l-miżuri ta’ l-antidumping jistgħu jiġu sospiżi minħabba li l-kondizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament sal-punt li l-ħsara li ssir x’aktarx li ma tkunx tista’ titranġa minħabba s-sospensjoni, sakemm l-industrija Komunitarja tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta u li dawn il-kummenti jkunu ġew ikkunsidrati.

(4)

Il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni 2006/714/KE li d-dannu marbut ma’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ x’aktarx ma kienx se jkompli bħala riżultat tas-sospensjoni minħabba l-bidla temporanja fil-kundizzjonijiet tas-suq, u b’mod partikolari l-livell għoli ta’ prezzijiet tal-prodott ikkonċernat prattikat fis-suq tal-Komunità, li kien ferm ogħla mil-livell dannuż misjub fl-investigazzjoni oriġinali, flimkien ma’ l-allegat żbilanċ ta’ domanda-forniment tal-prodott ikkonċernat.

(5)

Il-Kummissjoni fid-Deċiżjoni 2006/714/KE obbligat ruħha li tissorvelja l–iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u li tirrevoka s-sospensjoni fil-każ ta’ żieda fil-volumi ta’ prezzijiet iddampjati tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ u konsegwentement id-dannu ikkawżat lill-Industrija tal-Komunità.

(6)

Fil-31 ta’ Ottubru 2006 reviżjoni interim ex ufficio inbdiet permezz ta’ notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (4) minħabba li l-corpus ta’ evidenza li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Kummissjoni indika li ċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom kienu stabbiliti l-miżuri eżistenti inbidlu sal-grad li l-miżuri eżistenti jistgħu ma jkunux aktar adegwati u li ċerti bidliet jidhru li huma ta’ natura dejjiema.

B.   Il-BAŻI

(7)

L-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jipprevedi li, fl-interess tal-Komunità, miżuri ta’ l-antidumping jistgħu jiġu sospiżi għal perjodu ta’ disa’ xhur imma s-sospensjoni tista’ tiġi sospiża għal perjodu itwal, li ma jaqbiżx sena, jekk il-Kunsill jiddeċiedi dan, filwaqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

(8)

Minn mindu ġiet sospiża l-miżura ma kienx hemm bidla fis-sitwazzjoni stabbilita fil-premessi (5) sa (10) tad-Deċiżjoni 2006/714/KE fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Kienu biss volumi insinifikanti ta’ ferro molybdenum li joriġinaw mir-RPĊ li ġew importati fil-KE.

(9)

Fir-rigward tar-reviżjoni interim sħiħa ex ufficio qed jiġi mfakkar li din għandha tiġi konkluża fi żmien 15-il xahar mill-bidu, i.e. mill-31 ta’ Jannar 2008.

Ċ.   KONKLUŻJONI

(10)

Minħabba li s-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità baqgħet ma nbidlitx wara s-sospensjoni tad-dazju ta’ l-antidumping f’Ottubru 2006 u minħabba li r-reviżjoni interim għadha ma ġietx konkluża, hija kkunsidrata adatta s-sospensjoni tal-miżuri fis-seħħ skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi tal-prinċipju ġenerali tat-tbassir tal-flussi tal-kummerċ u b’antiċipazzjoni tar-riżultati finali tar-reviżjoni interim imwettqa bħalissa qed jiġi konkluż li s-sospensjoni tal-miżuri fis-seħħ għandha tiġi estiża sal-31 ta’ Jannar 2008, i.e. sal-limitu finali taż-żmien għall-konklużjoni tar-reviżjoni interim. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni għalfejn l-estensjoni tas-sospensjoni ma tkunx fl-interess Komunitarju.

(11)

Skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-industrija Komunitarja dwar l-intenzjoni tagħha li testendi s-sospensjoni tal-miżuri fis-seħħ ta’ l-antidumping. L-industrija tal-Komunità ingħatat l-opportunità li tikkummenta imma l-kummenti tagħha ma bidlux il-konklużjoni li s-sitwazzjoni baqgħet kif stabbilita fid-Deċiżjoni 2006/714/KE.

(12)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li r-rekwiżiti kollha għall-estensjoni tas-sospensjoni tad-dazju ta’ l-antidumping impost fuq il-prodott ikkonċernat intlaħqu, bi qbil ma’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, id-dazju ta’ l-antidumping li kien impost mir-Regolament (KE) Nru 215/2002 għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Jannar 2008.

(13)

Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Jekk f’xi ħin tinħoloq sitwazzjoni fejn jerġa’ jkun hemm żieda ta’ volumi fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ mixtrija taħt il-prezz u konsegwentement jikkawżaw ħsara fl-industrija Komunitarja, il-Kummissjoni terġa’ tipproponi li ddaħħal id-dazju ta’ l-antidumping billi tħassar is-sospensjoni attwali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni tad-dazju definittiv ta’ l-antidumping impost, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2002 fuq importazzjonijiet tal-ferro-molibdenum, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 7202 70 00, u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) hija b’dan estiża sal-31 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 35, 6.2.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 293, 24.10.2006, p. 15.

(4)  ĠU C 262, 31.10.2006, p. 28.


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 857/2007

ta' l-20 ta’ Lulju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 756/2007 (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 41).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

52,4

TR

106,7

ZZ

79,6

0707 00 05

MK

68,1

TR

145,6

ZZ

106,9

0709 90 70

TR

87,6

ZZ

87,6

0805 50 10

AR

55,2

UY

55,7

ZA

61,2

ZZ

57,4

0808 10 80

AR

89,3

BR

89,3

CA

101,7

CL

85,0

CN

87,0

NZ

99,5

US

105,3

UY

36,3

ZA

97,9

ZZ

87,9

0808 20 50

AR

70,7

CL

82,3

NZ

99,2

TR

138,6

ZA

112,3

ZZ

100,6

0809 10 00

TR

174,3

ZZ

174,3

0809 20 95

CA

324,1

TR

287,4

US

354,3

ZZ

321,9

0809 30 10 , 0809 30 90

TR

163,9

ZZ

163,9

0809 40 05

IL

135,2

ZZ

135,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 858/2007

ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Settembru sat-30 ta' Novembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u jintroduċi sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

(2)

Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

(3)

Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2007, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 imsemmi, jistgħu jkunu sodisfatti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Lulju 2007 u mibgħuta lill-Kummissjoni sal-15 ta' Lulju 2007, għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


ANNESS

Oriġini

Numru ta' l-ordni

Koeffiċjent ta' allokazzjoni

L-Arġentina

Importaturi tradizzjonali

09.4104

X

Importaturi ġodda

09.4099

X

Iċ-Ċina

Importaturi tradizzjonali

09.4105

25,646149  %

Importaturi ġodda

09.4100

0,575177  %

Pajjiżi terzi oħra

Importaturi tradizzjonali

09.4106

100  %

Importaturi ġodda

09.4102

62,084331  %

“X”

:

Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 859/2007

ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

li jemenda għat-82 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fid-9 ta' Lulju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika s-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 844/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 24).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni “Agha, Abdul Rahman (Prim Imħallef tal-Qorti Militari).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Rahman Agha. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Prim Imħallef tal-Qorti Militari tar-reġim Tabilan. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: id-distrett ta' Arghandab, fil-provinċja ta' Kandaħar, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(2)

L-annotazzjoni “Agha, Saed M. Azim, Maulavi (Dipartiment tal-Passporti u l-Viżi).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Sayed Mohammad Azim Agha. (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1966. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(3)

L-annotazzjoni “Hamidullah, Mullah, Kap ta' Ariana Afghan Airlines” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Hamidullah Akhund. Titolu: Mullah. Funzjoni: Kap ta' Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(4)

L-annotazzjoni “Mohammad Hassan. Titolu: (a) Mullah, (b) Hadji. Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) Prim Viċi-President tal-Kunsill tal-Ministri (ir-reġim Taliban), (b) mill-fazzjoni ta' Malwhavi Khaalis, waħda mis-seba' fazzjonijiet tal-Ġiħad kontra s-Sovjetiċi, (c) gradwat minn madrrassa fi Queta, il-Pakistan, (d) kollaboratur qrib ta' Mullah Omar.” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Hassan Akhund. Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Funzjoni: (a) Prim Viċi-President tal-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Affarijiet Barranin qabel Wakil Ahmad Mutawakil taħt ir-reġim Taliban, (c) Gvernatur ta' Kandaħar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1958. Post tat-twelid: Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan. Informazzjoni oħra: (a) mill-fazzjoni tal-Malwhavi Khaalis, waħda mis-seba' fazzjonijiet tal-Ġiħad kontra s-Sovjetiċi, (b) gradwat minn madrrassa fi Quetta, il-Pakistan, (c) kollaboratur qrib ta' Mullah Omar.”

(5)

L-annotazzjoni “Anwari, Mohammad Tahre, Mullah (Affarijiet Amministrattivi)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Muhammad Taher Anwari (magħruf bħala (a) Mohammad Taher Anwari, (b) Haji Mudir). Titolu: Mullah. Funzjoni: Direttur ta' l-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi tat-Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1961. Post tat-twelid: id-distrett ta' Zurmat, fil-provinċja ta' Paktja, l-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(6)

L-annotazzjoni “Faiz, Maulavi (Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Faiz. Titolu: Maulavi. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1969. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(7)

L-annotazzjoni “Hanif, Qari Din Mohammad (Ministru ta' l-Ippjanar).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Din Mohammad Hanif (magħruf bħala Qari Din Mohammad). Titolu: Qari. Funzjoni: (a) Ministru ta' l-Ippjanar tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1955. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Badakhshan fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(8)

L-annotazzjoni “Hottak, Abdul Rahman Ahmad, Maulavi (Deputat Ministru (Kulturali) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura)” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Rahman Ahmad Hottak (magħruf bħala Hottak Sahib). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Kulturali) ta' l-Informazzjoni u l-Kultura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1957. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Ghazni fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(9)

L-annotazzjoni “Jalal, Noor, Maulavi (Deputat Ministru (Amministrattiv) ta' l-Affarijiet Interni).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Noor Jalal (magħruf bħala Nur Jalal). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru (Amministrattiv) ta' l-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1960. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Kunar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(10)

L-annotazzjoni “Motasem, Abdul Wasay Aghajan, Mullah (Ministru tal-Finanzi).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Abdul Wasay Agha Jan Motasem (magħruf bħala Mutasim Aga Jan). Titolu: Mullah. Funzjoni: Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor l-1968. Post tat-twelid: Il-belt ta' Kandaħar fl-Afganistan. Nazzjonalità: Afgan.”

(11)

L-annotazzjoni “Naim, Mohammad, Mullah (Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili).” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Mohammad Naim (magħruf bħala Mullah Naeem). Titolu: Mullah. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Nazzjonalità: Afgan.”


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 860/2007

ta’ l-20 ta’ Lulju 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 36.

(4)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mill-21 ta’ Lulju 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

22,10

5,25

1701 11 90  (1)

22,10

10,48

1701 12 10  (1)

22,10

5,06

1701 12 90  (1)

22,10

10,05

1701 91 00  (2)

23,43

14,01

1701 99 10  (2)

23,43

9,00

1701 99 90  (2)

23,43

9,00

1702 90 99  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Konvenzjoni emendata dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari

(2007/513/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 2(e) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Trattat Euratom) jiddikjara li l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (“il-Komunità”) għandha tiggarantixxi, b’miżuri xierqa ta’ kontroll, li l-materjali nukleari ma jkunux iddevjati għal skopijiet diversi minn dawk li għalihom ikunu intenzjonati.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (CPPNM) kienet adottata fl-1979 u daħlet fis-seħħ fl-1987. Mis-27 ta’ Ġunju 2006, 118-il stat u l-Komunità huma partijiet għas-CPPNM. L-Istati Membri kollha huma Partijiet għas-CPPNM.

(3)

Konferenza Emendatorja skond l-Artikolu 20 tas-CPPNM kienet imlaqqa’ fl-4 ta’ Lulju 2005 taħt l-awspiċju ta’ l-IAEA. L-att finali rigward l-emendi għas-CPPNM kien iffirmat mill-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Komunità fit-8 ta’ Lulju 2005.

(4)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (Qorti tal-Ġustizzja) (1) iddeċidiet li l-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri fis-CPPNM hi kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ l-Euratom soġġetta biss għall-kondizzjonijiet li, safejn huma kkonċernati s-setgħat u l-ġurisidizzjoni tagħha, il-Komunità bħala tali hija parti għas-CPPNM bl-istess mod bħall-Istati Membri u li ċerti impenji tas-CPPNM jistgħu jkunu implimentati biss, fejn il-Komunità hi kkonċernata, permezz ta’ assoċjazzjoni mill-qrib bejn il-Komunità u l-Istati Membri, kemm fil-proċess tan-negozjati u ta’ konklużjoni u kif ukoll fir-rispett ta’ l-impenji meħuda.

(5)

Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat ukoll li l-Artikolu 2(e) tat-Trattat ta’ l-Euratom jagħti lill-Komunità l-kompitu li tiggarantixxi, b’miżuri xierqa ta’ kontroll, li l-materjali nukleari ma jkunux iddevjati għal skopijiet diversi minn dawk li għalihom ikunu intenzjonati, mingħajr ma ssir ebda distinzjoni fir-rigward tan-natura ta’ tali devjazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jsiru u finalment li l-espressjoni “kontrolli tas-sigurtà” li t-Trattat juża biex jikkaratterizza d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII għandha ambitu akbar mis-sempliċi sostituzzjoni ta’ destinazzjoni differenti minn dik iddikjarata minn utent ta’ materjali nukleari. Konsegwentement, skond il-Qorti tal-Ġustizzja, hi tinkludi wkoll miżuri ta’ protezzjoni fiżika (2). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ukoll fid-Deċiżjoni tagħha 1/78 li d-dispożizzjonijiet relatati mal-prosekuzzjoni kriminali u l-estradizzjoni jirrigwardaw materji li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri (3).

(6)

Skond l-Artikolu 18(4) tas-CPPNM, meta ssir parti għall-Konvenzjoni l-Komunità għandha tikkomunika lid-depożitarju dikjarazzjoni li tindika liema Artikoli tas-CPPNM ma japplikawx għaliha. Dik id-dikjarazzjoni hi mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

(7)

L-Artikolu 7 tas-CPPNM jirrikjedi li kull parti tagħmel ċerti reati punibbli b’pieni adegwati li jieħdu kont tan-natura gravi tagħhom. Hu mifhum li din id-dispożizzjoni tħalli l-għażla tan-natura, it-tip u l-livell tal-pieni li għandhom jiġu adottati f’idejn il-partijiet. B’mod partikolari, ma jirrikjedix li l-partijiet jagħmlu l-imġiba deskritta hemmhekk punibbli b’pieni kriminali. Konsegwentement, l-Artikolu 7 japplika għall-Komunità, għall-inqas sa ċertu punt.

(8)

Għalhekk, l-adeżjoni tal-Komunità għas-CPPNM emendata għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu

L-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari, kif emendata mill-Att Finali ffirmat fit-8 ta’ Lulju 2005, hi hawnhekk approvata.

It-testi tal-Konvenzjoni emendata u tad-dikjarazzjoni mill-Komunità skond l-Artikoli 18(4) u 17(3) tal-Konvenzjoni huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  Deċiżjoni 1/78 ta’ l-14 ta’ Novembru 1978, ECR 1978, p. 2151, partikolarment l-Ewwel parti operattiva tad-Deċiżjoni u l-paragrafu 34.

(2)  Paragrafu 21.

(3)  Paragrafu 31.


Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika skond l-Artikoli 18(4) u 17(3) tas-CPPNM

L-Istati li ġejjin huma attwalment membri tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika: ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Il-Komunità tiddikjara li l-Artikoli 8 sa 13 u l-Artikolu 14, il-paragrafi (2) u (3) tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari ma japplikawx għaliha.

Barra minn hekk, skond l-Artikolu 17(3) ta’ dik il-Konvenzjoni, il-Komunità tiddikjara wkoll li peress li l-Istati biss jistgħu jkunu partijiet f’każijiet quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, il-Komunità hi marbuta biss bil-proċedura ta’ arbitraġġ imsemmija fi 17(2).


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-10 ta’ Lulju 2007

li taħtar membri tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom

(2007/514/Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 54(2) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Artikolu X ta’ l-Istatut ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom (1), hekk kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 95/1/KE, Euratom, KEFA ta’ l-1 ta’ Jannar 1995 (2),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005 li taħtar il-membri tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom (3),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom skada fit-28 ta’ Marzu 2007.

(2)

Jeħtieġ li jinħatru membri tal-Kumitat għall-perijodu bejn id-29 ta’ Marzu 2007 u t-28 ta’ Marzu 2009 b’kont meħud tal-kandidaturi ppreżentati mill-gvernijiet ta’ l-Istati Membri,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu

Il-persuni li ġejjin huma maħtura bħala membri tal-Kumitat Konsultattiv ta’ l-Aġenzija għall-Fornimenti ta’ l-Euratom:

Belġju (3 postijiet)

Is-Sur Théo VAN RENTERGEM

Is-Sur Gérard PAULUS

Is-Sur Jean VAN VLIET

Repubblika Ċeka (3 postijiet)

Is-Sur Miroslav ŠEDINA

Is-Sur Zdeněk HUBÁČEK

Is-Sur Vladimír HLAVINKA

Danimarka (2 postijiet) (4)

Is-Sur Casper LEIHOLT

Ġermanja (6 postijiet)

Is-Sur Walter SANDTNER

Is-Sur Thomas LEHLE

Is-Sur Joachim OHNEMUS

Is-Sur Kurt SCHREIBER

Is-Sur Klaus TÄGDER

Is-Sur Gerhard HOTTENROTT

Estonja (post wieħed)

Is-Sinjura Merle LUST

Greċja (3 postijiet)

Is-Sur Konstantinos POTIRIADIS

Is-Sur Ioannis G. KOLLAS

Is-Sinjura Anastasia SAVVIDOU

Spanja (5 postijiet)

Is-Sur Rafael MÁRQUEZ OSORIO

Is-Sur José Manuel REDONDO

Is-Sinjura Maria Jesús ONEGA

Is-Sur Germán GARCÍA-CALDERÓN

Is-Sur Eduardo GONZÁLEZ

Franza (6 postijiet)

Is-Sur Thierry ARNOLD

Is-Sur Louis-François DURRET

Is-Sinjura Marie-Claire GUYADER

Is-Sinjura Caroline JORANT

Is-Sinjura Jeanne MARCUCCI

Is-Sur Jean-Luc SALANAVE

Irlanda (post wieħed)

Is-Sur Patrick Terence SHERIDAN

Italja (6 postijiet)

Is-Sur Ugo BOLLETTINI

Is-Sur Raffaele DI SAPIA

Is-Sur Angelo PAPA

Is-Sur Roberto RANIERI

Is-Sur Giuseppe SEDDA

Is-Sur Paolo VENDITTI

Ċipru (post wieħed)

Is-Sur Panicos DEMETRIADES

Latvja (post wieħed)

Is-Sur Andrejs SALMIŅŠ

Litwanja (post wieħed)

Is-Sur Donaldas JASULAITIS

Ungerija (3 postijiet)

Is-Sur Kristóf HORVÁTH

Is-Sur Attila NAGY

Is-Sinjura Ágnes Bajor SZÉLNÉ

Olanda (3 postijiet)

Is-Sur Jan WIEMAN

Is-Sur Huub RAKHORST

Is-Sinjura Marlies HOEDEMAKERS

Awstrija (2 postijiet)

Is-Sur Andres MOLIN

Is-Sinjura Christine GÖSTL

Polonja (5 postijiet) (5)

Is-Sur Grzegorz KRZYSZTOSZEK

Is-Sinjura Elżbieta WRÓBLEWSKA

Is-Sur Jacek Tadeusz KANIEWSKI

Portugall (3 postijiet) (6)

Is-Sur José Joaquim GONÇALVES MARQUES

Is-Sur Luís José RODRIGUES DA COSTA

Slovenja (post wieħed)

Is-Sur Ivo NOVAK

Slovakkja (2 postijiet)

Is-Sur Marián NANIAŠ

Is-Sur Eduard ĎURČEK

Finlandja (2 postijiet)

Is-Sur Riku Eino Juhani HUTTUNEN

Is-Sinjura Tuula Inkeri PURRA

Svezja (3 postijiet)

Is-Sur Sven-Olov ERICSON

Is-Sur Ali ETEMAD

Is-Sur Sven NORDLÖF

Renju Unit (6 postijiet)

Is-Sinjura Megan PRESTON

Is-Sur David POWELL

Is-Sur Mark ELLIOTT

Is-Sur John LUKE

Is-Sur Martin OLIVA

Is-Sinjura Louise ROBSON

Rumanija (4 postijiet)

Is-Sur Dragos Paul POPESCU

Is-Sur Razvan Eugen NICOLESCU

Is-Sur Tudor LAVRIC

Is-Sinjura Elena POPESCU

Bulgarija (2 postijiet)

Is-Sur Mitko YANKOV

Is-Sinjura Katerina KOSTADINOVA

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. TEIXEIRA DOS SANTOS


(1)  ĠU Nru 27, 6.12.1958, p. 534/58.

(2)  ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1.

(3)  ĠU C 178, 20.07.2005, p. 1.

(4)  F’dan l-istadju għad hemm post wieħed battal

(5)  F’dan l-istadju għad hemm żewġ postijiet battala

(6)  F’dan l-istadju għad hemm post wieħed battal


Kummissjoni

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Marzu 2007

dwar il-miżura implimentata mill-Ġermanja favur il-Bavaria Film GmbH – C 51/03 (eks NN 57/03)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1170)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/515/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 88(2),

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li stiednet lill-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom (1) u wara li kkunsidrat dawn l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Wara lmenti dwar għajnuniet allegatament mogħtija lill-Bavaria Film GmbH. (minn hawn ‘il quddiem “BAV”) fit-23 ta’ Lulju 2003 il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni formali. Il-Ġermanja adottat l-opinjoni tagħha fl-20 t’ Ottubru 2003; il-kompetituri u partijiet interessati oħra ma tawx l-opinjoni tagħhom. Fit-3 ta’ Mejju 2005 il-Kummissjoni talbet informazzjoni, li l-Ġermanja tat bil-miktub fl-1 ta’ Lulju 2005. Wara laqgħa li saret fit-12 t’ Ottubru 2005 il-Ġermanja tat aktar informazzjoni fid-9 ta’ Novembru u fil-21 ta’ Novembru 2006.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA ORIĠINALI

2.1.   Introduzzjoni

(2)

Fl-1999 fuq art tal-BAV beda xogħol ta’ bini ta’ studju tal-films (minn hawn ‘il quddiem studju) mill-aktar avvanzat. Fuq din l-art hemm il-kwartieri tal-BAV, il-Filmstadt Geiselgasteig fi Freistaat ġol-Bavarja. Il-BAV hija intrapriża tal-produzzjoni tal-films skond id-dritt privat (2).

2.2.   L-Investitur – il-kumpanija bi skop speċjali BFH

(3)

L-investiment imsemmi hawn fuq sar minn kumpanija bi skop speċjali, il-Bayerische Filmhallen GmbH. (minn hawn ‘il quddiem “BFH” ).

(4)

Il-kapital irreġistrat tal-BFH jammonta għal EUR 50 000, li fih hemm involut il-bank LfA tal-Bavarja (minn hawn ‘il quddiem “LfA”) b’49 %, il-persuna privata Lothar Wedel (3) b’sehem fiduċjarju ta’ 21 % u l-BAV b’sehem ta’ 30 %. Il-valur nominali tal-kapital miżmum mill-BAV jammonta għalhekk għal EUR 15 000. L-ishma tal-LfA u tal-BAV ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-kontributi rispettivi tagħhom għall-kostituzzjoni tal-BFH.

2.3.   Il-kundizzjonijiet tal-finanzjament

(5)

Barra mill-kapital investit l-LfA tat lill-BFH sussidju ta’ mhux aktar minn EUR 3.8 miljun kif ukoll kreditu ta’ finanzjament intermedju (li aktar tard kellu jinbidel f’sussidju) ta’ 3.1 miljun EUR (4). Is-6.9 miljun EUR flimkien kienu destinati għall-iffinanzjar ta’ l-ispejjeż kollha għall-bini ta’ l-istudju tal-films il-ġdid.

(6)

Barra l-kapital investit ta’ EUR 15 000 il-BAV tat lill-BFH aċċess biex tuża l-istudju bla ħlas għal 25 sena. Wara li jgħaddu l-25 sena l-bini l-ġdid tal-BFH bit-tagħmir li fih b’kollox isir minnufih proprjetà tal-BAV.

(7)

Il-BAV tamministra s-sit tal-produzzjoni għall-BFH. Skond il-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju id-dħul mill-kera ta’ l-istudju ġie kkalkolat fl-ewwel tliet snin minn Ottubru 1999 sa Ottubru 2002 kif ġej:

(a)

Il-BAV iggarantiet lill-BFH dħul mill-kera ta’ mhux inqas minn DEM 300 000 (EUR 153 000) fis-sena.

(b)

Id-dħul mill-kera ta’ bejn DEM 300 000 [EUR 153 000] u DEM 500 000 [EUR 256 000] ġie mnaqqas mill-BAV bħala ħlas għall-ispejjeż għat-tiswija, manutenzjoni, assigurazzjoni u kummerċjalizzazzjoni.

(ċ)

Madwar DEM 500 000 mid-dħul finanzjarju jrid jitqassam bejn il-BAV u l-BFH (5).

Tabella nru 1 turi d-dħul attwali mill-kera ta’ l-istudju l-ġdid fl-ewwel tliet snin u t-tqassim tiegħu:

Tabella nru 1

Dħul u Ħlasijiet 1999-2002

(f’EUR)

 

minn Ottubru 1999

2000

2001

sa Settembru 2002

Dħul mill-kera

61 000

333 000

250 000

174 000

Kera garantita għall-BFH

38 000

153 000

153 000

115 000

Id-dħul li jifdal minn dawn:

23 000

180 000

97 000

59 000

Kumpens għall-BAV

23 000

103 000

97 000

59 000

Il-bilanċ maqsum bejn il-BAV u l-BFH

 

77 000 :

39 000 BFH

minn dawn: 38 000 BAV

 

 

Total tal-BFH

38 000

192 000

153 000

115 000

Total tal-BAV

23 000

141 000

97 000

59 000

li minnhom spejjeż diretti minfuqa għat-tiswija u l-manutenzjoni, l-ilma, l-elettriku u t-tisħin, eċċ (*).

7 000

53 000

66 000

52 000

(8)

Il-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju jipprovdi, li wara t-tliet snin mill-fażi tal-bidu tal-BFH, għalhekk fil-bidu tar-raba’ sena f’Ottubru 2002, id-dħul mill-kera ta’ l-istudju l-ġdid wara t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż għat-tiswija, manutenzjoni, assigurazzjoni u kummerċjalizzazzjoni jitqassam bejn l-azzjonisti skond l-investiment rispettiv tagħhom fil-BFH (6).

Tabella nru 2 turi d-dħul attwali mill-kera ta’ l-istudju l-ġdid mill-2002 sa l-2005 u t-tqassim tiegħu:

Tabella nru 2

Dħul u Ħlasijiet 2002-2005

(f’EUR)

 

minn Ottubru 2002

2003

2004

2005

Dħul

31 000

252 000

258 000

181 000

Spejjeż tat-tiswija u l-manutenzjoni (ta’ l-ispejjeż attwali li jqumu tal-BAV)

10 000

18 000

42 000

31 000

Sigurtà globali (BAV)

3 000

13 000

13 000

13 000

Kummerċjalizzazzjoni globali (BAV)

12 000

48 000

48 000

48 000

Wara t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż id-dħul li jifdal jitqassam kif ġej:

70 % tad-dħul li jifdal (BFH)

4 000

121 000

109 000

62 000

30 % tad-dħul li jifdal (BAV)

2 000

52 000

46 000

27 000

Total tal-BAV

17 000

113 000

107 000

85 000

3.   L-PROĊEDURA TAL-BIDU

(9)

Fil-ftuħ tal-proċedura l-Kummissjoni kienet tal-fehma, li meqjusa l-kundizzjonijiet, li bihom dawk involuti investew fil-BFH, l-investiment tal-LfA skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE kien ekwivalenti għal għajnuna finanzjarja, u l-Kummissjoni kellha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-finanzjament mas-suq komuni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubju dwar jekk l-involviment tal-LfA fil-BFH kienx kompatibbli mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq, peress li l-BAV u l-LfA ma investewx fil-BFH taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-fatt l-LfA għandha sehem ta’ 70 % mill-kapital irreġistrat tal-BHF għal investiment ta’ 6.9 miljun EUR u l-qligħ mill-ishma tal-BFH, filwaqt li l-BAV għandha sehem ta’ 30 % għal EUR 15 000 u l-25 sena li matulhom għandha d-dritt għall-użu ta’ l-art, li l-valur tagħha ġie stmat madwar EUR 3 miljun.

(10)

Fid-deċiżjoni tagħha sabiex tibda l-proċedura l-Kummissjoni argumentat li l-LfA hija bank nazzjonali u l-investiment iffinanzjat minnha li gej minn mezzi nazzjonali possibbilment jirrappreżenta għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni, li l-benefiċjarju finali tagħha huwa l-BAV.

4.   L-OPINJONI TAL-ĠERMANJA

(11)

Bażikament il-Ġermanja hija ta’ l-opinjoni, li l-ebda għajnuna m’hija disponibbli, għax din hija kwistjoni ta’ investiment infrastrutturali u l-ebda intrapriża partikolari m’għandha vantaġġ. Jekk madankollu hemm xi element ta’ għajnuna, fl-opinjoni tal-Ġermanja din taqa’ taħt dik li tissejjaħ l-eċċezzjoni kulturali ta’ l-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat KE.

(12)

L-istudju jinkera għall-produzzjoni tal-films. Skond il-Ġermanja għall-kiri ta’ l-istudju l-istess kundizzjonijiet japplikaw għall-kerrejja kollha, għalhekk anki għall-BAV u għall-kumpaniji rispettivi tagħha. Dan ġie wkoll stabbilit fil-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju, li jirregola l-amministrazzjoni tal-bini u l-ġestjoni ta’ l-istudju mill-BAV. B’hekk il-BAV skond il-Ġermanja ma tieħu l-ebda trattament preferenzjali.

(13)

Il-Ġermanja ppreżentat lista tal-films prodotti fl-istudju, li minnha rriżulta li aktar minn żewġ terzi ta’ dawn il-films ġew prodotti minn intrapriżi, li m’għandhom l-ebda relazzjoni mal-BAV (7).

(14)

Bħala prova li la l-BAV u l-ebda utenti oħra tas-sit tal-produzzjoni ma kellhom l-ebda preferenza, fl-2005 l-Ġermanja ppreżentat lista tal-prezzijiet tal-kera ta’ 25 studju tal-films (li l-kobor tagħhom huwa ta’ bejn 748 m2 u 4 225 m2) fost l-oħrajn fil-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja, fil-Bulgarija, fir-Renju Unit u fl-Italja. Il-prezzijiet tal-kera varjaw bejn EUR 0.27/m2 (fl-Italja) u EUR 4.34/m2 (fir-Renju Unit). Fl-2005 il-prezz tal-kera għall-istudju l-ġdid tal-BFH li huwa kbir 3 060 m2 kien ta’ EUR 1.02/m2. Dan il-prezz kellhom iħallsuh l-utenti kollha ta’ l-istudju, anki l-BAV.

5.   L-IŻVILUPPI MATUL IL-PROĊEDURA

(15)

Sabiex tneħħi kull dubju, li seta’ kien hemm xi għajnuniet, u biex tagħti lill-proċess xejra aktar trasparenti, wara l-introduzzjoni tal-proċedura l-Ġermanja pproponiet il-bidla li ġejja (minn hawn, ‘il quddiem imsejħa “l-istrateġija l-ġdida”):

(a)

L-LfA issir is-sid uniku tal-BFH. Din takkwista l-ishma tal-BAV ta’ mhux aktar minn 30 % fil-valur nominali li jammontaw għal EUR 15 000. F’dan ir-rigward huwa tajjeb li jiġi nnotat li l-Ftehim li jikkostitwixxi l-BFH kien jipprovdi li l-ishma jinbiegħu lill-azzjonisti l-oħra bil-valur nominali (il-valur oriġinali). L-LfA takkwista wkoll il-21 % ta’ l-ishma li jifdal (8).

(b)

Il-BAV tirrinunzja għas-sehem mill-profitti ta’ 30 % mill-kapital miżmum oriġinali u hija responsabbli biss għall-ġestjoni ta’ l-istudju l-ġdid. Il-BAV titlob ħlas lill-BFH ta’ l-ispejjeż tal-ġestjoni tan-negozju kull sena skond l-ispejjeż attwali. Għas-sena 2006 dawn kienu stmati għal EUR 106 405 u dawn jiġu verifikati minn espert indipendenti.

Tabella nru 3

L-ispejjeż ta’ l-attività tan-negozju fl-2006

(f’EUR)

Kategorija ta’ l-ispejjeż

Spjegazzjoni

Spejjeż fl-2006

Servizzi ta’ art u bini: tindif, servizzi tax-xitwa, spazji ħodor; xogħlijiet, rimi ta’ skart, eċċ.

Il-bażi għall-kalkolu huwa s-sehem ta’ 6 % mill-art u l-bini. L-offerti ta’ kompromess ammontaw għall-istess total.

21 539,29

Amministrazzjoni kummerċjali, eż. fatturazzjoni, ħruġ ta’ kuntratti

Sagħtejn fil-ġimgħa għal EUR 40

4 160

Ġestjoni ta’ beni immobbli

Siegħa fil-ġimgħa għal EUR 40

2 080

Servizzi tat-tifi tan-nar, għassa madwar il-bini, sistema ta’ allarm, spezzjoni tat-tagħmir tekniku tat-tifi tan-nar

Il-BAV hija legalment obbligata li jkollha t-tagħmir tagħha stess tat-tifi tan-nar. L-ispejjeż għal dan jammontaw għal total ta’ miljun EUR fis-sena.

50 906,13

Kummerċjalizzazzjoni, distribuzzjoni, servizzi; inkluż is-segretarji, stedin lill-investitur, Kummerċjalizzazzjoni, kalkolu tal-baġit, twettiq ta’ proġetti, tmexxija tal-produzzjoni, eċċ.

Total ta’ l-ispejjeż tad-dipartiment: EUR 175 000 ;

Segretarji: EUR 200 fix-xahar;

Koordinazzjoni ta’ distribuzzjoni: EUR 100 fix-xahar;

Koordinazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni: EUR 100 fix-xahar;

Kummerċjalizzazzjoni: EUR 400 fix-xahar;

Appoġġ lill-investituri: EUR 200 fix-xahar;

Stedin lill-investituri ġodda fil-Ġermanja: EUR 200 fix-xahar;

Stedin lill-investituri ġodda internazzjonali: EUR 100 fix-xahar;

Kalkolu tal-baġit: EUR 100 fix-xahar;

Tmexxija tal-produzzjoni: EUR 200 fix-xahar;

Twettiq tal-proġett: EUR 100 fix-xahar;

Ilmenti mill-investituri: EUR 100 fix-xahar;

Analiżi tal-kompetituri: EUR 100 fix-xahar.

25 800

L-istampa: komunikati stampa, servizz ta’ selezzjoni ta’ l-artikli; Intranet u Internet, eċċ.

Sagħtejn fil-ġimgħa għal EUR 40

960

Kontabilità

Sagħtejn fil-ġimgħa għal EUR 40

960

 

 

106 405,42

(ċ)

Il-BFH ikkommettiet ruħha, sabiex tħallas il-prezz tas-suq għall-użu tal-bini. Skond il-prattika tas-suq dan il-ħlas għall-użu jammonta għal 5 % tal-valur ta’ l-art, li kien ġie stmat għal EUR 3 670 000 minn konsulent indipendenti f’Jannar 2006. Għalhekk, il-kera ġiet stabbilita għal EUR 183 500 kull sena, biż-żieda tal-VAT. Il-prezz huwa marbut ma’ l-indiċi tal-konsumatur. Madankollu l-BFH mhux se tħallas fix-xahar għall-użu tal-bini, iżda l-ħlas se jiġi differit. Ir-rata ta’ interessi se tiġi stabbilita mar-rata bażi miżjuda b’4 %.

(d)

Fl-2024 konsulent indipendenti se jagħti stima tal-valur tas-suq ta’ l-istudju l-ġdid; biex tieħu l-beni ta’ l-istudju l-ġdid il-BAV se tħallas prezz ekwivalenti għall-valur tas-suq lill-BFH, b’hekk is-somma totali tal-ħlas ta’ l-użu differit flimkien ma’ l-interessi tkun tista’ tiġi mqabbla mal-valur tas-suq. Jekk il-valur ta’ l-istudju jaqbeż id-domanda akkumulata għall-kera, il-BAV tħallas id-differenza lill-BFH (LfA).

6.   L-EVALWAZZJONI

(16)

Il-miżura oriġinali li qed tiġi kkunsidrata kien l-investiment tal-LfA ta’ mhux aktar minn EUR 6,9 miljun fl-istudju l-ġdid u l-interess tagħha fil-BFH.

(17)

Kif stabbilit fid-deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċedura, dan il-proċess għal raġunijiet li ġejjin jista’ jkun jittratta għajnuna nazzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE favur il-BAV:

(a)

L-LfA hija bank nazzjonali, li l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha huma attribwibbli lill-istat (Freistaat Bayern); b’hekk intużaw mezzi nazzjonali.

(b)

L-investiment tal-LfA seta’ fil-fatt ħoloq vantaġġ ekonomiku għall-BAV permezz ta’ kumpens qawwi li seta’ kien possibbli ta’ l-ispejjeż ta’ l-amministrazzjoni, vantaġġi ta’ kundizzjonijiet ta’ preferenzi inġusti bil-ksib ta’ l-ishma tal-BFH fir-rigward ta’ dawk tal-LfA, li jieħdu pussess ta’ l-istudju mingħajr kundizzjonijiet wara 25 sena u fl-aħħar nett l-aċċess preferut għall-istudju kif ukoll il-fatt li jistgħu jiddisponu minnu bla ħlas, vantaġġi li l-BAV taħt kundizzjonijiet normali tas-suq possibbilment ma kienx ikollha.

(ċ)

Ladarba l-vantaġġ ingħata b’għażla lill-BAV u mhux lill-kompetituri tagħha, l-investiment tal-LfA seta’ kien ta’ xkiel għall-kompetizzjoni.

(d)

Ladarba l-BAV tikkompeti ma’ intrapriżi oħra fis-swieq internazzjonali, fl-aħħar nett l-operazzjoni ta’ l-istudju l-ġdid jista’ jkollha wkoll impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna – l-impatt ta’ l-istrateġija l-ġdida

6.1.1.   Fil-ġejjieni

(18)

Il-Ġermanja ħejjiet il-bidliet kollha għall-applikazzjoni ta’ l-istrateġija ġdida, warrbet l-elementi kollha bikrija u futuri li kienu possibbli u kkommettiet ruħha, sabiex tapplika l-istrateġija, hekk kif id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun ittieħdet.

(19)

L-LfA se tixtri l-ishma ta’ 30 % tal-BAV għall-prezz ta’ EUR 15 000. Dan il-prezz kien iprovdut fil-Ftehim li permezz tiegħu l-BFH ġiet kostitwita u jikkorrispondi eżatt mal-prezz, li l-Bavarja kienet oriġinarjament tħallas għall-ishma tagħha. Għall-bejgħ ta’ l-ishma tagħha fil-BFH m’huwa se jingħata l-ebda vantaġġ lill-BAV, li jista’ jitqies bħala għajnuna. L-LfA se jkollha 100 % ta’ l-ishma u konsegwentement se jkollha 100 % tad-dħul tal-BFH.

(20)

Fil-ġejjieni l-BAV se titlob lill-BFH tħallas prezz fis-sena għall-ispejjeż tal-ġestjoni tan-negozju skond “in-nefqa attwali”. Skond l-informazzjoni li tat il-Ġermanja f’Novembru 2006, l-ispejjeż annwali fl-2006 jammontaw għal EUR 106 405. L-ispejjeż attwali se jiġu kkalkolati u fatturati kull sena u verifikati minn espert indipendenti. Se jkun żgurat, li l-BAV titħallas biss għall-servizzi attwalment mogħtija, biex b’hekk titneħħa l-possibbiltà li jingħata kumpens żejjed. B’hekk ma jinħoloq l-ebda vantaġġ għall-BAV fil-forma ta’ ħlas ta’ kumpens eċċessiv għall-amministrazzjoni, li tkun ekwivalenti għal għajnuna finanzjarja.

(21)

Sa l-2024, il-BFH tħallas lill-BAV għall-kiri ta’ l-art. Dan jammonta għal 5 % tal-valur ta’ l-art stmat minn konsulent indipendenti (9). F’dan ir-rigward din tista’ titqies bħala n-nefqa tal-kiri, u li tiggarantixxi lill-BAV dħul xieraq għall-art tagħha. Madankollu l-BFH mhux se tħallas il-kera fix-xahar f’kontanti, iżda l-ħlas għall-użu flimkien ma’ l-interessi se jkunu differiti (10). Se jiġi żgurat li l-BAV se titħallas biss għall-użu ta’ l-art, biex b’hekk titneħħa l-possibbiltà ta’ kumpens żejjed.

(22)

Fl-2024, wara li jgħaddu l-25 sena, il-valur tas-suq ta’ l-istudju l-ġdid se jiġi stmat minn konsulent indipendenti u l-BAV tista’ takkwista l-istudju l-ġdid mill-BFH għal dan il-prezz u jekk ikun meħtieġ tħallas dan mid-domanda għall-kiri flimkien ma’ l-interessi Jekk il-valur tas-suq ta’ l-art fl-2024 jaqbeż id-domanda fir-rigward tal-BAV, il-BAV tħallas id-differenza. Konsegwentement mhux possibbli li l-BAV tibbenefika minn xi vantaġġ bil-ksib ta’ l-istudju (11). B’hekk huwa stabbilit li l-istrateġija ġdida tiggarantixxi li fil-ġejjieni l-BAV ma tingħata l-ebda vantaġġ mill-operazzjoni ta’ l-istudju ġdid fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE u konsegwentement mhux possibbli li fil-ġejjieni tista’ tingħata xi għajnuna nazzjonali favur il-BAV. Il-BAV se tirrinunzja għall-sehemha ta’ mhux aktar minn 30 % u se titlob ħlas mill-BFH ta’ l-ispejjeż attwali għall-ġestjoni ta’ l-istudju ġdid u għall-kiri tal-bini. Wara 25 sena l-BAV se jkollha tħallas prezz relevanti għall-kundizzjonijiet tas-suq għall-ksib tas-sit tal-produzzjoni. Oriġinarjament kien ġie pprovdut, li wara li jgħaddu l-25 sena l-BAV tieħu pussess tal-bini tal-BHF bit-tagħmir kollu li fih mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas xejn.

6.1.2.   Fl-imgħoddi – Effetti tal-miżura li diġà jidhru qabel l-applikazzjoni ta’ l-istrateġija ġdida

(23)

It-tabelli nru 1 u 2 jagħtu informazzjoni dwar il-ħlas li l-BAV irċeviet mill-1999 sa l-2005. Dan il-ħlas jinqasam f’żewġ kategoriji: il-ħlas għall-attività tan-negozju u s-sehem mill-profitti miftiehem tal-BAV. Dan jista’ jitqassar kif ġej:

Tabella nru 4

Ħlas lill-BAV – Ħlas u Profitt

(f’EUR)

 

minn Ottubru 1999

2000

2001

2002

2003

2004

2005

A.

Dħul totali

61 000

333 000

250 000

205 000

252 000

258 000

181 000

B.

Ħlas garantit lill-BFH

38 000

153 000

153 000

115 000

 

 

 

Ċ.

Spejjeż operattivi (imħallsa lill-BAV)

23 000

103 000

97 000

84 000

79 000

103 000

92 000

D.

Manutenzjoni, ilma, elettriku, tisħin, eċċ.

7 000

53 000

66 000

62 000

18 000

42 000

31 000

E.

Sigurtà, kummerċjalizzazzjoni, Overhead u amministrazzjoni

16 000

50 000

31 000

22 000

61 000

61 000

61 000

F = A – B – Ċ Profitti

0

77 000

0

6 000

173 000

155 000

89 000

Ġ.

Profitti tal-BFH

 

39 000

 

4 200

121 100

108 500

62 300

H.

Qligħ tal-BAV

 

38 000

 

1 800

51 900

46 500

26 700

Total ta’ ħlas lill-BAV: I = Ċ + H

23 000

141 000

97 000

85 800

130 900

149 500

118 700

(24)

Il-ħlasijiet li rċeviet il-BAV għall-ġestjoni tas-sit tal-produzzjoni (ara ringiela Ċ u l-informazzjoni dettaljata f’ringieli D u E ta’ tabella nru 4), jirriflettu sa ċertu punt l-ispejjeż attwali u l-ħlasijiet globali stabbiliti minn qabel fil-Ftehim tal-ġestjoni tan-negozju. Fis-snin 2000 u 2004, li huma meqjusa bħala s-snin ta’ l-ogħla livell, dawn il-ħlasijiet kienu aktar baxxi minn kif kienu ppjanati l-ispejjeż b’mod dettaljat, li għall-2006 kien pjanat l-ammont ta’ madwar EUR 106 405 (ara t-tabella nru 3). Fil-fatt il-ħlasijiet lill-BAV ammontaw biss għal EUR 103 000.

(25)

Madankollu dan ma ta lill-BAV l-ebda vantaġġ żejjed. Is-sehem mill-profitti tal-BAV kien maħsub bħala bilanċ għall-użu ta’ l-art mingħajr ħlas. Dawn il-ħlasijiet huma aktar baxxi mill-prezz tas-suq għad-dħul mill-kera ta’ l-art, li bħalissa jammonta għal EUR 183 500 fis-sena (ara premessa (15))

(26)

Minn tabella nru 4 jirriżulta, li bl-għadd totali tad-dħul kollu tal-BAV (mill-ġestjoni u l-profitti, ara ringiela nru I) is-somma tal-ħlasijiet kollha li l-BAV kienet irċeviet mill-1999 sa l-2005, hija aktar baxxa mill-valur stmat tas-suq għall-użu ta’ l-art (li bħalissa jammonta għal EUR 183 500 fis-sena). Dan huwa stabbilit fil-pjan oriġinali, li fih il-BAV kellha tieħu pussess tal-bini l-ġdid tal-BFH bit-tagħmir li fih b’kollox wara li jgħaddu l-25 sena mingħajr ma jkollha għalfejn tħallas xejn. Dan kien ikun ifisser vantaġġ żejjed għall-BAV. Madankollu l-istrateġija ġdida tipprovdi, li l-BAV tikseb l-istudju għall-prezz tas-suq. Minn dan kollu jirriżulta, li fis-snin mill-1999 sa l-2005 il-BAV ma kellha l-ebda vantaġġ mill-miżura fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

(27)

Konsegwentement jista’ jiġi konkluż li l-BAV ma rċeviet l-ebda għajnuna nazzjonali b’konnessjoni ma’ l-operazzjoni preżenti ta’ l-istudju l-ġdid.

6.2.   Uħud mill-għajnuniet b’konnessjoni ma’ l-użu ta’ l-istudju

(28)

Barra li jista’ jkun hemm ħlas żejjed għall-BAV għall-ġestjoni ta’ l-istudju (ara tabella nru 4 hawn fuq) il-BAV tista’ tkun qed tibbenefika minn trattament preferenzjali bl-użu ta’ l-istudju.

(29)

Skond l-informazzjoni li tat il-Ġermanja, il-biċċa l-kbira tal-films ġew prodotti minn intrapriżi li ma kellhom l-ebda konnessjoni mal-BAV (12). Il-Ġermanja ikkonfermat, li l-BAV ma tibbenefika mill-ebda privileġġi permezz ta’ l-aċċess tagħha għall-istudju. Barra minn dan, il-produtturi tal-films setgħu jużaw l-istudju taħt l-istess kundizzjonijiet u għall-istess prezz bħall-BAV u dan jistgħu ukoll jibqgħu jagħmluh. Il-Kummissjoni ġiet żgurata, li l-BAV qed tiġi ttrattata bħall-kompetituri l-oħra u li la bbenefikat u lanqas se tibbenefika minn trattament preferenzjali, b’hekk permezz ta’ l-użu ta’ l-istudju l-ġdid fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE din la ħadet u lanqas se tieħu l-ebda vantaġġ.

6.3.   Il-kompatibbiltà ta’ l-istrateġija ġdida mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq

(30)

Fuq il-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq, li għalih saret referenza fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura, jista’ jiġi innotat li f’dan il-każ qed jiġi ttrattat il-fatt, li l-LfA u l-BAV ma nvestewx fil-BHF bl-istess kundizzjonijiet u dan ġie meqjus bħala għajnuna lill-BAV. L-istrateġija ġdida tittratta din il-problema billi l-LfA issir l-uniku proprjetarju tal-BFH. L-istrateġija ġdida tipprovdi, li d-dħul tal-BFH tal-prezzijiet tas-suq li jħallsu l-utenti kollha ta’ l-istudju huwa 100 % tal-LfA u t-tqassim kollu tal-profitti tal-BFH imur għall-LfA. Fl-aħħar nett fl-2004 l-LfA tieħu prezz tas-suq għall-bejgħ ta’ l-istudju. Konsegwentement għandu jiġi prima facie konkluż li l-investiment tal-LfA fil-BFH huwa konformi mal-prinċipju ta’ l-investitur privat f’ekonomija tas-suq.

7.   KONKLUŻJONIJIET

(31)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fuq imsemmija l-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura emendata skond l-istrateġija ġdida ma tagħti lill-BAV l-ebda vantaġġ u konsegwentement ma tagħti l-ebda għajnuna nazzjonali lill-BAV fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE ,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-investiment tal-bank LfA tal-Bavarja fil-Bayerische Filmhallen GmbH. ma jammontax għal għajnuna ta’ kwalunkwe forma mogħtija mill-Ġermanja favur il-Bavaria Film GmbH fit-tifsira ta’ Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 249, 17.10.2003, p. 2.

(2)  Mit-tradizzjoni ta’ kumpanija stabbilita tal-films ta’ l-1919 żviluppat il-kumpanija Bavaria Film li dak iż-żmien kellha aktar minn 30 kumpanija rispettiva fil-Ġermanja, fl-Awstrija, fl-Italja u fir-Repubblika Ċeka. Il-grupp Bavaria jopera madwar id-dinja kollha fis-setturi kollha ta’ l-industrija awdjoviżwali. Aktar minn 50 % ta’ l-ishma fil-kapital investit tal-BAV jinżamm minn xandara pubbliċi reġjonali.

(3)  Oriġinarjament l-LfA kellha żżomm sehem ta’ 70 %. Minħabba raġunijiet legali (il-qbiż tal-limitu ta’ kreditu skond il-liġi dwar il-kreditu) l-avukat Lothar Wedel ingħata sehem ta’ 21 %.

(4)  Bil-kontra ta’ dak li ġie kkonstatat fid-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura il-3.1 miljun EUR ġew sa ċertu punt biss mibdula f’sussidju. Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni tal-proċedura, l-aħħar self ta’ mhux aktar minn 1.345 miljun EUR ma nbidilx f’sussidju, iżda tawwal il-perjodu ta’ self inkluż l-interessi.

(5)  L-isfond ta’ dan l-investiment globali ta’ 50 %, li ma jikkorrispondix ma’ l-ishma attwali ta’ 30 % u 70 %, huwa r-rikonoxximent, li s-servizzi infrastrutturali u l-attivitajiet tal-BAV (inkluż l-użu ta’ l-art bla kera) li bħala kontribuzzjoni finanzjarja li tingħata taqbeż sew id-dħul mill-kera (jiġifieri massimu ta’ EUR 103 000).

(*)  Barra minn dan, spejjeż li jqumu b’mod indirett għall-amministrazzjoni bħal spejjeż ġenerali u ta’ sigurtà (kummerċjalizzazzjoni, stedin lill-investitur, eċċ.) ma ġewx inklużi.

(6)  Skond il-ftehim, il-ħlas irid jiġi revedut wara tliet snin, għax l-ewwel tliet snin bħala fażi tal-bidu jkunu ingħataw lill-BFH għall-istabbilizzazzjoni.

(7)  Mill-14-il film li ġew prodotti fl-istudju bejn l-1999 u l-2005, tnejn ġew prodotti mill-BAV u tnejn oħra mill-Odeon Film PLC u mill-Odeon Pictures Ltd. Fiż-żmien meta saru dawn il-produzzjonijiet (fis-sena 2000) il-BAV investiet minn 32.75 % sa 38.4 % f’ishma fuq l-Odeon Film PLC, u din kellha 100 % fuq l-Odeon Pictures.

(8)  Min-naħa l-oħra l-LfA hija responsabbli għall-ishma ta’ Lothar Wedel fil-valur nominali ta’ EUR 10 500.

(9)  Il-kera tammonta għal EUR 183 000, b’hekk dħul nominali ta’ 5 % li huwa konformi mal-kundizzjonijiet normali tas-suq huwa garantit. Il-BAV tikkalkula rata ta’ imgħax applikabbli fis-suq.

(10)  Il-BAV tikkalkula rata ta’ imgħax applikabbli fis-suq. Din tammonta għar-rata ta’ imgħax flimkien ma’ l-4 %, li ovvjament tikkorrispondi mar-rata li tkun mistennija f’każ ta’ self lill-intrapriża li hija ta’ l-istess kalibru tal-BFH.

(11)  Ladarba l-ħlas għall-użu se jiġi deferit, skond il-Ġermanja jista’ jkun eskluż il-fatt li l-BFH tfalli u matul il-proċeduri ta’ insolvenza tagħti vantaġġ lill-BAV, li l-istudju jkun fuq l-art tagħhom.

(12)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 7.


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Lulju 2007

li għandha x’taqsam mal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni dwar il-prevalenza u r-reżistenza antimikrobika ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers li għandu jitwettaq fl-Istati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3440)

(2007/516/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula proċeduri li jamministraw kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn miżuri speċifiċi veterinarji, inklużi miżuri tekniċi u xjentifiċi. Tipprevedi li l-Komunità twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jwettqu l-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni jew taħriġ veterinarju.

(2)

Skond ir-Rapport ta’ l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel (l-EFSA) dwar Xejriet u Sorsi ta’ żoonożi, aġenti żoonotiċi u reżistenza antimikrobika fil-Komunità fl-2005 (2), ġie rrappurtat total ta’ 194 695 każ ta’ kampilobatterjożi fil-bnedmin fi 22 Stat Membru. Il-laħam tal-brojler huwa meqjus bħala l-aktar sors komuni ta’ infezzjoni. Sa 66.4 % ta’ kampjuni pożittivi fil-laħam tal-brojler kienu rrappurtati. F’qatgħat tal-brojlers, 0.2 sa 86 % tal-kampjuni rrappurtati kienu pożittivi.

(3)

Barra minn dan, skond ir-rapport ta’ l-EFSA, total ta’ 168 929 każ ta’ salmonellożi umana kienu rrappurtati fit-22 Stat Membru fl-2005. Rati tipiċi ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur ivarjaw minn 4 sa 10 %, li huma l-ogħla rati mill-ikel kollu analizzat.

(4)

L-EFSA tindika wkoll fir-rapport tagħha li proporzjon relattivament għoli ta’ iżolati ta’ Campylobacter u Salmonella mill-annimali u mill-ikel kienu reżistenti għal aġenti antimikrobiċi ġeneralment użati fit-trattament ta’ mard uman. Dan japplika speċjalment għall-każ ta’ reżistenza għall-fluoroquinolones fl-iżolati tal-Campylobacter mit-tjur, fejn sa 94 % ta’ l-iżolati kienu rrappurtati reżistenti għall-ciprofloxacin. Infezzjonijiet li ġejjin mill-ikel ikkawżati minn dawn il-batterji reżistenti jippreżentaw riskju partikulari lill-bnedmin minħabba l-falliment possibbli tat-trattament.

(5)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/636/KE ta’ l-1 ta’ Settembru 2005 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni ta’ riferiment dwar il-prevalenza ta’ Salmonella spp. fil-qatgħat tal-brojlers tal-Gallus gallus li għandha titwettaq fl-Istati Membri (3), inġabar tagħrif komparabbli fir-rigward ral-prevalenza tas-Salmonella f’qatgħat tali. Minkejja dan, huwa diffiċli li tikkompara l-prevalenzi ta’ Campylobacter f’qatgħat tal-brojlers u fil-laħam tal-brojler, u ta’ Salmonella fil-laħam tal-brojler minn Stati Membri differenti minħabba li m’hemm l-ebda monitoraġġ armonizzat.

(6)

Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar il-monitoraġġ ta’ żoonożi u aġenti żoonotiċi, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (4), jistgħu jitwaqqfu programmi kkoordinati ta’ monitoraġġ, speċjalment meta jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi, sabiex jivverifikaw ir-riskji u jistabbilixxu valuri ta’ riferiment relatati maż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi fil-livell ta’ Stati Membri.

(7)

Esperti xjentifiċi f’kollaborazzjoni ma’ l-EFSA ħejjew speċifikazzjonijiet tekniċi għal studju ta’ riferiment dwar il-monitoraġġ armonizzat ta’ Campylobacter f’qatgħat tal-brojlers. It-taħriġ ġie organizzat fl-2006 għall-istaff tal-laboratorju fl-Istati Membri kollha dwar metodi ta’ żvelar għal Campylobacter f’qatgħat tali u huwa skedat fl-2007 fir-rigward tal-metodu ta’ l-elenkar għal Campylobacter fuq il-karkassi.

(8)

It-Task Force dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Data taż-Żoonożi ta’ l-EFSA adottat matul il-laqgħa tagħha fis-16 u s-17 ta’ Ottubru 2006 r-rapport dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ għal Salmonella u Campylobacter fil-laħam tal-brojler fl-UE (5).

(9)

It-Task Force adottat ukoll Rapport li jinkludi proposta għal skema armonizzata ta’ monitoraġġ ta’ reżistenza antimikrobika fis-Salmonella fit-tiġieġ (Gallus gallus), id-dundjani u l-ħnieżer u fil-Campylobacter jejuni u fis-C. coli fil-brojlers (6) fl-20 ta’ Frar 2007. Ir-rapport jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar skema ta’ monitoraġġ armonizzat u metodoloġija armonizzata għall-ittestjar ta’ suxxettibilità.

(10)

Skond l-Artikolu 7(3) u l-Anness II(B) tad-Direttiva 2003/99/KE, għandhom jitfasslu regoli ddettaljati dwar il-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika tal-Campylobacter jejuni u l-Campylobacter coli fit-tjur ta’ l-irziezet. Jeħtieġ li tinġabar data sabiex jitfasslu regoli tali. Għalhekk, l-ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika għandha tiġi inkluża fl-indaġni sabiex tinġabar id-data meħtieġa.

(11)

Meta jitqiesu n-numru għoli ta’ każijiet ta’ Salmonella u Campylobacter fil-bnedmin, l-importanza tal-brojlers u tal-laħam tal-brojler bħala sors ta’ infezzjoni u t-tħassib li qed jiżdied dwar l-iżvilupp ta’ reżistenza antimikrobika, għandha tinġabar data komparabbli fl-Istati Membri dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter fil-brojlers u l-laħam tal-brojler, is-Salmonella fil-laħam tal-brojler sabiex jitqiesu l-ħtieġa, il-fattibilità, l-ispiża u l-benefiċċju ta’ miżuri ta’ kontroll li jifirxu madwar il-Komunità.

(12)

L-indaġni għandha tipprovdi tagħrif tekniku meħtieġ għall-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità inkluż l-użu ta’ aġenti antimikrobiċi fil-programmi ta’ kontroll taż-żoonożi fit-tjur ta’ l-irziezet. Fid-dawl ta’ l-importanza tal-ġbir ta’ data komparabbli dwar il-prevalenza ta’ Salmonella u Campylobacter fil-brojlers u l-laħam tal-brojler u r-reżistenza tal-Campylobacter fil-qatgħat tal-brojlers fl-Istati Membri, għandhom jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi ta’ l-indaġni. Huwa xieraq li l-ispejjeż tat-testijiet ta’ laboratorju jingħataw lura 100 %, soġġetti għal limitu massimu. L-ispejjeż l-oħra kollha, bħal teħid ta’ kampjuni, ivvjaġġar u amministrazzjoni ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità.

(13)

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm l-indaġni titwettaq skond il-liġi Komunitarja u soġġetta għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet oħra.

(14)

Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata sakemm il-kondizzjonijiet previsti twettqu effettivament u sakemm l-awtoritajiet kompetenti jfornu t-tagħrif meħtieġ kollu fil-limiti ta’ żmien previsti f’din id-Deċiżjoni.

(15)

Għal raġunijijiet ta’ effiċjenza amministrattiva, in-nefqa kollha ppreżentata għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika komuni ta’ l-agrikoltura (7), ir-rata ta’ kambju għan-nefqa fil-munita li mhijiex l-euro għandha tkun ir-rata ffissata l-aktar riċentament mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

Id-Deċiżjoni tistipula regoli dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal indaġni li għandha titwettaq fl-Istati Membri dwar il-prevalenza ta’:

(a)

Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom; u

(b)

Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għar-raġunijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“qatgħa” tfisser tjur ta’ l-irziezet (bħal brojler) ta’ l-istess qagħda ta’ saħħa miżmuma fl-istess post jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; fil-każ ta’ tjur ta’ l-irziezet miżmuma fl-għeluq, dan jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu bejniethom l-istess arja;

(b)

“lott għall-biċċerija” tfisser kunsinna ta’ brojlers li trabbew fl-istess qatgħa lill-biċċerija f’jum wieħed partikolari;

(ċ)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet ta’ Stat Membru kif imfassla skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

Artikolu 3

Żoonożi u aġenti taż-żoonożi koperti b’din l-indaġni

L-Istati Membri għandhom iwettqu indaġni sabiex jivvalutaw il-prevalenza taż-żoonożi u l-aġenti taż-żoonożi li ġejjin f’kampjuni meħuda f’biċċeriji magħżula bil-polza skond l-Anness I:

(a)

Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom;

(b)

Campylobacter spp. f’karkassi tal-brojlers;

(ċ)

Salmonella spp. f’karkassi tal-brojlers;

madwar il-Komunità bit-teħid ta’ kampjun fil-biċċeriji. Brojlers biss li ġew prodotti minn jum speċifiku ’ l quddiem fi ħdan Stat Membru għandhom jiġu inklużi fl-indaġni.

Artikolu 4

Il-prestazzjoni tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi

1.   It-teħid ta’ kampjuni se jitwettaq mill-awtorità kompetenti jew taħt is-superviżjoni tagħha skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness I.

2.   Laboratorji nazzjonali ta’ referenza (LNR) għall-ittestjar ta’ Salmonella spp., Campylobacter spp. u ta’ reżistenza antimikrobika għandhom iwettqu l-partijiet relevanti ta’ l-analiżi ta’ kampjuni u ta’ iżolati.

3.   Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li taħtar laboratorji oħra involuti fil-kontrolli uffiċċjali ta’ ttestjar ta’ Salmonella spp., Campylobacter spp. u ta’ reżistenza antimikrobika, sabiex twettaq l-analiżi ta’ kampjuni u ta’ iżolati.

F’każijiet bħal dawn, il-LNR għandhom jipprovdu appoġġ u taħriġ għal-laboratorji maħtura u jiżguraw li jikkonformaw ma’ regoli fuq kontrolli tal-kwalità billi jirranġaw testijiet ċirkolari regolari.

Il-laboratorji maħtura skond it-tielet paragrafu, l-ewwel inċiż, ta’ dan l-Artikolu li jwettqu l-ittestjar iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

irid ikollhom esperjenza ppruvata ta’ l-użu tal-metodi mitluba għall-ittestjar;

(b)

irid ikollhom sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li tikkonforma ma’ l-istandard ta’ l-EN/ISO 17025;

(ċ)

iridu jkunu soġġetti għas-superviżjoni tal-LNR relevanti.

Artikolu 5

Kontribuzzjonijiet għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għandha titħallas lill-Istati Membri sa ammont totali massimu għal kofinanzjament stipulat fl-Anness II.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità prevista fil-paragrafu 1 għandha titħallas lill-Istati Membri sakemm l-indaġni hija implimentata skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u soġġetta għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi mitluba għall-implimentazzjoni ta’ l-indaġni għandhom jidħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007;

(b)

rapport tal-progress li fih it-tagħrif elenkat fil-Parti E(1) għall-Anness I u li jkopri l-ewwel tliet xhur ta’ l-indaġni għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2008;

(ċ)

rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni li fih it-tagħrif kollu fil-punti 1 u 2 tal-Parti E għall-Anness I, flimkien ma’ evidenza ta’ sostenn għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għat-teħid ta’ kampjuni u għall-analiżi u r-riżultati li nkisbu matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009. u l-evidenza fir-rigward ta’ l-ispejjeż imġarrba għandha mill-anqas tinkludi t-tagħrif stipulat fl-Anness III;

(d)

l-indaġni għandha tiġi implimentata b’mod effettiv.

3.   Jekk ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 2(ċ) jiġi ppreżentat aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009 dan iwassal għal tnaqqis progressiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas, li jammonta għal 25 % ta’ l-ammont totali sat-30 ta’ Marzu 2009, 50 % sat-30 ta’ April 2009 u 100 % sat-30 ta’ Mejju 2009.

Artikolu 6

Ammonti massimi li għandhom jiġu rimborsati

L-ammonti massimi tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż li għandhom jiġu rimborsati lill-Istati Membri għat-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi koperti mill-indaġni ma għandhomx jaqbżu dawn li ġejjin:

(a)

EUR 20 għal kull ittestjar għall-iżvelar ta’ Campylobacter u ta’ Salmonella spp;

(b)

EUR 30 għal kull konferma, speċjazzjoni u elenkar ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp u l-klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi ta’ iżolati ta’ Salmonella spp;

(ċ)

EUR 30 għall-ittestjar antimikrobiku ta’ iżolati ta’ Campylobacter minn qatgħat tal-brojlers.

Artikolu 7

Ġbir ta’ data, valutazzjoni u rappurtar

1.   L-awtorità kompetenti responsabbli għat-tħejjija tar-rapport nazzjonali skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE għandha tiġbor u tivverifika r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ l-analiżi fir-rigward tal-prevalenzi ta’ Salmonella u Campylobacter imwettqa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tirrapporta d-data kollha meħtieġa u l-valutazzjoni tagħha mill-Istati Membri lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2009. Ir-riżultati mill-ittestjar tar-reżistenza antimikrobika se jiġu rrappurtati qabel l-aħħar ta’ Mejju 2009 fil-qafas tar-rappurtar annwali skond l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2003/99/KE.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-riżultati miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni flimkien mad-data nazzjonali aggregata u l-valutazzjonijiet tagħha mill-Istati Membri lill-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza ta’ l-Ikel, li se teżaminahom.

Kull użu tad-data ppreżentata mill-Istati Membri għall-għan li mhuwiex l-indaġni għandu jkun soġġett għall-ftehim minn qabel ma’ l-Istati Membri.

3.   Id-data nazzjonali aggregata u r-riżultati għandhom isiru pubblikament disponibbli fuq formola li tiżgura l-kunfidenzjalità.

Artikolu 8

Rata tal-kambju għan-nefqa

Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f’munita li mhijiex l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaqlibha għall-euro billi japplika l-aktar rata ta’ skambju riċenti mfassla mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih l-applikazzjoni tiġi ppreżentata mill-Istat Membru.

Artikolu 9

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

(2)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006), 94.

(3)  ĠU L 228, 3.9.2005, p. 14.

(4)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31. Direttiva emendata bid-Direttiva 2006/104/KE tal-Kunsill (ĠU L 363 ta’ l-20.12.2006, p. 352).

(5)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007) 96, 1-46.

(6)  Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006) 403, 1-62.

(7)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95 tal-5.4.2007, p. 1).

(8)  ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS I

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

PARTI A:

Qafas għat-teħid ta’ kampjuni

Sabiex jiġu evitati effetti relatati ma’ l-età l-monitoraġġ għandu jitwettaq f’lottijiet għat-tbiċċir fil-biċċerija.

Minħabba li l-prevalenza ta’ Campylobacter spp. intweriet li tvarja b’mod sinifikanti skond l-istaġun, hemm il-mertu għal stratifikazzjoni. Għal dan l-għan perjodu ta’ 12-il xahar irid jinqasam fi 12-il perjodu ta’ xahar. F’kull wieħed minn dawn il-perjodi jrid jittieħed 1/12 mid-daqs totali tal-kampjun.

It-teħid ta’ kampjuni nkella jrid ikun ibbażat fuq għażla b’mod kawżali, kemm fir-rigward tal-biċċerija, il-jiem tat-teħid ta’ kampjuni kull xahar u liema lottijiet għandhom jingħażlu għat-teħid ta’ kampjuni f’jum magħżul ta’ teħid ta’ kampjuni. B’mod partikolari, l-iskema ta’ proċess kawżali għandha tiggarantixxi għażla ta’ lottijiet għat-tbiċċir li hija proporzjonata għan-numru ta’ merħliet imsemmna skond it-tipi differenti ta’ produzzjoni (konvenzjonali, ta’ trobbija fil-beraħ, organiċi) Barra minn dan, l-istatus ta’ Salmonella spp. jew Campylobacter spp., jekk magħruf fil-mument tat-tbiċċir, ma għandux jinfluwenza l-proċess ta’ kawżalità. L-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabilità li toħloq l-iskema tal-proċess ta’ kawżalità u għandha tiżgura li tiġi implimentata tajjeb. Eżempju ta’ proċedura ta’ proċess ta’ kawżalità jingħata fir-Rapport tat-Task Force ta’ l-EFSA dwar il-Monitoraġġ tal-Ġbir tad-Data taż-Żoonożi dwar speċifikazzjonijiet tekniċi proposti għal programm ikkoordinat ta’ monitoraġġ għal Salmonella u Campylobacter fil-laħam tal-brojlers fl-UE. Id-dettalji ta’ l-iskema tal-proċess ta’ kawżalità għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

PARTI B:

Id-daqs tal-kampjun

1.   Id-daqs tal-kampjun primarju

(a)

Id-daqs tal-kampjun primarju jagħti n-numru ta’ lottijiet għat-tbiċċir li jrid jiġi ttestjat.

(b)

Mill-anqas 384 lott għat-tbiċċir għandu jitteħdilhom kampjun. In-nuqqas ta’ reazzjoni għandha tiġi antiċipata billi jittieħed kampjun minn 10 % aktar min-numri indikati.

(ċ)

Permezz ta’ deroga mill-punt (b), in-numri li ġejjin ta’ lottijiet għat-tbiċċir (1) għandhom jitteħdilhom kampjun fl-Estonja, il-Latvja u l-Lussemburgu:

(i)

fl-Estonja, mill-anqas 96 lott għat-tbiċċir;

(ii)

fil-Latvja, mill-anqas 120 lott għat-tbiċċir;

(iii)

fil-Lussemburgu, mill-anqas 12-il lott għat-tbiċċir.

2.   Id-daqs tal-kampjun sekondarju

Id-daqs ta’ kampjun sekondarju jagħti n-numru ta’ tiġieġ brojlers individwali għal kull lott għat-tbiċċir li se jitteħdilha kampjun. Dak in-numru għandu jkun 10 għasafar għall-iżvelar ta’ Campylobacter fil-musrana l-għamja u għasfur 1 għall-iżvelar ta’ Campylobacter u Salmonella f’karkassi. Dawn il-kampjuni tal-musrana l-għamja u l-kampjun tal-karkassa jridu jkunu mill-istess lott.

PARTI C:

Ġbir ta’ kampjuni, ġestjoni u analiżi għall-iżvelar u l-ittestjar antimikrobiku ta’ Campylobacter spp fil-qatgħat tal-brojlers

1.   Ġbir u trasport

Campylobacters huma organiżmi relattivament fraġili, li jmutu malajr meta jkunu barra mill-intestini ta’ l-annimal li jgħixu fih. Għalhekk, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni jittieħdu kif suppost u jiġu analizzati malajr. Temperaturi estremi jridu jiġu evitati u t-trasport għandu jkun mgħaġġel kemm jista’ jkun.

Il-kampjuni li għandhom jinġabru għandhom ikunu l-imsaren għomja intatti. Kampjuni tal-musrana l-għamja għandhom jittieħdu fil-mument li jitbattlu l-imsaren ta’ l-annimal.

Huwa biss l-istaff imħarreġ fil-proċeduri standard ta’ ksib ta’ kampjuni li għandu jiġbor il-kampjuni. L-għan ewlieni għandu jkun li tiġi mminimizzata l-kontaminazzjoni esterna mill-kontenut tal-musrana l-għamja waqt il-ġbir ta’ kampjuni. L-aħjar mod kif dan jinkiseb huwa permezz ta’ ġbid manwali bir-reqqa fil-punt fejn tingħaqad ma’ l-intestina. Musrana għamja waħda intatta se tittieħed għal kull għasfur, u min jiġbor il-kampjuni għandu jivverifika li l-musrana għamja hija mimlija inkella din ma għandhiex titqies. L-għasafar preferibbilment għandhom jintgħażlu bħala kampjun bil-polza minn madwar il-lott sħiħ (filwaqt li tiġi evitata l-ewwel parti tal-lott li se jitbiċċer), filwaqt li l-kampjuni jinġabru minn għasafar mhux konsekuttivi. L-10 imsaren għomja miġbura jistgħu jitqiegħdu f’borża/pakkett sterili għat-trasport.

It-tagħrif kollu relevanti disponibbli mill-kampjun irid jiġi rreġistrat fuq formola tat-teħid tal-kampjuni prodotta mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar fil-Parti E. Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandha tingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sa l-ittestjar. L-awtorità kompetenti trid tagħmel arranġamenti għall-kwistjoni u tuża sistema ta’ numerazzjoni unika. L-istess identifikatur tal-lott għat-tbiċċir għandu jintuża bħal dak tal-kampjun tal-karkassa.

Kampjuni ta’ l-imsaren għomja għandhom jitwasslu bħala msaren għomja intatti sal-laboratorju fi żmien 24 siegħa (jiġifieri permezz ta’ posta mil-lum għall-għada jew courier) u għandhom jiġu analizzati hemmhekk minnufih. F’każijiet fejn dan ma jistax iseħħ, il-kampjuni għandhom jinżammu rrefriġerati mill-anqas sakemm jitwasslu l-laboratorju u għandhom jiġu analizzati qabel 72-80 siegħa wara t-teħid ta’ kampjuni. Fil-laboratorju, il-kampjuni li ma jistgħux jiġu ttestjati fil-jum meta jaslu għandhom jinżammu rrefreġirati sal-mument ta’ l-analiżi. Fil-laboratorju, il-kontenuti ta’ l-imsaren għomja għandhom jitbattlu b’mod asettiku u jingħaqdu f’kampjun amalgamat wieħed.

2.   Metodi dijanjostiċi

2.1.   Kultura

Kultura diretta f’mezz selettiv tipprovdi stima tajba tal-prevalenza ta’ Campylobacters. Kultura diretta tal-kampjun għandha titwettaq f’mezz selettiv adattat għal Campylobacter, (jiġifieri mezz selettiv immodifikat għal Campylobacter ħieles mid-demm (CCDA); Karmali; jew Agar (sustanza ġelatinuża) tal-Preston).

It-trejs għandhom jiġu inkubati f’41.5 ± 1°Ċ, f’atmosfera mikroerobika, għal mill-anqas 48 +/- 2 siegħa. It-tkabbir jista’ jiġi żvelat wara 24 siegħa.

L-atmosfera mikroerobika tista’ tinkiseb f’inkubaturi mikroerobiċi disponibbli kummerċjalment (taħlita tal-gass 10 %CO2/6 %O2). Jekk inkubaturi tali mhumiex disponibbli, jistgħu jintużaw sistemi mikroerobiċi ta’ kultura jiġifieri vażetti tal-gass. Sistemi kummerċjali ta’ pakketti tal-gass li jipprovdu l-atmosfera mikroerobika adattata huma disponibbli.

Kontrolli adattati pożittivi u negattivi għandhom jiġu inklużi għal kull lott ta’ kampjuni kkulturati.

2.2.   Il-konferma u l-ispeċjazzjoni tal-Ġenus Campylobacter

L-iżolazzjoni u l-konferma ta’ organiżmi Campylobacter għandhom jitwettqu kif deskritt fl-ISO 10272-1:2006(E). Mill-anqas iżolat wieħed ta’ Campylobacter għal kull lott għandu jiġi speċjat bl-użu ta’ metodi fenotipiċi kif deskritti fl-ISO 10272-1:2006(E) jew ta’ metodi molikolari ppubblikati bħalma huma tekniki ta’ Reazzjoni Katina tal-Polymerase (PCR). Il-metodu għandu jiġi indikat. L-iżolat li ġie speċjat għandu jintuża għal ittestjar antimikrobiku sussegwenti.

Jekk laboratorju huwa inqas esperjenzat fl-ispeċjazzjoni, għandu jerfa’ l-iżolat kif stipulat fi 2.4 fl-istennija ta’ taħriġ ulterjuri jew inkella għandu jibagħtu lil laboratorju aktar ta’ esperjenza b’konsultazzjoni tal-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter.

2.3.   Kontroll tal-Kwalità

Għall-garanzija tal-kwalità, proporzjoni ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp. b’massimu ta’ tmien iżolati għandhom jintbagħtu lil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter għall-konferma u l-ispeċjazzjoni.

Proporzjoni ta’ dawk l-iżolati għandhom jintbagħtu lil dak il-laboratorju jew f’lott wieħed jew fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Jekk l-iżolati se jiġu ttrasportati bejn il-laboratorji, għandhom jintużaw kondizzjonijiet xierqa (pereżempju mselħiet tal-faħam).

2.4.   Ħażna

Mill-anqas iżolat wieħed għal kull kampjun pożittiv għandu jinħażen fil-LNR bl-użu tal-metodu normali għall-ġbir tal-kultura tal-LNR, sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.

2.5.   Ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika

In-numru ta’ iżolati ta’ Campylobacter li għandhom jiġu inklużi fil-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika għal kull Stat Membru għandu jkun 170. Fil-monitoraġġ maħandux jiġi inkluż aktar minn iżolat wieħed għal kull speċi ta’ Campylobacter mill-istess lott għat-tbiċċir.

F’dawk l-Istati Membri fejn, fi kwalunkwe sena, hemm disponibbli numru anqas ta’ iżolati mid-daqs immirat tal-kampjun, dawn l-iżolati kollha għandhom jiġu inklużi fil-monitoraġġ tar-reżistenza antimikrobika.

F’dawk l-Istati Membri fejn hemm disponibbli numru akbar ta’ iżolati għandhom ikunu inklużi l-iżolati kollha, jew għażla rappreżentattiva magħżula b’mod kawżali li hija l-istess jew akbar mid-daqs tal-kampjun immirat.

L-Istati Membri għandhom jittestjaw mill-anqas l-aġenti antimikrobiċi li huma speċifikati fit-Tabella 1 filwaqt li jintużaw il-valuri ta’ limiti massimi mogħtija bħala firxa xierqa ta’ konċentrazzjoni sabiex jiddeterminaw is-suxxebilità ta’ Campylobacter.

Tabella 1

 

Aġent Antimikrobiku

Valur ta’ limiti massimi (mg/L)R >

Campylobacter Jejuni

Erythromycin

4

Ciprofloxacin

1

Tetracycline

2

Streptomycin

2

Gentamicin

1

Campylobacter Coli

Erythromycin

16

Ciprofloxacin

1

Tetracycline

2

Streptomycin

4

Gentamicin

2

Metodi ta’ dilwazzjoni għandhom jitwettqu skond il-metodi deskritti fil-linjigwida ta’ l-Istitut ta’ Standards Kliniċi u tal-Laboratorju (CLSI) - M31-A3 - It-Tielet Edizzjoni, Performance Standards for Antimicrobial Disk and Dilution Susceptibility Tests for Bacteria Isolated from Animals u M100 – S16, Performance Standards for Antimicrobial Susceptibility testing; Sixteenth International Supplement.

PARTI D:

Ġbir ta’ kampjuni, ġestjoni u analiżi għall-iżvelar ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers

1.   Ġbir u trasport

Karkassa waħda sħiħa għal kull lott għat-tbiċċir għandha tinġabar minnufih wara li titkessaħ iżda qabel ipproċessar ulterjuri bħalma huma l-iffriżar, il-qtugħ jew l-ippakkettar. F’uħud mill-biċċeriji dan jista’ jfisser li kampjuni jittieħdu wara l-mument ta’ qabel it-tkessiħ meta dan ikun l-aħħar pass qabel ipproċessar ulterjuri.

Il-kampjun miġbur għandu jitqiegħed f’borża sterili tal-plastik separata, filwaqt li tiġi evitata intrakontaminazzjoni u jintbagħat għand il-laboratorju fejn għandu jitwettaq it-teħid ta’ kampjuni mill-ġilda.

Intrakontaminazzjoni permezz ta’ karkassi oħra jew ta’ kampjuni tal-musrana l-għamja trid tiġi evitata waqt il-ġbir tal-karkassi. Għalhekk iridu jittieħdu prekawzjonijiet fl-istadji kollha sabiex jiżguraw li t-tagħmir użat matul it-teħid ta’ kampjuni, it-trasport u l-ħażna ma jkunx ikkontaminat bil-patoġeni mistħarrġa fl-indaġni.

It-tagħrif kollu relevanti disponibbli mill-kampjun irid jiġi rreġistrat fuq formola tat-teħid tal-kampjuni prodotta mill-awtorità kompetenti sabiex tippermetti li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni fil-Parti E.

Kull kampjun u l-formola ta’ kampjun tiegħu għandha tingħatalhom tikketta b’numru uniku li jrid jintuża mill-mument tat-teħid ta’ kampjuni sa l-ittestjar. L-awtorità kompetenti trid tagħmel arranġamenti għall-kwistjoni u tuża sistema ta’ numerazzjoni unika. L-istess identifikatur tal-lott għat-tbiċċir għandu jintuża bħal dak tal-kampjun tal-musrana l-għamja.

Il-kampjuni għandhom jinżammu bejn + 2 għal 8°Ċ u jkunu ħielsa minn kontaminazzjoni esterna matul it-trasportazzjoni tagħhom.

Il-kampjuni kollha idealment jaslu l-laboratorju fi żmien 24 siegħa minn meta jseħħ il-proċess ta’ teħid ta’ kampjuni. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali (pereżempju, vjaġġi twal, tmiem il-ġimgħa u btajjel pubbliċi) dak il-perjodu jista’ jittawwal għal 80 siegħa.

Fil-każ li jintużaw laboratorji differenti għall-ittestjar ta’ Campylobacter u Salmonella allura l-laboratorju li qed jittestja Campylobacter għandu jieħu preferenza meta jasal il-kampjun.

2.   It-teħid ta’ kampjuni fil-laboratorju u l-metodi analitiċi

2.1.   Wasla tal-kampjuni

Kif jaslulhom il-kampjuni, il-laboratorji għandhom jivverifikaw it-tagħrif irreġistrat mill-entità li ħadet il-kampjun u jimlew it-taqsimiet relevanti tal-formola tal-kampjun.

Il-kampjuni għandhom jinżammu f’temperatura ta’ +2-8°Ċ fil-laboratorju u għandha tinbeda l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni tal-laboratorju minnufih kemm jista’ jkun wara l-wasla tal-kampjuni għand il-laboratorju u fi kwalunkwe każ fi żmien 72 sa 80 siegħa mill-ħin li fih twettaq it-teħid tal-kampjuni.

2.2.   Preparazzjoni tal-kampjun

Il-kampjuni kollha li jaslu għandhom jiġu eżaminati sabiex jiġi żgurat li l-pakkett tat-trasport huwa intatt qabel jinbeda l-ittestjar.

Dawk inkarigati mill-eżaminazzjoni jridu jevitaw l-intrakontaminazzjoni bejn il-kampjuni u mill-ambjent ta’ madwarhom fl-istadji kollha.

Filwaqt li jkunu lebsin ingwanti li jintremew wara kull użu, għandhom ineħħu it-tiġieġa mill-borża tagħha tal-kampjun, filwaqt li jieħdu ħsieb li ma jikkontaminawx il-wiċċ ta’ barra tat-tiġieġa.

Bl-użu ta’ strument sterili u ta’ teknika settika, għandha titneħħa l-ġilda ta’ l-għonq, jekk qiegħda hemm, flimkien mal-ġilda min-naħa waħda tal-karkassa filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe xaħam sabiex jinħoloq porzjon għat-test ta’ 27 g u dawn għandhom jitqiegħdu f’borża Stomacher (jew Pulsifier).

2.3.   Sospensjoni inizzjali

Il-porzjon għat-test ta’ 27 g għandu jiġi ttrasferit għal 9 volumi (243 ml) ta’ buffered peptone water (BPW), li jinġieb għal temperatura ambjentali qabel ma jiżdied. It-taħlita għanda tiġi ttrattata fi Stomacher jew Pulsifier għal madwar minuta waħda (jinħtieġu 27 g sabiex jitwettqu l-analiżi għal Salmonella spp. u Campylobacter spp. minn kampjun wieħed b’mod parallel). Ir-ragħwa għandha tiġi evitata billi titneħħa kemm jista’ jkun l-arja mill-borża Stomacher.

Is-sospensjoni inizjali għandha tintuża kif ġej:

(a)

10 ml (~1 g) għandhom jiġu ttrasferiti għall-mezz ta’ arrikkiment ta’ 90 ml għall-iżvelar ta’ Campylobacter spp.;

(b)

10 ml (~1 g) għandhom jiġu ttrasferiti f’tubu sterili vojt; 1 ml jintuża għall-elenkar ta’ Campylobacter spp. f’dixxijiet selettivi.

Il-bqija tas-sospensjoni inizjali (250 ml ~ 25 g) għandha tintuża għall-iżvelar ta’ Salmonella spp.

2.4.   L-iżvelar, il-metodi ta’ identifikazzjoni għal Salmonella spp.

2.4.1.   L-iżvelar ta’ Salmonella spp.

L-iżvelar ta’ Salmonella spp. għandu jsir skond l-ISO 6579-2002 (E). “Mikrobijoloġija ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ l-għalf ta’ l-annimali - Metodi orizzontali għall-iżvelar ta’ Salmonella spp.”

2.4.2.   Klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi ta’ Salmonella spp.

Ta’ l-anqas iżolat wieħed minn kull kampjun pożittiv għandu jiġi kklassifikat mil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għas-Salmonella, bl-użu ta’ l-iskema Kaufmann-White.

Għal garanzija tal-kwalità, proporzjon ta’ l-iżolati li mhumiex klassifikabbli għandu jintbagħat lil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità għas-Salmonella, b’massimu ta’ 16-il iżolat mhux klassifikabbli. Proporzjon ta’ dawn l-iżolati għandu jintbagħat lil dak il-laboratorju fuq bażi ta’ kull tliet xhur.

2.4.3.   Il-klassifikazzjoni batterjofaga ta’ Salmonella spp.

Għal S. Enteritidis u S. Typhimurium huwa rakkomandat li mill-anqas kampjun pożittiv għandu jkollu klassifikazzjoni batterjofaga, bl-użu tal-protokoll iddefinit mill-aġenzija Brittanika għall-ħarsien tas-saħħa - Health Protection Agency (HPA), Colindale, Londra.

2.5.   Metodi għall-iżvelar, l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni għal Campylobacter spp.

2.5.1.   L-iżvelar ta’ Campylobacter spp.

L-iżolazzjoni u l-konferma ta’ organiżmi Campylobacter għandhom jitwettqu kif deskritt fl-ISO 10272-1:2006(E). Mill-anqas iżolat wieħed ta’ Campylobacter għal kull lott għandu jiġi speċjat bl-użu ta’ metodi fenotipiċi kif deskritti fl-ISO 10272-1:2006(E) jew ta’ metodi molikolari ppubblikati bħalma huma tekniki ta’ Reazzjoni Katina tal-Polymerase (PCR). Il-metodu għandu jiġi indikat.

Għall-garanzija tal-kwalità, proporzjon ta’ iżolati ta’ Campylobacter spp. b’massimu ta’ 8 iżolati għandu jintbagħat lil-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għal Campylobacter għall-konferma u l-ispeċjazzjoni.

Proporzjon ta’ dawn l-iżolati għandu jintbagħat lil dak il-laboratorju fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Jekk l-iżolati se jiġu ttrasportati bejn il-laboratorji, għandhom jintużaw kondizzjonijiet xierqa (pereżempju mselħiet tal-faħam).

2.5.2.   Il-kwantifikazzjoni ta’ Campylobacter spp.

L-iżvelar kwantitattiv ta’ Campylobacter spp. għandu jitwettaq skond l-ISO/TS 10272-2:2006 “Mikrobijoloġija ta’ l-ikel u l-oġġetti ta’ l-għalf ta’ l-annimali - Metodu orizzontali għall-iżvelar u l-elenkar ta’ Campylobacter spp. il-Parti 2: Teknika ta’ l-għadd ta’ kolonji”. Jekk tibda b’sospensjoni inizjali ta’ 10 ml, 0.1 ml ta’ din is-sospensjoni inizjali u ta’ dilwazzjonijiet ulterjuri tagħha għandhom jiġu eżaminati sabiex jippermettu l-elenkar sa massimu ta’ 106 cfu/g. Barra minn dan, 1 ml tas-sospensjoni inizjali mhux dilwita għandha tiġi eżaminata sabiex jinkiseb il-limitu ta’ numerazzjoni ta’ 10 cfu/g. Id-determinazzjonijiet kollha tad-dixxijiet għandhom isiru darbtejn.

Sabiex tippermetti tqabbil u ġudizzju korrett tad-data (għal valutazzjoni futura tar-riskju) l-inċertezza tal-kejl (IK) tal-metodu kwantitattiv ta’ determinazzjoni għandu jkun stmat għal kull laboratorju.

Sabiex tiġi stmata l-IK l-ispeċifikazzjoni teknika ISO/TS 19036:2006 għandha tintuża bl-eċċezzjoni li d-dilwazzjonijiet paralleli mis-sospensjoni inizjali jiġu applikati għall-istima ta’ l-IK.

L-IK hija mnissla mid-devjazzjoni standard intralaboratorja ta’ riproduċibilità. Id-data fuq l-istima ta’ l-IK għandha tinġabar minn Mejju sa Settembru sabiex tiżgura kampjuni pożittivi. Total ta’ 12-il kampjun pożittiv għandu jiġi eżaminat f’dilwazzjonijiet idduplikati u paralleli mħejjija mis-sospensjoni inizjali ta’ 10 ml. Data mhux ipproċessata fuq l-istima ta’ l-IK għandha tiġi rrappurtata b’mod separat bħala parti mid-deskrizzjoni globali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni kif stipulat fil-Parti E.

3.   Ħażna ta’ iżolati

Sabiex tippermetti pereżempju ttestjar aktar ’il quddiem għas-suxxettibilità antimikrobika hija rakkomandata ħażna ta’ subsett rappreżentattiv ta’ iżolati. Għandu jinħażen iżolat wieħed għal kull kampjun pożittiv. L-iżolat Campylobacter miksub mill-analiżi kwantitattiva għandu jkun ippreferut. L-iżolati jridu jinħażnu fil-LNR bl-użu tal-metodu normali għall-ġbir tal-kultura tal-LNR, sakemm dan jiżgura l-vijabilità tar-razez għal minimu ta’ sentejn.

PARTI E:

Ir-rapporti

Ir-rapporti għandhom jinkludu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

(1)

Deskrizzjoni globali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni:

Biċċeriji: In-numru totali għal kull pajjiż u n-numru li ttieħed bħala kampjun;

Id-daqs realizzat tal-kampjun primarju;

Id-deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ l-istratifikazzjoni u r-randomizzazzjoni;

Id-deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet tal-kontroll tal-kwalità, bl-inklużjoni ta’ rapport dwar it-12-il istima ta’ l-IK għal kull laboratorju għal kwantifikazzjoni ta’ Campylobacter;

Ir-riżultati globali.

(2)

Tagħrif speċifiku fir-rigward ta’ data ta’ prevalenza

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni fil-forma ta’ data mhux ipproċessata bl-użu ta’ dizzjunarju tad-data u formoli tal-ġbir tad-data pprovduti mill-Kummissjoni.

Dik id-data għandha tinkludi ta’ l-anqas it-tagħrif li ġej:

Isem/kodiċi tal-biċċerija;

Identifikatur tal-lott;

Isem/kodiċi ta’ l-ażjenda (razzett) ta’ oriġini tal-lott għat-tbiċċir;

Id-daqs ta’ l-ażjenda jekk magħruf;

Status tat-tilqim tas-Salmonella tal-qatgħa jekk magħruf;

L-età tal-brojlers waqt it-teħid ta’ kampjuni (tbiċċir);

Tagħrif dwar jekk din kinetx l-ewwel lott jew inkella dak sussegwenti li tbiċċer mill-qatgħa (qabel it-tnaqqis jew le);

Tip ta’ produzzjoni (jiġifieri konvenzjonali, trobbija fil-beraħ, organika);

Riżultati ta’ ttestjar preċedenti ta’ Salmonella u Campylobacter fl-istess qatgħa;

Data tat-teħid ta’ kampjuni;

Numru ta’ għasafar imbiċċra kull sena f’dik il-biċċerija;

Tip ta’ metodu ta’ tkessiħ użat (Arja, immersjoni, sprej);

Dettalji tal-protokoll tat-trasport (kif speċifikat: Iva/Le);

Data tal-wasla għand il-laboratorju;

Data ta’ l-ittestjar;

Identifikazzjoni tal-laboratorju;

Tip ta’ kampjun;

Deskrizzjoni tal-metodi użati tal-kultura, b’mod partikolari il-mezz/i selettiv/i;

Iżolat ta’ Campylobacter: Metodu użat ta’ speċjazzjoni;

Campylobacter: riżultat ta’ l-ittestjar batterjoloġiku, inkluża l-ispeċjazzjoni mill-kampjun tal-musrana l-għamja;

Campylobacter: riżultat ta’ l-ittestjar batterjoloġiku, inklużi l-ispeċjazzjoni u l-kwantifikazzjoni mill-kampjun tal-karkassa;

Salmonella: riżultat ta’ l-ittestjar u tal-klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi batterjoloġiċi;

Żmien bejn it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi (għal kull perjodu ta’ 12-il siegħa).

(3)

Tagħrif speċifiku dwar l-ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika ta’ iżolati ta’ Campylobacter ta’ kampjuni tal-musrana l-għamja.

Ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ reżistenza antimikrobika għandhom ikun verifikati u rappurtati skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/99/KE, fir-rapporti annwali dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, l-aġenti żoonotiċi u r-reżistenza antimikrobika.

Mingħajr preġudizzji għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness IV tad-Direttiva 2003/99/KE għandu jiġi rrappurtat it-tagħrif li ġej:

Oriġini ta’ l-iżolati jiġifieri studju tal-linja ta’ bażi, programm ta’ kontroll, sorveljanza passiva;

numru ta’ iżolati ttestjati skond is-suxxettibilità għal kull speċi Campylobacter;

numru ta’ iżolati li nstabu reżistenti għal kull aġent antimikrobiku għal kull speċi Campylobacter; u

numru ta’ iżolati suxxettibbli kompletament u numru ta’ iżolati reżistenti għal 1, 2, 3, 4 u > 4 aġenti antimikrobiċi elenkati fit-Tabella 1 ta’ l-ispeċi ta’ Campylobacter.


(1)  Stima: numru ta’ ażjendi (4 fl-Estonja, 5 fil-Latvja) × 2 merħliet għal kull ażjenda × 2 qatgħat għat-tbiċċir għal kull merħla × 6 ċikli fis-sena. Fil-Lussemburgu jitbiċċru biss brojlers minn 3 qatgħat żgħar. Qatgħa għat-tbiċċir minn kull wieħed minnhom se tittiħdilha kampjun kull trimestru.


ANNESS II

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità lill-Istati Membri

(EUR)

Stat Membru

Ammont massimu totali għal kofinanzjament tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi

Il-Belġju - BE

58 092

Il-Bulgarija - BG

58 092

Ir-Repubblika Ċeka - CZ

58 092

Id-Danimarka - DK

58 092

Il-Ġermanja - DE

58 092

L-Estonja - EE

14 688

L-Irlanda - IE

58 092

Il-Greċja - EL

58 092

Spanja - ES

58 092

Franza - FR

58 092

L-Italja - IT

58 092

Ċipru - CY

58 092

Il-Latvja - LV

18 360

Il-Litwanja - LT

58 092

Il-Lussemburgu - LU

1 836

L-Ungerija - HU

58 092

Malta - MT

58 092

L-Olanda - NL

58 092

L-Awstrija - AT

58 092

Il-Polonja - PL

58 092

Il-Portugall - PT

58 092

Ir-Rumanija – RO

58 092

Is-Slovenja - SI

58 092

Is-Slovakkja - SK

58 092

Il-Finlandja - FI

58 092

L-Iżvezja - SE

58 092

Ir-Renju Unit - UK

58 092

Total

1 429 092


ANNESS III

Rapport finanzjarju ċċertifikat dwar l-implimentazzjoni ta’ l-indaġni dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter spp. f’qatgħat tal-brojlers u r-reżistenza antimikrobika tagħhom u dwar il-prevalenza ta’ Campylobacter spp. u Salmonella spp. fil-karkassi tal-brojlers

Perjodu tar-rappurtar minn … sa …

Dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq ta’ l-indaġni u eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

In-numru tar-referenza tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità:

Spejjeż imġarrba relatati mal-funzjonijiet fi/minn

Numru ta’ testijiet

Spejjeż totali ta’ l-ittestjar imġarrba matul il-perjodu tar-rappurtar

(munita nazzjonali)

L-iżvelar batterjoloġiku ta’ Campylobacter spp.

 

 

L-iżvelar batterjoloġiku ta’ Salmonella spp.

 

 

Il-konferma ta’ Campylobacter spp.

 

 

Speċjazzjoni ta’ iżolati ta’ Campylobacter

 

 

L-elenkar ta’ iżolati ta’ Campylobacter

 

 

Klassifikazzjoni fuq bażi tas-serotipi ta’ l-iżolati tas-Salmonella

 

 

Ittestjar ta’ reżistenza antimikrobika ta’ iżolati ta’ Campylobacter

 

 

Dikjarazzjoni mill-benefiċjarju

Nikkonfermaw li:

l-ispejjeż imsemmija hawn fuq huma ġenwini u ġġarrbu fit-twettiq tal-ħidmiet stipulati f’din id-Deċiżjoni u kienu essenzjali għall-prestazzjoni xierqa ta’ dawn il-ħidmiet;

id-dokumenti kollha ta’ sostenn li joffru prova ta’ l-ispejjeż huma disponibbli għall-fini tal-verifika finanzjarja;

l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja oħra tal-Komunità ma ntalbet għal dan il-programm.

Data:

Il-persuna responsabbli għall-finanzi:

Firma:


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/38


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/517/PESK

tas-16 ta’ Lulju 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK dwar l-istabbiliment ta’ tim ta’ l-UE biex jikkontribwixxi għat-tħejjijiet ta’ l-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Settembru 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK (1) li tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2007.

(2)

Fid-dawl tal-Proposta Komprensiva għall-Ftehim ta’ Status tal-Kosovo, datat is-26 ta’ Marzu 2007, li jipprovdi għal Rappreżentant Ċivili Internazzjonali fil-Kosovo, li ser ikun ukoll Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u li ser jiġi appoġġat minn Uffiċċju Ċivili Internazzjonali (ICO) fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR għandu jissemma mill-ġdid Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR.

(3)

Il-mandat tat-Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR għandu jiġi emendat u estiż sat-30 ta’ Novembru 2007, jew sa 30 jum wara l-adozzjoni ta’ Riżoluzzjoni ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) li tibdel il-UNSCR 1244 u li tendorsja l-ħatra ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali kemm-il darba tali UNSCR tiġi adottata qabel l-1 ta’ Novembru 2007.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandha tiġi emendata u estiża kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Ir-referenzi għall-“missjoni ċivili internazzjonali”, l-“ICM” u t-“Tim ta’ Tħejjija ICM/EUSR” għandhom jinqraw bħala referenzi għall-“Uffiċċju Ċivili Internazzjonali”, “ICO” u t-“Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR” rispettivament.

(2)

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 2:

“(5)

li jaħdem ma’ l-awtoritajiet tal-Kosovo, l-UNMIK u msieħba internazzjonali ewlenin oħra fl-ippjanar tat-transizzjoni ta’ l-awtorità mill-UNMIK u fit-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ status.”

(3)

L-Artikolu 4 (1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.   Is-Sur Jonas Jonsson huwa b’dan maħtur Kap tat-Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR.”

(4)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Artikolu 9(1):

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-infiq relatat mat-Tim ta’ Tħejjija ICO/EUSR mill-1 ta’ Awissu sat-30 ta’ Novembru 2007 għandu jkun ta’ EUR 1 875 000.”

(5)

L-Artikolu 14 (2) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2.   Huwa għandu jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2007, jew 30 jum wara l-adozzjoni ta’ UNSCR li jieħu post il-UNSCR 1244 u li jendorsja l-ħatra ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali, kemm-il darba tiġi adottata qabel l-1 ta’ Novembru 2007.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Il-punt (3) ta’ l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2007.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, 16 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SILVA


(1)  ĠU L 253, 16.9.2006, p. 29. Azzjoni Konġunta kif estiża bl-Azzjoni Konġunta 2007/203/PESK(ĠU L 90, 30.3.2007, p. 94).


21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 190/s3


AVVIŻ LIL QARREJ

Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.

Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.

ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 370

L 30

L 371

L 45

L 373

L 121

L 375

L 70


ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 387

L 34


ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 396

L 136

L 400

L 54

L 405

L 29

L 407

L 44

L 408

L 47

L 409

L 36

L 410

L 40

L 411

L 27

L 413

L 50