|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/459/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3020) ( 1 ) |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
4.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 780/2007
tat-3 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
36,7 |
|
TR |
106,4 |
|
|
ZZ |
71,6 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
120,2 |
|
ZZ |
120,2 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
93,6 |
|
ZZ |
93,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
54,6 |
|
ZA |
60,7 |
|
|
ZZ |
57,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
93,3 |
|
BR |
81,0 |
|
|
CA |
99,5 |
|
|
CL |
91,4 |
|
|
CN |
78,4 |
|
|
NZ |
98,7 |
|
|
US |
119,4 |
|
|
UY |
47,3 |
|
|
ZA |
107,0 |
|
|
ZZ |
90,7 |
|
|
0808 20 50 |
AR |
79,5 |
|
CL |
90,3 |
|
|
NZ |
161,9 |
|
|
ZA |
103,5 |
|
|
ZZ |
108,8 |
|
|
0809 10 00 |
EG |
88,7 |
|
TR |
215,8 |
|
|
ZZ |
152,3 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
274,7 |
|
US |
479,0 |
|
|
ZZ |
376,9 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
US |
120,3 |
|
ZZ |
120,3 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
150,7 |
|
ZZ |
150,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
4.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 781/2007
tat-3 ta’ Lulju 2007
li jadatta r-Regolament (KEE) Nru 2237/77 dwar il-forma ta’ skedi azjendali li għandhom jintużaw għall-iskop li jiġu determinati l-introjti ta’ azjendi agrikoli, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 (1) jistipula l-kontenuti ta’ l-iskeda azjendali li għandha tintuża. |
|
(2) |
L-iskeda azjendali għandha tiġi adattata fir-rigward ta’ l-informazzjoni dwar is-sistema tal-VAT, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2237/77, il-punt 107 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament preżenti.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b’effett mis-sena tal-kontijiet 2007, li tibda waqt il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-1 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 263, 17.10.1977, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1861/2006 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 33).
ANNESS
“107. Sistema tal-VAT
Is-sistema tal-VAT (numru tas-serje 400) li l-azjenda hija soġġeta għaliha għandha tintwera għal kull azjenda bin-numru tal-kodiċi fil-lista li ġejja:
|
|
Nru tas-serje 400 Kodiċi |
|
IL-BELĠJU |
|
|
Régime normal obligatoire |
1 |
|
Régime normal sur option |
2 |
|
Régime agricole |
3 |
|
IL-BULGARIJA |
|
|
Eżenti |
1 |
|
Irreġistrata |
2 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
|
|
Irreġistrata |
1 |
|
ID-DANIMARKA |
|
|
Moms (= normali) |
1 |
|
IL-ĠERMANJA |
|
|
Pauschalierender Betrieb |
1 |
|
Optierender Betrieb |
2 |
|
Getränke erzeugender Betrieb |
3 |
|
Betrieb mit Kleinumsatz |
4 |
|
L-ESTONJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Speċjali |
2 |
|
L-IRLANDA |
|
|
Agrikola |
1 |
|
Irreġistrata (= normali) |
2 |
|
IL-GREĊJA |
|
|
Sistema normali |
1 |
|
Sistema agrikola |
2 |
|
SPANJA |
|
|
Sistema normali |
1 |
|
Sistema ssimplifikata |
2 |
|
Sistema agrikola |
3 |
|
FRANZA |
|
|
TVA sur option avec autorisation pour animaux vivants |
2 |
|
Remboursement forfaitaire |
3 |
|
L-ITALJA |
|
|
Regime esonerato |
1 |
|
Regime speciale agricolo |
2 |
|
Regime normal |
3 |
|
ĊIPRU |
|
|
Normali |
1 |
|
Agrikola |
2 |
|
VAT mhux applikabbli |
3 |
|
IL-LATVJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Agrikola |
2 |
|
IL-LITWANJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Speċjali |
2 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
|
|
Régime normal obligatoire |
1 |
|
Régime normal sur option |
2 |
|
Régime forfaitaire de l'agriculture |
3 |
|
L-UNGERIJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Agrikola |
2 |
|
MALTA |
|
|
Normali |
1 |
|
L-OLANDA |
|
|
Algemene regeling verplicht |
1 |
|
Algemene regeling op aanvraag |
2 |
|
Landbouwregeling |
3 |
|
L-AWSTRIJA |
|
|
Pauschalierender Betrieb |
1 |
|
Optierender Betrieb |
2 |
|
IL-POLONJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Agrikola |
2 |
|
IL-PORTUGALL |
|
|
Sistema agrikola |
1 |
|
Sistema normali |
2 |
|
IR-RUMANIJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Speċjali |
2 |
|
Azjendi żgħar |
3 |
|
IS-SLOVENJA |
|
|
Normali |
1 |
|
Agrikola |
2 |
|
IS-SLOVAKKJA |
|
|
Irreġistrata |
1 |
|
Eżenti |
2 |
|
IL-FINLANDJA |
|
|
Sistema normali |
1 |
|
L-IŻVEZJA |
|
|
Sistema normali |
1 |
|
IR-RENJU UNIT |
|
|
Eżenti |
1 |
|
Irreġistrata |
2 |
Sottodiviżjonijiet tas-sistema tal-VAT (Spanja, Franza, l-Italja, l-Ungerija u l-Polonja biss)
|
|
Nru tas-serje 401 |
|
SPANJA |
|
|
|
Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn fl-azjenda jkunu japplikaw żewġ sistemi |
|
FRANZA |
|
|
Sans TVA obligatoire sur activités connexes |
0 |
|
Avec TVA obligatoire sur activités connexes |
1 |
|
L-ITALJA |
|
|
Is-sistema tal-VAT għall-agrituriżmu bħala attività sekondarja |
|
|
Sistema speċjali agrituriżmu |
1 |
|
Sistema normali agrituriżmu |
2 |
|
L-UNGERIJA |
|
|
|
Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn l-azjenda tkun qed tapplika żewġ sistemi |
|
IL-POLONJA |
|
|
|
Niżżel il-kodiċi tas-sistema tal-VAT (minn fost dawk użati għan-numru tas-serje 400) għas-sistema minoritarja, fejn l-azjenda tkun qed tapplika żewġ sistemi” |
|
4.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 782/2007
tat-3 ta’ Lulju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 634/2006 li jistipula r-regoli applikabbli għat-tqegħid fis-suq tal-kaboċċi tar-ras
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dispożizzjonijiet dwar ir-regoli għat-tqegħid fis-suq tal-kaboċċi tar-ras, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2006 (2), jistipulaw bħala obbligatorja l-indikazzjoni tan-numru ta’ l-unitajiet fuq il-pakketti. |
|
(2) |
Bl-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ u peress li l-kaboċċi tar-ras ġeneralment jinbiegħu bl-użin u mhux skond in-numru ta’ l-unitajiet, jeħtieġ li din l-obbligazzjoni titħassar. |
|
(3) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 634/2006 għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex Friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tieni indentazzjoni tal-punt 6.1.D ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 634/2006, għandha titħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
4.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE dwar kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3020)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/459/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (2) tistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali li jiggvernaw ċerti oġġetti ta’ l-ikel impurtati minn ċerti pajjiżi terzi minħabba riskji ta’ kontaminazzjoni ta’ dawn il-prodotti minn aflatossini. |
|
(2) |
L-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/504/KE uriet li jinħtieġu ċerti emendi. Il-lista tal-punti ta’ l-importazzjoni magħżula li minnhom il-prodotti koperti minn dik id-Deċiżjoni jistgħu jiġu impurtati fil-Komunità għandha tiġi aġġornata, b’mod partikulari fil-qafas tas-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |
|
(3) |
Għall-ħarsien tas-saħħa pubblika huwa meħtieġ li oġġetti ta’ l-ikel komposti li fihom ammont sinifikanti mill-oġġetti ta’ l-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni huma wkoll fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni. Ġie stabbilit limitu massimu ta’ 10 %. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkontrollaw għall-għarrieda l-preżenza ta’ aflatossini f’oġġetti ta’ l-ikel komposti li fihom anqas minn 10 % ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni. Fil-każ li data ta’ sorveljanza tindika li oġġetti ta’ l-ikel komposti li fihom inqas minn 10 % ta’ oġġetti ta’ l-ikel koperti minn din id-Deċiżjoni nstabu li f’bosta każijiet ma kinux konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar livelli massimi għal aflatossini, dan il-limitu massimu għandu jiġi rrivedut. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/504/KE tistipula li Stat Membru jista’ jippermetti biss importazzjonijiet ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel fejn il-kunsinna tkun akkumpanjata, inter alia, minn ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006. Sabiex jiġu evitati differenzi fl-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, jidher li huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li r-rekwiżit rigward iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu x’jaqsam mal-kunsinni li telqu mill-pajjiż ta’ l-oriġini wara l-1 ta’ Ottubru 2006. |
|
(5) |
B’żieda ma’ dan, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa mfassal f’dik id-Deċiżjoni għandu jiġi emendat bis-separazzjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa li jrid jimtela mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta’ l-oriġini ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel koperti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE mit-tagħrif li jrid jiġi pprovdut mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Barra minn hekk, id-dokument komuni li fih it-tagħrif dwar il-kontrolli mwettqa jrid jiġi emendat sabiex jipprovdi wkoll għas-sitwazzjoni fejn l-awtorità kompetenti fil-punt ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità hija differenti mill-awtorità kompetenti fil-punt magħżul għall-importazzjoni, jew fejn il-kontroll fiżiku mhux obbligatorju. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/504/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Ambitu Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (e) u għall-oġġetti ta’ l-ikel ipproċessati u komposti derivati minn jew li fihom ammont sinifikanti mill-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (e). Madankollu, ma għandhiex tapplika għal kunsinni ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’piż gross ta’ mhux aktar minn 5 kg. L-oġġetti ta’ l-ikel għandhom jitqiesu li fihom ammont sinifikanti mill-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (b) sa (e), fejn huma preżenti fihom fi kwantità ta’ mill-inqas 10 %.
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 3:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 5:
|
|
(4) |
L-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jitbiddel b’dan li ġej: “2. L-ispejjeż kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri uffiċjali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ kunsinni ta’ oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-Artikolu 1 u sabiex jiġu pproċessati u komposti oġġetti ta’ l-ikel derivati minn jew li fihom l-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dawn il-punti għandhom jiġġarbu mill-operatur kummerċjali ta’ l-ikel responsabbli għall-kunsinna jew minn rappreżentant tiegħu.” |
|
(5) |
Se jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej: “Artikolu 10a Dispożizzjonijiet tranżitorji B’deroga mill-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ kunsinni li telqu mill-pajjiż ta’ l-oriġini qabel l-1 ta’ Ottubru 2006, akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa kif stipulat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/49/KE (*1) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Eġittu, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/79/KE (*2) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel miċ-Ċina, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/80/KE (*3) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mit-Turkija, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/493/KE (*4) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Brażil u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/85/KE (*5) fir-rigward ta’ oġġetti ta’ l-ikel mill-Iran. (*1) ĠU L 19, 25.1.2000, p. 46." (*2) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 21." (*3) ĠU L 34, 5.2.2002, p. 26." |
|
(6) |
L-Anness I jinbidel bit-test ta’ l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
L-Anness II jinbidel bit-test ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
It-test fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni jiżdied bħala l-Anness III. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2007.
Madankollu, l-Artikolu 1(5) għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2006 u l-Artikolu 1(7) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).
ANNESS I
ANNESS II
“ANNESS II
Lista tal-punti magħżula għall-importazzjoni li minnhom jistgħu jiddaħħlu oġġetti ta’ l-ikel koperti mill-Artikolu 1 fil-Komunità
|
Stat Membru |
Punti ta’ importazzjoni magħżula |
|
Il-Belġju |
Antwerpen/Anvers, Zeebrugge, Brussel/Bruxelles, Aalst/Alost |
|
Il-Bulgarija |
L-ajruport ta’ Burgas, Burgas ‘West–Fish port’, L-ajruport ta’ Varna Varna Port – West Varna port, Varna – lanċa, Svilengrad – stazzjon tal-ferrovija, Kapitan Andreevo, Ruse – terminal port tal-lvant, L-ajruport ta’ Sofia Id-Dipartiment tad-Dwana – Sofia Id-Dipartiment tad-Dwana – Plovdiv |
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Celní úřad Praha D5 |
|
Id-Danimarka |
Il-portijiet u l-ajruporti kollha Daniżi |
|
Il-Ġermanja |
HZA Lörrach – ZA Weil am Rhein–Autobahn, HZA Stuttgart – ZA Flughafen, HZA München – ZA München – Flughafen, HZA Berlin – ZA Dreilinden, HZA Frankfurt (Oder) – ZA Frankfurt (Oder) Autobahn, HZA Frankfurt (Oder) – ZA Forst–Autobahn, HZA Bremen – ZA Neustädter Hafen, HZA Bremen – ZA Bremerhaven, HZA Hamburg – Hafen – ZA Waltershof, HZA Hamburg – Stadt, HZA Itzehoe – ZA Hamburg – Flughafen, HZA Frankfurt–am–Main–Flughafen, HZA Braunschweig – ZA Braunschweig–Broitzem, HZA Hannover – ZA Hamburger Allee, HZA Koblenz – ZA Hahn – Flughafen, HZA Oldenburg – ZA Wilhelmshaven, HZA Bielefeld – ZA Eckendorfer Straße Bielefeld, HZA Erfurt – ZA Eisenach, HZA Potsdam – ZA Ludwigsfelde, HZA Potsdam – ZA Berlin – Flughafen Schönefeld, HZA Potsdam – ZA Berlin – Flughafen Tegel, HZA Augsburg – ZA Memmingen, HZA Ulm – ZA Ulm (Donautal), HZA Karlsruhe – ZA Karlsruhe, HZA Gießen – ZA Gießen, HZA Gießen – ZA Marburg, HZA Singen – ZA Bahnhof, HZA Lörrach – ZA Weil am Rhein – Schusterinsel, HZA Hamburg–Stadt – ZA Oberelbe, HZA Hamburg–Stadt – ZA Oberelbe – Abfertigungsstelle Billbrook, HZA Hamburg-Stadt – ZA Oberelbe – Abfertigungsstelle Großmarkt, HZA Düsseldorf – ZA Düsseldorf Nord, HZA Köln – ZA Köln Niehl, HZA Erfurt – ZA Jena |
|
L-Estonja |
L-Uffiċċji tad-Dwana kollha Estoni |
|
Il-Greċja |
Athina, Pireas, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Athina, Thessaloniki, Volos, Nafplio Patra, Egion, Iraklion Kritis, Larisa, Ioannina, Katerini, Komolini, Veria, Drama, Serres, Kavala, Xanthi, Alexadroupolis |
|
Spanja |
Algeciras (Puerto), Alicante (Puerto), Almería (Puerto), Barcelona (Puerto), Bilbao (Puerto), Cádiz (Puerto), Ceuta (Puerto), Las Palmas de Gran Canaria (puerto), Málaga (Puerto), Melilla (Puerto), Sevilla (Puerto), Tarragona (Puerto), Valencia (Puerto), Juan Escoda S.A. – Tarragona (Puerto), Importaco – Valencia(Puerto) |
|
Franza |
Marseille (Bouches–du–Rhone), Le Havre (Seine–Maritime), Rungis MIN (Val–de–Marne), Lyon Chassieu CRD (Rhône), Strasbourg CRD (Bas–Rhin), Lille CRD (Nord), Saint–Nazaire Montoir CRD (Loire–Atlantique), Agen (Lot–et–Garonne), Port de la Pointe des Galets à la Réunion |
|
L-Irlanda |
Il-port ta’ Dublin, l-ajruport ta’ Shannon |
|
L-Italja |
Ufficio di Sanità, Marittima, Aerea e di Frontiera (USMAF) Bari, Unità Territoriale (UT) Bari USMAF Bologna, UT Ravenna, USMAF Brindisi, UT Brindisi USMAF Catania, UT Reggio Calabria USMAF Genova, UT Genova USMAF Genova, UT La Spezia USMAF Genova, UT Savona, USMAF Livorno, UT Livorno USMAF Napoli, UT Cagliari USMAF Napoli, UT Napoli, USMAF Napoli, UT Salerno, USMAF Pescara, UT Ancona, USMAF Venezia, UT Trieste, compresa dogana di Fernetti-interporto Monrupino USMAF Venezia, UT Venezia |
|
Ċipru |
Il-port ta’ Limassol, l-ajruport ta’ Larnaca |
|
Il-Latvja |
Grebneva – triq mar-Russja Grebneva – triq mar-Russja Pātarnieki – triq mal-Belarus Silene – triq mal-Belarus Daugavpils – stazzjon tal-ferrovija għall-komoditajiet Rēzekne – stazzjon tal-ferrovija għall-komoditajiet Il-port ta’ Liepāja Il-port ta’ Ventspils Il-port ta’ Rīga Il-port ta’ Rīga Rīga – Latvian Post |
|
Il-Litwanja |
Triq: Kybartai, Lavoriškės, Medininkai, Panemunė, Šalčininkai Ajruport: Vilnius Port: Malkų įlankos, Molo, Pilies Ferrovija: Kena, Kybartai, Pagėgiai |
|
Il-Lussemburgu |
Centre Douanier, Croix de Gasperich, Lussemburgu Administration des Douanes et Accises, Bureau Lussemburgu–Aéroport, Niederanven |
|
L-Ungerija |
Ferihegy – Budapest – ajruport Záhony – Szabolcs–Szatmár–Bereg – triq Eperjeske – Szabolcs–Szatmár–Bereg – ferrovija Röszke – Csongrád – triq Kelebia – Bács-Kiskun – ferrovija Letenye – Zala – triq Gyékényes – Somogy – ferrovija Mohács – Baranya – port L-Uffiċċji Prinċipali tad-Dwana Ungeriżi kollha |
|
Malta |
Malta Freeport, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Port il-Kbir. |
|
L-Olanda |
Il-portijiet u l-arjuporti kollha u kull stazzjoni mal-fruntiera |
|
L-Awstrija |
L-Uffiċċji tad-Dwana kollha |
|
Il-Polonja |
Bezledy – Warmińsko – Mazurskie – triq – punt mal-fruntiera Kuźnica Białostocka – Podlaskie – triq – punt mal-fruntiera Bobrowniki – Podlaskie – triq – punt mal-fruntiera Koroszczyn – Lubelskie – triq – punt mal-fruntiera Dorohusk – Lubelskie – triq u ferrovija – punt mal-fruntiera Gdynia – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera Gdańsk – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera Medyka – Przemyśl – Podkarpackie – ferrovija – punt mal-fruntiera Medyka – Podkarpackie – triq – punt mal-fruntiera Korczowa – Podkarpackie – triq – punt mal-fruntiera Jasionka – Podkarpackie – ajruport – punt mal-fruntiera Szczecin – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera Świnoujście – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera Kołobrzeg – Zachodnio – Pomorskie – port – punt mal-fruntiera Mazowieckie – L-Ajruport u d-Dipartiment tad-Dwana ta’ Warsaw – issorveljati minn BSES f’Warszawa Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bytom Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Gliwice Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Dąbrowa Górnicza Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Katowice Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Cieszyn 4 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Poznań Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Łódź Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Łowicz Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES fi Skierniewic Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bytów Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES fi Kraków 2 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Biała Podlaska Id-Dipartiment tad-Dwana – issorveljat minn PSES f’Bolesławiec 2 Dipartimenti tad-Dwana – issorveljati minn PSES f’Bydgoszcz |
|
Il-Portugall |
Lisboa, Leixões Sines, Alverca, Riachos, Setúbal, Bodadela, l-ajruport ta’ Liżbona, l-ajruport ta’ Porto |
|
Ir-Rumanija |
Port Constanta Nord, Port Constanta Sud, L-Ajruport Internazzjonali ta’ Otopeni, Sculeni – fuq it-triq, Halmeu – fuq it-triq Siret – fuq it-triq, Stamora Moravita – fuq it-triq Albita – fuq it-triq |
|
Is-Slovenja |
Obrežje – triq fil-qsim tal-fruntiera Koper – port fil-qsim tal-fruntiera Dobova – ferrovija fil-qsim tal-fruntiera Brnik – ajruport fil-qsim tal-fruntiera Jelšane – triq fil-qsim tal-fruntiera Ljubljana – ferrovija u triq fil-qsim tal-fruntiera Gruškovje – triq fil-qsim tal-fruntiera Sežana – ferrovija u triq fil-qsim tal-fruntiera |
|
Is-Slovakkja |
L-Uffiċċji tad-Dwana Banská Bystrica, Bratislava, Košice, Žilina, Nitra, Prešov, Trnava, Trenčín, Čierna nad Tisou |
|
Il-Finlandja |
L-Uffiċċji tad-Dwana kollha Finlandiżi |
|
L-Iżvezja |
Göteborg, Stockholm, Helsingborg, Landvetter, Arlanda |
|
Ir-Renju Unit |
Belfast, Dover, Felixstowe, Gatwick Airport, Goole, Harwich, Heathrow Airport, Hull, Ipswich, Liverpool, London (including Tilbury, Thamesport and Sheerness), Manchester Airport, Manchester Container Base, Manchester International Freight Terminal, Manchester (Ellesmere Port only), Southampton, Teesport” |
ANNESS III
Corrigendum
|
4.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 174/18 |
Rettifika tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 157, tad-9 ta’ Ġunju 2006, p. 24 )
Paġna 34, Artikolu 25, l-ewwel subparagrafu
Flok:
“Id-Direttiva 98/37/KE hija b’hekk imħassra.”
Aqra:
“Id-Direttiva 98/37/KE hija b’hekk imħassra mid-29 ta’ Diċembru 2009.”