ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
29 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi ( 1 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin ( 1 )

17

 

*

Regolament (KE) Nru 717/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE ( 3 )

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(3)   Test b'relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 171/1


REGOLAMENT (KE) Nru 715/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Is-suq intern jikkonsisti f’zona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital għandu jiġi żgurat. Għal dak l-għan, hemm fis-seħħ sistema ta’ approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3). Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ emissjonijiet għandhom għalhekk jiġu armonizzati biex jiġu evitati rekwiżiti li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali.

(2)

Dan ir-Regolament huwa wieħed minn numru ta’ atti regolatorji separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip taħt id-Direttiva 70/156/KEE. Għalhekk, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata skond dan.

(3)

Fuq talba tal-Parlament Ewropew ġie introdott approċċ regolatorju ġdid fil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE dwar il-vetturi. B’hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fundamentali dwar l-emissjonijiet mill-vetturi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiġu stabbiliti permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati wara l-proċeduri ta’ kumitoloġija.

(4)

F’Marzu 2001 il-Kummissjoni varat il-programm Arja Nadifa għall-Ewropa (CAFE), li l-elementi ewlenin tiegħu huma spjegati f’komunikazzjoni ta’ l-4 ta’ Mejju 2005. Dan wassal għall-adozzjoni ta’ strateġija tematika dwar it-tniġġis ta’ l-arja bil-komunikazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2005. Waħda mill-konklużjonijiet ta’ l-istrateġija tematika hija li hemm bżonn ta’ tnaqqis ulterjuri ta’ l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport (trasport bl-ajru, marittimu u bl-art), mid-djar u mis-setturi ta’ l-enerġija, tal-biedja u ta l-industrija biex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-UE dwar il-kwalità ta’ l-arja. F’dan il-kuntest, il-ħidma biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn vetturi għandha tiġi affrontata bħala parti minn strateġija globali. L-istandards Euro 5 u 6 huma waħda mill-miżuri mfassla biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ partikulat u ta’ prekursuri ta’ l-ożonu, bħal ma huma l-ossidi tan-nitroġenu u l-idrokarburi.

(5)

Hemm bżonn ta’ sforzi kontinwi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-vetturi sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ l-UE rigward il-kwalità ta’ l-arja. Għal dik ir-raġuni, l-industrija għandha tingħata informazzjoni ċara dwar il-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fil-ġejjieni. Għalhekk, apparti l-Euro 5, dan ir-Regolament jinkludi l-istadju Euro 6 tal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet.

(6)

B’mod partikulari, hemm bżonn ta’ tnaqqis konsiderevoli ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu biex tittejjeb il-kwalità ta’ l-arja u biex ikun hemm konformità mal-valuri ta’ limitu għat-tniġġis. Dan jeħtieġ li, fl-istadju Euro 6, jintlaħqu valuri ta’ limitu ambizzjużi, mingħajr ma’ jkun hemm l-obbligu li jiġu abbandunati l-vantaġġi tal-magni diesel f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-fjuwil u ma’ l-emissjonijiet ta’ idrokarburi u tal-monossidju tal-karbonju. Jekk jiġi stabbilit pass ta’ dan it-tip għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet ta’ l-ossidju tan-nitroġenu fi stadju bikri, tingħata sigurtà għall-ippjanar fit-tul, fl-Ewropa kollha għall-manifatturi ta’ vetturi.

(7)

Fl-iffissar ta’ l-istandards għall-emissjonijiet huwa importanti li jitqiesu l-implikazzjonijiet għas-swieq u l-kompetittività tal-manifatturi, in-nefqiet diretti u indiretti imposti fuq in-negozju u l-benefiċċji li jinħolqu f’termini ta’ tħeġġiġ ta’ l-innovazzjoni, titjib fil-kwalità ta’ l-arja, tnaqqis fin-nefqiet għas-saħħa, u żieda fil-medja ta’ l-għomor, kif ukoll l-implikazzjonijiet ta’ l-impatt globali fuq l-emissjonijiet CO2.

(8)

Hemm bżonn ta’ aċċess bla restrizzjonijiet għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manteniment tal-vetturi, bl-użu ta’ format standardizzat li jista’ jintuża biex terġa’ tinkiseb l-informazzjoni teknika u l-kompetizzjoni effettiva fis-suq biex jittejjeb il-mod kif jaħdem is-suq intern, partikolarment fir-rigward tal-moviment liberu ta’ merkanzija, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu provduti servizzi. Proporzjon kbir ta’ tali informazzjoni hu relatat ma’ sistemi dijanjostiċi fil-vettura (OBD) u l-interazzjoni tagħhom ma’ sistemi ta’ vetturi oħra. Ikun xieraq li jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li l-websajts tal-manifatturi għandhom isegwu, flimkien ma’ miżuri mmirati biex jiġi żgurat aċċess raġonevoli għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). Standards komuni miftehma bl-involviment ta’ kull min hu involut, bħall-format OASIS (4), jistgħu jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-manifatturi u l-fornituri ta’ servizzi. Hu għalhekk xieraq li inizjalment jiġi rikjest l-użu ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-format OASIS u biex il-Kummissjoni tintalab tirrikjedi CEN/ISO biex dan il-format ikompli jiġi żviluppat fi standard bl-intenzjoni li l-format OASIS jiġi sostitwit fiż-żmien dovut.

(9)

Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni kollha dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi bl-intenzjoni li jiġi determinat jekk ikunx xieraq li d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi jiġu konsolidati fi ħdan Direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip. Jekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar vetturi jiġu inkorporati f’dik id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet korrispondenti f’dan ir-Regolament għandhom jitħassru, sakemm id-drittijiet eżistenti għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni jiġu preżervati.

(10)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-emissjonijiet li għadhom mhux regolati u li jinħolqu bħala konsegwenza ta’ użu usa’ ta’ formulazzjonijiet ġodda ta’ karburanti, teknoloġiji tal-magni u sistemi ta’ kontroll ta’ emissjoni u, fejn jeħtieġ, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li jiġu regolati dan it-tip ta emissjonijiet.

(11)

Sabiex tiġi faċilitata l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi u sabiex dawn it-tip ta’ vetturi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ ossidju tan-nitroġenu u ta’ materja partikulata, ikomplu jeżistu, u fl-istess ħin jinkoraġġixxu emissjonijiet imnaqqsa minn vetturi li jaħdmu bil-petrol, dan ir-Regolament jintroduċi valuri ta’ limitu separati għal idrokarburi totali u idrokarburi totali mhux tal-metanu.

(12)

Għandhom jitkomplew l-isforzi għall-implimentazzjoni ta’ limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet, li jinkludu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju, u sabiex jiġi żgurat li dawk il-limiti jirrelataw mar-rendiment fil-fatt tal-vetturi meta dawn ikunu qed jintużaw.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ materjal partikulat fin ħafna (PM 0.1 µm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tadotta, malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6, metodu bbażat fuq numri fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ PM, b’żieda mal-metodu bbażat fuq il-massa li jintuża bħal issa. L-approċċ ibbażat fuq numri għal emissjonijiet ta’ PM għandu jaħdem fuq ir-riżultati tal-Programm tal-Kejl tal-Partikulati (PMP) ta’ l-UN/ECE, u għandu jkun konsistenti ma’ l-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

(14)

Biex tipprovdi possibbiltà akbar ta’ ripetizzjoni tal-kejl tal-massa u tan-numru ta’ emissjonijiet f’partikulati fil-laboratorju, il-Kummissjoni għandha tadotta proċedura ġdida ta’ kejl li tissostitwixxi l-proċedura attwali. Dan għandu jsir mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta’ l-istadju Euro 6. Għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati tal-PMP. Meta l-proċedura ta’ kejl il-ġdida tiġi implimentata, il-limiti tal-massa ta’ PM stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalibrati mill-ġdid, billi l-proċedura l-ġdida tirreġistra livell aktar baxx ta’ massa minn dak attwali.

(15)

Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni l-bżonn li tirrevedi ċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew (New European Drive Cycle) bħala proċedura ta’ ttestjar li tipprovdi l-bażi għar-regolamenti dwar emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE. L-aġġornament jew is-sostituzzjoni taċ-ċikli ta’ ttestjar jistgħu jkunu meħtieġa biex jirriflettu l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġieba tas-sewwieqa. Reviżjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet fid-dinja reali jikkorrispondu għal dawk imkejla fl-approvazzjoni tat-tip. L-użu ta’ sistemi portable ta’ kejl ta’ emissjonijiet u l-introduzzjoni ta’ kunċett regolatorju ta’ “m’għandux jinqabeż” għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

(16)

Sistemi OBD huma importanti għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet matul l-użu tal-vettura. Minħabba l-importanza li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet fid-dinja reali, il-Kummissjoni għandha żżomm taħt konsiderazzjoni r-rekwiżiti għal tali sistemi u l-limiti ta’ tolleranza għall-monitoraġġ ta’ difetti.

(17)

Metodu standardizzat għall-kejl tal-konsum tal-karburant u ta’ l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-vetturi huwa meħtieġ biex jiżgura li ebda ostakli tekniċi għall-kummerċ ma jinħolqu bejn l-Istati Membri. Aktar minn hekk, huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat li l-klijenti u l-utenti jingħataw informazzjoni oġġettiva u preċiża.

(18)

Qabel ma titħejja proposta għal standards futuri ta’ l-emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha tagħmel studji maħsuba sabiex jiġi determinat jekk għadux meħtieġ li titkompla s-suddiviżjoni ta’ kategoriji ta’ vetturi fi gruppi, u jekk jistgħux jiġu applikati limiti ta’ emissjonijiet indipendenti mill-massa.

(19)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, permezz ta’ inċentivi finanzjarji, jgħaġġlu t-tqegħid fis-suq ta’ vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti adottati fil-livell Komunitarju. Madanakollu, tali inċentivi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna statali. Dan sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq intern. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li jinkludu l-emissjonijiet fil-bażi tal-kalkolu tat-taxxi imposti fuq il-vetturi.

(20)

Billi l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant tal-vetturi żviluppat matul perjodu ta’ aktar minn 35 sena u issa hija mifruxa fuq aktar minn 24 Direttiva, huwa rakkomandabbli li dawk id-Direttivi jiġu sostitwiti b’regolament ġdid u numru ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni. Regolament jiżgura li d-dispożizzjonijiet tekniċi dettaljati jkunu applikabbli direttament għall-manifatturi, awtoritajiet ta’ l-approvazzjoni u servizzi tekniċi u li jkunu jistgħu jiġu aġġornati b’aktar ħeffa u effiċjenza. Id-Direttivi 70/220/KEE (5), 72/306/KEE (6), 74/290/KEE (7), 80/1268/KEE (8), 83/351/KEE (9), 88/76/KEE (10), 88/436/KEE (11), 89/458/KEE (12), 91/441/KEE (13), 93/59/KEE (14), 94/12/KE (15), 96/69/KE (16), 98/69/KE (17), 2001/1/KE (18), 2001/100/KE (19) u 2004/3/KE (20) għandhom għalhekk jiġu mħassra. Barra min dan, l-Istati Membri għandhom iħassru wkoll il-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttivi mħassra.

(21)

Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-vetturi, id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (21) għandhom jiġu emendati b’tali mod li jkopru l-vetturi heavy-duty kollha, sabiex ikun magħmul ċar li dan ir-Regolament jikkonċerna l-vetturi light-duty.

(22)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mid-Direttivi eżistenti għal dan ir-Regolament, l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ddifferita għal ċertu perjodu wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Madanakollu, matul dak il-perjodu l-manifatturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu li jkollhom il-vetturi approvati jew taħt id-Direttivi preżenti jew taħt dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-inċentivi finanzjarji għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-validità ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija taħt id-Direttivi eżistenti m’hijiex affettwata mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(23)

Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr problemi mid-Direttivi li jeżistu bħalissa għal dan ir-Regolament għandhom jiġu previsti ċerti eċċezzjonijiet fl-istadju Euro 5 għal vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jitwaqqfu meta jibda jseħħ l-istadju Euro 6.

(24)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (22).

(25)

B’mod partikolari għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tintroduċi fl-Anness I valuri ta’ limitu ta’ partikulati fuq bażi ta’ numri, kif ukoll biex tikkalibra mill-ġdid il-valuri ta’ limitu mniżżla f’dak l-Anness ibbażati fuq il-massa ta’ partikulati. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(26)

B’mod partikulari l-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħa biex tistabbilixxi proċeduri speċifiċi, testijiet u rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll proċedura riveduta għall-kejl ta’ materjal f’partikuli u valur ta’ limitu tan-numru ta’ partikuli, u biex tadotta miżuri dwar l-użu ta’ tagħmir għar-riduzzjoni tal-kontroll, l-aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni tal-vetturi u ċ-ċikli ta’ testijiet użati biex jitkejlu l-emissjonijiet. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla bħala suppliment għal dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(27)

Peress illi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri r-realizzazzjoni tas-suq intern permezz ta’ l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi komuni rigward l-emissjonijiet minn vetturi bil-mutur u l-aċċess iggarantit għall-informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta’ vetturi għal operaturi indipendenti fuq l-istess bażi bħall-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi komuni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur (“vetturi”) u “spare parts” bħal ma hu tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis fir-rigward ta’ l-emissjonijiet tagħhom.

2.   Barra minn hekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli tal-konformità waqt s-servizz, perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, sistemi ta’ dijanjostika fil-vettura (on-board diagnostic systems (OBD), kejl tal-konsum tal-fjuwil u aċċessibbiltà għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi tal-kategoriji M1, M2, N1, u N2 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ra’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg.

2.   Fuq talba tal-manifattur, l-approvazzjoni tat-tip mogħtija taħt dan ir-Regolament tista’ tiġi estiża minn vetturi li jaqgħu taħt paragrafu 1 għall-vetturi M1, M2, N1 u N2 kif speċifikat fl-Anness II tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx 2 840 kg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni tiegħu japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1)

“vettura hybrid” tfisser vettura b’minn ta’ lanqas żewġ konvertituri ta’ l-enerġija differenti u żewġ sistemi ta’ ħżin ta’ enerġija differenti (fil-vettura) għall-fini tal-propulsjoni tal-vettura;

2)

“vetturi magħmula apposta biex iwettqu ħtiġijiet soċjali speċifiċi” tfisser vetturi diesel tal-kategorija M1 li huma:

(a)

vetturi għal skopijiet speċjali kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg;

(b)

vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 000 kg u magħmulin apposta biex iġorru 7 persuni jew aktar inkluż is-sewwieq bl-esklużjoni, mill-1 ta’ Settembru 2012, ta’ vetturi tal-kategorija M1G kif definit fid-Direttiva 70/156/KEE;

jew

(ċ)

vetturi b’massa ta’ referenza li taqbeż 1 760kg mibnija speċifikatament għal skopijiet kummerċjali sabiex jakkomodaw l-użu tas-siġġijiet tar-roti fil-vettura;

jew

3)

“massa ta’ referenza” tfisser il-massa tal-vettura li taħdem sew imnaqqsa bil-massa uniformi ta’ sewwieq ta’ 75 kg u miżjuda b’massa uniformi ta’ 100 kg;

4)

“inkwinanti gassużi” jfissru emissjonijiet ta’ gass ta’ l-exhaust bħala monossidu tal-karbonju, ossidi tan-nitroġenu, espressi f’ekwivalenti ta’ dijossidu tan-nitroġenu (NO2), u idrokarburi;

5)

“inkwinanti f’partikulati” jfissru komponenti tal-gass ta’ l-exhaust li jitneħħew minn gass ta’ l-exhaust dilwit f’temperatura massima ta’ 325 K (52 °C) permezz ta’ filtri deskritti fil-proċedura ta’ ttestjar għall-verifika ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe;

6)

“emissjonijiet mit-tailpipe” ifissru emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u f’partikuli;

7)

“emissjonijiet evaporattivi” ifissru evaporazzjonijiet ta’ idrokarburi li joħorġu mis-sistema tal-karburant tal-vettura għajr dawk minn emissjonijiet mit-tailpipe;

8)

crankcase” ifisser l-ispazji ġo, jew barra, il-magna li huma mqabbdin mat-tank taż-żejt b’kanali interni jew esterni li minnhom jistgħu joħorġu l-gassijiet u l-fwar;

9)

“sistema ta’ dijanjostika fil-vettura” jew “sistema OBD” tfisser sistema għall-kontroll ta’ l-emissjonijiet li għandha l-kapaċità li tidentifika ż-żona fejn x’aktarx hemm funzjonament ħażin permezz ta’ kodiċijiet ta’ ħsarat maħżuna fil-memorja ta’ kompjuter;

10)

“tagħmir ta’ riduzzjoni” jfisser kull element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta’ xi parti mis-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll ta’ l-emissjonijiet taħt kondizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa’ magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta’ vettura;

11)

“tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser dawk il-komponenti ta’ vettura li jikkontrollaw u/jew jillimitaw l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi;

12)

“tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip koperti bl-approvazzjoni tat-tip mogħtija għall-vettura konċernata;

13)

“tagħmir sostitut għall-kontroll tat-tniġġis” tfisser tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis jew assemblaġġ ta’ tagħmir ta’ dan it-tip maħsuba biex jissostitwixxu tagħmir oriġinali għall-kontroll tat-tniġġis u li jistgħu jiġu approvati bħala unità teknika separata kif speċifikat fid-Direttiva 70/156/KEE;

14)

“informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura” tfisser kull informazzjoni meħtieġa għad-dijanjosi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid tal-vettura u li l-manifattur jipprovdi lill-bejjiegħa awtorizzati u min isewwi, inklużi kull emendi u supplimenti li jiġu wara tali informazzjoni. Din l-informazzjoni tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex vettura tiġi mgħammra b’partijiet jew tagħmir;

15)

“operatur indipendenti” tfisser impriżi għajr bejjiegħa awtorizzati u min isewwi li huma direttament jew indirettament involuti fit-tiswija u l-manutenzjoni ta’ vetturi bil-mutur, b’mod partikolari min isewwi, manifatturi jew distributuri ta’ tagħmir tat-tiswija, għodda jew spare parts, pubblikaturi ta’ informazzjoni teknika, assoċjazzjonijiet tal-karozzi, operaturi ta’ l-assistenza fit-triq, operaturi li joffru servizzi ta’ spezzjoni u ttestjar, operaturi li joffru t-taħriġ lil min jinstalla, jimmanifattura u jsewwi t-tagħmir għal vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

16)

“bijofjuwils” tfisser fjuwils f’forma ta’ likwidu jew ta’ gass għat-trasport prodott mill-bijomassa;

17)

“vettura li taħdem bi fjuwil alternattiv” tfisser vettura ddisinjata biex tkun kapaċi taħdem b’għall-inqas tip wieħed ta’ fjuwil li jew ikun fil-forma ta’ gass f’temperatura u pressjoni atmosferiċi, jew sustanzjalment derivat minn żejt li mhux minerali.

KAPITOLU II

OBBLIGI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-MANIFATTURI

Artikolu 4

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom juru li l-vetturi ġodda kollha mibjugħa, reġistrati jew mqiegħda fis-servizz fil-Komunità għandhom l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Il-manifatturi għandhom juru wkoll li t-tagħmir ġdid, użat biex jibdel tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis, kollu li jeħtieġ approvazzjoni tat-tip li jinbiegħ jew li jitqiegħed fis-servizz fil-Komunità għandu l-approvazzjoni tat-tip skond dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dawn l-obbligi jinkludu r-rispett tal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I u l-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5.

2.   Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-verifika tal-konformità fil-produzzjoni, il-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis u l-konformità waqt is-servizz jiġu rispettati.

Barra minn hekk, il-miżuri tekniċi meħuda mill-manifattur jridu jkunu tali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mit-tailpipe jew evaporattivi huma effettivament limitati, skond dan ir-Regolament, tul il-ħajja normali tal-vettura li tintuża f’kundizzjonijiet normali. Għalhekk, miżuri ta’ konformità waqt is-servizz għandhom jiġu verifikati sa perijodu ta’ ħames snin jew 100 000 km, liema minnhom jasal l-ewwel. L-ittestjar tal-perjodu tas-servizz tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis imressaq għall-approvazzjoni tat-tip għandu jkopri 160 000 km. Biex jikkonformaw ma’ dan it-test tal-perjodu tas-servizz, il-manifatturi għandu jkollhom il-possibilità li jużaw testijiet ta’ riproduzzjoni, f’laboratorju tal-kundizzjonijiet ta’ użu (“test bench ageing”), suġġett għall-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Il-konformità waqt is-servizz għandha tkun ikkontrollata b’mod partikulari għall-emissjonijiet mit-tailpipe kif ittestjati mal-limiti ta’ emissjoni stabbiliti fl-Anness I. Sabiex jitjieb il-kontroll ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, il-proċeduri ta’ ttestjar għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni.

3.   Il-manifatturi għandhom jifformulaw ċifri ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju u ta’ konsum tal-karburant f’dokument mogħti lix-xerrej tal-vettura fil-ħin tax-xiri.

4.   Il-proċeduri speċifiċi u r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 5

Rekwiżiti u testijiet

1.   Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b’mod li l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vettura, fl-użu normali, tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.   L-użu ta’ tagħmir ta’ riduzzjoni li jnaqqas l-effettività tas-sistemi tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’ għandiex tapplika fejn:

(a)

il-bżonn tat-tagħmir huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura;

(b)

it-tagħmir ma jaħdimx għajr għall-ħtiġijiet ta’ l-istartjar tal-magna;

jew

(ċ)

il-kondizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tal-verifika ta’ l-emissjonijiet evaporattivi u l-medja ta’ l-emissjonijiet mit-tailpipe.

3.   Il-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip stipulati f’dan il-paragrafu, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 2, li huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi l-istabbiliment tar-rekwiżiti fir-rigward ta’:

(a)

l-emissjonijiet mit-tailpipe, inklużi ċ-ċikli ta’ test, l-emissjonijiet f’temperatura ambjentali baxxa, waqt modalità ta’ idling, l-opaċità tad-duħħan u l-funzjonament korrett u r-riġenerazzjoni ta’ sistemi ta’ after-treatment;

(b)

l-emissjonijiet evaporattivi u l-emissjonijiet mill-crankcase;

(c)

is-sistemi ta’ OBD u l-prestazzjoni waqt l-użu tat-tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis;

(d)

il-perjodu ta’ servizz tat-tagħmir kontra t-tniġġis, tagħmir tal-kontroll tat-tniġġis tal-bdil, konformità waqt s-servizz, konformità tal-produzzjoni u tal-kondizzjoni tajba għat-triq;

(e)

kejl tal-gass bl-effett serra, l-emissjonijiet u l-konsum tal-karburant;

(f)

il-vetturi hybrid u vetturi ta’ fjuwil alternattiv;

(g)

l-estensjoni ta’ l-approvazzjonijiet tat-tip u r-rekwiżiti għal manifatturi ta’ volum baxx;

(h)

ir-rekwiżiti għat-tagħmir tat-testijiet;

u

(i)

il-karburanti ta’ referenza, bħall-petrol, diesel, karburanti gassużi u bijokarburanti, bħal bijoetanol, bijodiżil u bijogass.

Ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq għandhom, fejn meħtieġ, japplikaw għal vetturi kollha mingħajr ma jitqies it-tip ta’ fjuwil li huma jużaw.

KAPITOLU III

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA

Artikolu 6

Obbligi tal-manifatturi

1.   Il-manifatturi għandhom jipprovdu aċċess mingħajr restrizzjonijiet u standardizzat għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura lill-operaturi indipendenti permezz ta’ websajts permezz ta’ format standardizzat b’mod faċilment aċċessibbli u malajr, u b’mod li ma jkunx diskriminatorju meta pparagunat mad-dispożizzjoni mogħtija jew ma’ l-aċċess mogħti lil bejjiegħa u lil min isewwi awtorizzati. Bil-ħsieb li tiffaċilita l-kisba ta’ dan l-objettiv, l-informazzjoni għandha titressaq b’mod konsistenti, fil-bidu bi qbil mar-rekwiżiti tekniċi tal-format OASIS (23). Il-produtturi għandhom jipprovdu wkoll materjal ta’ taħriġ lill-operaturi indipendenti u lill-negozjanti awtorizzati u lil min isewwi.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

l-identifikazzjoni mingħajr ekwivoku tal-vettura;

(b)

il-manwali tal-manutenzjoni;

(ċ)

il-manwali tekniċi;

(d)

l-informazzjoni dwar il-komponenti u d-dijanjosi (bħal valuri teoretiċi minimi u massimi ta’ kejl);

(e)

il-pjanti tal-wiring;

(f)

il-kodiċijiet tad-dijanjostika tal-ħsarat (inklużi kodiċijiet speċifiċi tal-manifattur);

(g)

in-numru ta’ l-identifikazzjoni għall-kalibrazzjoni tas-software applikabbli għat-tip ta’ vettura;

(h)

l-informazzjoni pprovduta li tikkonċerna, u tkun twasslet permezz ta’ għodda u tagħmir ta’ sjieda;

u

(i)

l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-data u d-data bi-direzzjonali ta’ monitoraġġ u ttestjar.

3.   Bejjiegħa u min isewwi awtorizzati fi ħdan is-sistema tad-distribuzzjoni ta’ xi vettura partikolari għandhom jitqiesu bħala operaturi indipendenti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament safejn huma jipprovdu servizzi ta’ tiswija jew manutenzjoni ta’ vetturi li fir-rigward tagħhom m’humiex imsieħba fis-sistema ta’ distribuzzjoni tal-manifattur tal-vettura.

4.   L-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha tkun dejjem disponibbli, ħlief kif meħtieġ għall-manutenzjoni tas-sistema ta’ informazzjoni.

5.   Għal skopijiet ta’ manifattura u manutenzjoni ta’ partijiet għall-bdil jew għall-manutenzjoni kompatibbli ma’ l-OBD u għodda għad-dijanjostika u tagħmir tat-testijiet, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhux diskriminatorja lil dawk interessati fost il-manifatturi ta’, jew min isewwi komponenti, għodda għad-dijanjostika jew tagħmir tat-testijiet.

6.   Għall-iskopijiet tat-tfassil u l-manifattura ta’ tagħmir ta’ vetturi għal vetturi bi fjuwil alternattiv, il-produtturi għandhom jipprovdu l-OBD relevanti kif ukoll l-informazzjoni ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tal-vettura fuq bażi mhix diskriminatorja għal kwalunkwe produttur interessat, għal min jinstalla jew għal min isewwi t-tagħmir ta’ vetturi bi fjuwil alternattiv.

7.   Meta japplika għall-approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali, il-manifattur għandu jipprovdi evidenza dwar il-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament fir rigward ta’ l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 lill-awtorità ta’ l-approvazzjoni tat-tip. F’każ li din l-informazzjoni tkun għadha mhix disponibbli jew tkun għadha ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu f’dak il-waqt, il-manifattur għandu jipprovdiha fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-approvazzjoni tat-tip. Jekk tali evidenza ta’ konformità ma tiġix ipprovduta sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità ta’ l-approvazzjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura l-konformità.

Il-manifattur għandu jagħmel l-emendi u s-supplimenti sussegwenti ta’ l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fil-websajts tiegħu fl-istess waqt li jagħmilhom disponibbli għal dawk awtorizzati li jsewwu.

Artikolu 7

Ħlasijiet mitluba għal aċċess għall-informazzjoni dwar tiswija u l-manutenzjonital-vettura

1.   Il-manifatturi jistgħu jitolbu ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura koperta minn dan ir-Regolament; ħlas mitlub ma jkunx raġonevoli jew proporzjonat jekk jiskoraġġixxi l-aċċess billi jonqos milli jikkunsidra l-ammont ta’ użu li operatur indipendenti jkun se jagħmel minnha.

2.   Il-manifatturi għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq bażi ta’ kuljum, kull xahar u ta’ kull sena, u l-ħlasijiet mitluba għandhom ivarjaw skond il-perjodu ta’ żmien relattiv ta’ aċċess mogħti.

Artikolu 8

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 6 u l-Artikolu 7, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jinkludi d-definizzjoni u l-aġġornament ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi konnessi mal-mod ta’ kif għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar l-OBD, kif ukoll dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, b’mod li tingħata attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l- SMEs.

Artikolu 9

Rapport

Mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 20111, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar it-tħaddim tas-sistema ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, b’kunsiderazzjoni partikulari għall-effett fuq il-kompetizzjoni u t-tħaddim tas-suq intern u l-benefiċċji ambjentali. Ir-rapport għandu jqis ukoll jekk ikunx xieraq li jiġu kkonsolidati d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi f’direttiva qafas riveduta dwar l-approvazzjoni tat-tip.

KAPITOLU IV

OBBLIGI TA’ L-ISTATI MEMBRI

Artikolu 10

Approvazzjoni tat-tip

1.   B’ effett mit-2 ta’ Lulju 2007, jekk manifattur hekk jitlob, l-awtoritajiet nazzjonali m’għandhomx, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum ta’ karburant minn vetturi, jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ġdid ta’ vettura, jew jipprojbixxu ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz tal-vettura l-ġdida, fejn il-vettura konċernata tikkonforma ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 5 stipulati fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I jew mal-valuri tal-limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

2.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2009 u mill-1 ta’ Settembru 2010 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stabbiliti fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess bħal dawk għal vetturi tal-kategorija N1 klassi III.

3.   B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u mill-1 ta’ Jannar 2012 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III, kategorija N2 u vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari ma’ l-Annessi bl-eċċezzjoni tal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala mhux aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew il-konsum ta’ karburant, jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi. Għat-test dwar l-emissjonijiet ta’ l-exhaust, il-valuri ta’ limitu applikati għal vetturi maħsuba biex jissodisfaw ħtiġijiet soċjali speċifiċi għandhom ikunu l-istess daqs dawk għal vetturi ta’ kategorija N1 klassi III.

4.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2014, u mill-1 ta’ Settembru 2015 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrifjutaw, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni nazzjonali tat-tip fir-rigward ta’ tipi ġodda ta’ vetturi li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I.

5.   B’effett mill-1 ta’ Settembru 2015, u mill-1 ta’ Settembru 2016 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1 klassi II u III u l-kategorija N2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom, fil-każ ta’ vetturi ġodda li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu, u b’mod partikulari mal-valuri ta’ limitu ta’ l-Euro 6 stipulati fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I, jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta’ konformità bħala li m’għadhomx aktar validi għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE u għandhom, għal raġunijiet relatati ma’ l-emissjonijiet jew mal-konsum tal-fjuwil, jiprojbixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ tali vetturi.

Artikolu 11

Approvazzjoni tat-tip ta’ partijiet tal-bdil

1.   Dwar tagħmir tal-bdil ġdid għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vetturi approvati skond dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni tiegħu fuq vettura jekk ma tkunx ta’ tip li għalih tkun inħarġet approvazzjoni tat-tip konformi ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jkomplu jagħtu estensjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip KE għal tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis maħsub għall-istandards ta’ qabel dan ir-Regolament taħt il-kundizzjonijiet li kienu japplikaw oriġinarjament. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiprojbixxu l-bejgħ jew l-istallazzjoni ta’ tali tagħmir għall-kontroll tat-tniġġis fuq vettura sakemm ma jkunx ta’ tip li għalih tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip rilevanti.

3.   Tagħmir tal-bdil għall-kontroll tat-tniġġis maħsub biex jitpoġġa fuq vettura bl-approvazzjoni tat-tip qabel l-adozzjoni tar-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 12

Inċentivi finanzjarji

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal inċentivi finanzjarji li japplikaw għal vetturi prodotti f’serje li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Dawk l-inċentivi għandhom ikunu validi għall-vetturi ġodda kollha offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru li jikkonformaw għall-inqas mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu fid-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(3).

Inċentivi finanzjarji li japplikaw esklussivament għal vetturi li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet fit-Tabella 2 ta’ l-Anness I jistgħu jingħataw għal tali vetturi ġodda offruti għall-bejgħ fis-suq ta’ Stat Membru mid-dati ffissati fl-Artikolu 10(3) qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(5); dawn l-inċentivi għandhom jieqfu f’dawk id-dati.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentivi finanzjarji għall-attrezzar b’lura ta’ vetturi diġà fl-użu u għal skrappjar ta’ vetturi li ma jikkonformawx.

3.   L-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom, għal kull tip ta’ vettura, m’ għandhomx jaqbżu n-nefqa addizzjonali għat-tagħmir tekniku introdott biex jiżgura l-konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness I, inkluża n-nefqa ta’ l-istallazzjoni fuq il-vettura.

4.   Il-Kummissjoni għandha tkun infurmata fi żmien li jkun kmieni biżżejjed bi pjanijiet ta’ stabbiliment jew ta’ tibdil fl-inċentivi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 13

Penalitajiet

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur mill-manifatturi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-2 ta’ Jannar 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti magħmula li taffettwahom.

2.   It-tipi ta’ ksur li huma suġġetti għal penali għandhom jinkludu:

(a)

li wieħed jagħmel dikjarazzjonijiet foloz waqt il-proċeduri ta’ l-approvazzjoni jew waqt proċeduri li jwasslu għat-teħid lura;

(b)

il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip jew tal-konformità waqt s-servizz;

(ċ)

li wieħed iżomm għalih data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu biex tittieħed lura jew titneħħa approvazzjoni tat- tip;

(d)

l-użu ta’ tagħmir difettuż;

u

(e)

li wieħed jirrifjuta li jipprovdi aċċess għall-informazzjoni.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Definizzjoni mill-ġdid ta’ l-ispeċifikazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inklużjoni ta’ emissjonijiet tal-metanu fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’miżuri biex jingħata kont għall-emissjonijiet tal-metanu jew biex jiġu limitati.

2.   Wara t-tlestija tal-programm tal-kejl tal-partikulati tan-NU/ECE, imwettaq taħt l-awspiċi tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tal-Euro 6, il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri li ġejjin, li huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jkun issuplimentat mingħajr ma jitnaqqas il-livell ta’ ambizzjoni eżistenti rigward l-ambjent:

(a)

l-emendar ta’ dan ir-Regolament skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) għall-fini ta’ kkalibrar mill-ġdid tal-valuri ta’ limitu ta’ partikulati bbażati fuq il-massa stipulati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u tintroduċi valuri ta’ limitu ta’ partikuli bbażati fuq numri sabiex jikkorrelataw bejn wieħed u ieħor mal-valuri tal-massa tal-limiti għall-petrol u d-diesel;

(b)

adozzjoni ta’ proċedura ta’ kejl rivedut għall-partikulati u l-valur ta’ limitu ta’ partikulati f’numri, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

3.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-proċeduri, t-testijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(3) kif ukoll iċ-ċikli ta’ ttestjar użati biex jitkejjlu l-emissjonijiet. Jekk mir-reviżjoni jirriżulta li dawn m’għadhomx xierqa jew ma jirriflettux aktar is-sitwazzjoni reali ta’ l-emissjonijiet, għandhom ikunu adattati b’tali mod li jirriflettu b’mod xieraq l-emissjonijiet iġġenerati mis-sewqan attwali fit-toroq. Il-miżuri meħtieġa mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissuplimentawh, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3).

4.   Il-Kummissjoni għandha tibqa’ tirrevedi l-inkwinanti suġġetti għar-rekwiżiti tat-testijiet msemmija fl-Artikolu 5(3). Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti addizjonali jkunu regolati, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex dan ir-Regolament ikun emendat kif xieraq.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-limiti ta’ emmissjonijiet stipulati fl-Anness I Tabella 4 għall-emissjonijiet mill-vetturi ta’ monossidu tal-karbonju u ta’ idrokarburi wara li jsir test ta’ startjar b’magna kiesħa u għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-għan li tbaxxi l-limiti ta’ l-emissjonijiet.

6.   L-Annessi rilevanti tad-Direttiva 2005/55/KE għandhom ikunu emendati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(3) sabiex ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kollha jkunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 15

Proċedura fil-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16

Emendi għad-Direttivi 70/156/KEE u 2005/55/KE

1.   Id-Direttiva 70/156/KEE għandha tiġi emendata skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   Id-Direttiva 2005/55/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(a)

It-titolu għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi kbar u ta’ magni f’dak li jirrigwarda l-emmissjonijiet tagħhom (Euro IV u V)”

(b)

L-Artikolu 1għandu jinbidel bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘vettura’ tfisser kull vettura bil-mutur kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE b’massa ta’ referenza li taqbeż 2 610 kilo;

(b)

‘magna’ tfisser l-għajn tal-propulsjoni ta’ qawwa mekkanika ta’ vettura għal liema tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip bħala entità separata, kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 70/156/KEE;

(ċ)

‘vetturi mtejba li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (EEV)’ tfisser vetturi li jaħdmu b’magna li tikkonforma mal-valuri ta’ limitu ta’ l-emissjonijiet permessi stabbiliti fir-ringiela Ċ tat-tabelli f’Taqsima 6.2.1 ta’ l-Anness I.”;

(ċ)

It-Taqsima 1 ta’ l-Anness 1 għandha tinbidel bit-test li ġej:

“1.

Din id-Direttiva tapplika għall-kontroll ta’ sustanzi ta’ gass u materjali f’partikulati li jniġġsu, il-ħajja utli ta’ apparati li jikkontrollaw l-emissjonijiet, il-konformità ta’ vetturi/magni li qed jintużaw bħalissa u ta’ sistemi ta’ dijanjosi fil-vettura (OBD) tal-vetturi motorizzati kollha, u għall-magni kif speċifikat fl-Artikolu 1, bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-vetturi tal-kategorija M1, N1, N2 and M2 li għalihom ingħatat l-approvazzjoni tat-tip taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 (*).

(*)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.”"

Artikolu 17

Tħassir

1.   Id-Direttivi li ġejjin għandhom jitħassru b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

Direttiva 70/220/KEE,

Direttiva 72/306/KEE,

Direttiva 74/290/KEE,

Direttiva 77/102/KEE,

Direttiva 78/665/KEE,

Direttiva 80/1268/KEE,

Direttiva 83/351/KEE,

Direttiva 88/76/KEE,

Direttiva 88/436/KEE,

Direttiva 89/458/KEE,

Direttiva 91/441/KEE,

Direttiva 93/59/KEE,

Direttiva 93/116/KE,

Direttiva 94/12/KE,

Direttiva 96/44/KE,

Direttiva 96/69/KE,

Direttiva 98/69/KE,

Direttiva 98/77/KE,

Direttiva 1999/100/KE,

Direttiva 1999/102/KE,

Direttiva 2001/1/KE,

Direttiva 2001/100/KE,

Direttiva 2002/80/KE,

Direttiva 2003/76/KE,

Direttiva 2004/3/KE,

2.   L-Annessi II u V tad-Direttiva tal-Kummissjoni 89/491/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttivi tal-Kunsill 70/157/KEE, 70/220/KEE, 72/245/KEE, 72/306/KEE, 80/1268/KEE u 80/1269/KEE rigward il-vetturi bil-mutur (24) huma mħassra b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

3.   Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tagħhom adottata taħt id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 b’effett mit-2 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika mit-3 ta’ Jannar 2009, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 10(1) u 12 li għandhom japplikaw mit-2 ta’ Lulju 2007.

3.   L-emendi jew il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 14(6) għandhom jiġu adottati mit-2 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

G. GLOSER


(1)  ĠU C 318, 23.12.2006, p. 62.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2007.

(3)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(4)  Organizzazzjoni għall-Avvanzament ta' Standards ta' Informazzjoni Strutturata.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn vetturi bil-mutur (ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/76/KE (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 29).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra emissjonijiet ta’ inkwinanti minn magni diesel għall-użu fil-vetturi (ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 61, 8.3.2005, p. 25).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 74/290/KEE tat-28 ta’ Mejju 1974 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 159, 15.6.1974, p. 61). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/101/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1980 dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-konsum tal-karburanti minn vetturi bil-mutur (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 36). Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/351/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1983 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet minn magni “positive-ignition” ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 197, 20.7.1983, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/76/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 36, 9.2.1988, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 88/436/KEE 16 ta' Ġunju 1988 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn gassijiet mill-magni ta’ vetturi bil-mutur (ĠU L 214, 6.8.1988, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/458/KEE tat-18 ta' Lulju 1989 li temenda, fir-rigward tan-normi ta' emissjonijiet ewropej għal vetturi b'ċilindraċċ inqas minn 1,4 litre, id-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 226, 3.8.1989, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/441/KEE tas-26 ta' Ġunju 1991 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 242, 30.8.1991, p. 1).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/59/KEE tat-28 ta' Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 186, 28.7.1993, p. 21).

(15)  Id-Direttiva 94/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 1994 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 100, 19.4.1994, p. 42).

(16)  Id-Direttiva 96/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ottubru 1996 li temenda d-Direttiva 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 282, 1.11.1996, p. 64).

(17)  Id-Direttiva 98/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-arja permezz ta' emissjonijiet ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2001/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja b’emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 35, 6.2.2001, p. 34).

(19)  Id-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet minn vetturi bil-mutur (ĠU L 16, 18.1.2002, p. 32).

(20)  Id-Direttiva 2004/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li temenda d-Direttivi 70/156/KEE u 80/1268/KEE tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma miżuri dwar emissjonijiet tad-diossidu u l-karbonju u l-użu tal-fjuwil minn vetturi bil-mutur fil-kategorija N1 (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 36).

(21)  ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/51/KE (ĠU L 152, 7.6.2006, p. 11).

(22)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(23)  Il-“format OASIS” jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tad-Dokument OASIS SC2-D5, Format ta' Informazzjoni ta' Tiswija ta' Vetturi, verżjoni 1.0, 28 ta' Mejju 2003 (disponibbli hawn: http://www.oasis-open.org/committees/download.php/2412/Draft%20Committee%20Specification.pdf) u ta' Taqsimiet 3.2, 3.5, 3.6, 3.7 u 3.8 tad-Dokument OASIS SC1-D2, Autorepair Requirements Specification, version 6.1, dated 10.1.2003 (disponibbli hawn: http://lists.oasis-open.org/archives/autorepair/200302/pdf00005.pdf), li jużaw kliem miftuħ biss u formati grafiċi.

(24)  ĠU L 238, 15.8.1989, p. 43.


ANNESS I

LIMITI TA’ EMISSJONI

Tabella 1

Limiti ta’ Emissjoni Euro 5

 

Massa ta’ Referenza

(RM)

(kg)

Valuri ta’ Limitu

Massa ta’ Monossidu tal-Karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi li mhux mill-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ partikuli

(PM)

Numru ta’ partikuli (1)

(P)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (2)

CI

PI

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

180

230

5,0

5,0

 

 

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

180

230

5,0

5,0

 

 

II

1 305  < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

235

295

5,0

5,0

 

 

III

1 760  < RM

2 270

740

160

108

82

280

350

5,0

5,0

 

 

N2

 

 

2 270

740

160

108

82

280

350

5,0

5,0

 

 

Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b’kompressjoni (Compression Ignition).


Tabella 2

Limiti ta’ Emissjoni Euro 6

 

Massa ta’ referenza

(RM)

(kg)

Valuri ta’ limitu

Massa ta’ monossidu tal-karbonju

(CO)

Massa ta’ idrokarburi totali

(THC)

Massa ta’ idrokarburi mhux tal-metanu

(NMHC)

Massa ta’ ossidi tan-nitroġenu

(NOx)

Massa kombinata ta’ idrokarburi totali u ossidi tan-nitroġenu

(THC + NOx)

Massa ta’ materja f’partikuli

(PM)

Numru ta’ partikuli (3)

(P)

L1

(mg/km)

L2

(mg/km)

L3

(mg/km)

L4

(mg/km)

L2 + L4

(mg/km)

L5

(mg/km)

L6

(#/km)

Kategorija

Klassi

 

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI

CI

PI (4)

CI

PI

CI

M

Kollha

1 000

500

100

68

60

80

170

5,0

5,0

 

 

N1

I

RM ≤ 1 305

1 000

500

100

68

60

80

170

5,0

5,0

 

 

II

1 305  < RM ≤ 1 760

1 810

630

130

90

75

105

195

5,0

5,0

 

 

III

1 760  < RM

2 270

740

160

108

82

125

215

5,0

5,0

 

 

N2

 

 

2 270

740

160

108

82

125

215

5,0

5,0

 

 

Qari: PI = Startjar pożittiv (Positive Ignition), CI = Startjar b’kompressjoni (Compression Ignition).


Tabella 3

Limitu ta’ Emissjoni għat-Test ta’ Emissjonijiet Evaporattivi

Massa ta’ Emissjoni Evaporattiva (g/test)

2,0


Tabella 4

Limitu ta’ Emissjoni għall-Emmissjonijiet mit-Tailpipe ta’ Monossidu tal-Karbonju u Idrokarbonju wara Cold Start Test

Temperatura waqt it-test 266 K (–7  °C)

Kategorija tal-Vettura

Klassi

Massa ta’ Monossidu tal-karbonju (CO)

L1 (g/km)

Massa ta’ idrokarburi (HC)

L2 (g/km)

M

15

1,8

N1

I

15

1,8

II

24

2,7

III

30

3,2

N2

 

30

3,2


(1)  Standard numeriku għandu jiġi definit għal dan l-istadju malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ tan-norma Euro 6.

(2)  L-istandards dwar il-massa ta’ partikulati minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b’magni bl-injezzjoni diretta.

(3)  Standard numeriku jiġi definit għal dan l-istadju.

(4)  L-istandards dwar il-massa ta’ partikuli minn startjar pożittiv japplikaw biss għal vetturi b’magni bl-injezzjoni diretta.


ANNESS II

Emendi għad-Direttiva 70/156/KE

Id-Direttiva 70/156/KEE hija b’ dan emendata kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2, is-sentenza li ġejja għandha tiżdied wara l-aħħar inċiż:

“Jekk issir referenza f’din id-Direttiva għal Direttiva jew Regolament separat, din għandha tinkludi wkoll l-atti ta’ implimentazzjoni tagħhom.”

2)

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva separata” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, l-ewwel inċiż; Artikolu 2, id-disa’ inċiż; Artikolu 2, l-għaxar inċiż; Artikolu 2, l-erbatax-il inċiż; Artikolu 3(1): Artikolu 3(4): Artikolu 4(1)(c); Artikolu 4 (1)(d); Artikolu 5(5); Artikolu 6(3); Artikolu 7(2); Artikolu 13(4); Artikolu 13(5); Anness I, l-ewwel subparagrafu; Anness III, Parti III; Anness IV, Parti II, l-ewwel paragrafu; Anness V Taqsma 1(a); Anness V Taqsima 1(b); Anness V Taqsima 1(c); Anness VI, Naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness VII(1), Taqsima 4; Anness VII, nota tal-qiegħ (1); Anness X, Taqsima 2.1.; Anness X, Taqsima 3.3.; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: X; Anness XII, Taqsma B(2); Anness XIV, Taqsima 2(a); Anness XIV, Taqsima 2(c); Anness XIV, Taqsima 2(d).

3)

Il-kliem “jew Regolamenti” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Direttivi separati” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 2, it-tmien inċiż; Artikolu 3(1); Artikolu 3(2); Artikolu 4(1)(a) l-ewwel u t-tieni inċiż; Artikolu 4(1)(b); Artikolu 4(3); Artikolu 5(4) it-tielet subparagrafu; Artikolu 5(6); Artikolu 8(2); Artikolu 8(2)(c); Artikolu 9(2); Artikolu 10(2); Artikolu 11(1); Artikolu 13(2); Artikolu 14(1) (i); Lista ta’ l-Annessi: titolu ta’ l-Anness XIII; Anness I l-ewwel subparagrafu;Anness IV, Parti I, l-ewwel u t-tieni linja; Anness IV, Parti II, nota tal-qiegħ (1) għat-tabella; Anness V Taqsma 1(b); Anness V Taqsma 3; Anness V Taqsma 3(a); Anness V Taqsma 3(b); Anness VI, punt 1 u 2; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE; Anness X, Taqsima 2.2.; Anness X, Taqsima 2.3.5.; Anness X, Taqsima 3.5.; Anness XII, titolu; Anness XIV, Taqsima 1.1.; Anness XIV, Taqsima 2(c).

4)

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu; Anness IV, Parti I, nota tal-qiegħ X għat-tabella; Anness VI, naħa 2 taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE l-intestatura tat-tabelli; Anness VII (1), Taqsima 2; Anness VII (1), Taqsima 3; Anness VII (1), Taqsima 4; Anness VIII, Taqsima 1,2,2.1 u 3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M1 punti 45, 46.1 u 46.2; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punti 45 u 46.1; Anness IX, naħa 2 ta’ ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1 punt 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3, punti 45 u 46.1;Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3 punt 45 u 46.1; Anness X, nota tal-qiegħ 2; Anness X, Taqsima 1.2.2; Anness XI, Appendiċi 4, tabella, intestatura tat-tielet kolonna; Anness XI, Appendiċi 4, Tifsira ta’ l-ittri: N/A; Anness XV, l-intestaturi tat-tabelli;

Il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Direttiva” fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi kompluti jew kompletati ta’ kategoriji N1, N2 u N3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorija M1; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategoriji M2 u M3; Anness IX, naħa 2 ta’ vetturi mhux kompluti ta’ kategorij N1, N2 u N3; Anness XV;

5)

Fl-Artikolu 8(2)(c) il-kliem “jew Regolament(i)” se jiżdiedu wara l-kliem “Direttiva/i”.

6)

Fl-Anness IV, il-parti I, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

Referenza tal-Ġurnal Uffiċjali

Applikabbiltà

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2. Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

L …, …, p. …

X (10)

X (10)

 

X (10)

X (10)

 

 

 

 

 

7)

Fl-Anness IV, il-parti I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

8)

Fl-Anness VII (4) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fil-każ ta’ Direttiva”.

9)

Fl-Anness VII (5) il-kliem “jew Regolament” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “l-aktar Direttiva reċenti”.

10)

Fl-Anness XI, Appendiċi 1, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġi sostitwiti b’dan li ġej:

“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M1 ≤ 2 500 (1) kg

M1 > 2 500 (1) kg

M2

M3

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

Q

G + Q

G + Q”

 

11)

Fl-Anness XI, Appendiċi I, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

12)

Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M1

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

A

A

 

A

A”

 

 

 

 

 

13)

Fl-Anness XI, Appendiċi 2, il-punti 11 u 39 għandhom jitħassru.

14)

Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

M2

M3

N1

N2

N3

O1

O2

O3

O4

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

Q

 

Q

Q”

 

 

 

 

 

15)

Fl-Anness XI, Appendiċi 3, il-punt 11 għandu jitħassar.

16)

Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 2 tat-tabella u l-intestatura tat-tabella għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Oġġett

Suġġett

Numru tad-Direttiva/Regolament

Krejn Mobbli tal-kategorija N

2

Emissjonijiet/Aċċess għall-informazzjoni

…/…/KE

(EC) Nru …/…

N/A”

17)

Fl-Anness XI, Appendiċi 4, il-punt 11 għandu jitħassar.


(10)  Għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg. Fuq talba tal-produttur tista’ tapplika għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg.”


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 171/17


REGOLAMENT (KE) Nru 716/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Statistika regolari u ta’ kwalità tajba tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin fl-ekonomija sħiħa hija essenzjali għal verifika adegwata ta’ l-impatt ta’ l-intrapriżi li huma ta’ kontroll barrani fuq l-ekonomija ta’ l-Unjoni Ewropea. Din għandha wkoll tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ l-effettività tas-suq intern u l-integrazzjoni gradwali ta’ l-ekonomiji fil-kuntest tal-globalizzazzjoni. F’dan il-kuntest, intrapriżi multinazzjonali għandhom rwol ewlieni, iżda intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju jistgħu wkoll ikunu kkonċernati minn kontroll barrani.

(2)

L-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-Ftehim Ġenerali fuq Kummerċ fis-Servizzi (GATS) u tal-Ftehim tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs) kif ukoll in-negozjati attwali u futuri fuq ftehim ulterjuri jitolbu li l-informazzjoni rilevanti ta’ l-istatistika tkun disponibbli sabiex tgħin fin-negozjati.

(3)

Għat-tħejjija tal-politika ta’ l-ekonomija, tal-kompetizzjoni, ta’ l-intrapriża, tar-riċerka, ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u ta’ l-impjieg fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni tal-proċess, l-istatistika rigward affiljati barranin sabiex jitkejlu l-effetti diretti u indiretti ta’ kontroll barrani fuq l-impjieg, il-pagi u l-produttività f’pajjiżi u setturi partikolari.

(4)

L-informazzjoni mogħtija taħt il-leġislazzjoni tal-Komunità li hemm bħalissa jew li hija disponibbli fl-Istati Membri hija insuffiċjenti, inadegwata jew ma tistax titqabbel kif jixraq sabiex isservi bħala bażi ta’ min jorbot fuqha għall-ħidma tal-Kummissjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 (3) jistabbilixxi qafas komuni għal produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali fis-servizzi u l-investiment barrani dirett. Minħabba li l-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti tkopri biss b’mod parzjali d-data inkluża fil-GATS, huwa essenzjali li tinħareġ regolarment statistika dettaljata fuq l-affiljati barranin.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika strutturali tan-negozju (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993 dwar l-unitajiet statistiċi għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (5) stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, kompilazzjoni, trażmissjoni u evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività tan-negozji fil-Komunità.

(7)

Il-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjunali fil-Komunità (6) teħtieġ statistika tan-negozju komparabbli, sħiħa, u ta’ min jorbot fuqha fuq l-affiljati barranin.

(8)

B’ mod kollettiv, il-Manwal dwar Statistika tal-Kummerċ Internazzjonali tas-Servizzi tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Manwal tal-Bilanċ tal-Pagamenti (il-ħames edizzjoni) tal-Fond Monetarju Internazzjonali, id-Definizzjoni Benchmark dwar l-investiment barrani dirett u l-Manwal dwar Indikaturi tal-Globalizzazzjoni Ekonomika ta’ l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku jiddefinixxu r-regoli ġenerali għall-kompliazzjoni ta’ statistika internazzjonali komparabbli dwar l-affiljati barranin.

(9)

Il-produzzjoni ta’ statistika speċifika tal-Komunità hija regolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (7).

(10)

Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ standards komuni ta’ statistika għall-produzzjoni ta’ statistika komparabblili dwar l-affiljati barranin ma jistax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(11)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimetazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8).

(12)

B’mod partikulari, għandha tingħata lill-Kummissjoni is-setgħa biex tadatta d-definizzjonijiet fl-Annessi I u II u l-livell ta’ dettall fl-Anness III kif ukoll biex tagħmel kull bidla bħala konsegwenza fl-Annessi I u II, biex timplimenta r-riżultati ta’ l-istudji pilota u tagħti definizzjoni ta’ l-istandards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità. Minħabba li dawn il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali jew jissupplimentaw dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(13)

Il-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (9), u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti, stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE (10), kienu kkonsultati,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“affiljat barrani” għandha tfisser intrapriża residenti fil-pajjiż ta’ kompilazzjoni u li hija kontrollata minn unità istituzzjonali li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’kompilazzjoni, jew intrapriża li mhijiex residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni li għandha kontroll fuqha unità istituzzjonali li hija residenti fil-pajjiż ta’ ġbir;

(b)

“kontroll” għandha tfisser l-abilità tiddeterminata l-politika ġenerali ta’ intrapriża billi jingħażlu d-diretturi xierqa, jekk meħtieġ. F’dan il-kuntest l-intrapriża A titqies li hija kkontrollata minn unità istituzzjonali B meta B tikkontrolla – direttament jew indirettament – aktar minn nofs is-setgħa ta’ votazzjoni ta’ l-azzjonisti jew aktar minn nofs l-ishma;

(ċ)

“kontroll barrani” għandha tfisser li l-unità istituzzjonali li għandha l-kontroll hija residenti f’pajjiż differenti minn dak li fih hi residenti l-unità istituzzjonali kkontrollata minnha;

(d)

“fergħat” għandha tfisser unitajiet lokali li ma humiex entita’ legali separata, li huma dipendenti fuq intrapriżi li huma taħt kontroll barrani. Dawn huma trattati bħala impriżi kważi-korporati fit-tifsira tal-punt 3(f) tan-noti ta’ spjegazzjoni għat-taqsima III (B) ta’ l-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 696/93;

(e)

“statistika fuq affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività globali ta’ l-affiljati barranin;

(f)

“statistika inward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni;

(g)

“statistika outward dwar l-affiljati barranin” għandha tfisser statistika li tiddeskrivi l-attività ta’ l-affiljati barranin li jinsabu barra mill-pajjiż li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż ta’ kumpilazzjoni;

(h)

“unità istituzjonali aħħarija li tikkontrolla ta’ affiljat barrani” għandha tfisser l-unità istituzzjonali li tinsab fl-ogħla skaluna tas-sellum ta’ kontroll ta’ affiljat barrani, li mhijiex ikkontrollata minn unità istituzzjonali oħra;

(i)

“intrapriża”, “unità lokali” u “unità istituzzjonali” kollha għandhom jieħdu l-istess tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 696/93.

Artikolu 3

Preżentazzjoni tad-data

L-Istati Membri għandhom jissottomettu data lill-Kummissjoni (Eurostat), dwar affiljati barranin fir-rigward tal-karatteristiċi, l-attivitajiet ekonomiċi u l-analiżi ġeografika kif imsemmija fl-Annessi I, II, u III.

Artikolu 4

Sorsi ta’ data

1.   L-Istati Membri għandhom, filwaqt li josservaw il-kundizzjonijiet f’dak li jirrigwarda kwalità kif imsemmi fl-Artikolu 6, jiġbru l-informazzjoni mitluba taħt ir-Regolament waqt li jużaw is-sorsi kollha li jqisu rilevanti u xierqa.

2.   Persuni naturali u legali li huma mitluba jagħtu informazzjoni, meta jkunu qegħdin iwieġbu, għandhom jikkonformaw mal-limiti ta’ żmien u d-definizzjonijiet stipulati mill-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-ġbir ta’ data fi ħdan l-Istati Membri skond dan ir-Regolament.

3.   Fejn id-data meħtieġa ma tistax tinġabar bi prezz raġonevoli, jistgħu jintbagħtu l-aħjar estimi, inklużi dawk b’valur żero.

Artikolu 5

Studji pilota

1.   Il-Kummissjoni għandha tfassal programm għall-istudji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 fuq bażi volontarja fuq fatturi varjabbli ulterjuri u analiżi fid-dettal dwar l-istatistika inward u outward fuq affiljati barranin.

2.   L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex jiġu evalwati r-relevanza u l-fattibilità tal-ġbir ta’ data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data fir-rigward ta’ l-ispejjeż tas-sistema ta’ l-istatistika u l-piż fuq l-intrapriżi.

3.   Il-programm tal-Kummissjoni għall-istudji pilota għandu ikun konsistenti ma’ l-Annessi I u II.

4.   Abbażi tal-konklużjonijiet ta’ l-istudji pilota, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-istatistika inward u outward dwar l-affiljati barranin skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3).

5.   L-istudji pilota għandhom jiġu kompluti sat-19 ta’ Lulju 2010.

Artikolu 6

Standards u rapporti ta’ kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-kwalità tad-data kkomunikata tkun skond standards komuni ta’ kwalità.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’rapport dwar il-kwalità tad-data kkomunikata (rapporti tal-kwalità).

3.   L-istandards komuni ta’ kwalità kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għandhom jkunu speċifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(3).

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kwalità tad-data kkomunikata.

Artikolu 7

Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet

Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri, tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet li fih id-definizzjonijiet relevanti u gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità ġġenerata skond dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Skeda ta’ żmien u derogi

1.   L-Istati Membri għandhom jikkompilaw id-data skond l-iskeda ta’ implimentazzjoni kif speċifikata fl-Annessi I u II.

2.   Matul perjodu tranżitorju li m’għandux jiskorri erba’ snin mill-ewwel sena ta’ referenza kif imsemmi fl-Annessi I u II, jistgħu jingħataw derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għal perjodu limitat mill-Kummissjoni lill-Istati Membri skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2) meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jeħtieġu aġġustamenti kbar.

Artikolu 9

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Il-miżuri li ġejjin għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(2):

(a)

tfassil tal-format u proċedura xierqa għall-komunikazzjoni tar-riżultati mill-Istati Membri,

u

(b)

għoti ta’ derogi lill-Istati Membri meta s-sistemi nazzjonali tagħhom jirrikjedu aġġustamenti kbar, inkluż l-għoti ta’ derogi minn kwalunkwe rekwiżit ġdid wara l-istudji pilota, skond l-Artikolu 8(2).

2.   Il-miżuri li ġejjin huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inkluż permezz tas-supplimentazzjoni tagħhom, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(3):

(a)

adattament ta’ definizzjonijiet fl-Annessi I u II, adattament tal-livell ta’ dettall fl-Anness III, kif ukoll kull bidla li hija meħtieġa bħala konsegwenza ta’ l-Annessi I u II;

(b)

implimentazzjoni tar-riżultati ta’ l-istudji pilota skond l-Artikolu 5(4);

u

(ċ)

definizzjoni ta’ standards ta’ kwalità komuni xierqa u tal-kontenut u tal-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità, skond l-Artikolu 6(3).

3.   Għandha tingħata konsiderazzjoni partikulari lill-prinċipju li l-benefiċċji ta’ dawn il-miżuri jridu jegħlbu l-ispejjeż tagħhom, u lill-prinċipju li kull piż finanzjarju ieħor fuq l-Istati Membri jew intrapriżi għandu jinżamm f’limitu raġonevoli.

Artikolu 10

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat għall-Programm Statistiku (il-Kumitat).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4.   Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi.

Artikolu 11

Koperazzjoni mal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti

Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat fuq l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti dwar il-kwistjonijiet kollha li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-kumitat, b’ mod partikolari dwar il-miżuri kollha għal aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data, u l-ipproċessar u l-komunikazzjoni tar-riżultati.

Artikolu 12

Rapport dwar l-implimentazzjoni

Sat-19 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’ mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a)

jevalwa l-kwalità ta’ l-istatistika ġġenarata;

(b)

jevalwa l-benefiċji li minnhom igawdu l-Komunità, l-Istati Membri, il-fornituri u l-utenti ta’ informazzjoni ta’ l-istatistika ġġenerata fir-rigward ta’ l-ispejjeż;

(ċ)

jivvaluta l-progress ta’ l-istudji pilota u l-implimentazzjoni tagħhom;

u

(d)

jidentifika żoni għal titjib potenzjali u emendi kkunsidrati meħtieġa fid-dawl tar-reżultati miksuba u l-ispejjeż involuti.

Artikolu 13

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

G. GLOSER


(1)  ĠU C 144, 14.6.2005, p. 14.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2006 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-25 ta’ Mejju 2007.

(3)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 602/2006 (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 10).

(4)  ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(5)  ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(6)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(7)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

(10)  ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.


ANNESS I

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA INWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN

TAQSIMA 1

Unità Statistika

L-unitajiet statistiċi huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha, li huma taħt kontroll barrani skond id-definizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.

TAQSIMA 2

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi li ġejjin kif definiti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2700/98 tas-17 ta’ Diċembru 1998 li jikkonċerna d-definizzjoni tal-karatteristiċi għall-istatistika strutturali tan-negozju (1) għandhom jiġu kkompiltati:

Kodiċi

Titolu

11 11 0

Numru ta’ intrapriżi

12 11 0

Fatturat

12 12 0

Valur ta’ produzzjoni

12 15 0

Valur miżjud għall-ispiża tal-fatturi

13 11 0

Xiri totali ta’ merkanzija u servizzi

13 12 0

Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni li fiha kienu riċevuti

13 31 0

Spejjeż ta’ persunal

15 11 0

Investiment gross f’merkanzija tanġibbli

16 11 0

Numru tal-persuni impjegati

22 11 0

Nefqa totali għal R&D intra-mural (*)

22 12 0

Numru totali għal persunal R&D (*)

Jekk in-numru ta’ persuni impjegati mhuwiex disponibbli, in-numru ta’ impjegati (kodiċi 16 13 0) għandu jiġi ikkompilat floku.

Fatturi varjabbli intra-mural tan-nefqa ta’ l-R & D (kodiċi 22 11 0) u n-numru totali ta’ persunal R & D (kodiċi 22 12 0) huma mitluba li jiġu miġbura biss għal attivitajiet fit-taqsimiet tan-NACE C, D, E u F.

Għat-taqsima J tan-NACE in-numru ta’ intrapriżi, il-fatturat (2) u n-numru tal-persuni impjegati (jew in-numru ta’ impjegati) biss għandhom jiġu kkompilati.

TAQSIMA 3

Livell ta’ dettal

Id-data għandha tiġi pprovduta skond il-kunċett ta’ “unità aħħarija istituzzjonali li tikkontrolla” bl-analiżi ġeografika fil-livell 2-IN flimkien mal-analiżi ta’ attività fil-livell 3 kif speċifikat fl-Anness III u l-analiżi ġeografika fil-livell 3 flimkien ma’ l-Ekonomija tan-Negozju.

TAQSIMA 4

L-ewwel sena ta’ referenza u l-perijodiċità

1.

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha għandha tiġi kkompilata statistika annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-Istati Membri minn dik is-sena ‘il quddiem se jipprovdu data għal kull sena kalendarja.

3.

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) se jiġu kkompilati, hija l-2007.

TAQSIMA 5

Il-komunikazzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati jiġu kkomunikati fi żmien 20 xahar wara l-għeluq tas-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 6

Ir-rapporti u l-istudji pilota

1.

L-Istati Membri se jipprovdu l-Kummissjoni b’ rapport li jirrigwarda d-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibiltà tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni.

2.

Għal-livell ta’ dettal kopert min dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali fis-sens ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3.

L-istudji pilota ser jitwettqu sabiex tiġi evalwata l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċji tad-disponibilità ta’ din id-data mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

4.

Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li jmiss:

Kodiċi

Titolu

 

Esportazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Esportazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

L-esportazzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni intra-grupp u l-importazzjoni intra-grupp sejrin jitqassmu f’merkanzija u servizzi

5.

Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex tiġi studjata l-fattibilità tal-kompilazzjoni ta’ data għall-attivitajiet fit-taqsimiet M, N u O tan-NACE u tal-kompilazzjoni tal-fatturi varjabbli tan-nefqa totali intra-mural tal-R & D (kodiċi 22 11 0) u numru totali tal-persunal R & D (kodiċi 22 12 0) għall-attivitajiet fit-taqsimiet G, H, I, K, M, N u O tan-NACE. Studji pilota għandhom jitwettqu wkoll sabiex jevalwaw ir-relevanza, il-fattibilità u l-ispejjeż għall-analiżi tad-data fi klassijiet skond id-daqs ikkalkulati skond in-numru ta’ persuni impjegati kif speċifikati fit-taqsima 2.


(1)  ĠU L 344, 18.12.1998, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1670/2003 (ĠU L 244, 29.9.2003, p. 74).

(*)  Il-fatturi varjabbli 22 11 0 u 22 12 0 għandhom ikunu rrappurtati kull sentejn. Jekk l-ammont totali ta’ fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tan-NACE Rev. 1.1 Taqsima C sa F jirrapreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni meħtieġa għall-kompilazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-karatteristiċi 22 11 0 u 22 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

(2)  Għan-NACE Rev. 1.1 diviżjoni 65 il-fatturat ser jiġi sostitwit b’ valur tal-produzzjoni.


ANNESS II

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA OUTWARD DWAR L-AFFILJATI BARRANIN

TAQSIMA 1

Unità Statistika

L-unitajiet ta’ statistika huma l-intrapriżi u l-fergħat kollha barranin li huma kkontrollati minn unità istituzzjonali residenti fil-pajjiż li qiegħed jikkompila, skond id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2. Il-fergħat għandhom jitqiesu bħala quasi-intrapriżi.

TAQSIMA 2

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi li ġejjin kif definiti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2700/98 għandhom jiġu kkompilati:

Kodiċi

Titolu

12 11 0

Fatturat

16 11 0

Numru ta’ persuni impjegati

11 11 0

Numru ta’ intrapriżi

Jekk in-numru ta’ persuni impjegati mhux disponibbli, in-numru ta’ impjegati (kodiċi 16 13 0) għandu jiġi kkompilat minflok.

TAQSIMA 3

Livell ta’ dettal

Id-data se tiġi pprovduta bid-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività ta’ l-affiljat barrani speċifikat fl-Annes III. Id-dettal skond il-pajjiż tal-lok u l-attività għandu jkun ikkumbinat kif ġej:

Livell 1 ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 2 ta’ l-analiżi ta’ l-attività.

Livell 2 -OUT ta’ l-analiżi ġeografika flimkien mal-Livell 1 ta’ l-analiżi ta’ l-attività.

Livell 3 ta’ l-analiżi ġeografika kkumbinata mad-data dwar l-attività totali biss.

TAQSIMA 4

L-ewwel sena ta’ referenza u perjodiċità

1.

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha sejrin jiġu kkompilati l-istatistiċi annwali hija s-sena kalendarja tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-Istati Membri se jipprovdu data għal kull sena kalendarja minn dik is-sena ‘il quddiem.

TAQSIMA 5

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati se jiġu trażmessi fi żmien 20 xahar mit-tmiem tas-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 6

Rapporti u studji pilota

1.

L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni rapport relatat mad-definizzjoni, l-istruttura u d-disponibilità tad-data statistika li għandha tiġi kkompilata għall-finijiet ta’ dan il-modulu komuni.

2.

Għal-livell ta’ dettall kopert minn dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi studji pilota li għandhom jitwettqu minn awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 322/97 skond l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

3.

L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex tkun evalwata r-rilevanza u l-fattibilità li tinkiseb data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data meta mqabbla ma’ l-ispiża tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

4.

Studji pilota għandhom jitwettqu għal dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

Kodiċi

Titolu

13 31 0

Spejjeż tal-persunal

 

Esportazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni ta’ merkanzija u servizzi

 

Esportazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

 

Importazzjoni intra-grupp ta’ merkanzija u servizzi

12 15 0

Valur miżjud għall-ispiża tal-fatturi

15 11 0

Investiment gross f’merkanzija tanġibbli


ANNESS III

LIVELLI GĦAL INFORMAZZJONI DDETTALJATA SKOND IL-ĠEOGRAFIJA U SKOND L-ATTIVITÀ

Livelli ta’ analiżi ġeografika

Livell 1

 

Livell 2-OUT

(Livell 1 + 24 pajjiż)

V2

Extra-EU 27

V2

Extra-EU 27

 

 

IS

L-Iżlanda

 

 

LI

Il-Liechtenstein

 

 

NO

In-Norveġja

CH

l-Iżvizzera

CH

l-Iżvizzera

 

 

HR

Il-Kroazja

RU

Il-Federazzjoni Russa

RU

Il-Federazzjoni Russa

 

 

TR

It-Turkija

 

 

EG

L-Eġittu

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

NG

In-Niġerja

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

CA

Il-Kanada

CA

Il-Kanada

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerika

US

L-Istati Uniti

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

AR

L-Arġentina

BR

Il-Brażil

BR

Il-Brażil

 

 

CL

Iċ-Ċili

 

 

UY

L-Urugwaj

 

 

VE

Il-Veneżwela

 

 

IL

L-Iżrael

CN

Iċ-Ċina

CN

Iċ-Ċina

HK

Hong Kong

HK

Hong Kong

IN

L-Indja

IN

L-Indja

 

 

ID

L-Indoneżja

JP

Il-Ġappun

JP

Il-Ġappun

 

 

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

MY

Il-Malażja

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

SG

Singapor

 

 

TW

It-Tajwan

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

AU

L-Awstralja

 

 

NZ

New Zealand

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

Z7

Kontroll maqsum indaqs tal-UCIs (*) ta’ aktar minn Sat Membru wieħed

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (*) ta’ aktar minn Membru wieħed


Livell 2-IN

A1

Total Dinji (l-entitajiet kollha inkluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni)

Z9

Il-Bqija tad-Dinja (eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni)

A2

Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni

V1

EU-27 (Intra-EU-27) eskluż il-pajjiż tal-kompilazzjoni

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

GR

Il-Greċja

ES

Spanja

FR

Franza

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

CY

Ċipru

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

MT

Malta

NL

L-Olanda

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja

UK

Ir-Renju Unit

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (**) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed

V2

Extra-EU 27

AU

L-Awstralja

CA

Il-Kanada

CH

l-Iżvizzera

CN

Iċ-Ċina

HK

Hong Kong

IL

L-Iżrael

IS

L-Iżlanda

JP

Il-Ġappun

LI

Il-Lieċhtenstein

NO

In-Norveġja

NZ

New Zealand

RU

Il-Federazzjoni Russa

TR

It-Turkija

US

L-Istati Uniti

C4

Ċentri Finanzjarji Offshore

Z8

Extra EU-27 mhux allokati


Livell 3

AD

L-Andorra

EE

L-Estonja (***)

KZ

Il-Każakstan

QA

Il-Qatar

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

EG

L-Eġittu

LA

Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Laos

RO

Ir-Rumanija (***)

AF

L-Afganistan

ER

Eritrea

LB

Il-Libanu

RS

Serbia

AG

Antigwa u Barbuda

ES

Spanja (***)

LC

Santa Luċija

RU

Il-Federazzjoni Russa

AI

Anguilla

ET

L-Etijopja

LI

Il-Lieċhtenstein

RW

Ir-Ruwanda

AL

L-Albanija

FI

Il-Finlandja (***)

LK

Is-Sri Lanka

SA

L-Arabja Sawdita

AM

L-Armenja

FJ

Fiji

LR

Il-Liberja

SB

Solomon Islands

AN

Antilles Olandiżi

FK

Il-Gżejjer tal-Falkland (Malvinas)

LS

Il-Lesoto

SC

Seychelles

AO

L-Angola

FM

Stati Federali tal-Mikroneżja

LT

Il-Lituwanja (***)

SD

Is-Sudan

AQ

L-Antartika

FO

Faroe Islands

LU

Il-Lussemburgu (***)

SE

L-Iżvezja (***)

AR

L-Arġentina

FR

Franza (***)

LV

Il-Latvja (***)

SG

Singapor

AS

Is-Samoa ta’ l-Amerika

GA

Gabon

LY

Il-Ġamaħarija Għarbija Libjana

SH

Sant Elena

AT

L-Awstrija (***)

GD

Grenada

MA

Il-Marokk

SI

Is-Slovenja (***)

AU

L-Awstralja

GE

Il-Ġeorġja

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

SK

Is-Slovakkja (***)

AW

Aruba

GG

Guernsey

ME

Montenegro

SL

Is-Sjerra Leone

AZ

L-Ażerbajġan

GH

Il-Gana

MG

Il-Madagaskar

SM

San Marino

BA

Il-Bożnja u l-Erzegovina

GI

Ġibiltà

MH

Gżejjer Marshall

SN

Is-Senegal

BB

Il-Barbados

GL

Greenland

MK (1)

dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

SO

Is-Somalia

BD

Bangladexx

GM

Il-Gambja

ML

Mali

SR

Is-Suriname

BE

Il-Belġju (***)

GN

Il-Gwinea

MM

Myanmar

ST

Sao Tome u Principe

BF

Burkina Faso

GQ

Il-Gwinea Ekwatorjali

MN

Il-Mongolja

SV

El Salvador

BG

Il-Bulgarija (***)

GR

Il-Greċja (***)

MO

Il-Makaw

SY

Ir-Repubblika Għarbija Sirjana

BH

Il-Baħrain

GS

Il-Gżejjer ta’ Ġjorġja ta’ Nofs-in-Nhar u ta’ Sandwich ta’ Nofs-in-Nhar

MP

Il-gżejjer Mariana tat-Tramuntana

SZ

Swaziland

BI

Il-Burundi

GT

Il-Gwatemala

MR

Il-Mawritanja

TC

Il-Gżejjer Turks u Caicos

BJ

Benin

GU

Guam

MS

Montserrat

TD

Chad

BM

Bermuda

GW

Guinea-Bissau

MT

Malta (***)

TF

Territorji Franċiżi ta’ nofsinhar

BN

Il-Brunei Darussalam

GY

Il-Gujana

MU

Il-Mawrixus

TG

Togo

BO

Il-Bolivja

HK

Hong Kong

MV

Il-Maldivi

TH

It-Tajlandja

BR

Il-Brażil

HM

Heard Island u McDonald Islands

MW

Il-Malawi

TJ

It-Taġikistan

BS

Il-Baħamas

HN

Il-Ħonduras

MX

Il-Messiku

TK

Tokelau

BT

Il-Bhutan

HR

Il-Kroazja

MY

Il-Malażja

TM

It-Turkmenistan

BV

Il-gżira Bouvet

HT

Ħajiti

MZ

Il-Możambik

TN

It-Tuneżija

BW

Il-Botswana

HU

L-Ungerija (***)

NA

In-Namibia

TO

Tonga

BY

Il-Belarussja

ID

L-Indoneżja

NC

New Caledonia

TP

Timor tal-Lvant

BZ

Il-Beliże

IE

L-Irlanda (***)

NE

In-Niġer

TR

It-Turkija

CA

Il-Kanada

IL

L-Iżrael

NF

Norfolk Island

TT

Trinidad u Tobago

CC

Il-gżejjer Cocos (Keeling)

IM

Isle of Man

NG

In-Niġerja

TV

Tuvalu

CD

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IN

L-Indja

NI

In-Nikaragwa

TW

It-Tajwan, Provinċja taċ-Ċina

CF

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

IO

It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan

NL

L-Olanda (***)

TZ

Ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

CG

Il-Kongo

IQ

L-Iraq

NO

In-Norveġja

UA

L-Ukrajna

CH

l-Iżvizzera

IR

Ir-Repubblika Islamika ta’ l-Iran

NP

In-Nepal

UG

L-Uganda

CI

Il-Kosta ta’ l-Avorju

IS

L-Iżlanda

NR

Nauru

UK

Ir-Renju Unit (***)

CK

Il-gżejjer Cook

IT

L-Italja (***)

NU

Niue

UM

Gżejjer minuri mbiegħda mill-Istati Uniti

CL

Iċ-Ċili

JE

Jersey

NZ

New Zealand

US

L-Istati Uniti

CM

Il-Kamerun

JM

Il-Ġamajka

OM

L-Oman

UY

L-Urugwaj

CN

Iċ-Ċina

JO

Il-Ġordan

PA

Il-Panama

UZ

L-Użbekistan

CO

Il-Kolombja

JP

Il-Ġappun

PE

Il-Peru

VA

Is-Santa Sede (Il-Belt tal-Vatikan)

CR

Il-Kosta Rika

KE

Il-Kenja

PF

Il-Polineżja Franċiża,

VC

St Vincent u l-Grenadines

CU

Kuba

KG

Il-Kyrgyzstan

PG

Il-Papua New Guinea

VE

Il-Veneżwela

CV

Cape Verde

KH

Il-Kambodja (Kampuċja)

PH

Il-Filippini

VG

Il-Virgin Islands tal-Gran Brettanja

CX

Christmas Island

KI

Kiribati

PK

Il-Pakistan

VI

Il-Virgin Islands ta’ l-Istati Uniti

CY

Ċipru (***)

KM

Comoros

PL

Il-Polonja (***)

VN

Il-Vjetnam

CZ

Ir-Repubblika Ċeka (***)

KN

San Kitts u Nevis

PN

Pitcairn

VU

Vanuatu

DE

Il-Ġermanja (***)

KP

Il-Korea, Ir-Repubblika popolari Demokratika tal-Korea (Ta’ Fuq)

PS

It-Territoju Okkupat Palestinjan

WF

Wallis u Futuna

DJ

Djibouti

KR

Il-Korea, Ir-Repubblika tal-Korea (t’Isfel)

PT

Il-Portugall (***)

WS

Is-Samoa

DK

Id-Danimarka (***)

KW

Il-Kuwajt

PW

Palau

YE

Il-Jemen

DM

Dominika

KY

Il-Gżejjer Cayman

PY

Il-Paragwaj

 

 

DO

Ir-Repubblika Domenikana

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

DZ

L-Alġerija

 

 

 

 

ZM

Iż-Żambja

EC

L-Ekwador

Z8

Extra EU-27 mhux allokati

 

 

ZW

Iż-Żimbabwe

A2

Ikkontrollat mill-pajjiż tal-kompilazzjoni

Z7

Kontroll maqsum indaqs ta’ UCIs (****) ta’ aktar minn Stat Membru wieħed

 

 

 

 


Livelli ta’ analiżi ta’ Attività

Livell 1

Livell 2

 

 

NACE Rev. 1.1 (2)

ATTIVITÀ TOTALI

ATTIVITÀ TOTALI

Taqsima C sa O (minbarra L)

MINJIERI & BARRIERI

MINJIERI U BARRIERI

Taqsima C

Li minnhom:

 

Estrazzjoni ta’ żejt u gass

Div 11

MANIFATTURA

MANIFATTURA

Taqsima D

Prodotti ta’ l-ikel

Sottotaqsima DA

Tessuti u lbies

Sottotaqsima DB

Injam, ippubblikar u stampar

Sottotaqsimiet DD & DE

TOTAL ta’ l-attivitajiet tat-tessuti u l-injam

 

Prodotti petroliferi rraffinati. U trattamenti oħra

Div 23

Manufattura ta’ kimiċi u prodotti kimiċi

Div 24

Prodotti tal-lasktu u tal-plastik

Div 25

Prodotti petroliferi, kimiċi, tal- plastik gomma u tal-plasika

TOTAL prodotti pertrolifiċi, kimiċi, tal-lasktu u tal-plastik

 

Prodotti tal-metall

Sottotaqsima DJ

Prodotti mekkaniċi

Div 29

TOTAL prodotti tal-metall u mekkaniċi

 

Makkinarju ta’ l-uffiċju u kompjuters

Div 30

Tagħmir tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni

Div 32

Makk. ta’.l-uffiċ, komp., RTV, tagħmir tal-kom.

TOTAL makkinarju ta’ l-uffiċju, kompjuters, radju u televiżjoni, tagħmir tal-komunikazzjoni.

 

Vetturi bil-mutur

Div 34

Tagħmir ieħor tat-trasport

Div 35

Vetturi, tagħmir ieħor tat-trasport.

TOTAL vetturi + tagħmir ieħor tat-trasport

 

Manifattura i.e.

 

ELETTRIKU, GASS U ILMA

ELETTRIKU, GASS U ILMA

Taqsima E

KOSTRUZZJONI

KOSTRUZZJONI

Taqsima F

SERVIZZI TOTALI

SERVIZZI TOTALI

 

KUMMERĊ U TISWIJIET

KUMMERĊ U TISWIJIET

Taqsima G

Bejgħ, manutenzjoni u tiswija ta’ vetturi bil-mutur u motoċikli (muturi); bejgħ bl-imnut ta’ fjuwil tal-vetturi

Div 50

Kummerċ bl-ingrossa u kummerċ bil-kummissjoni, minbarra tal-vetturi bil-mutur u l-motoċikli

Div 51

Kummerċ bl-imnut, minbarra tal-vetturi bil-mutur u l-motoċikli, tiswija ta’ oġġetti personali u tad-dar

Div 52

ĦOTELS U RISTORANTI

ĦOTELS U RISTORANTI

Taqsima H

TRASP., ĦAŻNA U KOM.

TRASPORT, ĦAŻNA U KOMMUNIKAZZJONI

Taqsima I

Trasport u ħażna

Div 60, 61, 62, 63

Trasport fuq l-art; trasport permezz ta’ sistema ta’ pajpijiet

Div 60

Trasport fuq l-ilma

Div 61

Trasport ta’ l-ajru

Div 62

Attivitajiet ta’ trasport ta’ appoġġ u awżiljari; attivitajiet ta’ aġenziji ta’ l-ivvjaġġar

Div 63

Posta u telekomunikazzjonijiet

Div 64

Posta u attivitajiet ta’ kurjer

Grupp 64.1

Telekomunikazzjonijiet

Grupp 64.2

INTERMED. FINANZJARJA

INTERMEDJAZZJONI FINANZJARJA

Taqsima J

Intermedjazzjoni finanzjarja, minbarra fondi ta’ l-assigurazzjoni u tal-pensjoni

Div 65

Fondi għall-assurazzjoni u għall-pensjoni, minbarra s-sigurta’ soċjali obbligatorja funding, except compulsory social security

Div 66

Attivitajiet awżiljari għal intermedjazzjoni finanzjarja

Div 67

ATTIVITAJIET TA’ PROPRJETÀ TA’ BENI IMMOBBLI

Taqsima K, Div 70

KIRI TA’ MAKKINARJU U TA’ TAGĦMIR MINGĦAJR OPERATUR U TA’ BENI GĦALL-UŻU PERSOLANI U DOMESTIKU

Taqsima K, Div 71

KOMP. U ATT. RELATATI

ATTIVITAJIET TA’ KOMJUTER U DAWK RELATATI

Taqsima K, Div 72

RIĊERKA U ŻVILUPP.

RIĊERKA U ŻVILUPP

Taqsima K, Div 73

ATT. OĦRA TA’ NEGOZJI

ATTIVITAJIET OĦRA TA’ NEGOZJI

Taqsima K, Div 74

Attività legali, kontabilità, riċerka tas-suq, konsultazzjoni

Grupp 74.1

Attivitajiet legali

Klassi 74.11

Kontabilità, żamm tal-kotba u awditjar, konsulrza tat-taxxa

Klassi 74.12

Riċerka tas-suq u stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika

Klassi 74.13

Attivitajiet ta’ konsulenza tan-negozju u tal-ġestjoni

Klassi 74.14

Attivitajiet ta’ ġestjoni ‘kumpaniji holding

Klassi 74.15

Attivitajie t ta’ arkitettura, inġinerija u ta’ teknika oħra

Grupp 74.2

Pubbliċità

Grupp 74.4

Attivitajiet ta’ negozju n.e.c.

Grupp 74.3, 74.5, 74.6, 74.7, 74.8

EDUKAZZJONI

Taqsima M

SAĦĦA U ĦIDMA SOĊJALI

Taqsima N

RIMI TA’ DRENAĠĠ U SKART

Taqsima O, Div 90

ATTIVITAJIET TA’ ORGANIZZAZZJONIET TA’ SĦUBIJA N.E.C.

Taqsima O, Div 91

ATTI. REKREATTIVI, KULTURALI, SPORTIVI

ATTIVITAJIET REKREATTIVI, KULTURALI, SPORTIVI

Taqsima O, Div 92

Attività ċinematografika, tar-radju, tat-televiżjoni u oħrajn ta’ divertiment

Grupp 92.1, 92.2, 92.3

Attivitajiet ta’ aġenziji ta’ l-aħbarijiet

Grupp 92.4

Attivitajiet ta’ libreriji, arkivji, mużewijiet u oħrajn kulturali

Grupp 92.5

Attivitajiet sportivi u oħrajn rekreattivi

Grupp 92.6, 92.7

ATTIVITAJIET OĦRA TA’ SERVIZZ

Taqsima O, Div 93

Mhux allokati

 


Livell 3 (NACE Rev. 1.1)

Titolu

Livell mitlub ta’ dettal

Ekonomija tan-negozju

It-Taqsimiet C sa K

Minjieri u barrieri

It-Taqsima C

Manifattura

It-Taqsima D

Is-sotto-taqsimiet kollha DA sa DN

Id-diviżjonijiet kollha 15 sa 37

Aggregati:

Teknoloġija għolja (HIT)

24.4, 30, 32, 33, 35.3

Teknoloġija medja-għolja (MHT)

24 minbarra 24.4, 29, 31, 34, 35.2, 35.4, 35.5

Teknoloġija medja-baxxa (MT)

23, 25-28, 35.1

Teknoloġija baxxa (LOT)

15-22, 36, 37

Elettriku; gass u provvista ta’ l-ilma

It-Taqsima E

Id-diviżjonijiet kollha (40 u 41)

Kostruzzjoni

It-Taqsima F (Diviżjoni 45)

Il-Gruppi kollha (45.1 sa 45.5)

Kummerċ bl-ingross u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur, tal-motoċikli, u ta’ beni personali u tad-dar

It-Taqsima G

Id-diviżjonijiet kollha (50 sa 52)

Gruppi 50.1 + 50.2 + 50.3, 50.4, 50.5, 51.1 sa 51.9

Gruppi 52.1 sa 52.7

Ħotels u ristoranti

It-Taqsima H (Diviżjoni 55)

Gruppi 55.1 sa 55.5

Trasport, ħażna u komunikazzjoni

It-Taqsima I

Id-diviżjonijiet kollha

60.1, 60.2, 60.3, 63.1 + 63.2, 63.363.4, 64.1, 64.2

Intermedjazzjoni finanzjarja

It-Taqsima J

Id-diviżjonijiet kollha

Attivitajiet ta’ proprjetà ta’ beni immobbli, ta’ kiri u ta’ negozju

It-Taqsima K

It-Taqsima 70

It-Taqsima 71, gruppi 71.1 + 71.2, 71.3 u 71.4

It-Taqsima 72, gruppi 72.1 sa 72.6

It-Taqsima 73

It-Taqsima 74, l-aggregati 74.1 to 74.4 sa 74.5 to 74.8


(*)  unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.

(**)  Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.

(***)  Għall-Inward biss.

(****)  Unità istituzzjonali aħħarija li għandha l-kontroll fuq affiljat barrani.

(1)  Kodiċi provviżorju li ma jaffetwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jingħata wara l-konklużjoni tan-negozjati għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.


29.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 171/32


REGOLAMENT (KE) Nru 717/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ġunju 2007

dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u li jemenda d-Direttiva 2002/21/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-livell għoli tal-prezzijiet li jithallsu mil-utenti tan-networks pubbliċi tat-telefonija mobbli, bħal studenti, vjaġġaturi fuq negozju u turisti, meta jużaw it-telefon ċellulari tagħhom meta jkunu msiefra fi ħdan il-Komunità huwa kwistjoni ta’ tħassib għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kif ukoll għall-konsumaturi u l-istituzzjonijiet Komunitarji. It-tariffi bl-imnut eċċessivi qed jirriżultaw minn tariffi bl-ingrossa għoljin imposti mill-operatur tan-network ospitanti barrani u wkoll, f’bosta każijiet, minn qligh għoli fuq il-bejgħ bl-imnut li jiġu imposti mill-operatur tan-network tal-klijent stess. It-tnaqqis fit-tariffi bl-ingrossa spiss ma jigix mghoddi lill-klijent li jixtri bl-imnut. Għalkemm xi operaturi dan l-aħħar daħħlu skemi ta' tariffi li joffru lill-klijent kondizzjonijiet aktar favorevoli u prezzijiet aktar baxxi, tibqa’ l-evidenza li r-relazzjoni bejn l-ispejjeż u l-prezzijiet mhijiex dik li soltu jkun hemm fi swieq kompletament kompetittivi.

(2)

Il-ħolqien ta' żona soċjali, edukattiva u kulturali Ewropea bbażata fuq il-mobbiltà ta' l-individwi għandha tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn in-nies sabiex tinħoloq “Ewropa għaċ-Ċittadini” reali.

(3)

Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati(Direttiva ta' Aċċess) (3), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi(Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (4), id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru) (5), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti rigward networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi(Direttiva dwar is-Servizz Universali) (6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (7) (minn hawn 'il quddiem kollettivament imsejħa l-“kwadru regolatorju ta’ l-2002 dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi”) ghandhom l-ghan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan il-Komunità filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur permezz ta’ kompetizzjoni msaħħa.

(4)

Dan ir-Regolament mhuwiex miżura iżolata, iżda għandu jikkomplementa u jappoġġa, sa fejn hu konċernat ir-roaming madwar il-Komunità, ir-regoli previsti mill-qafas regolatorju ta' l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dak il-qafas ma pprovdiex lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'għodda suffiċenti sabiex jieħdu azzjoni effettiva u deċiżiva rigward il-prezzijiet tas-servizzi tar-roaming fi ħdan il-Komunita u għalhekk ma ma jiżgurax il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern għas-servizzi tar-roaming. Dan ir-Regolament huwa mezz adegwat kif tiġi korretta din is-sitwazzjoni.

(5)

Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi huwa bbażat fuq il-prinċipju li għandhom jiġu imposti obbligi regolatorji ex ante biss fejn ma jkunx hemm kompetizzjoni effettiva, jipprevedi proċess ta’ analiżi perjodika tas-suq u ta' reviżjoni ta’ l-obbligi mil-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li jwassal għal obbligi ex ante imposti fuq operaturi indikati bħala detenturi ta' setgħa sinifikanti fis-suq. L-elementi li jikkostitwixxu dan il-proċess jinkludu d-definizzjoni ta' swieq rilevanti skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (8) dwar is-swieq rilevanti tal-prodotti u s-servizzi fi ħdan is-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi li huma suxxettibli ghal regolazzjoni ex ante skont id-Direttiva 2002/21 (minn hawn 'il quddiem imsejħa “r-Rakkomandazzjoni”), l-analiżi tas-swieq definiti skond il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-setgħa sinfikanti fis-suq fil-kwadru regolatorju Komunitarju għan-networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (9), l-indikazzjoni ta’ l-operaturi b’setgħa sinifikanti fis-suq, u l-impożizzjoni ta’ obbligi ex ante fuq l-operaturi hekk indikati.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tidentifika bħala suq rilevanti suxxettibli għar-regolamentazzjoni ex ante s-suq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli. Madankollu, il-ħidma li saret mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (kemm individwalment kif ukoll fi ħdan il-Grupp tar-Regolaturi Ewropej) fl-analiżi tas-swieq nazzjonali bl-ingrossa għar-roaming internazzjonali wriet li għadu ma kienx possibbli għal awtorità regolatorja nazzjonali li tindirizza b’mod effettiv il-livell għoli tat-tariffi bl-ingrossa għar-roaming madwar il-Komunità minħabba d-diffikultà fl-identifikazzjoni ta' impriżi b’setgħa sinifikanti fis-suq fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-roaming internazzjonali, inkluża n-natura transkonfinali tiegħu.

(7)

Fir-rigward tal-forniment bl-imnut tas-servizzi internazzjonali tar-roaming, ir-Rakkomandazzjoni ma tidentifika l-ebda suq bl-imnut għar-roaming internazzjonali bħala suq rilevanti, minħabba, fost oħrajn, il-fatt li s-servizzi internazzjonali tar-roaming fil-livell tal-bejgħ bl-imnut ma jinxtrawx indipendentement iżda jikkostitwixxu element wieħed biss minn pakkett bl-imnut usa’ mixtri mill-klijenti mingħand il-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

(8)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali inkarigati mill-protezzjoni u l-promozzjoni ta' l-interessi tal-klijenti ta' telefonija mobbli normalment residenti fit-territorju tagħhom ma jistgħux jikkontrollaw l-imġiba ta' l-operaturi tan-network miżjur, li jinsab fi Stati Membri oħra, u li fuqu jiddipendu dawk il-klijenti meta jużaw is-servizzi tar-roaming internazzjonali. Dan l-ostakolu jista' jkollu l-effett li jnaqqas l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri bbażati fuq il-kompetenza residwa tagħhom sabiex jadottaw ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur.

(9)

Hemm għalhekk pressjoni sabiex l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jindirizzaw il-livell tat-tariffi tar-roaming internazzjonali, iżda l-mekkaniżmu għall-intervent regolatorju ex ante mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali previst mill-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi deher li ma kienx biżżejjed sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jaġixxu b’mod deċisiv fl-interess tal-konsumatur f’dan il-qasam speċifiku.

(10)

Barra minn hekk, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-regolamentazzjoni u s-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi Ewropej ta' l-2004 (10) talbet lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa inizjattivi ġodda li jnaqqsu l-ispejjeż għoljin tat-traffiku tal-telefonija mobbli transkonfinali, filwaqt li l-Kunsill Ewropew tat-23 u ta' l-24 ta’ Marzu 2006 kkonkluda li teżisti l-ħtieġa ta' linji politiċi ibbażati fuq teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) iffukata, effikaċi u integrata, sew fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali, għall-kisba ta' l-għanijiet ta' l-Istrateġija mġedda ta' Liżbona għat-tkabbir ekonomiku u għall-produttività u nnota f’dan il-kuntest l-importanza, għall-kompetittività, tat-tnaqqis fit-tariffi tar-roaming.

(11)

Il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet apparenti dak iż-żmien, kien immirat lejn it-tneħħija ta' l-ostakoli kollha għall-kummerċ bejn l-Istati Membri fil-qasam li dan il-qafas armonizza, inter alia, fir-rigward ta' miżuri li jolqtu it-tariffi tar-roaming. Madankollu, dan m'għandux iżomm milli jiġu adattati regoli armonizzati pari passu ma’ kunsiderazzjonijiet oħra sabiex jinstabu l-mezzi l-aktar effikaċi sabiex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li jittejbu l-kondizzjonijiet għall-funzjonament tas-suq intern.

(12)

Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, b'mod partikolari d-Direttiva Kwadru, sabiex ikun possibbli distakk mir-regoli li diversament ikunu applikabbli, partikolarment jeħtieġ li l-prezzijiet fl-offerti ta’ servizz jiġu determinati permezz ta’ ftehim kummerċjali fin-nuqqas ta’ setgħa sinifikanti fis-suq, u sabiex b’hekk tiġi akkomodata l-introduzzjoni ta’ obbligi regolatorji komplementari li jirriflettu l-karatteristiċi speċifiċi tas-servizzi tar-roaming madwar il-Komunita.

(13)

Is-swieq tar-roaming bl-imnut u bl-ingrossa juru karatteristiċi uniċi li jiġġustifikaw miżuri eċċezzjonali li jmorru lil hinn mill-mekkaniżmi li jkunu diversament disponibbli taħt il-qafas regolatorju ta’ l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

(14)

L-obbligi regolatorji għandhom jiġu imposti kemm fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut, kif ukoll fil-livell ta’ bejgħ bl-ingrossa sabiex ikunu protetti l-interessi tal-klijenti tar-roaming, billi l-esperjenza wriet li t-tnaqqis tal-prezzijiet bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming madwar il-Komunità jistgħu ma jkunux riflessi fi prezzijiet bl-imnut inqas għar-roaming, minħabba li ma jkunx hemm inċentivi sabiex dan iseħħ. Min-naħa l-oħra, l-azzjoni sabiex jitnaqqas il-livell tal-prezzijiet bl-imnut mingħajr ma jiġi indirizzat il-livell ta’ l-ispejjeż bl-ingrossa marbuta ma’ l-għoti ta’ dawn is-servizzi jista' jissogra li jostakola l-funzjonament korrett tas-suq tar-roaming madwar il-Komunità.

(15)

Huwa meħtieġ li dawn l-obbligi regolatorji jidħlu fis-seħħ kemm jista' jkun malajr, filwaqt li jipprovdu lill-operaturi kkonċernati b'perjodu raġonevoli sabiex jadattaw il-prezzijiet u l-offerti ta' servizz tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità, u li japplikaw direttament fl-Istati Membri kollha.

(16)

Għandu jiġi applikat approċċ komuni sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-networks pubbliċi ta' telefonija mobbli terrestri li jivvjaġġaw fi ħdan il-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi telefoniċi tar-roaming disponibbli madwar il-Komunita meta jagħmlu jew meta jirċievu sejħiet bil-vuċi, sabiex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli u jitħarsu kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla tal-konsumatur. Fid-dawl tan-natura transkonfinali tas-servizzi kkonċernati, dan l-approċċ komuni huwa meħtieġ sabiex l-operaturi mobbli jkunu jistgħu joperaw taħt qafas regolatorju koerenti msejjes fuq kriterji stabbiliti oġġettivament.

(17)

L-approċċ l-aktar effikaċi u proporzjonat għar-regolamentazzjoni tal-livell tal-prezzijiet sabiex isiru u jiġu riċevuti sejħiet intra-Komunitarji bir-roaming huwa t-twaqqif fuq livell Komunitarju ta’ tariffa medja massima kull minuta fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u l-limitazzjoni ta' tariffi fil-livell ta' mnut, permezz ta' l-introduzzjoni ta' Ewrotariffa. Huwa meħtieġ li t-tariffa bl-ingrossa medja ghanda tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi fi ħdan il-Komunita matul perjodu speċifikat.

(18)

L-Ewrotariffa għandha tiġi ffissata f'livell li jiggarantixxi marġini suffiċjenti għall-operaturi u li jinkoraġġixxi offerti tar-roaming kompetittivi b'rati aktar baxxi. L-operaturi għandhom joffru b'mod attiv Ewrotariffa lill-klijenti tar-roaming kollha tagħhom, b'xejn u b'mod ċar u trasparenti.

(19)

Dan l-approċċ regolatorju għandu jiżgura li t-tariffi bl-imnut għar-roaming madwar il-Komunità jipprovdu riflessjoni aktar raġonevoli ta' l-ispejjeż sottostanti involuti fl-għoti tas-servizz milli kien il-każ. L-Ewrotariffa massima li tista' tiġi offruta lill-klijenti tar-roaming għandha għalhekk tirrifletti marġini raġonevoli fuq l-ispiża bl-ingrossa sabiex jingħata servizz ta' roaming, filwaqt li l-operaturi jkollhom il-liberta li jikkompetu billi jiddifferenzjaw l-offerti tagħhom u jadattaw l-istrutturi tal-prezzijiet tagħhom għall-kondizzjonijiet tas-suq u għall-preferenzi tal-konsumaturi. Dan l-approċċ regolatorju m'għandux japplika għal servizzi ta' valur miżjud.

(20)

Dan l-approċċ regolatorju għandu jkun sempliċi sabiex wieħed jimplimentah u jimmonitorjah sabiex inaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-operaturi li fuqhom huma imposti r-rekwiżiti tiegħu, u għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali inkarigati mis-superviżjoni u l-infurzar tiegħu. Għandu jkun ukoll trasparenti u li jinftiehem mill-ewwel mill-klijenti mobbli kollha fi ħdan il-Komunita. Barra minn hekk għandu jipprovdi ċertezza u prevedibbilta għall-operaturi li jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa u bl-imnut. Għalhekk huwa xieraq li f'dan ir-Regolament ikun hemm speċifikat il-livell f'termini monetarji tat-tariffi massimi kull minuta fil-livelli tal-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut.

(21)

L-ogħla tariffa medja ghal kull minuta fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif speċifikata għandha tqis l-elementi differenti involuti meta ssir sejħa bir-roaming madwar il-Komunita', b'mod partikolari l-ispiża sabiex toriġina u tispiċċa sejħa fuq networks tat-telefonija mobbli, u inklużi l-overheads, is-signalling u t-tranżitu. L-aktar benchmark adatta għall-oriġini ta' sejħa u għat-terminazzjoni ta' sejħa għandha tkun ir-rata medja ta' terminazzjoni fuq network ta’ telefonija mobbli għall-operaturi ta’ networks tat-telefonija mobbli fil-Komunita bbażata fuq informazzjoni provduta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ppubblikata mill-Kummissjoni. L-ogħla tariffa medja massima għal kull minuta stabbilita b'dan ir-Regolament għandha għalhekk tiġi determinata b'kont meħud tar-rata medja ta' terminazzjoni fuq networks tat-telefonija mobbli, li toffri benchmark għall-ispejjeż involuti. L-ogħla tariffa medja massima għal kull minuta fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa għandha tonqos kull sena sabiex tqis it-tnaqqis fir-rati ta' terminazzjoni mobbli imposti minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali minn żmien għal żmien.

(22)

L-Ewrotariffa applikabbli fil-livell tal-bejgħ bl-imnut għandha tipprovdi lill-klijenti tar-roaming l-assigurazzjoni li ma jiġix impost fuqhom prezz eċċessiv meta jagħmlu jew jirċievu sejħa bir-roaming regolata, filwaqt li tħalli lill-operaturi tal-pajjiż ta' l-oriġini marġni biżżejjed sabiex jiddifferenzjaw il-prodotti li joffru lill-klijenti.

(23)

Il-konsumaturi kollha għandhom ikollhom l-għażla, mingħajr tariffi u prekondizzjonijiet addizzjonali, ta' tariffa sempliċi tar-roaming li ma teċċedix ir-rati regolati. Marġini raġonevoli bejn l-ispejjez bl-ingrossa u prezzijiet bl-imnut għandu jiżgura li l-operaturi jkunu jistgħu jkopru l-ispejjeż tar-roaming speċifiċi tagħhom fil-livell ta' mnut inklużi ishma adegwati ta' spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni u sussidji ta' l-apparat ta' l-idejn u li jibqagħlhom residwu adegwat li jrendi profitt raġonevoli. Ewrotariffa hija mezz adegwat li jipprovdi kemm lill-konsumatur bil-protezzjoni kif ukoll lill-operatur bil-flessibilta. Il-livelli massimi ta' l-Ewrotariffa għandhom jonqsu kull sena, pari passu mal-livell bl-ingrossa.

(24)

Il-klijenti tar-roaming ġodda għandhom jiġu infurmati bis-sħiħ dwar il-firxa ta' tariffi li jeżistu għar-roaming fi ħdan il-Komunita, inklużi t-tariffi li huma konformi ma' l-Ewrotariffa. Il-klijenti tar-roaming eżistenti għandhom jingħataw l-opportunita li jagħżlu tariffa ġdida konformi ma' l-Ewrotariffa jew kwalunkwe tariffa ta' roaming oħra fi żmien speċifiku. Għall-klijenti tar-roaming li għadhom m'għamlux l-għażla tagħhom f'dan iż-żmien, huwa xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk li diġa għażlu tariffa speċifika jew pakkett speċifiku ta' roaming qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u dawk li għadhom ma għażlux. Dawn ta' l-aħħar għandhom jingħataw awtomatikament tariffa li tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Il-klijenti tar-roaming li diġa jibbenefikaw minn tariffi jew pakketti speċifiċi ta' roaming li jissodisfaw ir-rekwiżiti individwali tagħhom u li huma għażlu fuq din il-bażi, għandhom jibqgħu fuq it-tariffa jew pakkett li kienu għażlu qabel jekk, wara li jkunu ġew imfakkra dwar il-kondizzjonijiet attwali tat-tariffi, huma jonqsu milli jesprimu għażla fil-perjodu ta' żmien rilevanti. Dawn it-tariffi jew pakketti speċifiċi ta' roaming jistgħu jinkludu, per eżempju, rati fissi ta' roaming, tariffi mhux pubbliċi, tariffi bi ħlasijiet fissi ta' roaming miżjuda, tariffi bi ħlasijiet għal kull minuta aktar baxxi mill-Ewrotariffa massima jew tariffi bi ħlasijiet ta' installazzjoni.

(25)

Il-fornituri bl-imnut tas-servizzi tar-roaming madwar il-Komunita għandhom ikollhom perjodu li fih jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom sabiex jikkonformaw mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(26)

Bl-istess mod, il-fornituri tas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa madwar il-Komunita għandhom ikollhom perjodu ta' adattament sabiex jikkonformaw mal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(27)

Ladarba dan ir-Regolament jipprevedi li d-Direttivi li jikkostitwixxu l-qafas regolatorju ta' l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura speċifika adottata għar-regolamentazzjoni ta' tariffi tar-roaming madwar il-Komunita għal sejħiet telefoniċi mobbli bil-vuċi, u ladarba l-fornituri ta' servizzi ta' roaming madwar il-Komunita kollha jistgħu jkunu meħtieġa minn dan ir-Regolament sabiex jagħmlu tibdiliet fit-tariffi tagħhom ta' roaming bl-imnut sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, dawn il-bidliet m'għandhom jagħtu lill-klijenti tat-telefonija mobbli ebda dritt, taħt il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu il-qafas regolatorju ta' l-2002 għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, li jirtiraw mill-kuntratti tagħhom.

(28)

Dan ir-Regolament m’għandux jippreġudika offerti innovattivi lill-konsumaturi li jkunu aktar favorevoli mill-Ewrotariffa massima definita f’dan ir-Regolament, iżda minflok għandu jinkoraġġixxi li jsiru offerti innovattivi lill-klijenti tar-roaming b'rati aktar baxxi. Dan ir-Regolament ma jirrikjedix li jiġu introdotti mill-ġdid tariffi tar-roaming f'każijiet fejn dawn tneħħew kompletament, u lanqas ma jirrikjedi li jiġu miżjuda tariffi eżistenti ta' roaming għal-livell tal-limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(29)

Il-fornituri tal-pajjiż ta' l-oriġini jistgħu joffru rata fissa kull xahar li tkun ekwa u tinkludi kollox, li għaliha ma jkunu japplikaw ebda limiti tat-tariffi. Din ir-rata fissa tista' tkopri s-servizzi ta' roaming ta' komunikazzjoni bil-vuċi u/jew tad-data madwar il-Komunità (inklużi Short Messaging Service (SMS) u Multimedia Messaging Service (MMS)).

(30)

Sabiex jiġi żgurat li l-utenti kollha tat-telefonija mobbli bil-vuċi jkunu jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti ta’ l-iffissar tal-prezzijiet bl-imnut għandhom japplikaw irrispettivament minn jekk il-klijenti tar-roaming ikollhomx kuntratt imħallas minn qabel jew wara mal-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini tagħhom, u irrispettivament minn jekk il-fornitur tal-pajjiż ta' l-oriġini ikollux in-network tiegħu, ikunx operatur ta' network mobbli virtwali jew ikunx rivenditur ta' servizzi ta' telefonija mobbli bil-vuċi.

(31)

Fejn il-fornituri Komunitarji ta' servizzi ta' telefonija mobbli jsibu li l-benefiċċji ta' interoperabbilta u ta' konnettivita “end-to-end” għall-klijenti tagħhom huma pperikolati mit-terminazzjoni, jew mit-theddida ta' terminazzjoni, ta' l-arranġamenti tar-roaming tagħhom ma' operaturi tan-network tat-telefonija mobbli fi Stati Membri oħra, jew ma jkunux kapaċi jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'servizz fi Stat Membru ieħor bħala riżultat ta' nuqqas ta' ftehim ma' mill-inqas fornitur ta' network bl-igrossa wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, fejn meħtieġ, jagħmlu użu, mis-setgħat taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva ta' Aċċess sabiex jiżguraw aċċess u interkonnettivita adegwati sabiex jiggarantixxu din il-konnettivita end-to-end u l-interoperabbilta tas-servizzi, b'kont meħud ta' l-għanijiet ta' l-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru, b'mod partikolari l-ħolqien ta' suq uniku li jiffunzjona b'mod sħiħ għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

(32)

Sabiex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut meta jsiru jew jiġu riċevuti sejħiet tar-roaming regolati fi ħdan il-Komunità u sabiex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tat-telefons ċellulari tagħhom meta jkunu msiefra, il-fornituri tas-servizzi ta' telefonija mobbli għandhom jgħinu lill-klijenti tar-roaming tagħhom jiksbu faċilment informazzjoni bla ħlas dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta dawn jagħmlu jew jirċievu sejħiet fi Stat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-fornituri għandhom jagħtu lill-klijenti tagħhom, fuq talba u bla ħlas, informazzjoni addizzjonali dwar it-tariffi għal kull minuta jew unità ta' data (inkluża l-VAT) meta jsiru jew jiġu riċevuti sejħiet bil-vuċi kif ukoll sabiex jintbagħtu u jiġu riċevuti SMS, MMS u servizzi oħra ta’ komunikazzjoni ta’ data fl-Istat Membru miżjur.

(33)

It-trasparenza teħtieġ ukoll li l-fornituri jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming, b'mod partikolari fuq l-Ewrotariffa u r-rata fissa li tinkludi kollox, jekk dawn joffru tali tariffa, meta jsiru abbonamenti u kull meta jkun hemm bidla fit-tariffi tar-roaming. Il-fornituri tal-pajjiż ta' l-oriġini għandhom jipprovdu informazzjoni dwar tariffi tar-roaming permezz ta' mezzi adegwati bħal invoices, l-internet, riklami televiżivi jew posta diretta. Fornituri tal-pajjiż ta' l-oriġini għandhom jiżguraw li l-klijenti tar-roaming kollha tagħhom ikunu konxji tad-disponibbilta ta' tariffi regolati u għandhom jibagħtu komunikazzjoni ċara u mingħajr preferenza lil dawn il-klijenti fejn jiddeskrivu l-kondizzjonijiet ta' l-Ewrotariffa u d-dritt li jaqilbu minnha jew għaliha.

(34)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu responsabbli għat-twettiq tal-kompiti skond il-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ l-2002 għandhom ikollhom is-setgħat meħtieġa sabiex jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi taħt dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom. Għandhom ukoll jimmonitorjaw żviluppi fl-iprezzar tas-servizzi bil-vuċi u tad-data għall-klijenti tat-telefonija mobbli li jużaw ir-roaming fi ħdan il-Komunità, inklużi, fejn xieraq l-ispejjeż speċifiċi marbuta mas-sejħiet roaming li saru u li ġew riċevuti fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi żgurat li dawn l-ispejjeż jistgħu jiġu rkuprati b’mod adegwat fuq is-suq bl-ingrossa, u li ma jsirx użu ta' traffic steering b'mod li jillimita l-għażla bi ħsara lill-klijenti. Għandhom jiżguraw ukoll li informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun disponibbli għall-partijiet interessati u jippubblikaw ir-riżultati ta' monitoraġġ bħal dan kull sitt xhur. Għandha tiġi provduta informazzjoni separata dwar il-klijenti korporattivi, dawk li jħallsu wara (post-paid) u dawk li jħallsu bil-quddiem (pre-paid).

(35)

Ir-roaming fil-pajjiż fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità fejn liċenzji għat-telefonija mobbli ikunu distinti minn dawk maħruġa fir-rigward tal-bqija tat-territorju nazzjonali jistgħu jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rati ekwivalenti għal dak prattikat fis-suq Komunitarju tar-roaming. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament m'għandhiex twassal għal prezzijiet inqas favorevoli għal klijenti li jużaw servizzi ta' roaming fil-pajjiż meta mqabbla ma’ klijenti li jużaw servizzi ta’ roaming mifruxa madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jieħdu miżuri addizzjonali konsistenti mal-liġi Komunitarja.

(36)

Fid-dawl tal-fatt li, minbarra t-telefonija bil-vuċi, is-servizzi l-ġodda tal-komunikazzjoni mobbli tad-data qed jiksbu aktar importanza, dan ir-Regolament għandu jagħmilha possibbli li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi tas-suq f’dawk is-servizzi wkoll. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-suq għal servizzi ta' roaming ta’ komunikazzjoni mobbli ta’ data, inklużi l-SMS u l-MMS.

(37)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ penali li jiġu applikati fil-każ ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

(38)

Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri sabiex jiġi stabbilit approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tat-telefonija mobbli meta jivvjaġġaw fi ħdan il-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għar-roaming madwar il-Komunità meta jagħmlu jew jirċievu sejħiet, sabiex b’hekk jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri b'mod sigur, armonizzat u f'waqtu u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(39)

Dan l-approċċ komuni għandu jiġi stabbilit għal perjodu limitat. Dan ir-Regolament jista', fid-dawl ta’ reviżjoni li titwettaq mill-Kummissjoni, jiġi estiż jew emendat. Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u l-kontribut li jagħmel lejn l-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju u l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern kif ukoll teżamina l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq fornituri iżgħar ta’ telefonija mobbli fil-Komunità u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq tar-roaming mifrux madwar il-Komunità,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ komuni sabiex jiġi żgurat li l-utenti tan-networks pubbliċi tat-telefonija mobbli li jkunu msiefra fi ħdan il-Komunità ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar il-Komunità meta jagħmlu u jirċievu sejħiet, sabiex b’hekk isir kontribut għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern waqt li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur filwaqt li tiġi ssalvagwardata l-kompetizzjoni bejn l-operaturi tat-telefonija mobbli u jitħarsu kemm l-inċentivi għall-innovazzjoni kif ukoll l-għażla tal-konsumatur. Ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-tariffi li jistgħu jiġu imposti mill-operaturi tat-telefonija mobbli għall-għoti ta’ servizzi tar-roaming internazzjonali għal sejħiet bil-vuċi li joriġinaw u jitterminaw fi ħdan il-Komunità u japplikaw kemm għat-tariffi miġbura bejn l-operaturi tan-network fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa kif ukoll għat-tariffi miġbura mill-fornitur fil-pajjiż ta’ oriġini fil-livell tal-bejgħ bl-imnut.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli mmirati sabiex tiżdied it-trasparenza tal-prezzijiet u jittejjeb l-għoti ta' informazzjoni dwar it-tariffi lill-utenti ta’ servizzi ta’ roaming madwar il-Komunità.

3.   Dan ir-Regolament huwa miżura speċifika fis-sens ta’ l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva Kwadru.

4.   Il-limiti tat-tariffi stabbiliti f’dan ir-Regolament huma espressi f’Euro. Fejn it-tariffi regolati mill-Artikoli 3 u 4 ikunu denominati f’muniti oħrajn, il-limiti inizjali skond dawk l-Artikoli għandhom jiġu determinati f’dawk il-muniti billi jiġu applikati ir-rati referenzjali tal-kambju prevalenti fi 30 ta’ Ġunju 2007, kif pubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għall-finijiet tat-tnaqqis sussegwenti f’dawk il-limiti previsti fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2), il-valuri riveduti għandhom jiġu determinati billi jiġu applikati r-rati referenzjali tal-kambju pubblikati xahar qabel id-data li minnha japplikaw il-valuri riveduti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva ta' Aċċess, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva Kwadru, u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali.

2.   Addizzjonalment għad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Ewrotariffa” tfisser kwalunkwe tariffa li ma teċċedix it-tariffa massima, prevista fl-Artikolu 4, li fornitur tal-pajjiż ta' oriġini jista’ jimponi għall-provvista ta’ sejħiet roaming regolati konformement ma’ dak l-Artikolu;

(b)

“fornitur tal-pajjiż ta' oriġini” tfisser impriża li tipprovdi lil klijent tar-roaming b’servizzi pubbliċi ta' telefonija mobbli terrestri permezz tan-network tiegħu stess jew bħala operatur jew rivenditur ta’ servizz ta' network ta’ telefonija mobbli virtwali;

(ċ)

network tal-pajjiż ta' oriġini” tfisser network pubbliku tat-telefonija mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru u li jintuża minn fornitur tal-pajjiż ta' oriġini għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta' telefonija mobbli terrestri lil klijent tar-roaming;

(d)

roaming madwar il-Komunità” tfisser l-użu ta' telefon ċellulari jew apparat ieħor minn klijent tar-roaming sabiex jagħmel jew jirċievi sejħiet intra-Komunitarji meta jkun fi Stat Membru li mhuwiex dak li fih jinsab in-network tal-pajjiż ta' oriġini tiegħu, permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-network tal-pajjiż ta' oriġini u l-operatur tan-network miżjur;

(e)

“sejħa roaming regolata” tfisser sejħa permezz tat-telefonija mobbli bil-vuċi magħmula minn klijent tar-roaming, li toriġina fuq network miżjur u li tittermina fuq network telefoniku pubbliku fi ħdan il-Komunità jew riċevuta minn klijent tar-roaming, li toriġina f’network telefoniku pubbliku fi ħdan il-Komunità u tittermina f'network miżjur;

(f)

“klijent tar-roaming” tfisser klijent ta’ fornitur ta’ servizzi pubbliċi ta' telefonija mobbli terrestri, permezz ta’ network pubbliku ta’ telefonija mobbli terrestri li jinsab fil-Komunità, li l-kuntratt jew l-arranġament tiegħu mal-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini tiegħu jippermetti l-użu ta’ telefon ċellulari jew apparat ieħor sabiex jagħmel jew jirċievi sejħiet fuq network miżjur permezz ta’ arranġamenti bejn l-operatur tan-network tal-pajjiż ta' oriġini u l-operatur tan-network miżjur;

(g)

network miżjur” tfisser network pubbliku ta’ telefonija mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-network tal-pajjiż ta' oriġini u li jippermetti klijent tar-roaming li jagħmel jew jirċievi sejħiet permezz ta’ arranġamenti ma’ l-operatur tan-network tal-pajjiż ta' oriġini.

Artikolu 3

Tariffi bl-ingrossa għal sejħiet roaming regolati

1.   It-tariffa medja bl-ingrossa li l-operatur ta’ network miżjur jista’ jimponi lill-operatur tan-network ta’ klijent tar-roaming għal sejħa roaming regolata li toriġina minn dak in-network miżjur, bl-inklużjoni, inter alia, ta’ l-ispejjeż ta’ l-oriġini, tat-tranżitu, u tat-terminazzjoni, m’għandhiex tkun iktar minn EUR 0,30 kull minuta.

2.   Din it-tariffa medja bl-ingrossa għandha tapplika bejn kwalunkwe żewġ operaturi u għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta’ tnax-il xahar jew kwalunkwe perjodu iqsar li jista' jkun fadal qabel ma jiskadi dan ir-Regolament. It-tariffa medja massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,28 u EUR 0,26, fi 30 ta’ Awissu 2008 u fi 30 ta’ Awissu 2009 rispettivament.

3.   It-tariffa medja bl-ingrossa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata billi jiġi diviż id-dħul totali, mir-roaming, magħmul bl-ingrossa min-numru totali ta’ minuti roaming mibjugħa bl-ingrossa għall-provvista ta’ sejħiet roaming bl-ingrossa fi ħdan il-Komunità mill-operatur rilevanti fil-perjodu rilevanti. L-operatur ta’ network miżjur għandu jkun permess jagħmel distinzjoni bejn tariffi fil-ħinijiet peak u tariffi fil-ħinijiet off-peak.

Artikolu 4

Tariffi bl-imnut għal sejħiet roaming regolati

1.   Il-fornituri tal-pajjiż ta' oriġini għandhom jagħmlu disponibbli u joffru attivament lill-klijenti tar-roaming kollha tagħhom, b’mod ċar u trasparenti, Ewrotariffa kif prevista fil-paragrafu 2. Din l-Ewrotariffa m'għandha tinvolvi l-ebda abbonament assoċjat jew tariffa oħra, fissa jew rikorrenti, u tista' tkun kombinata ma' kwalunkwe tariffa bl-imnut.

Meta jagħmlu din l-offerta, il-fornituri tal-pajjiż ta' oriġini għandhom ifakkru lil kull klijent tar-roaming tagħhom li, qabel 30 ta’ Ġunju 2007, kienu għażlu tariffa roaming speċifika jew pakkett speċifiku dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dik it-tariffa jew pakkett.

2.   It-tariffa bl-imnut (eskluża l-VAT) ta’ Ewrotariffa, li l-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini jista' jimponi lill-konsumaturi tiegħu tar-roaming għall-provvista ta' sejħiet roaming tista’ tvarja għal kull sejħa roaming iżda m'għandiex taqbeż EUR 0,49 kull minuta għal kull sejħa magħmula jew EUR 0,24 kull minuta għal kull sejħa riċevuta. Il-limitu fil-prezz għal sejħiet magħmula għandu jonqos għal EUR 0,46 u EUR 0,43, u għal sejħiet iriċevuti għal EUR 0,22 u EUR 0,19 fi 30 ta’ Awissu 2008 u fi 30 ta’ Awissu 2009.

3.   Il-klijenti tar-roaming kollha għandhom jiġu offruti tariffa kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Il-klijenti tar-roaming kollha attwali għandhom jingħataw l-opportunità, sa 30 ta' Lulju 2007 li jagħżlu deliberatament l-Ewrotariffa jew kwalunkwe tariffa roaming oħra, u għandhom jingħataw perjodu ta' xahrejn sabiex jgħarrfu lill-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom dwar l-għażla tagħhom. It-tariffa mitluba għandha tiġi attivata mhux aktar tard minn xahar wara li tiġi riċevuta t-talba tal-klijent mill-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini.

Il-klijenti tar-roaming li f'dak il-perjodu ta’ xahrejn ma jkunux għarrfu l-għażla tagħhom għandhom jiġu awtomatikament provduti b’Ewrotariffa kif stabbilit fil-paragrafu 2.

Madankollu, il-klijenti tar-roaming li, qabel 30 ta’ Ġunju 2007 kienu diġà għamlu għażla deliberata ta’ tariffa jew pakkett roaming speċifiku differenti mit-tariffa roaming li kienu jingħataw kieku ma jagħmlux tali għażla, u li jonqsu milli jesprimu għażla skond dan il-paragrafu, għandhom jibqgħu fuq it-tariffa jew pakkett magħżulin qabel.

4.   Kwalunkwe klijent tar-roaming jista' jitlob, fi kwalunkwe punt wara li jkun tlesta l-proċess stabbilit fil-paragrafu 3, li jibdel għal jew minn Ewrotariffa. Kwalunkwe bidla għandha ssir fi żmien ġurnata ta’ xogħol mir-riċezzjoni tat-talba u mingħajr ħlas u ma għandhiex tinvolvi kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma’ elementi oħrajn ta’ l-abbonament. Fornitur tal-pajjiż ta' oriġini jista’ jdewwem tali bidla sa meta t-tariffa roaming preċedenti tkun effettiva għal perjodu minimu speċifikat li ma jaqbiżx tliet xhur.

Artikolu 5

L-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 6

1.   L-Artikolu 3 għandu japplika minn 30 ta’ Awissu 2007.

2.   L-Artikolu 6(1) u (2) għandu japplika minn 30 ta’ Settembru 2007.

Artikolu 6

It-trasparenza tat-tariffi bl-imnut

1.   Sabiex klijent tar-roaming jiġi notifikat dwar il-fatt li jkun suġġett għal tariffi tar-roaming meta jagħmel jew jirċievi telefonata, kull fornitur tal-pajjiż ta' oriġini għandu, ħlief meta l-klijent ikun innotifika lill-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini tiegħu li ma jirrikjedix dan is-servizz, jipprovdi lill-klijent, b'mod awtomatiku, permezz ta’ Servizz ta’ Messaġġi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta jidħol fi Stat Membru li mhuwiex dak tan-network tal-pajjiż ta' oriġini tiegħu, bl-informazzjoni personalizzata bażika tal-prezzijiet dwar it-tariffi tar-roaming (inkluża l-VAT) li japplikaw għal dak il-klijent sabiex jagħmel u jirċievi sejħiet fl-Istat Membru miżjur.

Din l-informazzjoni personalizzata bażika għandha tinkludi t-tariffi massimi li għalihom il-klijent jista' jkun suġġett taħt l-iskema ta’ tariffi tiegħu għal sejħiet li jsiru fil-pajjiż miżjur u lejn l-Istat Membru tan-network tal-pajjiż ta' oriġini tiegħu, kif ukoll għal sejħiet riċevuti. Għandha tinkludi wkoll in-numru mingħajr ħlas imsemmi fil-paragrafu 2 għall-aċċess għal informazzjoni aktar dettaljata.

Klijent li jkun avża li huwa m’għandux bżonn is-Servizz ta’ Messaġġ awtomatiku għandu jkollu d-dritt fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas li jitlob lill-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini sabiex jerġa’ jipprovdi s-servizz.

Il-fornituri tal-pajjiż ta' oriġini għandhom jipprovdu din l-informazzjoni personalizzata bażika dwar prezzijiet lill-klijenti neqsin mid-dawl jew li jkollhom vista parzjali b’mod awtomatiku, permezz ta’ sejħa bil-vuċi, mingħajr ħlas, jekk huma jitolbu dan.

2.   Addizzjonalment għall-paragrafu 1, il-klijenti għandhom ikollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar il-prezzijiet tar-roaming applikabbli għal sejħiet bil-vuċi, SMS, MMS u servizzi oħrajn ta’ komunikazzjoni tad-data, permezz ta’ sejħa telefonika mobbli bil-vuċi jew SMS. Talba bħal din għandha ssir fuq numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tal-pajjiż ta' oriġini.

3.   Il-fornituri tal-pajjiż ta' oriġini għandhom jagħtu lill-utenti kollha informazzjoni sħiħa dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli, b’mod partikolari dwar l-Ewrotariffa, meta jsiru l-abbonamenti. Huma għandhom ukoll jipprovdu lill-klijenti tar-roaming tagħhom aġġornamenti perjodiċi dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli mingħajr dewmien żejjed kull darba li jkun hemm bidla f’dawn it-tariffi.

Il-fornituri tal-pajjiż ta' oriġini għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming kollha tagħhom isiru jafu dwar id-disponibbiltà ta’ l-Ewrotariffa. Għandhom jikkomunikaw, b’mod partikolari, lill-klijenti tar-roaming kollha sa 30 ta' Lulju 2007 il-kondizzjonijiet relatati ma’ l-Ewrotariffa b’mod ċar u imparzjali. Huma għandhom wara dan ifakkru fihom, f’intervalli raġonevoli, permezz ta' messaġġ lill-klijenti kollha li jkunu għażlu tariffa oħra.

Artikolu 7

Superviżjoni u infurzar

1.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontrollaw u jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom.

2.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 4, b’mod li jippermetti lill-partijiet interessati jkollhom aċċess faċli għaliha.

3.   Bħala preparazzjoni għar-reviżjoni prevista fl-Artikolu 11, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw l-iżviluppi fil-prezzijiet bl-ingrossa u bl-imnut għall-provvista lill-klijenti tar-roaming ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u tad-data, inklużi SMS u MMS, anke fir-reġjuni l-aktar periferiċi msemmija fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll ikunu konxji tal-każ partikolari ta’ roaming involontarju fir-reġjuni konfinali ta’ Stati Membri viċini u jissorveljaw jekk ikunx qieghed isir użu ta' traffic steering b'mod żvantaġġuż għall-klijenti. Għandhom jikkomunikaw ir-riżultati ta’ dan lill-Kummissjoni, inkluż informazzjoni separata dwar klijenti korporattivi, klijenti post-paid u klijenti pre-paid, kull sitt xhur.

4.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jesiġu mill-impriżi suġġetti għall-obbligi taħt dan ir-Regolament li jipprovdu kull informazzjoni rilevanti għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minnufih meta mitluba, u skond l-iskadenzi u l-livell ta’ dettall meħtieġa mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

5.   L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jintervjenu fuq inizjattiva tagħhom sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, għandhom meta jkun meħtieġ jużaw is-setgħat taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva ta' Aċċess sabiex jiżguraw aċċess u interkonnessjoni adegwati sabiex ikunu garantiti l-konnettività end-to-end u l-interoperabbiltà tas-servizzi ta' roaming.

6.   Fejn awtorità regolatorja nazzjonali ssib li seħħ ksur ta’ l-obbligi stabbiliti fir-Regolament, għandha jkollha s-setgħa tesiġi it-terminazzjoni immedjata ta' tali ksur.

Artikolu 8

Riżoluzzjoni ta' disputi

1.   Fil-każ ta’ disputa konnessa ma’ l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament bejn l-impriżi li jipprovdu networks jew servizzi għal komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru, għandhom japplikaw il-proċeduri għar-riżoluzzjoni ta' tilwim stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Kwadru.

2.   Fil-każ ta' disputa mhux riżolta li tinvolvi klijent jew utent finali u li tikkonċerna kwistjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli l-proċeduri extra-ġudizzjarji għar-riżoluzzjoni ta' disputi stabbiliti fl-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar Servizz Universali.

Artikolu 9

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, propozjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet mhux aktar tard minn 30 ta’ Marzu 2008 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emendament sussegwenti li jinċidi fuqhom.

Artikolu 10

L-emendament tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru)

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva Kwadru):

“5.   Din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal kull miżura speċifika adottata għar-regolamentazzjoni tar-roaming internazzjonali fuq networks pubbliċi ta’ telefonija mobbli fi hdan il-Komunità.”

Artikolu 11

Reviżjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar minn 30 ta’ Diċembru 2008. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari jekk inkisbux l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tirrivedi l-iżviluppi fit-tariffi bl-ingrossa u bl-imnut għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni bil-vuċi u tad-data, inklużi SMS u MMS, lill-klijenti tar-roaming, u tinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa ta' regolamentazzjoni ta' dawn is-servizzi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista' tuża l-informazzjoni provduta skond l-Artikolu 7(3).

2.   Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tara jekk, fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-suq u fir-rigward kemm tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-protezzjoni tal-konsumatur, ikunx meħtieġ li jiġi estiż it-tul ta' dan ir-Regolament aktar mill-perjodu stabbilit fl-Artikolu 13 jew li jiġi emendat, b'kont meħud ta' l-iżviluppu fit-tariffi għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli bil-vuċi jew tad-data fil-livell nazzjonali u l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq is-sitwazzjoni kompetittiva ta’ operaturi iżgħar, indipendenti jew li għadhom jibdew. Jekk il-Kummissjoni issib li teżisti din il-ħtieġa, għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 12

Rekwiżiti ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 30 ta’ Awissu 2007 bl-identità ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-kompiti taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u skadenza

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jiskadi 30 ta’ Ġunju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 27 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

A. MERKEL


(1)  ĠU C 324, 30.12.2006, p. 42.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2007.

(3)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(5)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(7)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54).

(8)  ĠU L 114, 8.5.2003, p. 45.

(9)  ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6.

(10)  ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 143.