ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
23 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 709/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 711/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti f’Ġunju 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 tat-22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 713/2007 tal-21 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fi Skagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Iżvezja

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 714/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 68/89/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ l-injam mhux raffinat

16

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/436/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

17

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/437/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 rigward in-noninklużjoni tal-haloxyfop-R fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2548)  ( 1 )

22

 

 

 

*

Avviż lil qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 709/2007

tat-22 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,5

TR

95,8

ZZ

68,7

0707 00 05

JO

159,1

TR

151,2

ZZ

155,2

0709 90 70

TR

86,3

ZZ

86,3

0805 50 10

AR

55,4

TR

92,6

UY

68,9

ZA

61,2

ZZ

69,5

0808 10 80

AR

100,6

BR

105,1

CA

102,7

CL

82,7

CN

105,4

CO

90,0

NZ

98,7

US

108,9

UY

47,1

ZA

98,5

ZZ

94,0

0809 10 00

TR

197,2

ZZ

197,2

0809 20 95

TR

274,0

US

368,8

ZZ

321,4

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

101,4

US

149,4

ZA

88,5

ZZ

113,1

0809 40 05

IL

251,3

US

222,0

ZZ

236,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 710/2007

tat-22 ta’ Ġunju 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 638/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 36.

(4)  ĠU L 148, 9.6.2007, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mit-23 ta’ Ġunju 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

20,70

5,95

1701 11 90  (1)

20,70

11,46

1701 12 10  (1)

20,70

5,76

1701 12 90  (1)

20,70

10,94

1701 91 00  (2)

23,43

14,01

1701 99 10  (2)

23,43

9,00

1701 99 90  (2)

23,43

9,00

1702 90 99  (3)

0,23

0,41


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 711/2007

tat-22 ta’ Ġunju 2007

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti f’Ġunju 2007 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’Ġunju 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Settembru 2007 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.

(3)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti f’Ġunju 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Settembru 2007 huma, għal ċerti kwoti, anqas mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet, dawn ta’ l-aħħar għandhom jiżdiedu mal-kwantità fissa għas-subperjodu tal-kwota sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Settembru 2007 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sal-31 ta’ Diċcembru 2007, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2007-30.9.2007

(f %)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1.10.2007-31.12.2007

(f kg)

1

09.4211

5,718616

2

09.4212

 (1)

27 783 000

4

09.4214

23,955918

5

09.4215

57,314324

6

09.4216

 (2)

276 463

7

09.4217

18,881304

8

09.4218

 (2)

2 484 800


Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu mill-1.7.2007-30.6.2008

(f %)

3

09.4213

6,006354


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 712/2007

tat-22 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 24,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent] (2) jistipula li l-bejgħ taċ-ċereali miżmuma mill-aġenzija ta’ intervent isir permezz ta’ sejħa għal offerti u skond kundizzjonijiet ta’ prezz li jippermettu li jiġi evitat it-tfixkil tas-suq.

(2)

L-Istati Membri għandhom ħażniet ta’ intervent tal-qamħirrum, tal-qamħ komuni, tax-xgħir u tas-segala. Sabiex jinqdew il-ħtiġijiet tas-swieq, jixraq illi dawn il-ħażniet ta’ ċereali ta’ l-Istati Membri jsiru disponibbli fis-suq intern. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri. Kull waħda mis-sejħiet għal offerti għandha titqies bħala sejħa għaliha.

(3)

Jeħtieġ li jkunu stipulati derogi mill-kundizzjonijiet iffissati mir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammont tal-garanzija għall-eżekuzzjoni meħtieġa. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-garanzija tkun iffissata f’ammont suffiċjenti.

(4)

Biex titqies il-qagħda tas-suq Komunitarju, jixraq li jkun stipulat li s-sejħa għal offerti titmexxa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandu jkun ipprovdut koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dawk l-offerti li jinsabu fil-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ.

(5)

Bil-għan li s-sistema titmexxa b’mod effiċjenti, jeħtieġ li jkun stipulat li t-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ssir b’mod elettroniku. Huwa importanti li kull komunikazzjoni li ssir mill-aġenzija ta’ intervent lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-anonimità ta’ min jissottometti l-offerti.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri li jidhru fl-Anness I jipproċedu għall-bejgħ mill-ġdid taċ-ċereali miżmuma minnhom, permezz ta’ sejħiet permanenti għal offerti fis-suq intern tal-Komunità. Il-kwantitajiet massimi taċ-ċereali differenti koperti minn dawn is-sejħiet għal offerti jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 isir skond il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2131/93. Madankollu, b’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(4) ta’ l-istess Regolament, il-garanzija fuq l-offerta hija stabbilita għal EUR 10 kull tunnellata.

Artikolu 3

1.   L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għal offerti hija l-4 ta’ Lulju 2007 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).

Għas-sejħiet parzjali għal offerti sussegwenti, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti jiskadi kull nhar ta’ Erbgħa fis-13:00 (ħin ta’ Brussell), bl-eċċezzjoni ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007, il-15 ta’ Awwissu 2007, it-22 ta’ Awwissu 2007, il-5 ta’ Settembru 2007, id-19 ta’ Settembru 2007, it-3 ta’ Ottubru 2007, is-17 ta’ Ottubru 2007, il-31 ta’ Ottubru 2007, l-14 ta’ Novembru 2007, it-28 ta’ Novembru 2007, il-12 ta’ Diċembru 2007, is-26 ta’ Diċembru 2007, it-2 ta’ Jannar 2008, is-16 ta’ Jannar 2008, it-23 ta’ Jannar 2008, is-6 ta’ Frar 2008, l-20 ta’ Frar 2008, il-5 ta’ Marzu 2008, id-19 ta’ Marzu 2008, it-2 ta’ April 2008, is-16 ta’ April 2008, it-30 ta’ April 2008, l-14 ta’ Mejju 2008, l-21 ta’ Mejju 2008, l-4 ta’ Ġunju 2008 u t-18 ta’ Ġunju 2008, ġimgħat li fihom mhi se ssir l-ebda sejħa għal offerti.

L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-aħħar sejħa parzjali għal offerti hija l-25 ta’ Ġunju 2008 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).

2.   L-offerti għandhom jitressqu għand l-aġenziji ta’ invervent ikkonċernati, li d-dettalji tagħhom jingħataw fl-Anness I.

Artikolu 4

Fl-erba’ sigħat ta’ wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti stipulat fl-Artikolu 3(1), l-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti mressqa. Jekk ma tkun tressqet l-ebda offerta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan fl-istess perjodu ta’ erba’ sigħat. Jekk l-Istat Membru ma jibgħat l-ebda notifika lill-Kummissjoni fil-perjodu stipulat, il-Kummissjoni tqis li ma tkun tressqet l-ebda offerta f’dak l-Istat Membru.

In-notifiki msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan għandhom isiru b’mod elettroniku, skond il-mudell li jingħata fl-Anness II. Għal kull sejħa għal offerti, tinbagħat lill-Kummissjoni formola separata għal kull tip ta’ ċereali. L-identità ta’ min iressaq l-offerti għandha tibqa’ sigrieta.

Artikolu 5

1.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ ta’ kull ċereali, jew tiddeċiedi li l-offerti rċevuti ma jintlaqgħux.

2.   Fejn l-iffissar ta’ prezz minimu, skond il-paragrafu 1, jaqbeż il-kwantità massima disponibbli għal Stat Membru, ma’ dan il-prezz iffissat jista’ jingħata koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantitajiet offerti fil-livell tal-prezz minimu, sabiex tkun irrispettata l-kwantità massima disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 367/2007 (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 14).


ANNESS I

LISTA TAS-SEJĦIET GĦAL OFFERTI

Stat Membru

Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern

(tunnellati)

Aġenzija ta’ intervent

Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Segala

Belgique/België

0

Bureau d’intervention et de restitution belge

Rue de Trèves 82

B-1040 Bruxelles

Belgisch Interventie- en Restitutiebureau

Trierstraat 82

B-1040 Brussel

Tel. (32-2) 287 24 78

Fax (32-2) 287 25 24

e-mail: webmaster@birb.be

website: www.birb.be

БЪЛГАРИЯ

State Fund Agriculture

136, Tzar Boris III Blvd.

1618, Sofia, Bulgaria

Tel.: (+359 2) 81 87 202

Fax: (+359 2) 81 87 267

E-mail: dfz@dfz.bg

website : www.mzgar.government.bg

Česká republika

0

0

Státní zemědělský intervenční fond

Odbor rostlinných komodit

Ve Smečkách 33

CZ-110 00 Praha 1

Tel.: (420) 222 87 16 67/222 87 14 03

Fax: (420) 296 80 64 04

E-mail: dagmar.hejrovska@szif.cz

Internet: www.szif.cz

Danmark

Direktoratet for FødevareErhverv

Nyropsgade 30

DK-1780 København V

Téléphone: (45) 33 95 88 07

Télécopieur: (45) 33 95 80 34

e-mail:

mij@dffe.dk

pah@dffe.dk

website: www.dffe.dk

Deutschland

0

0

50 000

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung

Deichmanns Aue 29

D-53179 Bonn

Téléphone: (49-228) 68 45-3704

télécopieur 1: (49-228) 68 45-3985

télécopieur 2: (49-228) 68 45-3276

e-mail: pflanzlErzeugnisse@ble.de

website : www.ble.de

Eesti

Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet

Narva mnt 3, 51009 Tartu

Téléphone: (372) 7371 200

Télécopieur: (372) 7371 201

e-mail: pria@pria.ee

website: www.pria.ee

Eire/Ireland

Department of Agriculture & Food, Intervention Operations, OFI, Subsidies & Storage Division,

Johnstown Castle Estate,

County Wexford,

Ireland

Téléphone: (353-53) 916 34 00

Télécopieur: (353-53) 914 28 43

website: www.agriculture.gov.ie

Elláda

Payment and Control Agency for Guidance and Guarantee Community Aids (OPEKEPE)

Acharnon 241

GR-104 46 Athens

Téléphone: (30-210) 212 47 87 και (30-210) 212 47 54

Télécopieur: (30-210) 212 47 91

e-mail: ax17u073@minagric.gr

website: www.opekepe.gr

España

S. Gral. Intervención de Mercados (FEGA)

C/Almagro 33 — 28010 Madrid — España

Téléphone: (34-91) 3474765

Télécopieur: (34-91)3474838

e-mail: sgintervencion@fega.mapa.es

website: www.fega.es

France

0

0

Office national interprofessionnel des grandes cultures (ONIGC)

12, rue Henri-Roltanguy TSA 20002

F-93555 Montreuil sous Bois Cedex

Téléphone: (33) 173 30 20 20

Télécopieur: (33) 173 30 20 08

E-mail:

Catherine.LESCOUARC'H@onigc.fr;

Philippe.BONNARD@onigc.fr

website: www.onigc.fr

Italia

Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura — AGEA

Via Torino 45, I-00184 Roma

Téléphone: (39) 06 49 49 95 58

Télécopieur: (39) 06 49 49 97 61

e-mail: b.pennacchia@agea.gov.it

website: www.agea.gov.it

Kypros

 

Latvija

0

0

Lauku atbalsta dienests

Republikas laukums 2,

Rīga, LV-1981

Téléphone: (371) 702 7893

Télécopieur: (371) 702 7892

e-mail: lad@lad.gov.lv

website: www.lad.gov.lv

Lietuva

The Lithuanian Agricultural and Food Products Market Regulation Agency

L. Stuokos-Guceviciaus Str. 9–12,

Vilnius, Lithuania

Téléphon: (370-5) 268 50 49

Télécopieur: (370-5) 268 50 61

e-mail: info@litfood.lt

website: www.litfood.lt

Luxembourg

Office des licences

21, rue Philippe II

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Téléphone: (352) 478 23 70

Télécopieur: (352) 46 61 38

Télex: 2 537 AGRIM LU

Magyarország

0

0

500 000

Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Soroksári út. 22–24.

H-1095 Budapest

Téléphone (36-1) 219 45 76

Télécopieur: (36-1) 219 89 05

e-mail: ertekesites@mvh.gov.hu

website: www.mvh.gov.hu

Malta

 

Nederland

Dienst Regelingen Roermond

Postbus 965, NL-6040 AZ Roermond

Téléphone: (31) 475 355 486

Télécopieur: (31) 475 318939

e-mail: p.a.c.m.van.de.lindeloof@minlnv.nl

website: www.minlnv.nl

Österreich

AMA (Agrarmarkt Austria)

Dresdnerstraße 70

A-1200 Wien

Téléphone:

(43-1) 331 51-258

(43-1) 331 51-328

Télécopieur:

(43-1) 331 51-4624

(43-1) 331 51-4469

e-mail: referat10@ama.gv.at

website: www.ama.at/intervention

Polska

0

Agencja Rynku Rolnego

Biuro Produktów Roślinnych

Nowy Świat 6/12

00-400 Warszawa

Polska

Téléphone: (48) 22 661 78 10

télécopieur: (48) 22 661 78 26

e-mail: cereals-intervention@arr.gov.pl

website: www.arr.gov.pl

Portugal

Instituto Nacional de Intervenção e Garantia Agrícola (INGA)

Rua Fernando Curado Ribeiro, n.o 4G

1649-034 Lisboa

Téléphone:

(351) 21 751 85 00

(351) 21 384 60 00

Télécopieur:

(351) 21 384 61 70

e-mail:

inga@inga.min-agricultura.pt

edalberto.santana@inga.min-agricultura.pt

website: www.inga.min-agricultura.pt

România

Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură

B-dul Carol I, nr. 17, sector 2

București 030161

România

Tel.: (40) 21 3054802, (40) 21 3054842

Fax: (40) 21 3054803

Website: www.apia.org.ro

Slovenija

Agencija Republike Slovenije za kmetijske trge in razvoj podeželja

Dunajska 160

SI-1000 Ljubljana

Téléphone: (386-1) 580 76 52

Télécopieur: (386-1) 478 92 00

e-mail: aktrp@gov.si

website: www.arsktrp.gov.si

Slovensko

Pôdohospodárska platobná agentúra

Oddelenie obilnín a škrobu

Dobrovičova 12

815 26 Bratislava

Slovenská republika

tel.: (421-2) 58 24 32 71

fax: (421-2) 53 41 26 65

e-mail: jvargova@apa.sk

website: www.apa.sk

Suomi/Finland

0

0

Maaseutuvirasto

PL 256

FI-00101 HELSINKI

Tel: (358 (0)20) 772 007

Fax: (358 (0)20) 7725 506, +358 (0)20 7725 508

e-mail: markkinatukiosasto@mavi.fi

web site: www.mavi.fi

Sverige

0

0

Statens jordbruksverk

S-551 82 Jönköping

Tfn (46) 36 15 50 00

Fax (46) 36 19 05 46

E-post: jordbruksverket@sjv.se

Internet: www.sjv.se

United Kingdom

Rural Payments Agency

Lancaster House

Hampshire Court

Newcastle upon Tyne

NE4 7YH

United Kingdom

Téléphone: (44-1912) 26 58 82

Télécopieur: (44-1912) 26 58 24

e-mail: cerealsintervention@rpa.gsi.gov.uk

website: www.rpa.gov.uk

Is-simbolu “—” jfisser: li ma hemm l-ebda ħażna ta’ intervent għal dan iċ-ċereali f’dan l-Istat Membru.


ANNESS II

Notifika lill-Kummissjoni ta’ l-offerti rċevuti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali tal-ħażniet ta’ intervent

Mudell għall-formola (*)

Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 712/2007

“TIP TAĊ-ĊEREALI: kodiċi tan-NM (**)

“STAT MEMBRU: (***)

1

2

3

 

Numru ta’ min qed iressaq l-offerta

Numru tal-lott

Kwantità

(tunnellati)

Prezz offert

euro/tunnellata

1

 

 

 

2

 

 

 

3

 

 

 

eċċ.

 

 

 

Speċifika l-kwantitajiet totali offerti (inklużi l-offerti miċħuda għall-istess lott): … tunnellata.


(*)  Biex jintbagħat lill-DĠ AGRI (D2)

(**)  1001 90 għall-qamħ komuni, 1003 00 għax-xgħir, 1005 90 00 għall-qamħirrum u 1002 00 00 għas-segala.

(***)  Indika l-Istat Membru kkonċernat.


23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 713/2007

tal-21 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-merluzz fi Skagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Waqt li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Waqt li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċcembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċcembru 2006 jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għalċerti ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta’ l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Għandu jkun ipprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta jiġi ppublikat fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 643/2007 (ĠU L 151, 13.6.2007, p. 1).


ANNESS

Nru

14

Stat membru

L-Iżvezja

Stokk

COD/03AN.

Speċi

Il-Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Skagerrak

Data

1.6.2007


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/16


DEĊIŻJONI Nru 714/2007/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 68/89/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ l-injam mhux raffinat

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Il-linji politiċi Komunitarji dwar regolamentazzjoni aħjar jenfasizzaw l-importanza tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u Komunitarja bħala element kruċjali fit-titjib tal-kompetittività ta’ l-impriżi u għall-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Aġenda ta’ Liżbona.

(2)

Il-metodi tal-kejl u tal-klassifikazzjoni pprovduti fid-Direttiva 68/89/KEE (3) huma differenti mill-metodi tal-kejl u tal-klassifikazzjoni li huma ġeneralment u attwalment applikati fit-tranżazzjonijiet bejn l-impriżi fis-settur tal-foresterija u l-industriji bbażati fuq il-foresterija u jirriżultaw mhux adattati għall-ħtiġijiet tas-suq.

(3)

Il-metodi ta’ kejl u tal-klassifikazzjoni pprovduti mid-Direttiva 68/89/KEE m’għadhomx iktar meħtieġa għall-finijiet tas-suq intern.

(4)

Id-Direttiva 68/89/KEE għandha għaldaqstant tiġi mħassra.

(5)

It-tħassir tad-Direttiva 68/89/KEE jfisser li wara l-31 ta’ Diċembru 2008 l-marka “klassifikat KEE” ma tibqax iktar disponibbli għall-użu fil-kummerċjalizzazzjoni u li l-miżuri implimentattivi nazzjonali korrispondenti jkollhom, sal-31 ta’ Diċembru 2008, jiġu mħassra kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 68/89/KEE hija b’dan imħassra b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

G. GLOSER


(1)  Opinjoni ta’ l-14 ta’ Marzu 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2007.

(3)  ĠU L 32, 6.2.1968, p. 12.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ġunju 2007

dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/436/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 269 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 173 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (3),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew imlaqqa’ fi Brussell fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda, inter alia, li l-arranġamenti dwar ir-riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettiv ġenerali ta’ l-ekwità. Għaldaqstant dawk l-arranġamenti għandhom jiżguraw, b’konformità mal-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill Ewropew ta’ Fontainebleau ta’ l-1984, li l-ebda Stat Membru ma jkollu jġorr piż baġitarju li jkun eċċessiv meta mqabbel mal-prosperità relattiva tiegħu. Huwa għalhekk xieraq li jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jkopru Stati Membri speċifiċi.

(2)

Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet għandha tiżgura li jkun hemm riżorsi adegwati għall-iżvilupp xieraq tal-politika tal-Komunitajiet, soġġetta għall-ħtieġa ta’ dixxiplina baġitarja stretta.

(3)

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-dħul nazzjonali gross (DNG) għandu jkun definit bħala DNG annwali bi prezzijiet tas-suq kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“ESA 95”) skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 (4).

(4)

Bil-ħsieb tal-bidla mill-ESA 79 għall-ESA 95 għal finijiet ta’ baġit u ta’ riżorsi proprji, u sabiex l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Komunitajiet jibqa’ mhux mibdul, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid, skond l-Artikolu 3(1) u 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (5), il-limitu massimu ta’ riżorsi proprji u l-limitu massimu ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji, espressi sa żewġ punti deċimali, abbażi tal-formula f’dak l-Artikolu. Fit-28 ta’ Diċembru 2001, il-Kummissjoni kkomunikat il-limiti massimi l-ġodda lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Il-limitu massimu ta’ riżorsi proprji ġie stabbilit għal 1.24 % tad-DGN totali ta’ l-Istati Membri fi prezzijiet tas-suq u l-limitu massimu ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji ġie stabbilit għal 1.31 % tad-DGN totali ta’ l-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li dawn il-limiti għandhom jinżammu fil-livelli attwali.

(5)

Sabiex l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji għad-dispożizzjoni tal-Komunitajiet jibqa’ mhux mibdul, huwa xieraq li dawn il-limiti massimi espressi f’perċentwal tad-DGN jibqgħu l-istess anke f’każ ta’ modifiki fl-ESA 95 li jinvolvu bidla sinifikanti fil-livell ta’ DGN.

(6)

Wara l-implimentazzjoni fil-liġi ta’ l-Unjoni Ewropea tal-ftehim konklużi waqt in-negozjati multilaterali dwar il-kummerċ fl-Uruguay Round, m’għad hemm l-ebda differenza materjali bejn id-dazji agrikoli u dawk doganali. Huwa għalhekk xieraq li titneħħa din id-distinzjoni fil-qasam tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(7)

Għall-finijiet ta’ trasparenza u sempliċità, l-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li r-rata uniformi tal-ġbir tar-riżorsa tal-VAT għandha tkun stabbilita għal 0.30 %.

(8)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li, għall-perijodu 2007-2013, l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Iżvezja għandhom jibbenefikaw minn rati tal-ġbir tal-VAT imnaqqsa u li fl-istess perijodu l-Olanda u l-Iżvezja għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom ibbażati fuq id-DGN.

(9)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni favur ir-Renju Unit għandu jibqa’, flimkien mal-finanzjament imnaqqas tal-korrezzjoni li jibbenefikaw minnu l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Iżvezja u l-Olanda. Madankollu, wara perijodu ta’ introduzzjoni gradwali bejn l-2009-2011, ir-Renju Unit għandu jieħu sehem sħiħ fil-finanzjament ta’ l-infiq tat-tkabbir, ħlief fil-każ ta’ pagamenti agrikoli diretti u ta’ nfiq relatat mas-suq, u li dik il-parti tan-nefqa fuq l-iżvilupp rurali li toriġina mit-taqsima tal-garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG). Għaldaqstant, il-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit għandu jiġi aġġustat billi progressivament jibda jeskludi l-infiq allokat lill-Istati Membri li ssieħbu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, bl-eċċezzjoni ta’ nfiq għall-iżvilupp agrikolu rurali kif imsemmi hawn fuq. Il-kontribuzzjoni addizzjonali tar-Renju Unit li tirriżulta mit-tnaqqis fin-nefqa allokata m’għandhiex taqbeż l-EUR 10.5 biljun fi prezzijiet ta’ l-2004 waqt il-perijodu 2007-2013. Fil-każ ta’ aktar tkabbir qabel l-2013, ħlief għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, l-ammont ser jiġi aġġustat għaldaqstant.

(10)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li l-punt (f) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom rigward l-esklużjoni tan-nefqa annwali pre-adeżjonali fil-pajjiżi li ser jingħaqdu mill-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit, għandu jieqaf milli japplika fit-tmiem ta’ l-2014.

(11)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 stieden lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni sħiħa u mifruxa li tkopri l-aspetti kollha ta’ l-infiq ta’ l-UE, inkluż il-Politika Agrikola Komuni (PAK), u tar-riżorsi, inkluż it-tnaqqis tar-Renju Unit, u tirrapporta dwar dan fl-2008/2009.

(12)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet li jkopru l-bidla mis-sistema stabbilita permezz tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom għal dik imdaħħla minn din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ikkonkluda li din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta’ Jannar 2007,

STABBILIXXA DAWN ID-DISPOŻIZZJONIJIET, LI HU JIRRAKKOMANDA LILL-ISTATI MEMBRI GĦALL-ADOZZJONI:

Artikolu 1

Il-Komunitajiet ser jiġu allokati riżorsi proprji skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikoli li ġejjin, skond l-Artikolu 269 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn issa ‘l quddiem imsemmi t-“Trattat tal-KE”) u l-Artikolu 173 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (minn issa ‘l quddiem imsemmi t-“Trattat ta’ l-Euratom”), sabiex jiġi żgurat il-finanzjament tal-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun iffinanzjat kollu kemm hu mir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor.

Artikolu 2

1.   Id-dħul minn dan li ġej għandu jkun jikkostitwixxi r-riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea:

(a)

imposti, primjums, ammonti addizzjonali jew kompensatorji, ammonti jew fatturi addizzjonali, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħrajn stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet fir-rigward tal-kummerċ ma’ pajjiżi mhux membri, dazji doganali fuq prodotti taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar li skada kif ukoll kontribuzzjonijiet u dazji oħrajn previsti fi ħdan il-qafas ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq taz-zokkor;

(b)

mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, l-applikazzjoni ta’ rata uniformi valida għall-Istati Membri kollha għall-bażijiet ta’ valutazzjoni tal-VAT armonizzati ddeterminati skond ir-regoli Komunitarji. Il-bażi ta’ valutazzjoni li għandha titqies għal dan l-għan m’għandhiex taqbeż il-50 % tad-DGN għal kull Stat Membru, kif definit fil-paragrafu 7;

(c)

mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, l-applikazzjoni ta’ rata uniformi - li għandha tiġi determinata wara l-proċedura tal-baġit fid-dawl tat-total tad-dħul l-ieħor kollu - għas-somma tad-DGN ta’ l-Istati Membri kollha.

2.   Dħul li jiġi minn kull ħlas ġdid introdott fil-qafas ta’ politika komuni, skond it-Trattat KE jew it-Trattat Euratom, sakemm tkun segwita l-proċedura stipulata fl-Artikolu 269 tat-Trattat KE jew fl-Artikolu 173 tat-Trattat Euratom, ukoll għandu jikkostitwixxi riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu 25 % ta’ l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) bħala spejjeż tal-ġbir.

4.   Ir-rata uniformi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tkun iffissata għal 0,30 %.

Għall-perijodu 2007-2013 biss, ir-rata tal-ġbir tar-riżorsa tal-VAT għall-Awstrija għandha tkun iffissata għal 0 225 %, għall-Ġermanja 0.15 % u għall-Olanda u l-Iżvezja 0.10 %.

5.   Ir-rata uniformi msemmija fil-paragrafu 1(ċ) għandha tapplika għad-DGN ta’ kull Stat Membru.

Għall-perijodu 2007-2013 biss, l-Olanda għandha tibbenefika minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tad-DNG tagħha ta’ EUR 605 miljuni u l-Iżvezja minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tad-DNG tagħha ta’ EUR 150 miljun, imkejlin bi prezzijiet ta’ l-2004. Dawn l-ammonti għandhom ikunu aġġustati għal prezzijiet tal-mument billi jiġi applikat id-deflatur l-aktar riċenti tal-PGD għall-UE espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta jitħejja l-abbozz preliminari tal-baġit. Dan it-tnaqqis gross għandu jingħata wara l-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit u l-finanzjament tagħha msemmi fl-Artikoli 4 u 5 ta’ din id-Deċiżjoni, u m’għandux ikollu impatt fuq din ta’ l-aħħar.

6.   Jekk, fil-bidu tas-sena finanzjarja, l-baġit ikun għadu ma ġiex adottat, sakemm jidħlu fis-seħħ ir-rati l-ġodda għandhom jibqgħu japplikaw ir-rati tal-ġbir tal-VAT u tad-DGN eżistenti.

7.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, DNG għandu jfisser id-DNG għas-sena bi prezzijiet tas-suq kif previst mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ l-ESA 95 skond ir-Regolament (KE) Nru 2223/96.

F’każ li jkun hemm modifiki fl-ESA 95 li jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fid-DGN kif previst mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jiddeċiedi meta għandhom jibdew japplikaw dawn il-modifiki għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-ammont totali ta’ riżorsi proprji allokat lill-Komunitajiet biex ikopru approprjazzjonijiet annwali għall-ħlasijiet m’ għandux jaqbeż il-1.24 % tat-total tad-DNG ta’ l-Istati Membri kollha.

2.   L-ammont totali annwali ta’ approprjazzjonijiet għal impenji mdaħħla fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea m’ għandux jaqbeż il-1.31 % tat-total tad-DNG ta’ l-Istati Membri kollha.

Għandu jinżamm proporzjon ordnat bejn approprjazzjonijiet għal impenji u approprjazzjonijiet għal ħlasijiet biex jiggarantixxi l-kompatibbiltà tagħhom u biex jippermetti li jiġi rispettat il-limitu skond il-paragrafu 1 fi snin sussegwenti.

3.   F’każ li l-modifiki fl-ESA 95 jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fid-DGN li japplika għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-limiti tal-pagamenti u l-impenji kif determinati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu kkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni abbażi tal-formula li ġejja:

Formula

fejn t hija l-aħħar sena sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq (“ir-Regolament tad-DNG”) (6).

Artikolu 4

1.   Ir-Renju Unit għandu jingħata korrezzjoni fir-rigward ta’ żbilanċi baġitarji.

Din il-korrezzjoni għandha tkun stabbilita billi:

(a)

tkun ikkalkulata d-differenza, fis-sena finanzjarja preċedenti, bejn:

is-sehem perċentwali tar-Renju Unit fis-somma tal-bażijiet ta’ valutazzjoni tal-VAT mhux livellati, u

il-perċentwal tas-sehem tar-Renju Unit fin-nefqa totali allokata;

(b)

il-multiplikar tad-differenza li tirriżulta minn dan mat-total tan-nefqa allokata;

(ċ)

il-multiplikar tar-riżultat taħt (b) b’0.66;

(d)

it-tnaqqis mir-riżultat taħt (ċ) ta’ l-effetti li jirriżultaw għar-Renju Unit mill-bidla għall-VAT livellata u l-ħlasijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1)(ċ), jiġifieri d-differenza bejn:

dak li r-Renju Unit kieku kellu jħallas għall-ammonti ffinanzjati mir-riżorsi msemmijin fl-Artikolu 2(1)(b) u (ċ), jekk ir-rata uniformi tkun ġiet applikata għall-bażi ta’ VAT mhux livellati, u

il-ħlasijiet tar-Renju Unit skond l-Artikolu 2(1)(b) u (ċ);

(e)

it-tnaqqis mir-riżultat taħt (d) tal-benefiċċji netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żjieda fil-perċentwali ta’ riżorsi msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) miżmumin mill-Istati Membri biex ikopru spejjeż ta’ ġbir u dawk relatati;

(f)

l-ikkalkular, fiż-żmien ta’ kull tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropa, ta’ aġġustament għar-riżultat taħt (e) sabiex jitnaqqas il-kumpens, b’hekk jiġi żgurat li n-nefqa li ma tkunx ġiet imnaqqsa qabel it-tkabbir tibqa’ hekk wara t-tkabbir. Dan l-aġġustament għandu jsir billi n-nefqa totali allokata titnaqqas b’ammont ekwivalenti għan-nefqa annwali ta’ qabel l-adeżjoni fil-pajjiżi kandidati. L-ammonti kollha hekk ikkalkulati għandhom ikunu riportati għas-snin sussegwenti u għandhom ikunu aġġustati kull sena billi jiġi applikat id-deflatur l-aktar riċenti tal-PGD għall-UE espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni. Dan il-punt m’għandux jibqa’ japplika sa mill-korrezzjoni li għandha ssir fil-baġit għall-ewwel darba fl-2014;

(g)

l-aġġustament tal-kalkolu, billi titnaqqas in-nefqa totali allokata bin-nefqa totali allokata fi Stati Membri li daħlu fl-UE wara t-30 ta’ April 2004, ħlief għall-ħlasijiet diretti ta’ l-agrikoltura u nfiq relatat mas-suq kif ukoll dik il-parti tan-nefqa ta’ żvilupp rurali li toriġina mis-sezzjoni ta’ garanzija ta’ l-FAEGG.

Dan it-tnaqqas għandu jiddaħħal progressivament skond l-iskeda ta’ hawn taħt:

Korrezzjoni tar-Renju Unit li ser tkun ibbaġitjata għall-ewwel darba fis-sena

Perċentwal tan-nefqa relatata mat-tkabbir (kif definita hawn fuq) li għandha tkun eskluża mill-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit

2009

20

2010

70

2011

100

2.   Waqt il-perijodu 2007-2013 il-kontribuzzjoni addizzjonali tar-Renju Unit li tirriżulta mit-tnaqqis tan-nefqa allokata msemmija fil-paragrafu (1)(g) m’għandhiex taqbeż EUR 10.5 biljun, imkejla bi prezzijiet ta’ l-2004. Kull sena s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jivverifikaw jekk l-aġġustament akkumulat tal-korrezzjoni qabiżx dan l-ammont. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, l-ammonti fi prezzijiet attwali għandhom ikunu kkonvertiti fi prezzijiet ta’ l-2004 billi jiġi applikat id-deflatur l-aktar riċenti tal-PGD għall-UE espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni. Jekk jinqabeż il-limitu ta’ EUR 10.5 biljun, il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għandha titnaqqas għaldaqstant.

Fil-każ ta’ aktar tkabbir qabel l-2013, il-limitu ta’ EUR 10.5 biljun għandu jiġi aġġustat ‘il fuq għaldaqstant.

Artikolu 5

1.   L-ispiża tal-korrezzjoni għandha tinġarr mill-Istati Membri l-oħra skond l-arranġamenti segwenti:

(a)

Id-distribuzzjoni tan-nefqa għandha l-ewwel tiġi kkalkulata b’referenza għas-sehem ta’ kull Stat Membru fil-pagamenti msemmija fl-Artikoli 2(1)(ċ), fejn ir-Renju Unit ikun eskluż u mingħajr ma jitqies it-tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq id-DGN ta’ l-Olanda u l-Iżvezja kif imsemmi fl-Artikolu 2(5);

(b)

imbagħad din għandha tkun aġġustata b’mod li tirrestrinġi s-sehem ta’ finanzjament ta’ l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Iżvezja għal kwart tas-sehem normali tagħhom li jirriżulta minn dan il-kalkolu.

2.   Il-korrezzjoni għandha tingħata lir-Renju Unit permezz ta’ tnaqqis fil-ħlasijiet tiegħu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(1)(ċ). L-ispejjeż dovuti mill-Istati Membri l-oħrajn għandhom jinżdiedu mal-ħlasijiet tagħhom li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ kull Stat Membru ta’ l-Artikolu 2(1)(ċ).

3.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kalkoli meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(5), l-Artikolu 4 u dan l-Artikolu.

4.   Jekk fil-bidu tas-sena finanzjarja, il-baġit ikun għadu ma ġiex adottat, għandhom jibqgħu japplikaw il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u l-oneru finanzjarju fuq l-Istati Membri l-oħra kif imdaħħla fl-aħħar baġit adottat b’mod definittiv.

Artikolu 6

Id-dħul imsemmi fl-Artikolu 2 għandu jintuża mingħajr distinzjoni biex jiffinanzja l-infiq kollu mdaħħal fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Kwalunkwe avvanz mid-dħul tal-Komunitajiet fuq in-nefqa attwali totali matul sena finanzjarja għandu jkun riportat għas-sena finanzjarja sussegwenti.

Artikolu 8

1.   Ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) għandhom jinġabru mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali imposti permezz ta’ liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva, li fejn xieraq għandhom ikunu adattati biex jilħqu r-rekwiżiti tar-regoli Komunitarji.

F’intervalli regolari il-Kummissjoni għandha teżamina d-dispożizzjonijiet nazzjonali kkomunikati lilha mill-Istati Membri, tgħaddi lill-Istati Membri l-aġġustamenti li jidhrilha meħtieġa biex tiżgura li dawn ikunu konformi mar-regoli Komunitarji u tirrapporta lill-awtorità baġitarja.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżorsi msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) disponibbli għall-Kummissjoni.

2.   Il-Kunsill għandu, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 279(2) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 183 tat-Trattat ta’ l-Euratom, jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u biex tkun possibbli l-ispezzjoni tal-ġbir, it-twettiq tad-disponibbiltà għall-Kummissjoni u l-pagament tad-dħul imsemmi fl-Artikoli 2 u 5.

Artikolu 9

Fil-qafas tar-reviżjoni sħiħa u mifruxa li tkopri l-aspetti kollha ta’ l-infiq ta’ l-UE, inkluża l-PAK, u ta’ riżorsi, inkluż it-tnaqqis tar-Renju Unit, li dwaru ser tirrapporta fl-2008/2009, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji.

Artikolu 10

1.   Soġġetta għal paragrafu 2, id-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom għandha tiġi revokata mill-1 ta’ Jannar 2007. Kwalunkwe referenza għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 70/243/KEFA, KEE, Euratom tal-21 ta’ April 1970 dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri bir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (7), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/257/KEE, Euratom tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Komunitajiet (8), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom tal-24 ta’ Ġunju 1988 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (9), għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom tal-31 ta’ Ottubru 1994 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (10) jew għad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom għandha titqies bħala referenza għal din id-Deċiżjoni.

2.   L-Artikoli 2, 4 u 5 tad-Deċiżjonijiet 88/376/KEE, Euratom, 94/728/KE, Euratom u 2000/597/KE, Euratom għandhom ikomplu japplikaw għall-kalkolu u l-aġġustament tad-dħul li jakkumula mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi valida għall-Istati Membri kollha għall-bażi ta’ VAT determinata b’mod uniformi u limitata bejn 50 % u 55 % tal-PNG (Prodott Nazzjonali Gross) jew tad-DNG ta’ kull Stat Membru, skond is-sena rilevanti, u għall-kalkolu tal-korrezzjoni ta’ l-iżbilanċji baġitarja mogħtija lir-Renju Unit għas-snin 1988 sa 2006.

3.   L-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu 10 % ta’ l-ammonti msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) li kellhom isiru disponibbli mill-Istati Membri qabel it-28 ta’ Frar 2001 skond ir-regoli Komunitarji applikabbli, bħala spejjeż tal-ġbir.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom ikunu notifikati b’din id-Deċiżjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill bit-tlestija tal-proċeduri għall-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni skond ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara l-wasla ta’ l-aħħar notifika msemmija fit-tieni subparagrafu.

Għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 12

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta’ Ġunju 2007.,

Għall-Kunsill

Il-President

M. GLOS


(1)  Opinjoni mogħtija fl-4 ta’ Lulju 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 203, 25.8.2006, p. 50.

(3)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 103.

(4)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1, Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.

(6)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 94, 28.4.1970, p. 19.

(8)  ĠU L 128, 14.5.1985, p. 15.

(9)  ĠU L 185, 15.7.1988, p. 24.

(10)  ĠU L 293, 12.11.1994, p. 9.


Kummissjoni

23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ġunju 2007

rigward in-noninklużjoni tal-haloxyfop-R fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2548)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/437/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-haloxyfop-R.

(3)

Għall-haloxyfop-R l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala rapporteur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għall-haloxyfop-R l-Istat Membru li aġixxa bħala rapporteur kien id-Danimarka u kull tagħrif rilevanti tressaq fil-21 ta’ Novembru 2003.

(4)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għadda minn reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA u ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Lulju 2006 fil-format tal-Konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni esperta ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva haloxyfop-R  (4). Dan ir-rapport għadda minn reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fl-24 ta’ Novembru 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-haloxyfop-R.

(5)

Matul l-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. L-evalwazzjoni tar-riskju għall-kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art ma setgħetx tiġi konkluża. B’mod partikolari nstab li l-użu tal-haloxyfop-R, fix-xenarji ppreżentati min-notifikant, wassal għall-apparenza ta’ numru ta’ metaboliti li huma persistenti u li jistgħu faċilment jgħaddu fl-ilma minerali, b’effetti li jistgħu jkunu negattivi fuq l-ilma għax-xorb. Dan qajjem tħassib li ma setax jiġi solvut fuq il-bażi tad-data ppreżentata min-notifikant qabel l-iskadenzi. B’żieda ma’ dan, ibbażat fuq id-data disponibbli, jibqa’ t-tħassib fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tar-riskju għall-mammiferi. B’konsegwenza ta’ dan, ma kienx possibbli li jiġi konkluż fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li l-haloxyfop-R tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk hux beħsiebu jappoġġja iktar is-sustanza jew le. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ mhux solvut, u evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u evalwat matul il-laqgħat ta’ esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li huwa mistenni li, fil-kondizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-haloxyfop-R jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk, il-haloxyfon-R ma għandhiex tkun inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-haloxyfop-R jiġu rtirati fi żmien il-perjodu preskritt u ma jiġġeddux, kif ukoll biex ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal dawn il-prodotti.

(9)

Kwalunkwe perjodu ta’ grazzja mogħti minn Stat Membru għat-tneħħija, il-ħżin, it-tpoġġija fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-haloxyfop-R, għandu jkun limitat għal perjodu ta’ tnax-il xahar sabiex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw fi staġun ta’ tkabbir ieħor.

(10)

Din id-deċizjoni ma tippreġudikax il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-haloxyfop-R skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl tal-possibilità ta’ inklużjoni fl-Anness I tagħha

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-haloxyfop-R ma għandhiex tiġi inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-haloxyfop-R jiġu rtirati sad-19 ta’ Diċembru 2007;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-haloxyfop-R ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta’ grazzja mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mid-19 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)  EFSA Scientific Report (2006) 87, 1-96, Conclusion regarding the peer review of pesticide risk assessment of haloxyfop-R.


23.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 163/s3


AVVIŻ LIL QARREJ

Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.

Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.

ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 370

L 30

L 371

L 45

L 373

L 121

L 375

L 70


ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 387

L 34


ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 396

L 136

L 400

L 54

L 405

L 29

L 407

L 44

L 408

L 47

L 409

L 36

L 410

L 40

L 411

L 27

L 413

L 50