ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
21 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 691/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 693/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Esrom (IĠP)]

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 694/2007 ta' l-20 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

12

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 695/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1233/2006

16

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 696/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet li saru f’Ġunju 2007 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taħt ir-reġim ipprovdut mill-kwoti ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni għall-ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 697/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1431/94

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 698/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2497/96

22

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 699/2007 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-Merluzz fl-Iskagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Olanda

24

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/428/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tal-cadusafos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2511)  ( 1 )

26

 

 

2007/429/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/429/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ monitoraġġ dwar l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2550)

28

 

 

2007/430/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti

30

 

 

Corrigendum

 

*

Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ( ĠU L 138, 30.5.2007 )

35

 

*

Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet ( ĠU L 138, 30.5.2007 )

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 691/2007

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   MIŻURI PROVIŻORJI

(1)

Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 1999/2006 (2) (ir-“Regolament proviżorju”) imponiet dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ, li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 , li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”).

(2)

Ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sat-31 ta’ Diċembru 2005 (“perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat id-data li tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sat-tmiem il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (“perjodu meqjus”).

B.   Il-PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(3)

Wara l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-RPĊ, xi partijiet interessati ppreżentaw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li talbu hekk, ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kienet ibbażata l-intenzjoni li tkun irrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sruġ li joriġinaw mir-RPĊ u l-ġbir definittiv ta’ ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju proviżorju. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif. Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet ġew meqjusa, u, fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati kif suppost.

C.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(4)

Wieħed mill-importaturi lmenta kontra l-inklużjoni fl-ambitu ta’ l-investigazzjoni ta’ partijiet essenzjali tas-sruġ (bażi, kuxxini u għatjiet) fuq il-bażi li l-inklużjoni ta’ dawn ta’ l-aħħar ma kinitx iġġustifikata bl-ebda evidenza ta’ dumping la mill-ilment u lanqas mill-investigazzjoni. Dan l-importatur argumenta wkoll li m’huwiex biżżejjed li s-sruġ u l-partijiet tas-sruġ jitqiesu bħala prodott wieħed fuq il-bażi li t-tnejn intużaw għall-istess prodott aħħari (jiġifieri bajsikils u simili). L-istess importatur allega wkoll li ċerti partijiet tas-sarġ kienu inklużi fid-definizzjoni tal-prodott biex jevitaw l-evażjoni fil-każ li jiġu imposti dazji anti-dumping. Fuq din il-bażi, ġie sostnut li l-importaturi fil-Komunità għandhom jitħallew jitolbu eżenzjonijiet mid-dazju anti-dumping skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13 (4) tar-Regolament bażiku.

(5)

Wieħed għandu jinnota, l-ewwelnett, li l-ilment isemmi s-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom. Madankollu, jitqies li l-evidenza prima facie ta’ dumping meħtieġa biex tinbeda l-investigazzjoni, m’għandhiex bżonn tkopri t-tipi kollha ta’ prodotti inklużi fl-ambitu ta’ l-investigazzjoni. Sakemm il-partijiet tas-sarġ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi, tekniċi, fiżiċi u kimiċi u ma jistgħux ikollhom użu aħħari ieħor għajr li jkunu inkorporati flimkien (jiġifieri fis-sruġ), u bħala tali, ma jikkostitwux prodott distint, huma jiġu ddefiniti bħala parti mill-prodott ikkonċernat u għandhom jagħmlu parti mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-fatt li partijiet essenzjali bħala tali ma ġewx esportati lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-PI ma jeskludix li dan seta’ jseħħ fil-każ ta’ l-esportaturi li ma kkooperawx. Huwa mfakkar li l-esportaturi msemmija l-aħħar jirrappreżentaw aktar minn 75 % ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità.

(6)

Kif jidher fil-premessa (16) tar-Regolament proviżorju l-investigazzjoni wriet li, minkejja d-differenzi fil-forma, fil-materjal u fil-produzzjoni, it-tipi differenti tal-prodott ikkonċernat kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u bażikament huma użati għall-istess skopijiet. Din is-sejba ma ġietx ikkontestata mill-importatur imsemmi (jew minn xi parti interessata oħra ta’ dan il-proċediment) li wkoll ma pprovda l-ebda evidenza jew tagħrif li seta’ jikkontradixxi s-sejbiet proviżorji. Jirriżulta li d-determinazzjoni ta’ jekk xi partijiet tas-sarġ għandhomx jitqiesu bħal prodott wieħed ma kinitx twettqet biss fuq il-kriterju ta’ l-użu aħħari tagħhom. L-argument ta’ l-importatur li xi partijiet essenzjali tas-sruġ m’għandhomx jitqiesu bħala l-prodott ikkonċernat ma ġietx għalhekk milqugħa.

(7)

Bl-istess mod, minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-kunsiderazzjonijiet ta’ evażjoni ma kinux deċisivi meta l-prodott ikkonċernat ġie ddeterminat fl-investigazzjoni preżenti.

(8)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (14) sa (18) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

D.   DUMPING

1.   It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”) u t-trattament individwali (“IT”)

(9)

Wara l-iżvelar proviżorju, grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi li t-talba tiegħu għall-MET jew għall-IT ma ġietx milqugħa minħabba li kien ressaq tagħrif żbaljat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, sostna li m’għandux jiġi meqjus li ma kkooperax u li l-ommissjoni ta’ ċertu tagħrif li kien meqjus mill-Kummissjoni fis-sejbiet proviżorji tagħha bħala żbaljat, m’għandhiex twassal għaċ-ċaħda ta’ l-IT, peress li t-tagħrif kien jikkonċerna biss is-suq domestiku, u b’hekk seta’ jaffettwa l-kalkolu tal-valur normali.

(10)

Madankollu, il-kumpanija ma tat l-ebda spjegazzjoni dwar it-tagħrif li tħalla barra, u għaldaqstant huwa meqjus xieraq li jinżammu s-sejbiet proviżorji rigward il-livell ta’ kooperazzjoni tagħhom. Id-dubji konsegwenti dwar l-affidabilità tat-tagħrif kollu ppreżentat minn dan il-produttur esportatur għadhom jeżistu, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni sħiħa min-naħa tal-kumpaniji relatati kollha fi ħdan grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi, ma jistax ikun iddeterminat jekk il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku rigward l-IT humiex milħuqa fejn għandu x’jaqsam dan il-grupp.

(11)

L-industrija tal-Komunità argumentat li l-fatt li xi produtturi esportaturi bbenefikaw minn eżenzjonijiet ta’ taxxa bl-għan li jinkuraġġixxu l-investiment dirett barrani m’huwiex kompatibbli ma’ l-għoti ta’ MET lil dawn l-esportaturi produtturi. Madankollu, il-benefiċċji nfushom lill-kumpaniji minn dawn l-eżenzjonijiet ta’ taxxa nstabu li kienu insinifikanti, u għalhekk jitqies li ma kinux kompatibbli mal-MET.

(12)

L-industrija tal-Komunità argumentat ukoll li l-MET kellu jiġi miċħud lil wieħed mill-gruppi ta’ esportaturi, minħabba li matul il-PI kien hemm dispożizzjonijiet fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni ta’ dawn l-esportaturi, li jispeċifikaw ċertu perċentwali ta’ bejgħ ta’ l-esportazzjoni. Madankollu, jitqies li dawn id-dispożizzjonijiet, li fil-prattika ma kinux segwiti mill-esportaturi u li tneħħew wara l-PI, ma kinux jikkostitwixxu restrizzjonijiet de jure jew de facto fuq l-attivitajiet ta’ dawn il-kumpaniji.

(13)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra rigward l-għoti tal-MET u ta’ l-IT, is-sejbiet kif stabbiliti fil-premessi (19) sa (27) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Il-valur normali

(a)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u li ngћataw il-MET

(14)

Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi ppreżenta kummenti dwar il-kalkoli dettaljati li twettqu biex jiġi stabbilit il-valur normali. Dawn il-kummenti nstabu li huma ġġustifikati, u l-kalkoli tal-valur normali ġew irranġati kif suppost. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-kalkolu tal-valur normali, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (28) sa (40) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

(b)   Id-determinazzjoni tal-valur normali gћall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngћatawx MET

(i)   Pajjiż Analogu

(15)

Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-importaturi reġa’ qajjem stqarrija li diġà saret qabel fil-proċedura minn parti oħra, filwaqt li argumenta li l-uniku produttur li kkoopera jgawdi pożizzjoni dominanti fis-suq Brażiljan u barra minn hekk kien relatat mal-parti li għamlet l-ilment, u kkontesta l-fatt li l-Kummissjoni għażlet lill-Brażil bħala pajjiż analogu. Dawn l-argumenti kienu diġà analizzati mill-Kummissjoni u rrifjutati fil-premessa (47) tar-Regolament proviżorju. Peress li ma ġie pprovdut l-ebda tagħrif fil-kummenti li waslu wara l-iżvelar proviżorju u l-investigazzjoni l-oħra ma tat l-ebda indikazzjoni li l-pożizzjoni tal-produttur Brażiljan li kkoopera fis-suq Brażiljan, jew ir-relazzjoni tiegħu mal-parti li għamlet l-ilment setgħet taffettwa l-affidabilità tad-data ppreżentata jew l-adegwatezza ta’ l-għażla tal-Brażil bħala pajjiż analogu, il-konklużjoni li saret fl-istadju proviżorju hi kkonfermata. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar l-għażla tat-Brażil bħala pajjiż analogu, il-premessi (41) sa (49) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

(ii)   Il-valur normali

(16)

Il-verifika tad-data ppreżentata mill-produttur li kkoopera fil-Brażil seħħet qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, iżda tard wisq fil-proċediment biex ir-riżultati tagħha jirriflettu f’dawk il-miżuri. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din il-verifika, il-kalkolu tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ li ma ngħatawx MET ġie rfinat. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar id-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (41) sa (51) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata b’mod definittiv.

3.   Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

(17)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, il-metodoloġija ġenerali kif stabbilita fil-premessi (52) sa (54) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.   Paragun

(18)

Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li ma kienx iġġustifikat l-aġġustament għad-differenzi fil-kummissjonijiet, skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, imwettaq fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni għall-bejgħ li sar permezz ta’ kumpanija relatata fit-Tajwan. L-esportatur argumenta li l-kumpanija Tajwaniża ma twettaq l-ebda waħda mill-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(10)(i). Madankollu, dan l-argument imur kontra d-deskrizzjoni tal-proċess ta’ bejgħ mogħtija fit-tweġiba tal-kumpanija għall-kwestjonarju ta’ l-anti-dumping u vverifikata matul l-investigazzjoni fuq il-post, u għalhekk dan l-argument ma jistax jintlaqa’. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (55) u (56) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   Marġini ta’ dumping

(a)   Gћall-produttur esportatur li kkoopera u li ngћata MET

(19)

Wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw argumenta li l-marġinu ta’ dumping individwali għandu jiġi wkoll attribbwit lil kumpanija waħda mill-grupp li matul il-PI ma esportatx lejn il-KE. Minħabba li l-grupp ikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni, l-argument tagħhom ġie milqugħ u l-marġinu ta’ dumping medju għandu jiġi wkoll attribbwit lil din il-kumpanija, Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd. Fid-dawl tar-reviżjonijiet imsemmija hawn fuq li għandhom x’jaqsmu mal-valur normali, il-marġini ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwali tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:

Il-kumpanija

Il-marġinu ta’ dumping definittiv

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd., Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd. u Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd.

5,8  %

Giching Bicycle Parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

(b)   Gћall-produtturi esportaturi l-oћra kollha

(20)

Wara l-iżvelar proviżorju, wieħed mill-importaturi argumenta li l-marġini ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu ma kellhomx ikunu bbażati fuq l-uniku produttur esportatur li kkoopera u li ma ngħatax la MET u lanqas IT. Skond dan l-importatur, il-marġinu ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu wkoll kellu jkun ibbażat fuq il-prezz ta’ l-esportazzjoni tal-grupp ta’ produtturi esportaturi msemmija fil-premessa 0. Madankollu, kif iddikjarat fil-premessa (23) tar-Regolament proviżorju, hemm dubji serji dwar l-integrità tad-data kollha mogħtija minn dak l-esportatur li deliberatament naqas li jiddikjara r-relazzjoni tiegħu ma’ wieħed mill-klijenti domestiċi ewlenin tiegħu u għalhekk kien meqjus li ma kkooperax f’din l-investigazzjoni.

(21)

Fid-dawl tal-kummenti li waslu kien meqjus madankollu, li minħabba l-volum ferm żgħir ta’ esportazzjonijiet irrappreżentati mill-uniku produttur esportatur li kkoopera u li ma ngħatax la MET u lanqas IT, ikun aktar xieraq li l-kalkolu tad-dazju madwar il-pajjiż kollu jkun ibbażat ukoll fuq id-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat, fuq il-bażi ta’ piż medju ta’ 500 gramma għal kull sarġ. Għalhekk, il-marġinu ta’ dumping madwar il-pajjiż kollu kien stabbilit bħala l-medja kkalkolata ta’:

il-marġinu ta’ dumping li nstab għall-esportatur li kkoopera u li ma ngħatax la MET u lanqas IT u

il-marġinu ta’ dumping ikkalkolat mid-data ta’ l-Eurostat dwar l-importazzjoni, billi jiġu esklużi il-valur u l-kwantità ta’ esportazzjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Saru wkoll xi korrezzjonijiet żgħar lil valur normali bbażat fuq id-data tal-pajjiż analogu.

(22)

L-industrija tal-Komunità argumentat li l-piż medju ta’ 500 gramma għal kull sarġ użat mill-Kummissjoni fil-kalkolu tad-dazju madwar il-pajjiż kollu kien stmat ogħla mill-valur reali. L-industrija argumentat li minflok kellu jintuża piż medju ta’ 400 gramma, li kien ifisser prezz medju inferjuri għal kull sarġ fuq il-bażi tad-data ta’ l-Eurostat. Madankollu, l-industrija ma kellhiex evidenza verifikabbli biżżejjed biex tappoġġa dan l-argument. Għalhekk inżammet l-istima ta’ piż medju ta’ 500 gramma, li hi appoġġata bid-data miġbura matul l-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-livell ta’ dumping definittiv madwar il-pajjiż kollu ġie stabbilit gћal 29.6 % tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, bid-dazju mhux imħallas.

E.   IL-ĦSARA

1.   Produzzjoni tal-Komunità

(23)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-produzzjoni tal-Komunità, il-premessi (64) u (65) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità

(24)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward id-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (66) u (67) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.   Il-konsum tal-Komunità

(25)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-konsum tal-Komunità, il-premessi (68) u (69) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.   L-importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiż ikkonċernat

(26)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-premessi (70) sa (76) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

5.   Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità

(27)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (77) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

F.   IL-KAWŻALITÀ

(28)

Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat f’dan ir-rigward, il-premessi (105) sa (118) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

G.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(29)

Fin-nuqqas ta’ xi tagħrif jew argument ġdid u ssostanzjat f’dan il-qasam partikolari, il-premessi (119) sa (135) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

1.   Il-livell tat-tneħħija tal-ћsara

(30)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (136) sa (140) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

2.   Il-forma u l-livell ta’ dazji

(31)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq livell biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ dumping misjub.

(32)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, id-dazji definittivi huma kif ġejjin:

Il-kumpanija

Dazju definittiv

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd., Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd. u Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd.

5,8  %

Giching Bicycle Parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

29,6  %

(33)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping għal kumpaniji individwali kif speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Gћalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(34)

Kull talba gћall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping gћal kumpaniji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgћ) gћandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (3) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgћ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgћ. Jekk ikun hemm bżonn, ir-Regolament ikun imbagħad emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali.

(35)

Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazju anti-dumping, il-livell ta’ dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-kumpaniji li ma kellhom l-ebda esportazzjoni matul il-PI. Madankollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, it-tieni paragrafu, sabiex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dan l-Artikolu sabiex ikollhom il-qagħda tagħhom eżaminata individwalment.

3.   Il-ġbir definittiv tad-dazji proviżorji u s-superviżjoni speċjali

(36)

Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, impost mir-Regolament proviżorju, i.e. ir-Regolament (KE) Nru 1999/2006, għandhom jinġabru b’mod definittiv sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji proviżorji, l-ammonti żgurati b’mod proviżorju b’żieda mar-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji.

(37)

Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom iddaħħlet rata tad-dazju individwali, jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness gћal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali gћandhom jiġu soġġetti gћad-dazju residwu ta’ l-anti-dumping li japplika gћall-esportaturi l-oћra kollha.

(38)

Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Id-dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tas-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom i.e., bażi, kuxxini u għatjiet, ta’ bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati, ta’ roti b’mutur awżiljarju, bis-sajdkar jew le, ta’ l-apparat tal-fitness u apparat domestiku, li jidħlu fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 (il-kodiċi TARIC 8714 99 90 81 u 9506 91 10 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Id-Dazju Anti-dumping

Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC

Cionlli Bicycle (Taicang) Co. Ltd., Shunde Hongli Bicycle Parts Co. Ltd., Safe Strong Bicycle Parts Shenzhen Co. Ltd. u Cionlli Bicycle Components (Tianjin) Co. Ltd.

5,8  %

A787

Giching Bicycle Parts (Shenzhen) Co. Ltd. u Velo Cycle Kunshan Co. Ltd.

0  %

A788

Il-kumpaniji l-oħra kollha

29,6  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazju doganali.

Artikolu 2

L-ammonti żgurati permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1999/2006 dwar l-importazzjonijiet tas-sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom i.e., bażi, kuxxini u għatjiet, ta’ bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati, ta’ roti b’mutur awżiljarju, bis-sajdkar jew le, ta’ l-apparat tal-fitness u apparat domestiku, li jidħlu fi ħdan il-kodiċi NM 8714 95 00 , ex 8714 99 90 u ex 9506 91 10 (il-kodiċi TARIC 8714 99 90 81 u 9506 91 10 10) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-ammonti żgurati b’żieda ma’ l-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 379, 28.12.2006, p. 11.

(3)  

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat H, l-uffiċċju J-79 5/16

1049 Brussell/il-Belġju


ANNESS

Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament gћandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

(1)

L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ћarġet il-fattura kummerċjali.

(2)

Id-dikjarazzjoni li ġejja “Jiena, hawn taћt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ sruġ u l-partijiet essenzjali tagħhom li nbiegћu gћall-esportazzjoni fil-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sћiћ u korrett.”

Data u firma


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 692/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

46,2

TR

71,5

ZZ

58,9

0707 00 05

TR

92,8

ZZ

92,8

0709 90 70

TR

94,4

ZZ

94,4

0805 50 10

AR

51,1

TR

92,6

UY

68,9

ZA

57,9

ZZ

67,6

0808 10 80

AR

86,9

BR

82,8

CL

85,8

CN

95,2

CO

90,0

NZ

102,2

US

98,5

UY

49,5

ZA

99,4

ZZ

87,8

0809 10 00

IL

156,1

TR

200,1

ZZ

178,1

0809 20 95

TR

281,8

US

326,5

ZZ

304,2

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

101,4

US

149,4

ZA

88,5

ZZ

113,1

0809 40 05

IL

164,9

US

222,0

ZZ

193,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 693/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li japprova emendi sostanzjali fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Esrom (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-ħarsien ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mid-Danimarka għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-indikazzjoni ġeografika protetta “Esrom”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Peress li l-emendi kkonċernati ma jistgħux jitqiesu bħala minuri fis-sens ta’ l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (3), kif rikjest bl-Artikolu 6 ta’ l-imsemmi Regolament. Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-24.10.2006 (3) dwar l-isem li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2156/2005 (ĠU L 342, 24.12.2005, p. 54).

(3)   ĠU C 256, 24.10.2006, p. 2.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3

Ġobon

ID-DANIMARKA

Esrom (IĠP)


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 694/2007

ta' l-20 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-ġimgħa ta' bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numri tas-serje 09.4338, 09.4341 u 09.4351 (2006-2007).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie iffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn l-11 u t-15 ta’ Ġunju 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).

(3)   ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

0

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

0

Intlaħqu

09.4336

Gujana

0

Intlaħqu

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

Intlaħqu

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

Intlaħqu

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

Intlaħqu


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

100

 


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 11.6.2007-15.6.2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 695/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti tas-settur tal-laħam tal-majjal fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1233/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2006 tas-16 ta’ Awwissu 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal allokata lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (1), u partikolament l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li tressqu fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli, u għalhekk jistgħu jinqdew għal kollox,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Sal-punt imsemmi fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, qed jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007, skond ir-Regolament (KE) Nru 1233/2006.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jitressqu għall-kwantità totali msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1233/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 225, 17.8.2006, p. 14.


ANNESS

Nru tas-serje

Il-perċentwal ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu 1.7.2007-30.9.2007

Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu 1.10.2007-31.12.2007

(t)

09.4170

100

1 781,625


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 696/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jiddetermina sa liema punt jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet li saru f’Ġunju 2007 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni taħt ir-reġim ipprovdut mill-kwoti ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni għall-ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1458/2003 tat-18 ta’ Awwissu 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fis-settur tal-laħam tal-majjal (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni li saru għat-tielet Kwart ta’ l-2007 huma għall-kwantitajiet inqas mill-kwantitajiet disponibbli u jistgħu, għalhekk, jintlaħqu kollha.

(2)

Iż-żejjed li għandu jkun miżjud mal-kwantità disponibbli għall-perjodu ta’ wara għandu jkun determinat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Qed jintlaqgħu, skond l-Anness I, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 li saru skond ir-Regolament (KE) Nru 1458/2003.

2.   Għall-perjodu mill-1 ta’ Ottibru sal-31 ta’ Diċembru 2007, applikazzjonijiet jistgħu jsiru skond ir-Regolament (KE) Nru 1458/2003 għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-kwantità totali msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp rurali


(1)   ĠU L 208, 19.8.2003, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 341/2005 (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 28).


ANNESS I

Nru tas-serje

Perċentwal ta’ l-aċċettazzjoni ta’ talbiet għaċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni introdotti għall-perjodu bejn 1.7.2007-30.9.2007

09.4038

100

09.4039

100

09.4071

09.4072

09.4073

09.4074

100

«—»

:

L-ebda applikazzjoni għal liċenzja ma waslet għand il-Kummissjoni


ANNESS II

(t)

Nru tas-serje

Kwantità totali disponibbli għall-perjodu bejn 1.10.2007-31.12.2007

09.4038

13 634,875

09.4039

2 226,0

09.4071

1 501,0

09.4072

3 080,5

09.4073

7 533,5

09.4074

2 411,456


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 697/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1431/94

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1431/94 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati li għandhom japplikaw fil-qasam ta’ l-importazzjoni tal-laħam tat-tjur, irregolat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 (3) li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tat-tariffa tal-Komunità għal-laħam tat-tjur u ċerti prodotti oħra agrikoli.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007, jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti il-kriterji għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni, billi jiġi determinat il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 1431/94 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jitressqu għall-kwantità totali msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1431/94.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(2)   ĠU L 156, 23.6.1994, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1938/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 150).

(3)   ĠU L 91, 8.4.1994, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2198/95 (ĠU L 221, 19.9.1995, p. 3).


ANNESS

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet ta’ liċenzji ta’ importazzjoni mressqa fil-perjodu 1.7.2007-30.9.2007

(%)

Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu 1.10.2007-31.12.2007

(t)

09.4410

1,002908

2 358,010

09.4411

5 100,000

09.4412

1,043681

825,006

09.4420

1,452472

450,008

09.4421

2,652550

175,003

09.4422

1,595656

621,255

«—»

:

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 698/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jiddetermina l-kriterji għall-aċċettazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa f’Ġunju 2007 għal ċerti prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2497/96

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2497/96 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati li għandhom japplikaw fis-settur tal-laħam tat-tjur fil-kuntest regolat mill-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżrael.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Ġunju 2007 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 jeċċedu l-kwantitajiet disponibbli. Huwa meħtieġ għalhekk li jiġu determinati l-kriterji għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni li għandu japplika għall-kwantitajiet mitluba.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2007 bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 2497/96 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sat-31 ta’ Diċembru 2007 jistgħu jitressqu għall-kwantità totali msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2497/96.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(2)   ĠU L 338, 28.12.1996, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1937/2006 (ĠU L 407, 30.12.2006, p. 143).


ANNESS

Numru tas-serje

Il-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ importazzjoni għall-perjodu 1.7.2007-30.9.2007

(%)

Il-kwantità totali disponibbli għall-perjodu 1.10.2007-31.12.2007

(t)

09.4091

560,0

09.4092

4,166765

392,001

«—»

:

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 699/2007

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-Merluzz fl-Iskagerrak minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Olanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jiffissa għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti tal-Komunità, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta’ l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut l-aħħar mill-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).

(3)   ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 609/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 33).


ANNESS

Nru

13

Stat membru

l-Olanda

Stokk

COD/03AN.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

Skagerrak

Data

24.5.2007


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2007

dwar in-non-inklużjoni tal-cadusafos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2511)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/428/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li Stat Membru jista’, matul perijodu ta’ 12-il sena min-notifika ta’ dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-cadusafos.

(3)

Għall-cadusafos, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati skond id-dispożizzjonijiet stipolati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala relatur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (European Food Safety Authority - EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għall-cadusafos l-Istat Membru relatur kien il-Greċja u kull informazzjoni rilevanti tressqet fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(4)

Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fl-24 ta’ April 2006 fil-format tal-konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva cadusafos (4). Dan ir-rapport għadda minn reviżjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fl-24 ta’ Novembru 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-cadusafos.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. Abbażi ta’ l-informazzjoni disponibbli ma ntweriex li l-espożizzjoni stmata tal-konsumaturi li tirriżulta mill-valutazzjoni ta’ teħid akut u kroniku, hija aċċettabbli, minħabba tagħrif insuffiċjenti fuq il-livell ta’ residwu. Barra minn hekk ir-riskju lill-ilma fil-blat ma setax jiġi vvalutat, minħabba nuqqas ta’ data. Madankollu, ma kienx possibbli abbażi tat-tagħrif disponibbli li l-konklużjoni tkun li l-cadusafos jissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni inter pares u dwar jekk hux bi ħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ mhux solvut, u valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kondizzjonijiet ta’ użu proposti, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-cadusafos jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għalhekk il-cadusafos ma għandux ikun inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-cadusafos jiġu rtirati fi żmien il-perijodu preskritt u ma jiġġeddux, kif ukoll biex ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal dawn il-prodotti.

(9)

Kwalunkwe perijodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-cadusafos, għandu jkun limitat għal tnax-il xahar sabiex jippermetti l-użu tal-ħażniet eżistenti għal staġun wieħed ieħor ta’ koltivazzjoni.

(10)

Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għat-tressiq ta’ applikazzjoni għall-cadusafos skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-cadusafos ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

Awtorizzazzjonijiet għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-cadusafos ikunu rtirati sat-18 ta’ Diċembru 2007;

(b)

ma tingħata jew tiġġedded l-ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom il-cadusafos taħt id-deroga stipulata fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

Kull perijodu ta’ konċessjoni mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).

(2)   ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)   ĠU L 98, 7.4.2001, p. 6.

(4)   EFSA Scientific Report (2006) 68, 1-70, Conclusion regarding the peer review of pesticide risk assessment of cadusafos.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/429/KE li tistabbilixxi programm speċifiku ta’ monitoraġġ dwar l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2550)

(il-verżjonijiet bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2007/429/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 34c(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2004 (2) jistipula miżuri għall-irkupru ta’ l-istokkijiet ta’ merluzz fil-Kattegat, il-Baħar tat-Tramuntana, Skagerrak u l-Kanal tal-Lvant, il-Punent ta’ l-Iskozja u l-Baħar Irlandiż.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 27/2005 (3), (KE) Nru 51/2006 (4) u (KE) Nru 41/2007 (5), jipprevedu limiti interim għall-isforz tas-sajd u kundizzjonijiet addizzjonali għall-monitoraġġ, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fil-kuntest ta’ ċerti miżuri ta’ rkupru ta’ stokkijiet applikabbli għas-sajd kollu li x’aktarx jaqbad il-merluzz f’dawk l-ilmijiet.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/429/KE (6) tistabilixxi programm speċifiku ta’ monitoraġġ applikabbli għall-perjodu ta’ sentejn bil-għan li jiggarantixxi livell xieraq ta’ implimentazzjoni tal-konservazzjoni u miżuri ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd b’rabta ma’ l-irkupru ta’ l-istokkijiet tal-merluzz.

(4)

Il-programm speċifiku ta’ monitoraġġ huwa meħtieġ għall-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri kkonċernati u jippermetti lill-Aġenżija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) biex torganizza t-tħaddim konġunt tal-pjanjijiet skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (7).

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa tal-konservazzjoni u l-miżuri tal-kontroll, il-programm speċifiku tal-monitoraġġ għandu jiġi estiż għal perjodu ta’ sena.

(6)

Id-Deċiżjoni 2005/429/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/429/KE, il-kliem “għal perjodu ta’ sentejn” jitbiddel bil-kliem “għal perjodu ta’ tliet snin.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(2)   ĠU L 70, 9.3.2004, p. 8. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 441/2007 (ĠU L 104, 21.4.2007, p. 28).

(3)   ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1936/2005 (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 1).

(4)   ĠU L 16, 20.1.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2017/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 44).

(5)   ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 609/2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 33).

(6)   ĠU L 148, 11.6.2005, p. 36.

(7)   ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ġunju 2007

li jtemm il-proċediment ta' kontra d-dumping rigward l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminat (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u t-Tajwan u li jirrilaxxa l-ammonti assigurati permezz tad-dazji proviżorji imposti

(2007/430/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment skond l-Artikolu 5 tar-regolament bażiku li jikkonċerna d-dumping bi ħsara ta' l-importazzjonijiet ta' fibri prinċipali ta' poliesteri (PSF) li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan L-ilment sar mis-CIRFS (Comité International de la Rayonne et des Fibres Synthétiques) li jirrappreżentaw iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali Komunitarja tal-PSF.

(2)

Wara li tnieda stħarriġ ta' kontra d-dumping fit-12 ta' April 2006, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2005/2006 (2), imponiet dazji proviżorji għal kontra d-dumping fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor predeterminati (il-PSF) li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan (“Regolament proviżorju”). Id-dazji proviżorji għal kontra d-dumping li ħadu s-sura ta' dazji ad valorem li jvarjaw minn 12,4 % għal 23 % għall-Malasja u minn 14,7 % għal 29,5 % għat-Tajwan bdew japplikaw mid-29 ta' Diċembru 2006.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, il-partijiet ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom issejjes ir-Regolament proviżorju. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu li fih kellhom jagħmlu preżentazzjonijiet wara li ġew mgħarrfa.

(4)

Xi partijiet interessati ressqu kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu dan, ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu bil-kelma tal-fomm.

(5)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex kull informazzjoni li ħasset li kienet meħtieġa għall-iskop tas-sejbiet definittivi tagħha. Skond dawn l-osservanzi hi waslet għall-konklużjoni li jeżistu raġunijiet evidenti fl-interess Komunitarju biex ma jimponux miżuri kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-PSF mill-pajjiżi kkonċernati.

(6)

Il-Kummissjoni kixfet il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li fuqhom beħsiebha ttemm dan il-proċediment. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jippreżentaw l-affarijiet wara dan l-esponiment u ngħataw opportunità li dawn jingħataw seduta ta' smigħ. Il-kummenti bil-miktub u dawk orali mressqa mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn jixraq, ġew ikkunsidrati għal sejbiet definittivi.

(7)

Oriġinalment, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' konsulenza, il-Kummissjoni ressqet lill-Kunsill rapport dwar ir-riżultati tal-konsulta, flimkien ma' proposta li l-proċedura tintemm fl-interess tal-Komunità.

B.   IRTIRAR TA' L-ILMENT U TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDURA

(8)

Sa dak iż-żmien, permezz ta' ittra bid-data tat-23 ta' Mejju 2007 u indirizzata lill-Kummissjoni, min wassal l-ilment irtira formalment l-ilment li jikkonċerna l-importazzjoni ta' fibri sintetiċi tal-poliesteri ta' qisien ta' qosor prideterminat (PSF) li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan.

(9)

Skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku, il-proċediment jista' jingħalaq meta l-kwerela tiġi rtirata sakemm għeluq bħal dan ma jmurx kontra l-interess Komunitarju.

(10)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċedura attwali għandha tintemm billi l-investigazzjoni ma sabet l-ebda konsiderazzjoni li turi li dan l-għeluq ma jkunx fl-interess Komunitarju.

(11)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkuntattjat il-partijiet kollha magħrufa li kienu kkonċernati biex tikseb l-opinjonijiet tagħhom. Barra l-industrija Komunitarja, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet ta' l-utenti għamlu preżentazzjonijiet u/jew instemgħu rigward l-impatt possibbli ta' l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi. Skond dawn l-osservanzi l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li jeżistu raġunijiet evidenti fl-interess Komunitarju biex ma jkunu imponuti miżuri kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-PSF mill-pajjiżi kkonċernati B'apprezzament għall-interessi varji meħudin flimkien saret taqsira spjegata kif ġej.

Impatt fuq l-importaturi u l-utenti

(12)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, importatur wieħed, għadd kbir ta' utenti u assoċjazzjonijiet ta' l-utenti leħħnu l-opinjonijiet tagħhom u stqarrew li l-livell tal-miżuri kien partikolarment għoli u li, minħabba f'hekk, ma kinux qegħdin jitħallew jimportaw mill-akbar għejun tagħhom ta' provvista mill-Asja. Huma kkonfermaw l-argumenti li diġà tressqu minn utenti oħra qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, deskritti fil-premessi (156) sa (158) tar-Regolament proviżorju, u għamlu pretensjonijiet ġodda.

(13)

Biex tiġi eżaminata fid-dettall ir-relevanza tal-kwistjonijiet il-ġodda mressqa mill-industriji ta' l-utenti, il-Kummissjoni talbet lill-partijiet biex jipprovdu data u evidenza ta' appoġġ li tħeġġeġ lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom kollha li jkomplu jikkooperaw aktar fl-investigazzjoni. Il-kooperazzjoni żdiedet meta mqabbla mal-qagħda qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, billi l-utenti li jirrappreżentaw 'il fuq minn 10 % tal-konsum Komunitarju totali tal-PSF u 15 % ta' l-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kkonċernati kkooperaw fl-investigazzjoni. Il-parteċipazzjoni ta' l-assoċjazzjonijiet ta' l-utenti maġġuri fl-investigazzjoni (li jirrappreżentaw kumpaniji li jagħmlu aktar minn 50 % tal-konsum totali tal-PSF fil-Komunità) tqiesu wkoll u b'hekk ikkonfermaw li s-sejbiet u l-konklużjonijiet li waslu għalihom dwar il-bżonn li jintemmu l-investigazzjonijiet fl-interess Komunitarju huma sostanzjati biżżejjed.

(14)

Skond l-utenti, l-impożizzjoni tal-miżuri se tiggrava n-nuqqasijiet tal-provvista tal-PSF billi l-industrija Komunitarja mhix kapaċi tissodisfa d-domanda ta' l-UE. Il-qagħda se tkun fattur li jaffettwa ż-żieda fil-prezz tal-PSF u b'hekk il-prezzijiet tal-prodotti fl-industriji ta' proċessi aktar avvanzati, u thedded il-kompetittività tagħhom f'suq fejn importazzjonijiet bi prezz baxx tal-prodotti finali għandhom rwol importanti. B'dawn iċ-ċirkostanzi, huma mistennija telf ta' impjiegi fl-industriji Komunitarji li jużaw il-PSF fil-perjodu ta' żmien qasir.

(a)   Nuqqas ta' provvista

(15)

L-utenti tal-PSF isostnu li se jsiru aktar dipendenti fuq importazzjonijiet minn għadd limitat ħafna ta' produtturi f'pajjiżi terzi oħra billi l-provvista offruta mill-produtturi Komunitarji b'mod ġenerali għat-tipi kollha tal-PSF qiegħda tiddeterjora. Dan hu minħabba l-konverżjoni industrijali tal-produtturi Komunitarji mill-PSF għal prodotti oħra. Per eżempju, La Seda de Barcelona naqqset il-produzzjoni tagħha fil-PSF biex iżżid il-produzzjoni tagħha fil-Polyethylene Terephthalate (PET). Bl-istess mod, il-problemi tal-produzzjoni kkaġunati minħabba n-nirien fi Trevira f'Diċembru 2006 u d-diffikultajiet finanzjarji ta' Tergal (taħt l-amministrazzjoni minħabba l-insolvenza (“procedure de sauvegarde”) minn Novembru 2006) li kien l-aktar fornitur li ta' min tista' tafda fih tal-PSF għall-industrija ta' l-għażil qegħdin jiggravaw il-problemi tal-provvista. Fl-aħħarnett, għandu jiftakkar li wieħed mill-produtturi Komunitarji (Pennine Fibres) kien falla.

(16)

L-utenti, l-iktar manifatturi ta' materjal ta' friex għas-sodod u tappezzerija qegħdin jibżgħu minn nuqqas serju b'mod partikolari għall-fibri li ġejjin użati fl-industriji mhux ta' l-insiġ (3):

(1)

HCS (konjugati vojta silikonizzati) li produttur Korean wieħed biss (għajr għall-fornituri Tajwaniżi) hu kapaċi jipproduċi kwantitajiet kbar fi żmien perjodu raġjonevoli ta' żmien;

(2)

LMP: Allegatament, ditta waħda biss fil-Korea tkun tista' tipprovdi dawk il-fibri fi kwantitajiet kemxejn kbar.

(17)

Barra minn hekk, id-data supplimentari pprovduta minn produttur Komunitarju li jikkoopera wara kxif proviżorju juru li t-tipi tal-PSF mibjugħa mill-industrija Komunitarja u t-tipi importati tal-PSF mill-Malasja u mit-Tajwan huma differenti.

(18)

L-utenti Komunitarji sostnew ukoll li huwa diffiċli li ssir qalba għal għejun oħra ta' provvista, b'mod partikolari f'pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għal miżuri ta' konta d-dumping. Ġie argumentat li hemm il-ħin meħtieġ biex il-produtturi tal-PSF li jesportaw jerġgħu jibdew l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità speċjalment fid-dawl tar-riskju li d-dazji jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid malli l-volumi ta' l-importazzjoni tagħhom jilħqu ċertu livell ta' volum. Barra minn hekk, anki jekk l-utenti jkunu kapaċi jixtru l-PSF minn fornituri ġodda li jinsabu f'pajjiżi oħra, jeħtieġu jittestjaw jekk it-tipi ta' PSF prodotti minn dawn il-produtturi humiex addattati għall-produzzjonijiet speċifiċi tagħhom. F'kull każ, l-utenti ddikjaraw li m'hemmx produtturi fil-Komunità jew fil-pajjiżi terzi li mhumiex suġġetti għal miżuri ta' kontra d-dumping li talbu għal kapaċità li jipprovdu biżżejjed fibri speċifiċi prodotti fit-Tajwan.

(19)

Iċ-ċifri disponibbli tal-Eurostat juru li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, mit-Tajlandja u l-mill-Indja, li l-miżuri ta' kontra d-dumping tagħhom ġew irrevokati mill-aħħar ta' Ottubru 2006, żdiedu f'daqqa f'termini relattivi sa l-aħħar ta' l-2006. Dan jista' jissuġġerixxi li l-għejun l-oħra ta' provvista huma diġà disponibbli fis-suq Komunitarju. Madankollu, il-volum ikkonċernat għadu relattivament baxx u ma jistgħux jirrispondu mill-ewwel għad-domanda ta' l-utenti. Għalhekk, huwa tassew probabbli li, jekk il-miżuri huma imposti fuq l-importazzjonijiet mit-Tajwan u mill-Malasja, l-utenti jkollhom jordnaw parti kbira mill-fibri tagħhom mill-pajjiżi soġġetti għal dazji ta' kontra d-dumping.

(20)

B'rigward għall-argument imqajjem fil-premessa (158) tar-Regolament proviżorju rigward il-kapaċità limitata ta' l-industrija Komunitarja meta mqabbla mal-ħtiġijiet ta' l-utenti Komunitarji tal-PSF, l-industrija Komunitarja ma tat l-ebda kumment. L-evidenza turi li l-industrija Komunitarja u l-produtturi Komunitarji l-oħra mhumiex f'pożizzjoni li jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jissodisfaw it-talba Komunitarja. Barra minn hekk, l-investigazzjoni mwettqa wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji wriet li l-utenti Komunitarji qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet serji meta qegħdin jippruvaw jiksbu ċerti tipi ta' PSF minn pajjiżi terzi li mhumiex soġġetti għal miżuri kontra d-dumping.

(21)

Hemm indikazzjonijiet ukoll li juru li ż-żieda fid-domanda f'pajjiżi terzi oħra ta' ċerti tipi ta' PSF mhix disponibbli fil-Komunità diġà wasslet għal żidiet fil-prezzijiet. Għalhekk, l-għejun l-oħra ta' provvista huma affettwati wkoll mill-qagħda maħluqa mill-impożizzjoni tal-miżuri.

(22)

Skond dan, anki jekk ikun hemm xi sorsi alternattivi ta' provvista li huma disponibbli għal utenti Komunitarji, u minkejja li impjanti ġodda tal-PSF setgħu ġew installati reċentament (4) u l-kapaċità f'Trevira setgħet inġiebet lura sa l-aħħar ta' Marzu 2007, il-proviżjoni tal-PSF tista' tibqa' waħda problematika fis-suq Komunitarju.

(b)   Żidiet fil-prezz għall-PSF

(23)

L-utenti Komunitarji tal-PSF sostnew li wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, huma qegħdin isofru minn żidiet sinifikanti fil-prezz għal ċerti tipi ta' PSF mhux biss mill-pajjiżi kkonċernati iżda wkoll mill-fornituri l-oħra li jinsabu fil-Korea u fl-Indja. Il-fatt li d-domanda żdiedet meta mqabbla ma' l-għejun disponibbli tal-provvista mhux soġġetta għal miżuri kontra d-dumping wasslet ukoll għal żieda fil-prezz tal-PSF fis-suq Komunitarju.

(24)

L-utenti pprovdew tagħrif li juri ż-żidiet fil-prezz tal-“fibri speċjalizzati” offruti mill-fornituri f'pajjiżi terzi oħra wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji kontra d-dumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan u l-Malasja. Il-fatt li l-utenti Komunitarji ma jistgħux jistrieħu kompletament fuq il-fornituri Komunitarji għal ċerti tipi ta' PSF jew fuq oħrajn stabbiliti f'pajjiżi terzi oħra mhux soġġetti għal miżuri kontra d-dumping probabbli jwassal għal żidiet oħra fil-prezz fil-medda qasira ta' żmien.

(ċ)   Impatt tan-nefqa tal-miżuri proposti

(25)

L-analiżi li twettqet wara fuq l-impatt possibbli ta' l-impożizzjoni tal-miżuri wriet li l-industrija tal-friex u t-tapizzerija tista' probabbilment tkun aktar sensittiva għal żidiet possibbli fil-prezz tal-materjal mhux maħdum milli mis-settur ta' l-għażil. Il-manifatturi ta' mħaded, kutri, kuxxini, tapizzerija, eċċ, għandhom medja marġni ta' qligħ taħt il-5 % u l-PSF jgħodd għal 30 % tan-nefqa totali tal-produzzjoni. Billi huma l-utenti ewlenin ta' l-LMP u l-HCS li n-nuqqas allegat tal-provvista tagħhom fil-Komunità probabbli jsir agħar bl-impożizzjoni ta' miżuri, l-impatt probabbli fuq l-ispiża tal-produzzjoni tagħhom jista' jiżdied b'sa 6-8 %.

(26)

Huwa ċar li b'tali żieda fl-ispejjeż, l-industrija tal-friex se tiġi affettwata serjament mill-kompetizzjoni, li kull ma tmur qiegħda tiżdied, li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha miċ-Ċina fuq il-prodotti lesti u li ma jkunux jistgħu jagħmlu offerti attraenti lill-klijenti tagħhom, speċjalment il-katini l-kbar ta' bejgħ bl-imnut b'saħħa fis-suq tassew kbira tax-xerrejja. Deċiżjoni biex jiġu imposti dazji kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-Malasja u mit-Tajwan se twassal biex iddgħajjef dejjem aktar il-kompetittività tagħhom.

(27)

Fil-premessa (164) tar-Regolament proviżorju kien konkluż li l-impatt tal-miżuri proposti fuq l-industrija tal-prodott finali se jkun limitat. Imsejjes fuq il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li jinsabu hawn fuq, l-investigazzjoni ta' wara wriet li bħala medja ż-żieda fl-ispiża ta' l-utenti se tkun fil-medda ta' 0,4-1,5 % u tista' tilħaq 6 %-8 % fl-industrija tal-friex b'mod partikolari, f'każ ta' utenti li jiksbu l-parti l-kbira tal-PSF tagħhom mit-Tajwan. B'hekk, l-impatt mhux se jkun mifrux l-istess fuq l-utenti u l-qagħda ekonomika ta' ċerti utenti se tiġi affettwata serjament.

(d)   Żidiet fil-prezz għall-prodotti finali

(28)

L-utenti sostnew ukoll li jekk il-miżuri kontra d-dumping jinżammu fuq il-livell attwali fuq importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan u l-Malasja, huwa inevitabbli l-prezzijiet għall-prodotti 'l bogħod mis-sors jiżdiedu fis-suq Komunitarju. Din, min-naħa tagħha twassal għal żieda fl-importazzjonijiet ta' prodotti 'l bogħod mis-sors bi prezz baxx u żżid il-problemi li ji taqgħu magħhom l-industriji ta' l-utenti. Statistika, dan l-aħħar, uriet b'mod ċar li wara li l-miżuri kontra d-dumping ġew imposti fuq l-importazzjonijiet tal-PSF (5) miċ-Ċina, il-volumi ta' l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti lesti li inkorporaw il-PSF żdiedu bi 39 %.

(29)

Huwa minnu li kien hemm korrelazzjoni bejn l-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping fuq il-PSF Ċiniż u ż-żieda ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti finali miċ-Ċina. L-istatistika turi li dan mhux każ iżolat u li l-miżuri l-antiki kontra d-dumping fuq il-PSF minn pajjiżi terzi varji wasslu għall-istess reazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. Jew iż-żidiet fil-prezz tal-PSF se jitgħabbew bih bis-sħiħ il-konsumaturi tal-prodotti 'l bogħod mis-sors jew se jkun hemm tnaqqis fl-impjiegi fl-industrija tal-proċess avvanzat tal-Komunità jekk inaqqsu l-produzzjoni tagħhom minħabba żidiet fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi.

(e)   Konsegwenzi għall-impjiegi fis-suq tal-Komunità

(30)

L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-PSF mhix attività b'xogħol intensiv. L-industrija Komunitarja timpjega anqas minn 700 persuna fil-Komunità u l-impjieg totali għall-produzzjoni tal-PSF fil-Komunità hu anqas minn 3 000 impjieg. Billi, kif indikat hawn fuq, il-biċċa l-kbira tat-tipi tal-PSF mibjugħa mill-industrija Komunitarja huma differenti mit-tip ta' PSF importati mill-Malasja u mit-Tajwan, u billi d-domanda tal-PSF fil-Komunità qiegħda kontinwament tiżdied, ma jitqiesx li bosta impjiegi qegħdin fir-riskju jekk ma jiġux imposti miżuri definittivi.

(31)

Madankollu, skond iċ-ċifri pprovduti lill-Kummissjoni, l-utenti li jagħmlu madwar 10 % tal-konsum tal-PSF Komunitarju jimpjegaw aktar minn 7 000 persuna fil-produzzjoni ta' prodotti li jinkorporaw il-PSF. Għalhekk, jista' jiġi ssopponut li madwar 70 000 impjieg jiddependu fuq l-industrija ta' l-utenti f'dan il-każ u li mill-inqas 10 % huma fl-industrija tal-friex u t-tapizzerija li, kif indikaw hawn fuq, għandha marġni ta' qligħ baxx ħafna u hi l-utent ewlieni tal-fibri LMP u HCS. Barra minn hekk, fuq bażi tal-parti mill-ispiża tax-xogħol fuq l-ispiża tal-produzzjoni ta' l-industriji ta' l-utenti, instab li impatt ta' l-ispiża medja ta' 1 % jgħodd daqs minn 2.5 % għal 7.75 % ta' l-ispejjeż tax-xogħol. B'hekk, l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi tista' twassal għal nuqqas sostanzjali ta' l-impjiegi fil-medda qasira ta' żmien fuq l-industrija Komunitarja tal-proċess finali biex tikkumpensa għaż-żieda ta' l-ispiża tal-materjal mhux maħdum jew wara l-għeluq jew tnaqqis probabbli tal-produzzjoni fl-industrija tal-friex.

L-impatt fuq l-industrija tal-Komunità

(32)

Ġie wkoll analizzat l-impatt fuq l-Industrija Komunitarja qabel ma' dawn irtiraw l-ilment tagħhom. Madankollu, it-tagħrif disponibbli wera li l-produtturi Komunitarji mhumiex qegħdin jipprovdu lill-utenti kollha fil-Komunità bil-kwantitajiet u t-tipi tal-PSF mitluba.

(33)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-livell ta' investiment mill-industrija Komunitarja kien baxx għal attività b'intensità għolja ta' kapital u l-produtturi ppreferew jinvestu fi prodotti oħra bħall-PET.

L-impatt tal-fornituri fuq il-materjal mhux maħdum

(34)

Kif indikat fil-premessa (166) tar-Regolament proviżorju, fornitur wieħed biss tal-materjal mhux maħdum ikkoopera fl-investigazzjoni. Hu espressament appoġġja l-impożizzjoni tad-dazji li kellhom jippermettu lill-industrija Komunitarji tibqa' vijabbli u li tiżgura wkoll il-pożizzjoni tagħha stess. Hu ma pprovdiex tagħrif rigward l-impatt ta' miżuri imposti jew mhux imponuti fuq il-kumpanija tiegħu.

L-effetti fuq l-ambjent

(35)

Ġie argumentat mill-industrija Komunitarja, li allegatament tipproduċi 40 % tal-PSF minn fliexken tal-PET irriċiklati, kif ukoll minn assoċjazzjoni waħda tal-produtturi li huma attivi fis-settur tar-riċiklaġġ li n-nuqqas ta' teħid ta' miżuri definittivi dwar importazzjonijiet mill-Malasja u mit-Tajwan li huma soġġetti għal dumping għandu jnaqqas il-kapaċità ta' l-industrija Komunitarja li tikkonverti l-fliexken ta' skart f'PSF. Terġa', huma argumentaw li n-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri għandu jkollu impatt negattiv fuq l-ambjent minħabba li dan għandu jżid l-emissjonijiet tas-CO2 jekk l-industrija tar-riċiklaġġ kellha tibgħat l-iskart tal-plastik, li issa tbiegħ lill-produtturi Komunitarji tal-PSF, barra mill-Ewropa.

(36)

L-ewwel irid ikun innotat li ammont sostanzjali tal-fibri li huma importati minn pajjiżi kkonċernati huma LMP jew użati mill-industrija ta' l-għażil u, bi qbil ma' l-informazzjoni disponibbli f'dan l-istadju, l-LMP kif ukoll il-biċċa l-kbira tal-fibri użati għall-industrija ta' l-għażil għandhom isiru minn materjal verġni.

(37)

It-tieni, skond l-evidenza mressqa lill-Kummissjoni, hemm domanda importanti li qed tikber ta' fliexken tal-PET irriċiklati mill-Asja u n-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri kontra d-dumping mhux se jipprekludi r-riċiklaturi tal-fliexken PET milli jbigħu l-prodotti tagħhom fis-suq tad-dinji.

(38)

Fl-aħħarnett, fil-limitu li l-argumenti dwar is-CO2 jista' jkollhom rwol fid-difiża tal-politika kummerċjali, tressaq għall-ewwel darba din is-sena wara l-bidu tal-proċedura preżenti, li b'hekk isir impossibbli li tiġi vverifikata l-veraċità tiegħu.

Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju

(39)

B'kunsiderazzjoni għall-preżentazzjonijiet magħmula mill-partijiet varji u r-riżultati ta' investigazzjonijiet, ġie konkluż li l-impożizzjoni ta' miżuri definittivi kontra d-dumping kontra l-importazzjonijiet li ġew iddampjati tal-PSF li oriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan ikollhom impatt sinfikanti fuq l-utenti Komunitarji. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-premessa (168) tar-Regolament proviżorju ma jistgħux jiġu kkonfermati.

(40)

Il-vantaġġi globali li jistgħu jinkisbu mill-industrija Komunitarja għandhom jitkejlu meta mqabbla ma' l-iżvantaġġi probabbli, b'mod partikolari għall-utenti u, sa ċertu punt, għall-konsumaturi. Il-volum u l-varjetà tal-provvista offruti mill-produtturi Komunitarji qegħdin jiddeterjoraw. Dan hu minħabba, fost raġunijiet oħra, il-konverżjoni industrijali tal-produtturi Komunitarji mill-PSF għal prodotti oħrajn (per eżempju, la Seda de Barcelona) u d-diffikultajiet finanzjarji ta' Tergal. Hemm problema ta' provvista fis-suq Komunitarju għal ċerti tipi ta' fibri u l-produtturi Komunitarji ma jistgħux jew mhumiex ħerqana li jagħmlu l-isforzi neċessarji biex jilħqu d-domanda. Barra minn hekk, hu probabbli li l-impożizzjoni tad-dazji se jwassal għal żidiet sostanzjali fil-prezz ta' ċerti tipi tal-PSF li mhumiex disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti fil-Komunità. Barra minn hekk, għandu jitqies li ċerti utenti tal-PSF (b'mod partikolari l-industrija tal-friex) għandhom marġni ta' qligħ baxx u għandhom jgħaddu lill-konsumaturi kull żieda fil-prezz fil-PSF jew iħallu l-attivitajiet tagħhom f'każ li l-kompetizzjoni mill-pajjiżi terzi ma tħallihomx iżidu l-prezzijiet tagħhom.

(41)

Wara li ġie kkunsidrat dak li ntqal hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li, wara l-irtirar ta' l-ilment, it-terminazzjoni mhux se tkun fl-interess Komunitarju.

(42)

Il-partijiet interessati ġew infurmati kif jixraq u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

(43)

B'hekk ġie konkluż li l-proċeduri kontra d-dumping, li jikkonċernaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' fibri sintetiċi ta' poliesteri (PSF) ta' qisien ta' qosor predeterminat li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan għandhom jispiċċaw mingħajr ebda impożizzjoni tal-miżuri kontra-d-dumping.

(44)

Kull dmir li ġie impost proviżorjament skond ir-Regolament (KE) Nru 2005/2006 għandu jiġi rilaxxat.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ

Artikolu 1

Il-proċeduri kontra d-dumping li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi ta' poliesteri (PSF) ta' qisien ta' qosor predeterminat, li mhumiex imqardex jew mimxut jew ipproċessat għall-għażil, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 5503 20 00 , li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan huma hawnhekk itterminati.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 2005/2006 qed jiġi hawnhekk imħassar.

Artikolu3

L-ammonti marbuta permezz tad-dazju proviżorju kontra d-dumping impost skond ir-Regolament (KE) Nru 2005/2006 għandhom jiġu rrilaxxati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 379, 28.12.2006, p. 65.

(3)  Dan hu kkonfermat minn għejun indipendenti. Huwa tabilħaqq iddikjarat fir-rapport tal-PCI ta' Awissu 2006 f'paġna 16 li “F'ċerti każijiet, l-industrija Ewropea mhix kapaċi tirreplika l-offerta ta' l-Industrija ta' l-Asja tal-Lvant - b'mod partikolari fis-settur tal-materjal li jinħall fuq temperatura baxxa u l-bokomponenti - u dan se jibqa' qasam ta' vulnerabbiltà għall-kumpaniji tat-tessuti Ewropej.”

(4)  Skond ma ntqal mill-industrija Komunitarja, impjanti ġodda tal-PSF ġew installati fil-Polonja, fir-Rumanija u fil-Bulgarija fl-2006. Madankollu ebda data ma tressqet dwar jekk dan jistax iwassal għal żieda fil-kapaċità meta mqabbel mas-sitwazzjoni matul l-IIP. Ma ngħatat ebda indikazzjoni dwar l-evoluzzjoni ta' l-industrija fl-UE fir-rigward ta' l-evoluzzjoni tad-domanda.

(5)  Oġġetti tas-sodod u għamara simili (kutri, kutri tar-rix, kuxxini, kuxxinetti kbar u mħaded) iffittjati b'materjal ieħor għajr ir-rix kemm jekk ikun kopert jew le (Kodiċi NM 9404 90 90 ).


Corrigendum

21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/35


Corrigendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 138, tat-30 ta’ Mejju 2007 )

Fil-werrej, u fit-titolu ta’ paġna 1:

minflok:

“ 29 ta’ Mejju 2007 ”,

aqra:

“ 25 ta’ Mejju 2007 ”.

F’paġna 1:

(a)

id-data tal-firma:

minflok

:

“29 ta’ Mejju 2007”,

aqra

:

“25 ta’ Mejju 2007”.

(b)

il-firma:

minflok

:

“J. PLEWA ”,

aqra

:

“A. SCHAVAN ”.


21.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 160/35


Corrigendum għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 138, tat-30 ta’ Mejju 2007 )

Fil-werrej u f’paġna 10, fit-titolu:

minflok:

“ 29 ta’ Mejju 2007 ”

aqra:

“ 25 ta’ Mejju 2007 ”

F’paġna 11:

(a)

id-data tal-firma:

minflok

:

“29 ta’ Mejju 2007”,

aqra

:

“25 ta’ Mejju 2007”.

(b)

il-firma:

minflok

:

“J. PLEWA ”,

aqra

:

“A. SCHAVAN ”.