ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
19 ta' Ġunju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 677/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 678/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 679/2007 tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jiffissa l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħawħ għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008

12

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/35/KE tat-18 ta’ Ġunju 2007 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 1 )

14

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/420/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Ġunju 2007 li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

17

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/421/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2379)  ( 1 )

18

 

 

2007/422/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498)  ( 1 )

19

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Decizjoni tal-Kunsill 2007/423/PESK tat-18 ta’ Ġunju 2007 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

23

 

 

 

*

Avviż lil qarrej(Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 676/2007

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Pariri xjentifiċi reċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indikaw li l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana kienu soġġetti għal livelli ta’ mortalità mis-sajd li qabżu l-livell iddeterminat mill-ICES bħala konsistenti ma’ l-approċċ ta’ prekawzjoni, u l-ħażniet jinsabu f’riskju li jkunu maħżuna b’mod mhux sostenibbli.

(2)

Il-parir mill-kumitat ta’ esperti li eżamina strateġiji pluriennali ta’ ġestjoni jindika li l-ogħla rendita tal-lingwata tista’ tintlaħaq b’rata ta’ mortalità tal-ħut ta’ 0.2 fl-etajiet 2 sa 6 snin.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ta parir li l-bijomassa prekawzjonali għall-ħażna tal-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana għandha tkun 230 000t, li r-rata ta’ mortalità mis-sajd meħtieġa biex tipproduċi l-ogħla rendita mill-ħażna tal-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perijodu fit-tul hija 2.3u li l-bijomassa prekawzjonali għall-ħażna tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana għandha tkun 35 000t.

(4)

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex ikun stabbilit pjan pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd tal-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana. Tali miżuri, fejn jikkonċernaw il-ħażna tal-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana, għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tal-konsultazzjonijiet man-Norveġja.

(5)

L-objettiv ta’ dan il-pjan huwa biex ikun żgurat li, fl-ewwel stadju, il-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana jinbnew sa limiti bijoloġiċi siguri, u fit-tieni stadju u wara konsiderazzjoni dovuta mill-Kunsill dwar il-metodi implimentattivi biex isir dan, li dawk il-ħażniet ikunu sfruttati abbażi tar-rendita sostenibbli massima u taħt kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) jeħtieġ inter alia li, biex jintlaħaq l-objettiv, il-Komunità għandha tapplika approċċ ta’ prekawzjoni billi tieħu miżuri li jipproteġu u jikkonservaw il-ħażna, jipprovdu għall-isfruttament sostenibbli tagħha u jimminimizzaw l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi marittimi.

(7)

Dan ir-Regolament għandu jimmira lejn implimentazzjoni progressiva ta’ approċċ ibbażat fuq ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tikkontribwixxi għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, li tipprovdi standard ta’ għajxien ġust għal dawk li jiddependu mis-sajd tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata tal-Bajja ta’ Biskajja u tieħu kont ta’ l-interessi tal-konsumaturi. Il-Komunità tibbaża l-politika tagħha parzjalment fuq il-politika rakkomandata mill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali (RAC). Parti kbira mill-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana tittieħed flimkien ma’ qabdiet tal-lingwata. Il-ġestjoni tal-barbun tat-tbajja’ ma tistax tkun indirizzata indipendentement mill-ġestjoni tal-lingwata.

(8)

Konsegwentement, fit-tfassil tal-pjan pluriennali, għandu jittieħed kont tal-fatt li r-rata għolja ta’ mortalità tal-ħut għall-barbun tat-tbajja’ hija l-biċċa l-kbira minħabba r-rimi kbir mis-sajd għal-lingwata bix-xbieki tat-tkarkir bit-travu bi xbieki ta’ 80mm fil-parti ta’ isfel tal-Baħar tat-Tramuntana.

(9)

Tali kontroll tar-rati ta’ mortalità mis-sajd jista’ jintlaħaq billi jiġi stabbilit metodu xieraq għall-istabbiliment tal-livell tal-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) tal-ħażniet konċernati, u sistema li tinkludi limiti għall-jiem permissibbli fuq il-baħar sabiex l-isforzi tas-sajd għal dawk il-ħażniet jiġi ristrett għal livelli fejn it-TACs u r-rati ta’ mortalità mis-sajd ippjanati x’aktarx ma jinqabżux, iżda jkunu biżżejjed biex tinqabad it-TAC permessa abbażi tar-rati ta’ mortalità mis-sajd stabbiliti fil-pjan.

(10)

Il-pjan għandu jkopri s-sajd tal-ħut ċatt kollu li għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd tal-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata kkonċernati. Madankollu, l-Istati Membri li l-kwota tagħhom għal kull ħażna hija inqas minn 5 % tas-sehem tat-TAC tal-Komunità Ewropea għandhom jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet tal-pjan li jikkonċernaw il-ġestjoni ta’ l-isforz.

(11)

Dan il-pjan għandu jkun l-istrument prinċipali għall-ġestjoni tal-ħut ċatt fil-Baħar tat-Tramuntana, u ser jikkontribwixxi għall-irkupru ta’ ħażniet oħrajn bħall-merluzz.

(12)

Jeħtieġ li jiġu inklużi miżuri ta’ kontroll flimkien ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (3) sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(13)

Fl-2006 l-Kummissjoni tat bidu għal dibattitu dwar strateġija Komunitarja għal tnaqqis gradwali fil-mortalità mis-sajd fis-sajd maġġuri kollu permezz ta’ komunikazzjoni biex jintlaħaq l-objettiv ta’ rendita sostenibbli massima sa l-2015. Il-Kummissjoni ppreżentat din il-komunikazzjoni lill-RACs għall-opinjoni tagħhom.

(14)

Il-Kummissjoni talbet lill-STECF biex jirrapporta dwar aspetti prinċipali tal-valutazzjoni ta’ l-impatt fir-rigward tal-ġestjoni tal-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni bijoloġika u finanzjarja preċiża, objettiva u komprensiva. Dik il-valutazzjoni ta’ l-impatt ser tkun annessa għall-proposta tal-Kummissjoni dwar it-tieni stadju tal-pjan pluriennali.

(15)

Il-pjan pluriennali għandu jitqies li huwa pjan ta’ rkupru matul l-ewwel stadju tiegħu u bħala pjan ta’ ġestjoni matul it-tieni stadju tiegħu, fit-tifsira ta’ l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U OBJETTIV

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-“Baħar tat-Tramuntana” tfisser iż-żona tal-baħar delinjata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar bħala s-Sub-żona IV.

Artikolu 2

Limiti bijoloġiċi siguri

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata għandhom jitqiesu li huma f’limiti bijoloġiċi siguri f’dawk is-snin li fihom, skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Ekonomiku u Tekniku għas-Sajd (STECF), jgħoddu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-bijomassa riproduttiva tal-ħażna tal-barbun tat-tbajja’ taqbeż il-230 000t;

(b)

ir-rata ta’ mortalità medja tas-sajd fl-etajiet ta’ 2 sa 6 snin li tgħaddi minnha l-ħażna tal-barbun tat-tbajja’ hija inqas minn 0,6 kull sena;

(ċ)

il-bijomassa riproduttiva tal-ħażna tal-lingwata taqbeż il-230 000t;

(d)

ir-rata ta’ mortalità medja tas-sajd fl-etajiet ta’ 2 sa 6 snin li tgħaddi minnha l-ħażna tal-lingwata hija inqas minn 0,4 kull sena.

2.   Jekk l-STECF jagħti parir li għandhom jintużaw livelli oħrajn ta’ bijomassa u mortalità mis-sajd biex ikunu definiti l-limiti bijoloġiċi siguri, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emenda tal-paragrafu 1.

Artikolu 3

Objettivi tal-pjan pluriennali fl-ewwel stadju

1.   Il-pjan pluriennali għandu, fl-ewwel stadju tiegħu, jassigura r-ritorn tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata għal-limiti bijoloġiċi siguri.

2.   L-objettiv speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq bit-tnaqqis tar-rata ta’ mortalità mis-sajd tal-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata b’10 % kull sena, b’massimu ta’ varjazzjoni tat-TAC ta’ 15 % kull sena sakemm ma jintlaħqu limiti bijoloġiċi siguri għaż-żewġ ħażniet.

Artikolu 4

Objettivi tal-pjan pluriennali fit-tieni stadju

1.   Il-pjan pluriennali għandu, fit-tieni stadju tiegħu jiżgura l-isfruttament tal-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata abbażi tar-rendita sostenibbli massima.

2.   L-objettiv speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq waqt li l-mortalità mis-sajd tal-barbun tat-tbajja’ tinżamm f’rata ugwali għal jew mhux inqas minn 0.3 fl-etajiet minn 2 sa 6 snin.

3.   L-objettiv speċifikat fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq waqt li l-mortalità mis-sajd għal-lingwata tinżamm f’rata ugwali għal jew mhux inqas minn 0.2 fl-etajiet minn 2 sa 6 snin.

Artikolu 5

Arranġamenti transitorji

1.   Meta jinsab li għal sentejn konsekuttivi l-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata reġgħu lura għal-limiti bijoloġiċi siguri l-Kunsill għandu jiddeċiedi abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar emenda ta’ l-Artikolu 4(2) u 4(3) u emenda għall-Artikoli 7, 8 u 9 li, fid-dawl ta’ l-aħħar parir xjentifiku mill-STECF, ser jippermettu l-isfruttament tal-ħażniet b’rata ta’ mortalità mis-sajd kompatibbli mar-rendita sostenibbli massima.

2   Il-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni sħiħa ta’ l-impatt u għandha tieħu kont ta’ l-opinjoni tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana.

KAPITOLU II

QABDIET TOTALI PERMISSIBBLI

Artikolu 6

Stabbiliment tal-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs)

Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi, b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, dwar il-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) għas-sena li jmiss għall-ħażniet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata fil-Baħar tat-Tramuntana skond l-Artikoli 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Proċedura għall-iffissar tat-TAC għall-barbun tat-tbajja’

1.   Il-Kunsill għandu jadotta t-TAC għall-barbun tat-tbajja’ għal dak il-livell ta’ qabdiet li, skond evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-iSTECF hija l-ogħla minn:

(a)

it-TAC li l-applikazzjoni tagħha ser tirriżulta fi tnaqqis ta’ 10 % fir-rata ta’ mortalità tal-ħut fis-sena ta’ applikazzjoni tagħha meta mqabbla mar-rata ta’ mortalità tal-ħut stmata għas-sena ta’ qabel.

(b)

it-TAC li l-applikazzjoni tagħha ser tirriżulta fil-livell tar-rata ta’ mortalità tal-ħut ta’ 0.3 mill-etajiet minn 2 sa 6 snin fis-sena ta’ applikazzjoni tagħha.

2.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li jaqbeż it-TAC tas-sena ta’ qabel b’iżjed minn 15 %, il-Kunsill għandu jadotta TAC li huwa 15 % akbar mit-TAC ta’ dik is-sena.

3.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li huwa aktar minn 15 % inqas mit-TAC tas-sena ta’ qabel, il-Kunsill għandu jadotta TAC li huwa aktar minn 15 % inqas mit-TAC ta’ dik is-sena.

Artikolu 8

Proċedura għall-iffissar tat-TAC għal-lingwata

1.   Il-Kunsill għandu jadotta t-TAC għal-lingwata għal dak il-livell ta’ qabdiet li, skond evalwazzjoni xjentifika mwettqa mill-iSTECF hija l-ogħla minn:

a)

it-TAC li l-applikazzjoni tagħha ser tirriżulta fil-livell tar-rata ta’ mortalità mis-sajd ta’ 0,2 mill-etajiet minn 2 sa 6 snin fis-sena ta’ applikazzjoni tagħha;

b)

it-TAC li l-applikazzjoni tagħha ser tirriżulta fi tnaqqis ta’ 10 % fir-rata ta’ mortalità tal-ħut fis-sena ta’ applikazzjoni tagħha meta mqabbla mar-rata ta’ mortalità tal-ħut stmata għas-sena ta’ qabel.

2.   Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li tgħaddi t-TAC tas-sena ta’ qabel b’aktar minn 15 %, il-Kunsill għandu jadotta TAC li hija 15 % akbar mit-TAC ta’ dik is-sena.

3.   Meta l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tirriżulta f’TAC li hija aktar minn 15 % inqas mit-TAC tas-sena ta’ qabel, il-Kunsill għandu jadotta TAC li hija 15 % inqas mit-TAC ta’ dik is-sena.

KAPITOLU III

LIMITAZZJONI FUQ L-ISFORZ TAS-SAJD

Artikolu 9

Limitu ta’ l-isforz tas-sajd

1.   It-TACs imsemmijin fil-Kapitolu II għandhom ikunu kkumplimentati b’sistema ta’ limitu ta’ sforz tas-sajd stabbilita fil-liġislazzjoni Komunitarja.

2.   Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, dwar aġġustament tal-livell massimu ta’ sforz tas-sajd disponibbli għal flotot fejn kemm il-barbun tat-tbajja’ kif ukoll l-lingwata jew wieħed minnhom jinkludu parti importanti tal-kwantitajiet żbarkati jew fejn isir rimi sostanzjali u soġġett għas-sistema ta’ limitu ta’ sforz tas-sajd imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha titlob previżjoni mill-STECF tal-livell massimu ta’ l-isforz tas-sajd meħtieġ biex jittieħdu qabdiet ta’ barbun tat-tbajja’ u lingwata ugwali għas-sehem tat-TACs tal-Komunità Ewropea stabbilit skond l-Artikolu 6. Din it-talba għandha tkun formulata b’kont meħud tal-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti oħra li tirregola l-kondizzjonijiet li taħthom wieħed jista’ jistad għall-kwoti.

4.   L-aġġustament annwali tal-livell massimu ta’ sforz tas-sajd imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jsir skond l-opinjoni ta’ l-STECF ipprovduta skond il-paragrafu 3.

5.   Kull sena l-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jirrapporta dwar il-livell annwali ta’ l-isforz tas-sajd skjerat minn bastimenti li jaqbdu l-barbun tat-tbajja’ u l-lingwata, u jirrapporta dwar it-tipi ta’ rkaptu tas-sajd użat f’tali sajd.

6.   Minkejja l-paragrafu 4, l-isforz tas-sajd m’għandux jiżdied ‘il fuq mil-livell allokat fl-2006.

7.   L-Istati Membri li l-kwota tagħhom hija inqas minn 5 % tas-sehem tat-TACs tal-Komunità Ewropea kemm għall-barbun tat-tbajja’ kif ukoll għall-lingwata għandhom jiġu eżentati mir-reġim tal-ġestjoni ta’ l-isforz.

8.   Stat Membru li huwa kkonċernat mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 u li jimpenja ruħu fi kwalunkwe skambju ta’ kwota tal-lingwata jew tal-barbun tat-tbajja’ abbażi ta’ l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirriżulta fis-somma tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru u l-kwantità tal-lingwata jew tal-barbun tat-tbajja’ ttrasferiti tkun aktar minn 5 % tas-sehem tat-TAC tal-Komunità Ewropea għandu jkun soġġett għar-reġim tal-ġestjoni ta’ l-isforz.

9.   L-isforz tas-sajd użat minn bastimenti fejn il-barbun tat-tbajja’ jew il-lingwata huwa parti importanti tal-qabda u li jtajjar il-bandiera ta’ l-Istat Membru kkonċernat bid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 m’għandux jiżdied ‘il fuq mil-livell awtorizzat fl-2006.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA

Artikolu 10

Messaġġi ta’ l-isforz tas-sajd

1.   L-Artikoli 19b, 19ċ, 19d, 19e u 19k tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom japplikaw għall-bastimenti li joperaw f’dik iż-żona. Bastimenti mgħammra b’sistemi ta’ monitoraġġ skond l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri bażata fuq satellita (4) għandhom jiġu esklużi mill-ħtiġiet ta’ komunikazzjoni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw miżuri ta’ kontroll alternattivi biex jiżguraw il-konformità ma’ l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 li huma effettivi u trasparenti daqs dawn l-obbligi ta’ rappurtar. Tali miżuri għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu implimentati.

Artikolu 11

Marġini ta’ tolleranza

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati għar-reġistrazzjoni ta’ l-informazzjoni tal-qabdiet tal-ħut ta’ l-Istati Membri (5), il-marġni permess ta’ tolleranza, fl-estimi tal-kwantitajiet, f’kilogrammi ta’ piż ħaj kemm tal-barbun tat-tbajja’ kif ukoll tal-lingwata miżmuma abbord il-bastimenti li kienu preżenti fil-Baħar tat-Tramuntana għandu jkun ta’ 8 % taċ-ċifra mdaħħla fil-ġurnal ta’ abbord. F’każ li ebda fattur ta’ konverżjoni ma huwa stabbilit fil-leġislazzjoni komunitarja, għandu japplika l-fattur ta’ konverżjoni adottat mill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed itajjar il-bandiera.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal speċi ta’ organiżmu akkwatiku jekk il-kwantità ta’ dik l-ispeċi miżmuma abbord hija inqas minn 50 kg.

Artikolu 12

Ippeżar tal-kwantitajiet żbarkati

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jiżguraw li kwalunkwe kwantità ta’ lingwata li taqbeż it-300 kg jew ta’ barbun tat-tbajja’ li taqbeż il-500 kg, maqbuda fil-Baħar tat-Tramuntana għandha tiġi ippeżata qabel il-bejgħ bl-użu ta’ miżien li ġie ċċertifikat bħala preċiż.

Artikolu 13

Notifika minn qabel

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li kien preżenti fil-Baħar tat-Tramuntana u li jixtieq jittrasborda kwalunkwe kwantità ta’ barbun tat-tbajja’ jew lingwata f’port jew post ta’ żbark ta’ pajjiż terz għandu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera mill-inqas 24 siegħa qabel l-iżbark f’pajjiż terz, bl-informazzjoni li ġejja

(a)

l-isem tal-port jew lok ta’ żbark,

(b)

il-ħin ta’ meta bejn wieħed u ieħor ser jasal f’dak il-port jew il-lok ta’ żbark,

(ċ)

il-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż ħaj ta’ l-ispeċi kollha li minnhom iktar minn 50 kg jinżammu abbord.

In-notifika tista’ ssir ukoll minn rappreżentant tal-kaptan tal-bastiment tas-sajd.

Artikolu 14

Stivar separat tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata

1.   Għandu jkun projbit li tinżamm abbord bastiment tas-sajd Komunitarju fi kwalunkwe kontenitur individwali kwalunkwe kwantità ta’ barbun tat-tbajja’ jew kwalunkwe kwantità ta’ lingwata mħalltin ma’ kwalunkwe speċi oħra ta’ organiżmi tal-baħar.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jagħtu lill-ispetturi ta’ l-Istati Membri tali assistenza li tippermetti biex ikunu jistgħu jwettqu kontrolli bir-reqqa tal-kwantitajiet iddikjarati fil-ġurnal ta’ abbord u l-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata miżmuma abbord.

Artikolu 15

Trasport tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom jistgħu jeħtieġu li kwalunkwe kwantità ta’ barbun tat-tbajja’ li taqbeż il-500 kg jew kwalunkwe kwantità ta’ lingwata li taqbeż it-300 kg maqbuda fiż-żona ġeografika msemmija fl-Artikolu 1(2) u l-ewwel żbarkata f’dak l-Istat Membru tiġi ippeżata qabel ma tiġi ttrasportata x’imkien ieħor mill-port ta’ l-ewwel żbark bl-użu ta’ miżien li ġie ċċertifikat bħala preċiż.

2.   B’deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, kwantitajiet ikbar minn 500 kg ta’ barbun tat-tbajja’ u kwantitajiet ikbar minn 300 kg ta’ lingwata li huma trasportati lejn post ieħor minnbarra dak ta’ żbark għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoniji prevista fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13(4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 m’għandhiex tapplika.

Artikolu 16

Projbizzjoni ta’ trasbordi tal-lingwata u l-barbun tat-tbajja’

Bastiment tas-sajd Komunitarju li jinsab fil-Baħar tat-Tramuntana m’għandu jittrasborda l-ebda kwantità ta’ barbun tat-tbajja’ jew ta’ lingwata għall-ebda bastiment ieħor.

KAPITOLU V

SEGWITU

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-miżuri ta’ rkupru

1.   Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-parir mill-STECF, tevalwa l-impatt tal-miżuri ta’ irkupru fuq il-ħażniet ikkonċernati u s-sajd ta’ dawk il-ħażniet fit-tieni sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u f’kull waħda mis-snin sussegwenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tfittex parir xjentifiku mill-STECF dwar ir-rata ta’ progress lejn l-objettivi tal-pjan pluriennali fit-tielet sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kull tielet sena suċċessiva wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha jekk ikun xieraq tipproponi miżuri rilevanti, u l-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar miżuri alternattivi biex jilħaq l-objettivi mniżżlin fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 18

Ċirkostanzi speċjali

F’każ li l-STECF jagħti parir li d-daqs ta’ l-istokk riproduttiv tal-barbun tat-tbajja’, dak tal-lingwata, jew it-tnejn qed isofru minn tnaqqis fil-kapaċità riproduttiva, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar TAC għall-barbun tat-tbajja’ li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 7, dwar TAC għal-lingwata li hija inqas minn dik prevista fl-Artikolu 8, u dwar livelli ta’ l-isforz tas-sajd li huma inqas minn dawk previsti fl-Artikolu 9.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Assistenza taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd

1.   Matul l-ewwel stadju previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-pjan pluriennali għandu jitqies li huwa pjan ta’ rkupru fis-sens ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew tas-Sajd (6).

2.   Matul it-tieni stadju previst fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, il-pjan pluriennali għandu jitqies li huwa pjan ta’ ġestjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew mogħtija fit-28 ta’ Settembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(4)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(5)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(6)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 677/2007

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

30,8

TR

92,6

ZZ

61,7

0707 00 05

JO

151,2

TR

94,1

ZZ

122,7

0709 90 70

TR

94,8

ZZ

94,8

0805 50 10

AR

46,9

ZA

62,8

ZZ

54,9

0808 10 80

AR

91,9

BR

80,3

CL

92,9

CN

97,6

NZ

98,4

US

101,1

ZA

96,3

ZZ

94,1

0809 10 00

IL

156,1

TR

217,9

ZZ

187,0

0809 20 95

TR

287,1

US

303,4

ZZ

295,3

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

101,3

US

149,4

ZA

88,3

ZZ

113,0

0809 40 05

CL

134,4

IL

164,9

US

222,0

ZZ

173,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 678/2007

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 35(3) tiegħu;

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fis-settur tal-frott u l-ħxejjex.

(2)

Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jibbenifikaw minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ biex issir esportazzjoni li tkun ekonomikament sinifikanti, fil-qafas tal-limiti stipulati fl-arranġamenti, konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

(3)

Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) 2200/96, jaqbel li jkun assigurat li l-kummerċ li diġà żviluppa minħabba l-għoti tar-rifuzjonijiet fuq l-esportazzjoni ma jkunx imxekkel. Għal dan il-għan, u minħabba n-natura staġjonali ta’ l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Meta jitqassmu l-kwantitajiet, għandha titqies it-tendenza ta’ dawn il-prodotti li jitħassru.

(4)

L-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipula li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi, minn naħa, jitqiesu l-qagħda u l-perspettivi għall-ġejjieni u min-naħa l-oħra jitqiesu il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq Komunitarju tal-frott u l-ħxejjex, u l-prezzijiet applikati fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, iridu jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti.

(5)

Skond l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) 2200/96, il-prezzijiet fis-suq Komunitarju huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet l-aktar favorevoli għall-esportazzjoni.

(6)

Il-qagħda kummerċjali internazzjonali u l-esiġenzi speċifiċi ta’ ċerti swieq, jistgħu jkunu jeħtieġu varjazzjoni fir-rifużjoni, għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni ta’ dak il-prodott.

(7)

It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb tal-mejda, it-tuffieħ u l-ħawħ tal-kategoriji Extra, I u II tar-regoli Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, jistgħu attwalment ikunu ekonomikament sinifikanti għall-finijiet ta’ l-esportazzjonijiet.

(8)

Sabiex ikun assigurat l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli u b’qies għall-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet Komunitarji, jeħtieġ li ssir sejħa għal offerti biex jiġi stabbilit l-ammont indikattiv tar-rifużjonijiet u tal-kwantitajiet stabbiliti għall-perjodu kkonċernat.

(9)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Permezz tal-preżenti qed tinfetaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3. Il-prodotti kkonċernati, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti, il-livelli indikattivi għar-rifużjoni u l-kwantitajiet previsti huma stipulati fl-Anness.

2.   Il-liċenzji maħruġa għall-finijiet ta’ l-għajnuna għall-ikel, regolati bl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), mhumiex ikkalkolati skond il-kwantitajiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) 1961/2001, il-validità tal-liċenzji A3 hija ta’ erba’ xhur.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-2 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).

(2)  ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).

(4)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.


ANNESS

li jiftaħ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ liċenzji għall-esportazzjoni A3, fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda, tuffieħ u ħawħ)

Perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti Mit-2 sat-3 ta’ Lulju 2007.

Il-kodiċi tal-prodotti (1)

Id-destinazzjoni (2)

Ir-rata indikattiva tar-rifużjoni

(f’EUR/t netta)

Kwantitajiet previsti

(f’ t)

0702 00 00 9100

A00

30

3 333

0805 10 20 9100

A00

36

20 000

0805 50 10 9100

A00

60

10 000

0806 10 10 9100

A00

23

23 333

0808 10 80 9100

F04 , F09

32

53 333

0809 30 10 9100

0809 30 90 9100

F03

17

23 333


(1)  Il-Kodiċi tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

(2)  Il-kodiċijijet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 2846/87. Il-kodiċijiet numeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11). Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

F03

:

Id-destinazzjonijiet kollha għajr l-Iżvizzera.

F04

:

Ħong Kong, Singapor, il-Malażja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, Papua-New Guinea, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetman, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika.

F09

:

Id-destinazzjonijiet li ġejjin: In-Norveġja, l-Iżlanda, Greenland, il-Gżejjer Faroe, l-Albanija, il-Bosnia Ħerzegovina, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jogożlava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belaruss, il-Ġeorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, l-Ukraina, l-Għarabja Sawdita, il-Baħrejn, Qatar, Oman, l-Emirati Għarab Maqgħuda, (Abu Dabi, Dubaj, Xarġa, Aġman, Umm al-Qi'iwayn, Ras al-Khayma u Fuġajra), il-Kuwajt, il-Jemen, is-Sirja, l-Iran, il-Ġordan, il-Bolivja, il-Brażil, il-Veneżwela, il-Perù, il-Panama, l-Ekwador u l-Kolombja, pajjiżi u territorji ta' l-Afrika għajr l-Afrika t'Isfel, id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11).


19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 679/2007

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li jiffissa l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħawħ għall-ipproċessar għas-sena tas-suq 2007-2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 41 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 tad-29 ta’ Awissu 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel (2) jipprovdi li l-Kummissjoni tippubblika, qabel il-31 ta’ Mejju, l-ammont ta’ l-għajnuna applikabbbli għall-ħawħ għall-ipproċessar.

(2)

Għall-Istati Membri tal-Komunità kif kienet fil-31 ta’ Diċembru 2006, l-eżami tar-rispett tal-limiti tal-garanzija Komunitarji u nazzjonali għall-ipproċessar tal-ħawħ, imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kwantitajiet megħjuna matul l-aħħar tliet snin tas-suq li għalihom ikunu disponibbli d-data definittivi għall-Istati Membri kollha kkonċernati.

(3)

Il-kwantità medja tal-ħawħ ipproċessat taħt l-iskema ta’ għajnuna matul l-aħħar tliet snin tas-suq hija anqas mil-limitu Komunitarju. L-għajnuna li għandha tapplika għas-sena tas-suq 2007-2008 f’kull Stat Membru kkonċernat għandha għalhekk tkun l-ammont stipulat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(4)

Il-mekkaniżmu tal-kalkolu tal-limiti nazzjonali għall-ipproċessar ipprovdut bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ma japplikax immedjatament għall-Bulgarija u r-Rumanija. Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti miżuri transitorji għall-applikazzjoni tiegħu. Għas-sena tas-suq 2007-2008, li għaliha ma hemmx data disponibbli għall-eżami tar-rispett tal-limiti tal-garanzija Komunitarji u nazzjonali għall-ipproċessar tal-ħawħ, u għal finijiet ta’ prekawzjoni, huwa f’loku li jkun ipprovdut tnaqqis minn qabel ta’ l-għajnuna, li għalih tingħata rifużjoni jekk il-limitu ma jinqabiżx sa tmiem is-sena tas-suq.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għas-sena tas-suq 2007-2008, l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħawħ skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jkun EUR 47.70 l-tunnellata għall-Istati Membri tal-Komunità kif kienet fil-31 ta’ Diċembru 2006.

2.   Għall-Bulgarija u r-Rumanija, l-għajnuna għall-ħawħ taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jkun EUR 35.78 l-tunnellata.

Artikolu 2

1.   Jekk il-limitu Komunitarju ma jkunx inqabeż meta jsir il-kalkolu tar-rispett tal-limitu tas-sena tas-suq 2007-2008, ammont supplimentari ekwivalenti għal 25 % ta’ l-għajnuna stabbilita bl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jitħallas fil-Bulgarija u fir-Rumanija wara s-sena tas-suq 2007-2008.

2.   F’każ li l-limitu Komunitarju jkun inqabeż, jew jekk fil-Bulgarija jew fir-Rumanija l-limitu ma jkunx inqabeż jew ikun inqabeż b’inqas minn 25 %, għandu jitħallas ammont addizzjonali f’dawn l-Istati Membri wara s-sena tas-suq 2007-2008.

L-ammont addizzjonali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun stabbilit abbażi ta’ l-ammont li bih ikun inqabeż il-limitu nazzjonali kkonċernat, sa massimu ta’ 25 % ta’ l-għajnuna stipulata fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

3.   Għall-eżami tar-rispett tal-limiti nazzjonali ta’ l-ipproċessar, u biss għall-Bulgarija u r-Rumanija, għas-sena tas-suq 2007-2008 l-kalkolu għandu jsir abbażi tal-kwantitajiet li fil-fatt ikunu ġew megħjuna matul is-sena tas-suq 2007-2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2004 (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 25).

(2)  ĠU L 218, 30.8.2003, p. 14. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1663/2005 (ĠU L 267, 12.10.2005, p. 22).


DIRETTIVI

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/14


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/35/KE

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u bil-karrijiet tagħhom (1), u partikolarment it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju ta’ l-1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-iffissar tad-dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 76/756/KEE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE dwar sistemi komponenti u unitajiet tekniċi għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 76/756/KEE.

(2)

Sabiex tiżdied is-sigurtà fit-toroq billi tittejjeb il-preżenza ta’ trakkijiet kbar u l-karrijiet tagħhom għandu jiddaħħal l-obbligu biex jitwaħħlu sinjali retro riflettivi fuq dawn il-vetturi fid-Direttiva 76/756/KEE.

(3)

Sabiex tkun tista’ tikkunsidra emendi oħra tar-Regolament NU/ECE Nru 48 (3), li l-Komunità diġà vvutat dwaru, huwa xieraq li tiġi adottata d-Direttiva 76/756/KEE għall-progress tekniku billi din tiġi allinjata mal-ħtiġijiet tekniċi ta’ dan ir-Regolament NU/ECE. Fl-interess taċ-ċarezza, l-Anness II tad-Direttiva 76/756/KEE għandu jinbidel.

(4)

Id-Direttiva Nru 76/756/KEE għandha għalhekk tiġi emendata.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 76/756/KEE qiegħed jinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

B’effett mill-10 ta’ Lulju 2011, jekk ma jkunx hemm konformità mal-ħtiġijiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE, kif emendati b’din id-Direttiva, l-Istati Membri, fuq il-bażi li għandha x’taqsam ma’ l-installazzjoni tad-dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl għandu jikkunsidra, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE, ċ-Ċertifikati ta’ Konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala mhux iktar validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mid-9 ta’ Lulju 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-10 ta’ Lulju 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva, jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(2)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE (ĠU L 171, 30.6.1997, p. 1).

(3)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 1.


ANNESS

“ANNESS II

1.

Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 2, 5 u 6 tar-Regolament NU-ECE Nru 48 (*) u l-Annessi 3 sa 9 tiegħu.

2.

Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, japplika dan li ġej:

(a)

‘Vettura mhux mgħobbija’ tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 ta’ din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;

(b)

‘Il-formula ta’ komunikazzjoni’ għandha tinftiehem bħala ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(c)

‘Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi’ għandhom jinftiehmu bħala Stati Membri;

(d)

Ir-referenza għar-Regolament Nru. 3 għandha titqies bħala referenza għad-Direttiva 76/757/KEE;

(e)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (2) fil-paragrafu 2.7.25 ma għandhiex tapplika;

(f)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (8) fil-paragrafu 6.19 ma għandhiex tapplika;

(g)

In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fl-Anness 5 għandha tinftiehem kif ġej: ‘Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE’.

3.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(2)(a) u (c) u (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, ta’ dan l-Anness u għal kwalunkwe rekwiżit fi kwalunkwe direttiva separata, l-istallazzjoni ta’ dawl jew mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl għajr dawk definiti fil-paragrafu 2.7. tar-Regolament NU/ECE Nru 48 hija pprojbita.


(*)  ĠU L 137, 30.5.2007, p. 1.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li taħtar membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel

(2007/420/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati preżentata lill-Kunsill mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra l-veduti espressi mill-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel(‘l-Awtorità’). Il-kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri hija indispensabbli wkoll.

(2)

Post ta’ Membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità, maħtur sat-30 ta’ Ġunju 2008, sar vakanti wara riżenja.

(3)

Il-kandidaturi ġew eżaminati bil-ħsieb li jinħatar membru ġdid tal-Bord ta’ Ġestjoni abbażi tad-dokumentazzjoni provduta mill-Kummissjoni u fid-dawl tal-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew bil-għan li jiġu żgurati l-ogħla standard ta’ kompetenza, firxa wiesgħa ta’ kompetenza relevanti, per eżempju fit-tmexxija u fl-amministrazzjoni pubblika, u d-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli fi ħdan l-Unjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Milan POGAČNIK huwa b’dan maħtur membru tal-Bord ta’ Ġestjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).


Kummissjoni

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Ġunju 2007

li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2379)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/421/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti ta’ l-amministrazzjonÿiet marittimi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/587/KE (2) elenkat l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istati Membri skond id-Direttiva 94/57/KE.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 94/57/KE, l-organizzazzjonijiet li fit-22 ta’ Jannar 2002 kienu diġà rikonoxxuti abbażi tad-Direttiva msemmija għandhom ikomplu jkunu rikonoxxuti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti (3) għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għal Greċja u Ċipru.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/382/KE (4) estendiet ir-rikonoxximent limitat tar-Reġistru Elleniku tal-Bastimenti b’effetti għal Malta.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/660/KE (5) tat ir-rikonoxximent limitat tal-Komunità lir-Reġistru Pollakk tal-Bastimenti għal perjodu ta’ tliet snin, b’effetti għar-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u r-Repubblika Slovakka.

(6)

Id-Deċiżjoni 96/587/KE, li llum skadiet, għalhekk għandha titħassar filwaqt li kull tant żmien għandha tiġi ppubblikata lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 96/587/EC hija mħassra.

Artikolu 2

Id-Direttir Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea lista aġġornata ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skond id-Direttiva 94/57/KE sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53).

(2)  ĠU L 257,10.10.1996, p. 43. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/221/KE (ĠU L 73, 15.3.2002, p. 30).

(3)  ĠU L 219, 24.8.2005, p. 43.

(4)  ĠU L 151, 6.6.2006, p. 31.

(5)  ĠU L 272, 3.10.2006, p. 17.


19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE fir-rigward ta’ ċerti gruppi ta’ ġbir u produzzjoni ta’ l-embrijuni fl-Arġentina, l-Awstralja u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2498)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/422/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intrakomunitarju ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-bovini (1) u l-importazzjoni tagħhom minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ embrijuni tal-bovini lill-Komunità (2) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimpurtaw embrijuni biss minn pajjiżi terzi fejn inġabru, ġew ipproċessati u nħażnu minn timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni u timijiet ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni elenkati f’dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika talbu li jsiru emendi għall-entrati ta’ dawk il-pajjiżi f’dawk il-listi fir-rigward ta’ ċerti timijiet ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni.

(3)

L-Arġentina u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika pprovdew garanziji fir-rigward ta’ konformità mar-regoli adattati stipulati fid-Direttiva 89/556/KEE u t-timijiet ikkonċernati ta’ ġbir u ta’ produzzjoni ta’ l-embrijuni ġew uffiċjalment approvati għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta’ dawk il-pajjiżi.

(4)

L-Awstralja talbet li ċerti entrati għal dak il-pajjiż fil-listi għandhom jitħassru.

(5)

Id-Deċiżjoni 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/60/KE (ĠU L 31, 3.2.2006, p. 24).

(2)  ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/237/KE (ĠU L 103, 20.4.2007, p. 49).


ANNESS

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -18.

(2)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -22.

(3)

jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -24 u LE/UT/BE -25.

(4)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Arġentina LE/UT/BE -28.

(5)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Arġentina:

“AR

 

LE/UT/BE-31

 

CENTRO BIOTECNOLÓGICO SANTA RITA

Saladillo — Buenos Aires

Dr. Carlos Hansen

AR

 

LE/UT/BE-42

 

CENTRO ESTACIÓN ZOOTÉCNICA SANTA JULIA

Córdoba

Dr. Leonel Alisio

AR

 

LE/UT/BE-43

 

CENTRO GENÉTICO BOVINO EOLIA

Marcos Paz — Buenos Aires

Dr. Guillermo Brogliatti

AR

 

LE/UT/BE-44

 

CENTRO GENÉTICO DEL LITORAL

Margarita Belén — Chaco

Dr. Gustavo Balbin

AR

 

LE/UT/BE-45

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SAN JOAQUIN

Carmen de Areco — Buenos Aires

Dr. Mariano Medina

AR

 

LE/UT/BE-46

 

CENTRO DE INSEMINACIÓN ARTIFICIAL LA LILIA

Colonia Aldao — Santa Fe

Dr. Fabian Barberis

AR

 

LE/UT/BE-51

 

Dres. J. INDA Y J. TEGLI

Union — San Luis

Dr. J. Inda

Dr. J. Tegli

AR

 

LE/UT/BE-52

 

IRAC — BIOGEN

Córdoba

Dr. Gabriel Bo

Dr. H. Tribulo

AR

 

LE/UT/BE-53

 

UNIDAD MOVIL DE TRANSFERENCIAS DE EMBRIONES CABA

Carhue — Buenos Aires

Dr. Juan Martin Narbaitz

AR

 

LE/UT/BE-54

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS CABAÑA LA CAPILLITA

Corrientes

Dr. Agustin Arreseigor

AR

 

LE/UT/BE-56

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS EL QUEBRACHO

Reconquista — Santa Fe

Dr. Mauro E. Venturini

AR

 

LE/UT/BE-57

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS MARIO ANDRES NIGRO

La Plata — Buenos Aires

Dr. Mario Andres Nigro

AR

 

LE/UT/BE-58

 

CENTRO DE TRANSFERENCIAS EMBRIONARIAS GENETICA CHIVILCOY

Chivilcoy — Buenos Aires

Dr. Ruben Osvaldo Chilan

AR

 

LE/UT/BE-60

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA C.I.A.T.E.B.

Rio Cuarto — Córdoba

Dr. Ariel Doso

AR

 

LE/UT/BE-61

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA VALDES & LAURENTI S.H.

Capitán Sarmiento — Buenos Aires

Dr. Ariel M. Valdes

AR

 

LE/UT/BE-62

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA MARCELO F. MIRANDA

Capital Federal

Dr. Marcelo F. Miranda

AR

 

LE/UT/BE-63

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SYNCHROPAMPA S.R.L.

Santa Rosa — La Pampa

Dr. Jose Luis Franco

AR

 

LE/UT/BE-64

 

DR. CESAR J. ARESEIGOR

Corrientes

Dr. Cesar J. Areseigor

AR

 

LE/UT/BE-65

 

UNIDAD MOVIL DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA RICARDO ALBERTO VAUTIER

Corrientes

Dr. Ricardo Alberto Vautier

AR

 

LE/UT/BE-66

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SOLUCIONES REPRODUCTIVAS INTEGRALES LA RESERVA

Coronel Dorrego — Buenos Aires

Dr. Silvio Mariano Castro

AR

 

LE/UT/BE-67

 

CENTRO DE TRANSFERENCIA EMBRIONARIA SANTA RITA

Corrientes

Dr. Gabriel Bo”

(6)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0002.

(7)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0005.

(8)

jitħassru r-ringieli għat-timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Awstralja ETV0008, ETV0009, ETV0010, ETV0011, ETV0012 u ETV0013.

(9)

ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 95PA082 E664 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91CA035 E689

 

RuAnn Dairy

7285 W Davis Ave

Riverdale, CA 93656

Dr. Kenneth Halback”

(10)

titħassar ir-ringiela għat-tim ta’ ġbir ta’ l-embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nru 04MT111 E1127.

(11)

ir-ringieli li ġejjin għat-timijiet ta’ ġbir ta’ embrijuni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika Nri 05NC114 E705 u 05NC117 E705 jinbidlu b’dawn li ġejjin:

“US

 

05NC114 E705

 

Kingsmill Farm II

5914 Kemp Road

Durham, NC 27703

Dr. Samuel P. Galphin

US

 

05NC117 E705

 

S. Galphin Services

6509 Saddle Path Circle

Raleigh, NC 27606

Dr. Samuel P. Galphin”

(12)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika:

“US

 

07CA133 E1664

 

RuAnn Dairy

7285 W Davis Ave

Riverdale, CA 93656

Dr. Alvaro Magalhaes

US

 

07ID134 E1127

 

Pat Richards, DVM

1215E 200S

Bliss, ID 83314

Dr. Pat Richards

US

 

07MO131 E608

 

Trans Ova Genetics

12425 LIV 224

Chillicothe, MO 64601

Dr. Tim Reimer

US

 

07TX130 E640

 

K Bar C Ranch

3424 FR 2095

Cameron, TX 76520

Dr. Boyd Bien”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/23


DECIZJONI TAL-KUNSILL 2007/423/PESK

tat-18 ta’ Ġunju 2007

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Waqt li jikkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/293/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK il-Kunsill adotta miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji ta’ Stati Membri ta’ individwi li huma impenjati f’attivitajiet li jgħinu persuni in ġenerali biex ikomplu jevadu l-ġustizzja għal reati kriminali li huma ġew akkużati li wettqu mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali ta’ dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) jew li qed jaġixxu b’xi mod ieħor li jista’ jtellef lill-ICTY milli timplimenta l-mandat tagħha b’mod effettiv.

(2)

Wara t-trasferiment ta’ Ante Gotovina għall-kustodja ta’ l-ICTY, ċerti individwi msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni u konnessi mas-Sur Gotovina għandhom jitneħħew mil-lista. Meħtieġ ukoll aġġornament tad-dettalji tal-persuni li jifdal fil-lista.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu elenkati persuni oħra li huma impenjati f’attivitajiet li jgħinu persuni in ġenerali jkomplu jevadu l-ġustizzja għal reati kriminali li huma ġew akkużati li wettqu mill-ICTY jew li qed jaġixxu b’xi mod ieħor li jista’ jtellef lill-ICTY milli timplimenta l-mandat tagħha b’mod effettiv.

(4)

Il-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni mniżżla fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi sostitwita bil-lista mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 65, Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill kif emendata l-aħħar u estiża bil-Pożizzjoni Komuni 2007/150/PESK (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 21).


ANNESS

1.

BILBIJA, Milorad

Iben Svetko BILBIJA

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 13.8.1956, Sanski Most, Bosnja u Ħerżegovina

Nru tal-Passaport: 3715730

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCD9986

Nru Personali ta’ l-Identità: 1308956163305

Psewdonimi:

Indirizz: Brace Pantica 7, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

2.

BJELICA, Milovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19.10.1958, Rogatica, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0000148 maħruġ 26.7.1998 fi Srpsko Sarajevo (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03ETA0150

Nru Personali ta’ l-Identità: 1910958130007

Psewdonimi: Cicko

Indirizz: CENTREK Kumpanija f’ Pale, Bosnja u Ħerzegovina

3.

DJORDJEVIC, Jelena (miżżewġa: GLUSICA Jelena)

Bint: Vlastimir u Sojka DJORDJEVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 7 ta’ Frar 1977 f’Zajecar, Serbja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Beogradskog Bataljona, Nru 39, Belgrad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Vlastimir DJORDJEVIC

4.

DJORDJEVIC, Sojka

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 29 ta’ Settembru 1949, Muniċipalità ta’ Knjazevac, Serbja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Beogradskog Bataljona, Nru 39, Belgrad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Vlastimir DJORDJEVIC

5.

ECIM, Ljuban

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.1.1964, Sviljanac, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0144290 maħruġ fil-21.11.1998 f’Banja Luka (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCE3530

Nru Personali ta’ l-Identità: 0601964100083

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Stevana Mokranjca 26, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

6.

HADZIC, Goranka

Bint: Branko u Milena HADZIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 18 ta’ Ġunju 1962 fil-Muniċipalità ta’ Vinkovci, Kroazja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 1806962308218 (JMBG), nru tal-karta ta’ l-identità 569934/03.

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Oħt Goran HADZIC.

7.

HADZIC, Ivana

Bint: Goran u Zivka HADZIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: twieldet fil-25 ta’ Frar 1983 f’Vukovar, Kroazja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Goran HADZIC.

8.

HADZIC, Srecko

Iben: Goran u Zivka HADZIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8 ta’ Ottubru 1987 f’Vukovar, Kroazja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Goran HADZIC.

9.

HADZIC, Zivka

Bint: Branislav NUDIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9 ta’ Ġunju 1957 f’Vinkovci, Kroazja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Aranj Janosa, Nru 9, Novi Sad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Goran HADZIC.

10.

JOVICIC, Predrag

Iben Desmir JOVICIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.3.1963, Pale, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363551

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03DYA0852

Nru Personali ta’ l-Identità: 0103963173133

Psewdonimi:

Indirizz: Milana Simovica 23, Pale, Bosnja u Ħerzegovina

11.

KARADZIC, Aleksandar

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 14.5.1973, Sarajevo Centar, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0036395 (skada 12.10.1998)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi: Sasa

Indirizz:

12.

KARADZIC, Ljiljana (kunjom ta’ xebba: ZELEN)

Bint Vojo u Anka

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 27.11.1945, Sarajevo Centar, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

13.

KARADZIC, Luka

Iben: Vuko u Jovanka KARADZIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 31 ta’ Lulju 1951 fil-Muniċipalità ta’ Savnik, Montenegro.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Dubrovacka, Nru 14, Belgrad, is-Serbja, u Triq Janka Vukotica, Nru 24, Rastoci, il-Muniċipalità ta’ Niksic, Montenegro.

Relazzjoni mal-PIFWC: Oħt Radovan KARADZIC.

14.

KARADZIC-JOVICEVIC, Sonja

Bint: Radovan KARADZIC u Ljiljana ZELEN-KARADZIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 22 ta’ Mejju 1967 f’Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 2205967175003 (JMBG); numru tal-karta ta’ l-Identità 04DYB0041

Psewdonimi: Seki

Indirizz: Dobroslava Jevdjevica Nru 9, Pale, Bosnja u Ħerzegovina.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Radovan KARADZIC.

15.

KESEROVIC, Dragomir

Iben Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.6.1957, Piskavica/Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4191306

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GCH5156

Nru Personali ta’ l-Identità: 0806957100028

Psewdonimi:

Indirizz:

16.

KIJAC, Dragan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.10.1955, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

17.

KOJIC, Radomir

Iben Milanko u Zlatana

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 23.11.1950, Bijela Voda, Sokolac, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4742002 maħruġ fl-2002 f’Sarajevo (jiskadi fl-2007)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03DYA1935. Maħruġa fis-7.7.2003 f’Sarajevo.

Nru Personali ta’ l-Identità: 2311950173133

Psewdonimi: Mineur jew Ratko

Indirizz: 115 Trifka Grabeza, Pale, jew Hotel KRISTAL, Jahorina, Bosnja u Ħerzegovina

18.

KOVAC, Tomislav

Iben Vaso

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 4.12.1959, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0412959171315

Psewdonimi: Tomo

Indirizz: Bijela, Montenegro; u Pale, Bosnja u Ħerzegovina

19.

KUJUNDZIC, Predrag

Iben Vasilija

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.1.1961, Suho Pole, Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GFB1318

Nru Personali ta’ l-Identità: 3001961120044

Psewdonimi: Predo

Indirizz: Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

20.

LUKOVIC, Milorad Ulemek

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1968, Belgrad, Serbja

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi: Legija (Karta ta’ l-Identità ffalsifikata bħala IVANIC, Zeljko)

Indirizz: inkarċerat (il-Ħabs Distrettwali ta’ Belgrad, Bacvanska 14, Belgrad)

21.

MALIS, Milomir

Iben Dejan Malis

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 3.8.1966, Bjelice

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0308966131572

Psewdonimi:

Indirizz: Vojvode Putnika, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

22.

MANDIC, Momcilo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 1.5.1954, Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0121391 maħruġ fit-12.5.1999 fi Srpsko Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 0105954171511

Psewdonimi: Momo

Indirizz: inkarċerat

23.

MARIC, Milorad

Iben Vinko Maric

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 9.9.1957, Visoko, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4587936

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GKB5268

Nru Personali ta’ l-Identità: 0909957171778

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadzica 148, Zvornik, Bosnja u Ħerzegovina

24.

MICEVIC, Jelenko

Bint Luka u Desanka, kunjom ta’ xebba: Simic

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1947, Borci ħdejn Konjic, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4166874

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03BIA3452

Nru Personali ta’ l-Identità: 0808947710266

Psewdonimi: Filaret

Indirizz: Monasteru ta’ Milesevo, Serbja

25.

MLADIC, Biljana (kunjom ta’ xebba STOJCEVSKA)

Bint: Strahilo STOJCEVSKI u Svetlinka STOJCEVSKA

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30 ta’ Mejju 1972 fi Skopje, fil-fYROM.

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 3005972455086 (JMBG)

Psewdonimi:

Indirizz: reġistrat f’Blagoja Parovica 117a, Belgrad, iżda toqgħod f’Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni mal-PIFWC: Ħtint Ratko MLADIC.

26.

MLADIC, Darko

Iben: Ratko u Bosiljka MLADIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 19 ta’ Awissu 1969 / Skopje, fi fYROM.

Nru tal-Passaport: Passaport tas-SCG # 003220335, maħruġ fis-26 ta’ Frar 2002

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 1908969450106 (JMBG); karta ta’ l-identità personali B112059, maħruġa fit-8 ta’ April 1994 mis-SUP Belgrad.

Psewdonimi:

Indirizz: Vidikovacki venac 83, Belgrad, Serbja

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Ratko MLADIC.

27.

NINKOVIC, Milan

Iben Simo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.6.1943, Doboj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3944452

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GFE3783

Nru Personali ta’ l-Identità: 1506943120018

Psewdonimi:

Indirizz:

28.

OSTOJIC, Velibor

Iben Jozo

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 8.8.1945, Celebici, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

29.

OSTOJIC, Zoran

Iben Mico OSTOJIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 29.3.1961, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04BSF6085

Nru Personali ta’ l-Identità: 2903961172656

Psewdonimi:

Indirizz: Malta 25, Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

30.

PAVLOVIC, Petko

Iben Milovan PAVLOVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 6.6.1957, Ratkovici, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4588517

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GKA9274

Nru Personali ta’ l-Identità: 0606957183137

Psewdonimi:

Indirizz: Vuka Karadjica 148, Zvornik, Bosnja u Ħerzegovina

31.

PETROVIC, Tamara (xebba DJORDJEVIC)

Bint: Vlastimir u Sojka DJORDJEVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 3 ta’ Ottubru 1971 f’Zajecar, Serbja.

Nru tal-Passaport: -

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: -

Psewdonimi: -

Indirizz: Triq Beogradskog Bataljona, Nru 39, Belgrad, Serbja.

Relazzjoni mal-PIFWC: Bint Vlastimir DJORDJEVIC

32.

POPOVIC, Cedomir

Iben Radomir POPOVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 24.3.1950, Petrovici

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04FAA3580

Nru Personali ta’ l-Identità: 2403950151018

Psewdonimi:

Indirizz: Crnogorska 36, Bileca, Bosnja u Ħerzegovina

33.

PUHALO, Branislav

Iben Djuro

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 30.8.1963, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità: 3008963171929

Psewdonimi:

Indirizz:

34.

RADOVIC, Nade

Iben Milorad RADOVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.1.1951, Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: antik 0123256 (annullat)

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GJA2918

Nru Personali ta’ l-Identità: 2601951131548

Psewdonimi:

Indirizz: Stepe Stepanovica 12, Foca/Srbinje, Bosnja u Ħerzegovina

35.

RATIC, Branko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 26.11.1957, MIHALJEVCI SLAVONSKA POZEGA, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 0442022 maħruġ fis-17.9.1999 f’Banja Luka.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCA8959

Nru Personali ta’ l-Identità: 2611957173132

Psewdonimi:

Indirizz: Ulica Krfska 42, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

36.

ROGULJIC, Slavko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1952, SRPSKA CRNJA HETIN, Serbja

Nru tal-Passaport: Passaport validu 3747158 maħruġ fit-12.4.2002 f’Banja Luka. Data ta’ skadenza: 12.4.2007. Passaport mhux validu 0020222 maħruġ fil-25.8.1988 f’Banja Luka. Data ta’ skadenza: 25.8.2003

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04EFA1053

Nru Personali ta’ l-Identità: 1505952103022.

Psewdonimi:

Indirizz: 21 Vojvode Misica, Laktasi, Bosnja u Ħerzegovina

37.

SAROVIC, Mirko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 16.9.1956, Rusanovici-Rogatica, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 4363471 maħruġ f’Istocno Sarajevo, jiskadi fit-8 ta’ Ottubru 2008

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04PEA4585

Nru Personali ta’ l-Identità: 1609956172657

Psewdonimi:

Indirizz: Bjelopoljska 42, 71216 Srpsko Sarajevo, Bosnja u Ħerzegovina

38.

SKOCAJIC, Mrksa

Iben Dejan SKOCAJIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 5.8.1953, Blagaj, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: 3681597

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 04GDB9950

Nru Personali ta’ l-Identità: 0508953150038

Psewdonimi:

Indirizz: Brigata ta’ Trebinjskih, Trebinje, Bosnja u Ħerzegovina

39.

VRACAR, Milenko

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15.5.1956, Nisavici, Prijedor, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport validu 3865548 maħruġ fid-29.8.2002 f’Banja Luka. Data ta’ skadenza: 29.8.2007. Passaporti mhux validi 0280280 maħruġ fl-4.12.1999 f’Banja Luka (data ta’ skadenza 4.12.2004) u 0062130 maħruġ fl-16.9.1998 f’Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: 03GCE6934

Nru Personali ta’ l-Identità: 1505956160012

Psewdonimi:

Indirizz: 14 Save Ljuboje, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

40.

ZOGOVIC, Milan

Iben Jovan

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 7.10.1939, Dobrusa

Nru tal-Passaport:

Nru tal-Karta ta’ l-Identità:

Nru Personali ta’ l-Identità:

Psewdonimi:

Indirizz:

41.

ZUPLJANIN, Divna (xebba STOISAVLJEVIC)

Bint: Dobrisav u Zorka STOISAVLJEVIC

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 15 ta’ Novembru 1956 / Maslovare, il-Muniċipalità ta’ Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosnja u Ħerzegovina 0256552 maħruġ fis-26 ta’ April 1999.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru ta’ l-identità 04GCM2618 maħruġ fil-5 ta’ Novembru 2004 u n-numru tal-liċenzja tas-sewqan 05GCF8710 maħruġa fit-3 ta’ Jannar 2005.

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Mart Stojan ZUPLJANIN.

42.

ZUPLJANIN, Mladen

Iben: Stojan u Divna ZUPLJANIN

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 21 ta’ Lulju 1980 / Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosjna u Ħerzegovina 4009608 ddatat is-7 ta’ Frar 2003.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru tal-Karta ta’ l-Identità 04GCG6605, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCC6937 ddatata t-8 ta’ Marzu 2004.

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Stojan ZUPLJANIN.

43.

ZUPLJANIN, Pavle

Iben: Stojan u Divna ZUPLJANIN

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 18 ta’ Lulju 1984 / Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosjna u Ħerzegovina 5049445 ddatat is-26 ta’ April 2006.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru tal-Karta ta’ l-Identità 03GCB5148 ddatata l-10 ta’ Ġunju 2003, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCF5074 ddatata t-30 ta’ Novembru 2004.

Psewdonimi:

Indirizz: Stevana Markovica 3, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Iben Stojan ZUPLJANIN.

44.

ZUPLJANIN, Slobodan

Iben: Stanko u Cvijeta ZUPLJANIN

Data tat-twelid/Post tat-twelid: 17 ta’ Novembru 1957 f’Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Nru tal-Passaport: Passaport tal-Bosnja u Ħerzegovina 0023955 maħruġ fl-24 ta’ Awissu 1998.

Nru tal-Karta ta’ l-Identità: Numru tal-Karta ta’ l-Identità 04GCL4072, numru tal-liċenzja tas-sewqan 04GCE8351, iddatata t-18 ta’ Settembru 2004.

Psewdonimi: Bebac.

Indirizz: Vojvode Momica 9a, Banja Luka, Bosnja u Ħerzegovina

Relazzjoni mal-PIFWC: Kuġin ta’ Stojan ZUPLJANIN.


19.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 157/s3


AVVIŻ LIL QARREJ

Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.

Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.

Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.

Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.

ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 370

L 30

L 371

L 45

L 373

L 121

L 375

L 70


ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 387

L 34


ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006

ĠU koreġġuti (2007)

L 396

L 136

L 400

L 54

L 405

L 29

L 407

L 44

L 408

L 47

L 409

L 36

L 410

L 40

L 411

L 27

L 413

L 50