|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/397/KE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/398/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/31/KE li tistipula l-miżuri transitorji fir-rigward tad-dispaċċ ta’ ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti bir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2386) ( 1 ) |
|
|
|
|
2007/399/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE rigward id-dikjarazzjoni li r-Rumanija hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward id-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2400) ( 1 ) |
|
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
|
* |
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 640/2007
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
61,1 |
|
TR |
98,3 |
|
|
ZZ |
79,7 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
167,1 |
|
TR |
96,9 |
|
|
ZZ |
132,0 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
97,3 |
|
ZZ |
97,3 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
50,6 |
|
ZA |
57,1 |
|
|
ZZ |
53,9 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
81,3 |
|
BR |
71,1 |
|
|
CA |
102,0 |
|
|
CL |
83,3 |
|
|
CN |
72,0 |
|
|
NZ |
109,5 |
|
|
US |
106,2 |
|
|
UY |
55,1 |
|
|
ZA |
92,0 |
|
|
ZZ |
85,8 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
196,3 |
|
TR |
208,0 |
|
|
ZZ |
202,2 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
395,1 |
|
US |
338,0 |
|
|
ZZ |
366,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 641/2007
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Banon (DPO)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu, l-ewwel paragrafu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, it-talba mressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Banon”, ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oppożizzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament:
|
Klassi 1.3 |
Ġobon |
FRANZA
Banon (DPO)
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/4 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 642/2007
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li jintroduċi denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Bryndza Podhalańska (DPO)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skond l-Artikolu 17(2) ta’ l-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni tal-Polonja biex id-denominazzjoni “Bryndza Podhalańska” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Billi ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tkun irreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
|
Klassi 1.3 |
Ġobon |
IL-POLONJA
Bryndza Podhalańska (DPO)
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ġunju 2007
li twaqqaf grupp ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet demografiċi
(2007/397/KE)
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikularment l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 140 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tiffaċilità l-koordinazzjoni ta’ l-azzjoni tagħhom fl-oqsma tal-politika soċjali. |
|
(2) |
B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 li ġġib l-isem “Il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa, il-bidla ta’ sfida f’opportunità”, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrikorri għal grupp ta’ esperti governattivi. |
|
(3) |
Il-grupp għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politiki ta’ adattament għall-bdil demografiku. |
|
(4) |
Se tingħata attenzjoni sabiex ikunu żgurati l-komplementarjetà u n-nuqqas ta’ repetizzjoni ta’ attivitajiet minn gruppi u kumitati oħrajn li jittrattaw il-kwistjonijiet relatati mad-demografija, notevolment il-Kumitat ta’ l-Impjiegi, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kunsill Konsultattiv Favur l-Opportunitajiet Indaqs bejn in-Nisa u l-Irġiel u l-Grupp ta’ Livell Għoli dwar l-Integrazzjoni tad-Dimensjoni ta’ l-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa. Il-Kummissjoni se tinformahom dwar il-ħidmiet tal-grupp ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet demografiċi. |
|
(5) |
Il-grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri u minn esperti indipendenti. |
|
(6) |
Għalhekk meħtieġ li meta jitwaqqaf il-grupp ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet demografiċi, jiġi ddettaljat il-mandat tiegħu u ddefiniti l-istrutturi tiegħu. |
IDDEĊIDIET:
Artikolu 1
Qed jiġi stabbilit, taħt l-awspiċju tal-Kummissjoni u għal perjodu ta’ ħames snin (rinnovabbli), “grupp ta’ esperti dwar il-kwistjonijiet demografiċi” minn issa ‘l quddiem “il-grupp”.
Artikolu 2
Missjoni
Il-grupp għandu l-inkarigu li jagħti pariri lill-Kummissjoni fil-proċess ta’ segwitu tal-bidla demografika u li jimplimenta linji gwida politiċi ddefiniti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa (COM (2006) 571.
B’mod aktar preċiż, il-grupp:
|
— |
se jgħin lill-Kummissjoni tiġbed konklużjonijiet mir-riżultati tar-riċerka, tidentifika d-data rilevanti għar-rapporti demografiċi u jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ prattiċi tajba li għalihom il-forum demografiku se jipprovdi pjattaforma. Hu se jikkunsidra r-riżultati ta’ bosta azzjonijiet u l-ħidmiet tar-riċerka mwettqa mill-istituzzjonijiet Ewropej dwar dawn it-temi; |
|
— |
se jippermetti lill-Istati Membri li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tweġibiet li jridu jingħataw b’mod globali għall-isfida demografika u dwar l-inizjattivi speċifiċi li jirriżultaw mill-Komunikazzjoni tat-12 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ġejjieni demografiku ta’ l-Ewropa u s-segwitu tagħha, b’mod partikulari fl-oqsma li għad mhumiex koperti tajjeb mill-kumitati u l-gruppi konsultattivi eżistenti; |
|
— |
se jgħin lill-Kummissjoni fl-elaborazzjoni tar-rapporti futuri dwar id-demografija u l-valutazzjoni ta’ l-istat ta’ preparament ta’ l-UE għall-bdil demografiku (il-bilanċ għandu jkun inkluż fir-rapport annwali tal-progress ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona); |
|
— |
se jippermetti li jiġu skambjati esperjenzi u prattiċi tajba fil-qasam tal-politika tal-familja u se jappoġġa l-isforzi li jimmiraw biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ persuni li jassumu responsabbiltajiet familjari; |
|
— |
se jfittex il-kontribuzzjonijiet, orali u miktuba, ta’ l-imsieħba soċjali u ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
Il-President tal-grupp jista’ jindika lill-Kummissjoni l-waqt meta jkun għaqli li jiġi kkunsultat il-grupp dwar kwistjoni speċifika.
Artikolu 3
Kompożizzjoni – Nomina
1. Il-grupp jinkludi l-esperti governattivi u l-esperti indipendenti.
Kull Stat Membru se jinnomina espert governattiv responsabbli biex jirrappreżentah.
Il-Kummissjoni se tinnomina għaliha nfisha, fost l-esperti li jkollhom il-kompetenzi fl-oqsma indikati fl-Artikolu 2, esperti indipendenti li jintalbu jagħtuha pariri indipendentement minn kull influwenza esterna.
2. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet segwenti:
|
— |
il-membri għandhom iżommu l-kariga tagħhom sakemm jinbidlu jew sa l-aħħar tal-mandat tagħhom. |
|
— |
il-membri li mhumiex f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effikaċi għall-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel jew fit-tieni inċiż ta’ dan l-Artikolu jew ta’ l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu jinbidlu għat-tul ta’ żmien li jkun baqa’ tal-mandat tagħhom; |
|
— |
l-ismijiet tal-membri nnominati fuq bażi personali jiġu ppubblikati fuq il-paġna ta’ l-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs u fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, serje Ċ. Il-ġabra, l-ipproċessar u l-pubblikazzjoni ta’ l-ismijiet tal-membri se jsiru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali. |
Artikolu 4
Operat
1. Il-Kummissjoni se tinnomina l-president tal-grupp.
2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti jew osservaturi b’kompetenzi partikulari f’suġġett ta’ l-aġenda biex jipparteċipa fil-ħidmiet ta’ grupp jew ta’ sottogruppi meta dan jitqies utli u/jew neċessarju.
3. L-informazzjoni akkwistata fl-ambitu tal-parteċipazzjoni fil-ħidmiet tal-grupp ma tistax tkun żvelata meta fl-opinjoni tal-Kummissjoni din tkun dwar kwistjonijiet konfidenzjali.
4. Il-grupp se jiltaqa’ normalment f’wieħed mil-lokalitajiet fejn il-Kummissjoni u s-servizzi tagħha huma stabbiliti, skond il-modalitajiet u l-iskeda ta’ ħin iffissati minnha. Hu jista’ jissejjaħ biex jiltaqa’ f’lokalitajiet oħra, notevolment fuq proposta ta’ Stat Membru li jkun jixtieq jilqa’ l-grupp b’rabta ma’ avveniment b’interess partikulari għall-grupp. Is-segretarjat se jkun ipprovdut mis-servizzi tal-Kummissjoni. Uffiċjali oħra interessati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu parti f’dawn il-laqgħat.
5. Il-grupp jadotta r-regoli ta’ proċedura interna tiegħu abbażi tar-regoli standard interni adottati mill-Kummissjoni.
6. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jippubblikaw fuq l-Internet, fil-lingwa originali d-dokumenti kkonċernati, kull sommarju, konklużjoni, konklużjoni parzjali jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.
Artikolu 5
Spejjeż tal-laqgħat
L-ispejjeż tal-vjaġġ u tas-sussistenza mħallsa mill-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp huma rimborżati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ tar-regoli tagħha. Mhux se tingħata remunerazzjoni għax-xogħol imwettaq mill-esperti governattivi.
L-ispejjeż tal-laqgħat jiġu rimborżati fil-limiti tal-krediti disponibbli allokati lis-servizzi kkonċernati fl-ambitu tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni ta’ riżorsi.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni se tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjojni
Vladimír ŠPIDLA
Membru tal-Kummissjoni
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/31/KE li tistipula l-miżuri transitorji fir-rigward tad-dispaċċ ta’ ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti bir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2386)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/398/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/31/KE (2) tistipula miżuri transitorji fir-rigward tad-dispaċċ mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra ta’ ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib, koperti bl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li jkun ġej mill-annimali (3). Dawn il-prodotti għandhom jiġu kkunsinnati mill-Bulgarija jekk biss jinkisbu minn stabbiliment ta’ pproċessar elenkat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/31/KE (4) kienet emendata bid-Deċiżjoni 2007/213/KE biex tħassar ċerti stabbilimenti mil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2007/31/KE wara talba ta’ l-awtoritajiet Bulgari. |
|
(3) |
L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju wettaq missjoni ġdida fil-Bulgarija mit-12 sat-23 ta’ Marzu 2007 bil-ħsieb li jivverifika l-qagħda ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ipproċessar. |
|
(4) |
Il-Bulgarija qiegħda twettaq bl-appoġġ ta’ l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju valutazzjoni ta’ l-istabbilimenti kollha ta’ l-ipproċessar f’dawk is-setturi. F’dan il-kuntest, il-Bulgarija talbet iż-żieda ta’ ċerti stabbilimenti fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/31/KE. L-awtoritajiet Bulgari taw garanziji li dawn l-istabbilimenti issa huma kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-Komunità. Għalhekk, il-lista f’dan l-Anness għandha tiġi aġġornata skond dan. Għall-fini ta’ ċarezza, huwa xieraq li tinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness mad-Deċiżjoni 2007/31/KE jinbidel bit-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).
(2) ĠU L 8, 13.1.2007, p. 61. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2007/213/KE (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 53).
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar awtorizzati li jibagħtu prodotti tas-setturi msemmija fl-Artikolu 1 mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra
L-ISTABBILIMENTI TAL-LAĦAM
|
Nru |
Nru. Vet. |
Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment |
Sit tal-bini ikkonċernat |
||
|
1. |
BG 0104014 |
‘Karol Fernandes Miyt’ OOD |
gr. Blagoevgrad ul. ‘Sv. D. Solunski’ 1 |
||
|
2. |
BG 0401028 |
‘Mesokombinat — Svishtov’ EOOD |
|
||
|
3. |
BG 1201011 |
‘Mesotsentrala — Montana’ OOD |
gr. Montana, bul. ‘Treti mart’ 216 |
||
|
4. |
BG 1204013 |
‘Kompas’ OOD |
s. Komarevo, obsht. Berkovitsa |
||
|
5. |
BG 1604025 |
AD ‘Dil tur’ |
gr. Plovdiv bul. ‘Vasil Aprilov’ 150 |
||
|
6. |
BG 1604039 |
‘Evropimel’ OOD |
gr. Plovdiv, bul. ‘V.Aprilov’ |
||
|
7. |
BG 1605052 |
‘Unitemp’ OOD |
‘Unitemp’ OOD |
||
|
8. |
BG 1701003 |
‘Mesokombinat — Razgrad’ AD |
gr. Razgrad, Industrialen kvartal, ul. ‘Beli Lom’ 1 |
||
|
9. |
ВG 1901021 |
‘Mekom’ AD |
gr. Silistra, Industrialna zona — Zapad |
||
|
10. |
BG 2201014 |
EOOD ‘Bulmestreyding’ |
gr. Sofia, ul. ‘Obelsko shose’ 11 |
||
|
11. |
BG 2204099 |
‘Tandem-V’ OOD |
gr. Sofia, bul. ‘Iliantsi’ 23 |
||
|
12. |
BG 2501002 |
‘Tandem — Popovo’ OOD |
s. Drinovo, obsht. Popovo |
STABBILIMENTI TAL-LAĦAM TAT-TJUR
|
Nru |
Nru. Vet. |
Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment |
Sit tal-bini ikkonċernat |
|
1. |
BG 0402052 |
‘Zornitsa Kesarevo’ AD |
s. Kesarevo, obsht. Strazhitsa |
|
2. |
BG 0702006 |
‘Hrinad’ OOD |
gr. Sevlievo |
|
3. |
BG 0802069 |
‘Agroplasment 92V’ AD |
gr. Dobrich |
|
4. |
BG 1102073 |
‘Avis’ OOD |
s. Yoglav, obl. Lovetch |
|
5. |
BG 1202005 |
‘Gala M’ OOD |
gr. Montana |
|
6. |
BG 1602001 |
‘Galus — 2004’ EOOD |
s. Hr. Milevo, obl. Plovdiv |
|
7. |
BG 1602045 |
‘Deniz 2001’ EOOD |
gr. Parvomay, ul. ‘Al.Stamboliiski’ 23 |
|
8. |
BG 1602071 |
‘Brezovo’ AD |
gr. Brezovo, ul. ‘Marin Domuschiev’ 2 |
|
9. |
BG 2402001 |
‘Gradus-1’ OOD |
gr. Stara Zagora, kv. ‘Industrialen’ |
|
10. |
BG 2802076 |
‘Alians Agrikol’ OOD |
s. Okop, obl. Yambolska |
STABBILIMENTI TA’ L-IPPROĊESSAR TAL-ĦALIB
|
Nru |
Nru. Vet. |
Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment |
Sit tal-bini ikkonċernat |
|
1. |
BG 0412010 |
‘Bi Si Si Handel’ OOD |
gr. Elena, ul. ‘Treti mart’ 19 |
|
2. |
BG 0512025 |
‘El Bi Bulgarikum’ EAD |
‘El Bi Bulgarikum’ EAD |
|
3. |
BG 0612012 |
OOD ‘Zorov-97’ |
gr. Vratsa |
|
4. |
BG 0612027 |
‘Mlechen ray — 99’ EOOD |
gr. Vratsa |
|
5. |
BG 0612043 |
ET ‘Zorov-91-Dimitar Zorov’ |
gr. Vratsa |
|
6. |
BG 0812029 |
‘Akurat mlechna promishlenost’ OOD |
gr. Dobrich, kv. Riltsi |
|
7. |
BG 1112006 |
‘Kondov Ekoproduktsia’ OOD |
s. Staro selo |
|
8. |
BG 1312001 |
‘Lakrima’ AD |
gr. Pazardzhik |
|
9. |
BG 1612001 |
‘OMK’ AD |
gr. Plovdiv, bul. ‘Dunav’3 |
|
10. |
BG 1612002 |
‘Shipka 99’ AD |
gr. Parvomay ul. ‘Vasil Levski’ 47 |
|
11. |
BG 1612037 |
‘Filipopolis-RK’ OOD |
gr. Plovdiv ul. ‘Prosveta’ 2A |
|
12. |
BG 1912013 |
‘ZHOSI’ OOD |
s. Chernolik |
|
13. |
BG 1912024 |
‘Buldeks’ OOD |
s. Belitsa |
|
14. |
BG 2012020 |
‘Yotovi’ OOD |
gr. Sliven kv. ‘Rechitsa’ |
|
15. |
BG 2012042 |
‘Tirbul’ EAD |
gr. Sliven, Industrialna zona |
|
16. |
BG 2212001 |
‘Danon — Serdika’ AD |
gr. Sofia, ul. ‘Ohridsko ezero’ 3 |
|
17. |
BG 2212003 |
‘Darko’ AD |
gr. Sofia, ul. ‘Ohridsko ezero’ 3 |
|
18. |
BG 2212022 |
‘Megle-Em Dzhey’ OOD |
gr. Sofia, ul. ‘Probuda’ 12-14 |
|
19. |
BG 2512020 |
‘Mizia-Milk’ OOD |
gr. Targovishte, Industrialna zona |
|
20. |
BG 2612047 |
‘Balgarsko sirene’ OOD |
gr. Haskovo, bul. ‘Saedinenie’ 94 |
|
21. |
BG 2712014 |
‘Stars kampani’ OOD |
gr. Shumen ul. ‘Trakiyska’ 3 |
|
22. |
BG 2812022 |
‘Karil i Tania’ OOD |
gr. Yambol ul. ‘Gr. Ignatiev’ 189” |
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE rigward id-dikjarazzjoni li r-Rumanija hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u d-Deċiżjoni 2003/467/KE rigward id-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bovina
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2400)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/399/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intraKomunitarju ta’ annimali bovini u majjali (1), u b’mod partikolari l-Anness A (II) (7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intraKomunitarju ta’ annimali ovini u kaprini (2), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu I ta’ l-Anness A tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-ħtiġijiet relatati mal-bruċellożi (B.melitensis) u li takkordalhom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda (3), telenka l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B.melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE. |
|
(2) |
Wara missjoni veterinarja ta’ spezzjoni mwettqa f’Lulju 2001, ir-Rumanija nstabet li hija konformi mal-kundizzjonijiet previsti fit-Taqsima II(1)(b) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE. Għalhekk ir-Rumanija ġiet elenkata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/223/KE tat-3 ta’ Marzu 1997 li tfassal listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ nagħaġ u mogħoż (4) bħala pajjiż terz rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi (B.melitensis). |
|
(3) |
Barra minn hekk, minn dak ir-rikonoxximent ir-Rumanija impenjat ruħha biex tikkonforma mal-kundizzjonijiet previsti fit-Taqsima II(2) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE sabiex iżżomm l-istatus li ngħatat ta’ uffiċjalment ħielsa. |
|
(4) |
Ir-Rumanija, fir-rigward tat-territorju sħiħ, issa ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li tikkonferma mill-ġdid il-konformità mal-kundizzjonijiet previsti fit-Taqsima II(1)(b) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE u li turi l-konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet tat-Taqsima II(2) tal-Kapitolu 1 ta’ l-Anness A tad-Direttiva 91/68/KEE fir-rigward taż-żamma ta’ l-istatus li ngħatat ta’ uffiċjalment ħielsa. |
|
(5) |
Għalhekk ir-Rumanija għandha tkun rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward ta’ l-impriżi ovini u kaprini. |
|
(6) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jiġu ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, mill-bruċellożi u mill-lewkożi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkulożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istatus uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi, il-bruċellożi, u l-lewkożi enżootika bovina ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri fir-rigward ta’ merħliet bovini (5). |
|
(8) |
Is-Slovenja ppreżentat lill-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa previsti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tat-territorju sħiħ sabiex dan l-Istat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi. |
|
(9) |
Wara l-evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mis-Slovenja, it-territorju sħiħ ta’ dan l-Istat Membru għalhekk għandu jiġi ddikjarat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi fir-rigward ta’ annimali bovini. |
|
(10) |
Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, Kapitolu 1 huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(3) ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/169/KE (ĠU L 57, 28.2.2006, p. 35).
(4) ĠU L 93, 8.4.1997, p. 43. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/212/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 11).
(5) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/174/KE (ĠU L 80, 21.3.2007, p. 11).
ANNESS I
“ANNESS I
STATI MEMBRI
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
|
BE |
Il-Belġju |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
IE |
L-Irlanda |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
HU |
L-Ungerija |
|
NL |
L-Olanda |
|
AT |
L-Awstrija |
|
PL |
Il-Polonja |
|
RO |
Ir-Rumanija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Iżvezja |
|
UK |
Ir-Renju Unit” |
ANNESS II
“KAPITOLU 1
Stati membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
|
BE |
Il-Belġju |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
DK |
Id-Danimarka |
|
DE |
Il-Ġermanja |
|
FR |
Franza |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
|
NL |
L-Olanda |
|
AT |
L-Awstrija |
|
SI |
Is-Slovenja |
|
SK |
Is-Slovakkja |
|
FI |
Il-Finlandja |
|
SE |
L-Iżvezja” |
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/15 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/400/PESK
tal-11 ta’ Ġunju 2007
li ttemm ċerti miżuri restrittivi imposti kontra l-Liberja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Liberja, sabiex tiġi implimentata r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSCR) 1521 (2003). Dawn il-miżuri jikkonċernaw, fost oħrajn, projbizzjoni fuq importazzjonijiet tad-djamanti kollha mhux maħduma mil-Liberja lejn il-Komunità. Din il-projbizzjoni kienet estiża l-aħħar b'perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur mit-23 ta’ Diċembru 2006. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ April 2007, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta l-UNSCR 1753 (2007) li ttemm il-miżuri fuq djamanti imposti mill-paragrafu 6 ta’ l-UNSCR 1521 (2003) tagħha. |
|
(3) |
Għalhekk il-miżuri korrispondenti imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK għandhom jintemmu. |
|
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex tiġi implimentata din il-Pożizzjoni Komuni, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-miżuri imposti mill-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2004/137/PESK ma għandhomx japplikaw aktar.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta skond kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-futur.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-27 ta’ April 2007.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Lussemburgu, 11 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 40, 12.2.2004, p. 35. Pożizzjoni Komuni modifikata u mġedda l-aħħar mill-Pożizzjoni Komuni 2007/93/PESK (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 17).
|
12.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 150/s3 |
AVVIŻ LIL QARREJ
Minħabba s-sitwazzjoni li nqalgħet wara t-tkabbir, xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tas-27, 29 u tat-30 ta’ Diċembru 2006 ġew ippubblikati, b’mod issemplifikat, fil-lingwi uffiċjali ta’ dakinhar.
Ġie deċiż li jerġgħu jiġu ppubblikati l-Atti li jidhru f’dawn il-Ġurnali Uffiċjali, bħala corrigenda u bil-mod tradizzjonali tal-Ġurnal Uffiċjali.
Għal din ir-raġuni il-Ġurnali Uffiċjali li fihom dawn il-corrigenda ġew ippubblikati biss fil-verżjonijiet lingwistiċi ta’ qabel it-tkabbir. It-traduzzjonijiet ta’ l-Atti fil-lingwi ta’ l-Istati Membri l-ġodda se jiġu ppubblikati f’edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li se jkun fiha testi ta’ l-Istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-1 ta’ Jannar 2007.
Hawn taħt issib lista tal-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati fis-27, fid-29 u fit-30 ta’ Diċembru 2006 u l-corrigenda li jikkorrispondu għalihom.
|
ĠU tas-27 ta’ Diċembru 2006 |
ĠU koreġġuti (2007) |
|
L 370 |
L 30 |
|
L 371 |
L 45 |
|
L 373 |
L 121 |
|
L 375 |
L 70 |
|
ĠU tad-29 ta’ Diċembru 2006 |
ĠU koreġġuti (2007) |
|
L 387 |
L 34 |
|
ĠU tat-30 ta’ Diċembru 2006 |
ĠU koreġġuti (2007) |
|
L 396 |
L 136 |
|
L 400 |
L 54 |
|
L 405 |
L 29 |
|
L 407 |
L 44 |
|
L 408 |
L 47 |
|
L 409 |
L 36 |
|
L 410 |
L 40 |
|
L 411 |
L 27 |
|
L 413 |
L 50 |