|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/387/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2007 dwar in-non-inklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2338) ( 1 ) |
|
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2007/388/KE |
|
|
|
* |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 625/2007
tas-6 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
95,9 |
|
TR |
111,0 |
|
|
ZZ |
103,5 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
167,1 |
|
TR |
95,2 |
|
|
ZZ |
131,2 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
102,6 |
|
ZZ |
102,6 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
51,7 |
|
ZA |
58,8 |
|
|
ZZ |
55,3 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
100,4 |
|
BR |
75,0 |
|
|
CL |
84,5 |
|
|
CN |
73,7 |
|
|
NZ |
109,4 |
|
|
US |
95,7 |
|
|
UY |
72,8 |
|
|
ZA |
94,6 |
|
|
ZZ |
88,3 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
196,3 |
|
TR |
215,3 |
|
|
ZZ |
205,8 |
|
|
0809 20 95 |
TR |
400,8 |
|
US |
284,8 |
|
|
ZZ |
342,8 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 626/2007
tas-6 ta’ Ġunju 2007
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2007 (4). |
|
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mis-7 ta’ Ġunju 2007 'l quddiem
|
(EUR) |
||
|
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
|
1701 11 10 (1) |
20,44 |
6,08 |
|
1701 11 90 (1) |
20,44 |
11,64 |
|
1701 12 10 (1) |
20,44 |
5,89 |
|
1701 12 90 (1) |
20,44 |
11,12 |
|
1701 91 00 (2) |
23,43 |
14,01 |
|
1701 99 10 (2) |
23,43 |
9,00 |
|
1701 99 90 (2) |
23,43 |
9,00 |
|
1702 90 99 (3) |
0,23 |
0,41 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 627/2007
tas-6 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-qafas tas-sistema A1 għall-ġewż (lewż imqaxxar, ġellewż fil-qoxra, ġellewż imqaxxar, ġewż fil-qoxra)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 35(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) stabbilixxa r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni rigward ir-rifużjonijijet ta’ l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, sakemm ikun metħieġ sabiex tkun permessa esportazzjoni ekonomikament sinifikanti, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jkunu suġġetti għar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mil-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, jeħtieġ ikun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan u minħabba n-natura staġjonali ta’ l-esportazzjonijiet ta’ frott u ħxejjex, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Dawn il-kwantitajiet għandhom jitqassmu billi jitqies li l-prodotti in kwistjoni ftit jew wisq jeħżienu. |
|
(4) |
L-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipola li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’, minn naħa, il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-frott u l-ħxejjex, u min-naħa l-oħra, il-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jittieħed kont ukoll ta’ l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti. |
|
(5) |
F’konformità ma’ l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni. |
|
(6) |
Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(7) |
Il-lewż imqaxxar u l-ġellewż kif ukoll il-ġewż fil-qoxra jistgħu attwalment ikunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti. |
|
(8) |
Billi l-ġewż kollu huwa prodott li jżomm għal ammont ta’ żmien relattivament twil, ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jistgħu jkunu stabbiliti għal perjodi itwal. |
|
(9) |
Bil-għan li jintużaw ir-riżorsi disponibbli fl-iktar mod effikaċi possibbli u billi titqies l-istruttura ta’ esportazzjonijiet tal-Komunità, ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu stabbiliti skond is-sistema A1. |
|
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-frott u l-ħxejjex friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rati tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tal-ġewż kollu, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji u l-kwantitajiet permessi huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna ta’ l-ikel, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
3. Bla ħsara għall-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1961/2001, il-liċenzji tat-tip A1 jdumu validi għal tliet xhur.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).
(3) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-ġewż (sistema A1)
Perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal liċenzji: mill-24 ta’ Ġunju 2007 sa l-24 ta’ Diċembru 2007.
|
Kodiċi tal-prodotti (1) |
Destinazzjoni (2) |
Rata tar-rifużjoni (f’EUR/tunnellata netta) |
Kwantitajiet permessi (f’tunnellati) |
|
0802 12 90 9000 |
A00 |
41 |
1 500 |
|
0802 21 00 9000 |
A00 |
48 |
1 000 |
|
0802 22 00 9000 |
A00 |
93 |
3 000 |
|
0802 31 00 9000 |
A00 |
59 |
1 000 |
(1) Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
(2) Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87.
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 628/2007
tas-6 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fil-qafas tas-sistemi A1 u B fis-settur tal-frott u l-ħaxix (tadam, larinġ, lumi, għeneb tal-mejda u tuffieħ)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1), u partikolarment l-Artikolu 35(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 (2) stabbilixxa r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħaxix. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, safejn ikun meħtieġ biex tkun tista’ ssir esportazzjoni ekonomikament sinifikanti, il-prodotti esportati mill-Komunità jistgħu jkunu suġġetti għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, jaqbel li jkun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan, u minħabba n-natura staġjonali ta’ l-esportazzjonijiet tal-frott u l-ħaxix, il-kwantitajiet għandhom jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). Dawn il-kwantitajiet għandhom jitqassmu filwaqt li jitqies li l-prodotti kkonċernati ftit jew wisq jeħżienu. |
|
(4) |
L-Artikolu 35(4) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jistipula li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward, minn naħa, tal-prezzijiet u tad-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-frott u l-ħaxix, u min-naħa l-oħra, tal-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jitqiesu wkoll l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti. |
|
(5) |
F’konformità ma’ l-Artikolu 35(5) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jitqiesu l-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni. |
|
(6) |
Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(7) |
It-tadam, il-larinġ, il-lumi, l-għeneb tal-mejda, u t-tuffieħ tal-kategoriji Extra, I u II ta’ l-istandards Komunitarji għat-tqegħid fis-suq, attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti. |
|
(8) |
Bil-għan li r-riżorsi disponibbli jintużaw fl-iktar mod effikaċi possibbli, u filwaqt li titqies l-istruttura ta’ l-esportazzjonijiet tal-Komunità, jaqbel li r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni jkunu stabbiliti skond is-sistemi A1 u B. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-frott u l-ħxejjex friski, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Għas-sistema A1, ir-rati tar-rifużjoni, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għar-rifużjoni, u l-kwantitajiet permessi għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti fl-Anness. Għas-sistema B, ir-rati indikattivi tar-rifużjoni, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, u l-kwantitajiet permessi għall-prodotti kkonċernati huma stabbiliti fl-Anness.
2. Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna alimentari, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-24 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).
(3) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
ANNESS
TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI TAS-6 TA’ ĠUNJU 2007 LI JISTABBILIXXI R-RIFUŻJONIJIET TA’ L-ESPORTAZZJONI FIS-SETTUR TAL-FROTT U L-ĦAXIX (TADAM, LARINĠ, LUMI, GĦENEB TAL-MEJDA, U TUFFIEĦ)
|
Kodiċi tal-prodott (1) |
Destinazzjoni (2) |
Sistema A1 Perijodu għall-applikazzjoni għar-rifużjoni: mill-24.6.2007 sal-24.10.2007 |
Sistema B Perijodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji: mil-1.7.2007 sal-31.10.2007 |
||
|
Rata tar-rifużjoni (EUR/tunnellata) |
Kwantitajiet permessi (t) |
Rata tar-rifużjoni indikattiva (EUR/tunnellata netta) |
Kwantitajiet permessi (t) |
||
|
0702 00 00 9100 |
A00 |
20 |
|
20 |
1 667 |
|
0805 10 20 9100 |
A00 |
26 |
|
26 |
10 000 |
|
0805 50 10 9100 |
A00 |
50 |
|
50 |
5 000 |
|
0806 10 10 9100 |
A00 |
13 |
|
13 |
11 667 |
|
0808 10 80 9100 |
F04 , F09 |
22 |
|
22 |
26 667 |
|
0809 30 10 9100 0809 30 90 9100 |
F03 |
12 |
|
12 |
11 667 |
(1) Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
(2) Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “ A ” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3844/87.
Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:
|
F03 |
: |
Id-destinazzjonijiet kollha għajr għall-Iżvizzera. |
||||||
|
F04 |
: |
Ħong Kong, Singapor, il-Malasja, Sri Lanka, l-Indoneżja, it-Tajlandja, it-Tajwan, il-Papwa Ginea l-Ġdida, il-Laos, il-Kambodja, il-Vjetnam, il-Ġappun, l-Urugwaj, il-Paragwaj, l-Arġentina, il-Messiku, il-Kosta Rika. |
||||||
|
F09 |
: |
Id-destinazzjonijiet li ġejjin:
|
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 629/2007
tas-6 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (1), u partikolarment l-Artikolu 16(3), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 (2) stabbilixxa r-regoli ta’ implimentazzjoni għal rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix barra dawk mogħtija għal zokkor miżjud. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, safejn ikun meħtieġ biex tista’ ssir l-esportazzjoni f’kwantitajiet ekonomikament sinifikanti, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ l-istess Regolament jistgħu jkunu suġġetti għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni, billi jitqiesu l-limiti li jirriżultaw mill-ftehimiet konklużi skond l-Artikolu 300 tat-Trattat. L-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistabbilixxi li, f’każ li r-rifużjoni għaz-zokkor inkorporat fil-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) tirriżulta insuffiċjenti biex tista’ ssir l-esportazzjoni ta’ dawn il-prodotti, għandha tapplika r-rifużjoni stabbilita skond l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, jeħtieġ ikun żgurat li l-flussi kummerċjali li diġà nibtu minħabba l-għoti ta’ rifuzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ma jkunux imxekkla. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-kwantitajiet jiġu stabbiliti prodott bi prodott, fuq il-bażi tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għar-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (3). |
|
(4) |
L-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jistipola li r-rifużjonijiet għandhom ikunu stabbiliti billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet futuri fir-rigward ta’, minn naħa, il-prezzijiet u d-disponibbiltà fis-suq tal-Komunità tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex, u min-naħa l-oħra, il-prezzijiet eżistenti fil-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, jeħtieġ jittieħed kont ukoll ta’ l-ispejjeż tat-tqegħid fis-suq u tat-trasport, kif ukoll ta’ l-aspett ekonomiku ta’ l-esportazzjonijiet proposti. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità huma stabbiliti billi jittieħed kont tal-prezzijiet eżistenti li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta’ l-esportazzjoni. |
|
(6) |
Is-sitwazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ċerti swieq jistgħu jagħmlu d-differenzjazzjoni tar-rifużjoni neċessarja għal prodott partikolari, skond id-destinazzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(7) |
Iċ-ċirasa ppreżervata proviżorjament, it-tadam imqaxxar, il-konfettura taċ-ċirasa, il-ġellewż ippreparat u ċertu meraq tal-larinġ attwalment jistgħu jkunu esportazzjonijiet ekonomikament sinifikanti. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-rati tar-rifużjonijiet u l-kwantitajiet previsti għandhom ikunu stabbiliti. |
|
(9) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Ir-rati tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, il-perijodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, il-perijodu għall-ħruġ tal-liċenzji u l-kwantitajiet permessi huma stabbiliti fl-Anness.
2. Il-liċenzji maħruġa għal raġunijiet ta’ għajnuna alimentari, imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 (4), ma għandhomx jingħaddu mal-kwantitajiet imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203).
(2) ĠU L 141, 24.6.1995, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 548/2007 (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 3).
(3) ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 532/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 7).
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-prodotti tal-frott u l-ħaxix ipproċessati, barra minn dawk mogħtija għaz-zokkor miżjud (ċirasa ppreżervata proviżorjament, tadam imqaxxar, konfettura taċ-ċirasa, ġellewż ippreparat, ċertu meraq tal-larinġ)
Perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji: mill-24 ta’ Ġunju 2007 sa l-24 ta’ Ottubru 2007.
Perjodu ta’ assenjazzjoni tal-liċenzji: minn Lulju 2007 sa Ottubru 2007.
|
Kodiċi tal-prodott (1) |
Kodiċi tad-destinazzjoni (2) |
Rata tar-rifużjoni (f’EUR/tunnellata netta) |
Kwantitajiet permessi (f’tunnellati) |
|
0812 10 00 9100 |
F06 |
45 |
3 000 |
|
2002 10 10 9100 |
A02 |
41 |
43 000 |
|
2006 00 31 9000 2006 00 99 9100 |
F06 |
138 |
1 000 |
|
2008 19 19 9100 2008 19 99 9100 |
A00 |
53 |
500 |
|
2009 11 99 9110 2009 12 00 9111 2009 19 98 9112 |
A00 |
5 |
0 |
|
2009 11 99 9150 2009 19 98 9150 |
A00 |
26 |
0 |
(1) Il-kodiċijiet tal-prodotti huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.
(2) Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “ A ” huma definiti fl-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87, kif emendat.
Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:
|
F06 |
: |
Id-destinazzjonijiet kollha għajr għall-pajjiżi ta' l-Amerika ta' Fuq. |
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 630/2007
ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 biex jitqiesu l-emendi tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità marbuta fil-GATT u xi kwoti ta' tariffi oħra tal-Komunità u li jistabbilixxi regoli dettaljati biex jiġu rranġati l-kwoti, u jiġi mħassar ir-Regolament (KE) Nru 1808/95 (1), speċjalment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fin-Nomenklatura Magħquda għall-2007, stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (3), il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (kodiċi NM) għal ċerti prodotti ġew emendati. L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jirreferu għal uħud minn dawn il-kodiċijiet NM. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li dawn l-Annessi jiġu aġġustati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 32/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(3) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 1549/2006 daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 5, 8.1.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1506/2006 (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 7).
(2) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 501/2007 (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I, III, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 32/2000 huma emendati kif ġejjin:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-kodiċijiet huma emendati kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Anness III, għan-numru tas-serje 09.0107, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-ewwel parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:
|
|
(4) |
Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0104, jiġu emendati kif ġej:
|
|
(5) |
Fit-tieni parti ta' l-Anness IV, il-kodiċijiet għan-numru tas-serje 09.0106, jiġu emendati kif ġej:
|
|
(6) |
Fl-ewwel parti ta' l-Anness V, il-kodiċijiet NM fit-tieni kolonna jiġu emendati kif ġej:
|
|
(7) |
Fit-tieni parti ta' l-Anness V, il-kodiċijiet huma emendati kif ġej:
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Ġunju 2007
dwar in-non-inklużjoni tad-dichlorvos fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2338)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/387/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru jista’, matul perijodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati gradwalment fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma. |
|
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bil-ħsieb ta’ l-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi d-dichlorvos. |
|
(3) |
Għad-dichlorvos, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew evalwati skond id-dispożizzjonijiet stipulati mir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 703/2001 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jinnominaw lill-Istati Membri li jaġixxu bħala relatur li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta’ l-Ikel (EFSA) skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 451/2000. Għad-dichlorvos l-Istat Membru Relatur kienet Spanja u kull tagħrif rilevanti tressaq fl-20 ta’ Ottubru 2003. |
|
(4) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni saritlu reviżjoni inter pares mill-Istati Membri u l-EFSA u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Mejju 2006 fil-format ta’ konklużjoni ta’ l-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva d-dichlorvos. (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġie ffinalizzat fid-29 ta’ Settembru 2006 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għad-dichlorvos. |
|
(5) |
Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, skond id-data tossikoloġika disponibbli u fid-dawl ta’ l-inċertezzi tal-proprjetajiet ġenotossiċi u karċinoġeniċi tas-sustanza kif ukoll meta titqies il-kwalità baxxa tal-fajl, intwera li l-esponiment imbassar għall-operatur, għall-ħaddiem u l-persuni fil-qrib huwa aċċettabbli. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant sabiex jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jappoġġa aktar lis-sustanza. In-notifikant ippreżenta l-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madanakollu, minkejja l-argumenti mressqa, it-tħassib imsemmi hawn fuq baqa’ mhux indirizzat, u valutazzjonijiet li saru abbażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat ta’ l-esperti ta’ l-EFSA ma wrewx li wieħed jista’ jistenna li, fil-kondizzjonijiet proposti ta’ użu, prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos jissodisfaw b’mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(7) |
Għalhekk id-dichlorvos m’għandux jiġi inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(8) |
Għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom id-dichlorvos jiġu rtirati fi żmien perijodu preskritt u ma jiġux imġedda u li ma jingħatawx awtorizzazzjonijiet ġodda għal prodotti bħal dawn. |
|
(9) |
Kull perjodu fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos, għandu jkun limitat għal perijodu ta’ tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jkunu użati fi staġun ieħor tat-tkabbir. |
|
(10) |
Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għad-dichlorvos skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dichlorvos mhux se jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
awtorizzazzjonijiet għal ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos ikunu rtirati sas-6 ta’ Diċembru 2007; |
|
(b) |
l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom id-dichlorvos m’hi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 3
Kull perijodu fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista’ jkun u għandu jiskadi mhux aktar tard mis-6 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(2) ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).
(4) EFSA Scientific Report (2006) 77, 1-43, Conclusion regarding the peer review of pesticide risk assessment of dichlorvos.
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/18 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT EC-EFTA DWAR TRANŻITU KOMUNI
tas-16 ta’ April 2007
li temenda l-Konvenzjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura ta’ tranżitu komuni
(2007/388/KE)
IL-KUMMISSJONI KONĠUNTA,
Wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura ta’ tranżitu komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bulgarija u r-Rumanija aderew ma’ l-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
It-traduzzjonijiet bil-Bulgaru u bir-Rumen tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom għaldaqstant jiġu introdotti f’din ta’ l-aħħar, fil-postijiet rispettivi tagħhom. |
|
(3) |
L-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tikkorrispondi mad-data ta’ l-adeżjoni tad-dħul tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea. |
|
(4) |
Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli dwar il-garanzija, stampati skond il-kriterji fis-seħħ qabel id-data ta’ l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw dawn il-formoli stampati, b’ ċerti adattamenti. |
|
(5) |
Il-Konvenzjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata skond dan, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni ta’ l-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura ta’ tranżitu komuni hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Appendiċi I għandu jiġi emendat skond l-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
L-Appendiċi II għandu jiġi emendat skond l-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(3) |
L-Appendiċi III għandu jiġi emendat skond l-Anness Ċ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
2. Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.
3. Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun fl-Annessi B1, B2, B4, B5 u B6 ta’ l-Appendiċi III jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti dwar l-indirizzi għal servizz jew il-mandatarju awtorizzat, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2007.
Għall-Kumitat konġunt
Il-President
Snorri OLSEN
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 6/2005 (ĠU L 324, 10.12.2005, p. 96)
ANNESS A
L-Appendiċi I huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(3) l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
2. |
Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 28(7) l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
3. |
L-Artikolu 34 għandu jinbidel kif ġej:
|
|
4. |
Fl-Artikolu 64(2), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
5. |
Fl-Artikolu 69(1), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
6. |
Fl-Artikolu 70(2), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
7. |
L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
|
ANNESS B
L-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Artikolu 4(2), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 16(2), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
3. |
Fl-Artikolu 17(2), l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
ANNESS C
L-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fl-Anness A7, it-Titolu II, is-Sezzjoni I għandha tiġi emendata kif ġej:
|
|
2. |
Fl-Anness A8, il-parti B għandha tiġi emendata kif ġej:
|
|
3. |
Fl-Anness A9, fil-kaxxa 51, il-lista tal-kodiċijiet applikabbli għandha tinbidel mil-lista li ġejja:
|
|
4. |
L-Anness B1 għandu jinbidel bit-test li ġej: |
|
5. |
L-Anness B2 għandu jinbidel bit-test li ġej: |
|
6. |
L-Anness B4 għandu jinbidel bit-test li ġej: |
|
7. |
Fil-kaxxa 7 ta’ l-Anness B5, għandha titħassar il-kelma “Ir-Rumanija”. |
|
8. |
Fil-kaxxa 6 ta’ l-Anness B6, għandha titħassar il-kelma “Ir-Rumanija”. |
|
9. |
Fl-Anness B7, il-punt 1.2.1, l-entrati lingwistiċi għandhom jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
Corrigendum
|
7.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 145/38 |
Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 210 tal-31 ta’ Lulju 2006 )
Paġna 49, Artikolu 46(3):
Flok:
“3. Jekk l-Istati Membru jiddeċiedi li jwettaq azzjonijiet ta' għajnuna teknika fil-qafas ta' kull programm operattiv, il-proporzjon ta' l-ammont totali ta' nfiq għal għajnuna teknika fir-rigward ta' kull programm operattiv m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
F'dan il-każ, fejn jitwettqu wkoll azzjonijiet ta' għajnuna teknika fil-forma ta' programm operattiv speċifiku, l-ammont totali ta' nfiq għal għajnuna teknika f'tali programm speċifiku ma għandux jikkawża li l-proporzjon totali tal-Fondi allokati għal għajnuna teknika jeċċedi l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1.”
Aqra:
“3. Jekk l-Istat Membru jiddeċiedi li jwettaq azzjonijiet ta' għajnuna teknika fil-qafas ta' kull programm operattiv, il-proporzjon ta' l-ammont totali allokat għal għajnuna teknika fir-rigward ta' kull programm operattiv m'għandux jeċċedi l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
F'dan il-każ, fejn jitwettqu wkoll azzjonijiet ta' għajnuna teknika fil-forma ta' programm operattiv speċifiku, l-ammont totali allokat għal għajnuna teknika f'tali programm speċifiku m'għandux jikkawża li l-proporzjon totali tal-Fondi allokati għal għajnuna teknika jeċċedi l-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1.”