ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 582/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżervazzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-qamħirrum u s-sorgu u l-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri kkonċernati

7

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/360/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat- tjur ta’ l-irziezet

10

Il-minuti miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil

12

Il-minuti miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja

13

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/361/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta’ Mejju 2007 dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1979)

14

 

 

2007/362/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2088)  ( 1 )

18

 

 

2007/363/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2007 dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2099)  ( 1 )

24

 

 

2007/364/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2007 dwar it-tqegħid fis-suq, skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ qronfla (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) bil-kulur tal-fjura mmodifikat ġenetikament (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2120)  ( 1 )

50

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 580/2007

tad-29 ta’ Mejju 2007

li jikkonċerna l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), li jemenda u li jżid ma’ l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomeklatura ta’ merkanzija, hawn hekk imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stipula r-rati tad-dazju konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni tiegħu 2007/360/KE, tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehimiet fil-forma ta' Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja (2) , il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, dawk il-Ftehimiet bil-għan li jingħalqu n-negozjati mibdija skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994,

(3)

Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat bi qbil ma' dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat u supplimentat bid-dazji u l-volumi mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PLEWA


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 501/2007 (ĠU L 119, 9.5.2007, p. 1).

(2)  Ara paġna 10 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti m’għandux jiġi kkunsidrat bħala li għandu iktar minn valur indikattiv, bil-konċessjonijiet jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

It-Tieni Parti -   L-Iskeda tad-Dazji Doganali

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

0210 99 39

Laħam tat-tjur immellaħ

EUR 1 300 /tunnellata

1602 31

Laħam tad-dundjani ppreparat

EUR 1 024 /tunnellata

1602 32 19

Laħam tat-tiġieġ imsajjar

EUR 1 024 /tunnellata


It-Tielet Parti -   Annessi tat-Tariffi

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

0210 99 39

Laħam tat-tjur immellaħ

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 264 245 tunnellata li minnhom 170 807 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92 160 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 15,4 %

1602 31

Laħam tad-dundjani ppreparat

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 103 896 tunnellata li minnhom 92 300 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil b’rata fil-kwota ta’ 8,5 %

1602 32 19

Laħam tat-tiġieġ imsajjar

Tinfetaħ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 250 953 tunnellata li minnhom 79 477 tunnellata għandhom jiġu allokati lill-Brażil u 92.160 333 tunnellata lit-Tajlandja b’rata fil-kwota ta’ 8,0 %

Id-deskrizzjoni eżatta tat-tariffa tal-KE-25 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti ta’ hawn fuq kollha.


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 581/2007

tad-29 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

41,6

TR

105,7

ZZ

73,7

0707 00 05

JO

151,2

TR

116,7

ZZ

134,0

0709 90 70

TR

108,3

ZZ

108,3

0805 10 20

EG

44,1

IL

42,8

MA

47,8

ZA

79,3

ZZ

53,5

0805 50 10

AR

47,4

ZA

66,7

ZZ

57,1

0808 10 80

AR

106,2

BR

74,3

CL

80,0

CN

89,0

NZ

117,7

US

118,7

UY

48,2

ZA

92,6

ZZ

90,8

0809 20 95

TR

497,4

US

282,8

ZZ

390,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 582/2007

tad-29 ta’ Mejju 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 237/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)   ĠU L 179, 1.7.2006, p. 36.

(4)   ĠU L 122, 11.5.2007, p. 13.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mit-30 ta’ Mejju 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

20,44

6,08

1701 11 90  (1)

20,44

11,64

1701 12 10  (1)

20,44

5,89

1701 12 90  (1)

20,44

11,12

1701 91 00  (2)

24,06

13,56

1701 99 10  (2)

24,06

8,68

1701 99 90  (2)

24,06

8,68

1702 90 99  (3)

0,24

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 583/2007

tad-29 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1839/95 f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżervazzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-qamħirrum u s-sorgu u l-komunikazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri kkonċernati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-dawl tal-ftehimiet konklużi fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali fil-Laqgħa ta’ l-Urugwaj, il-Komunità impenjat ruħha li, mis-sena tas-suq 1995/96, tistabbilixxi kwoti tariffarji mnaqqsa (minn hawn 'il quddiem imsejħa kwoti “abatimento”), sabiex tiġi assigurata l-importazzjoni, minn naħa, ta’ 2 miljun tunnellata qamħirrum u ta’ 300 000 tunnellata sorgu fi Spanja u, min-naħa l-oħra, 500 000 tunnellata qamħirrum fil-Portugall. Ir-regoli dettaljati għall-kwoti “abatimento” ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (2).

(2)

Sabiex ikun żgurat li dawn il-kwoti jitħaddmu sew, il-kwantitajiet ta’ qamħirrum u sorgu importati fi Spanja u l-Portugall huma kkalkulati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali filwaqt li jitqiesu l-importazzjonijiet kollha li jkunu tassew seħħew, u inkluż dawk ta’ ċerti prodotti ta’ sostituzzjoni taċ-ċereali li jitnaqqsu proporzjonalment mit-totali li għandhom jiġu importi fi Spanja.

(3)

Fil-każ ta’ l-importazzjoni tal-qamħirrun, il-perjodu ta’ importazzjoni għall-Portugall jikkorrispondi attwalment għas-sena tas-suq, filwaqt li għal Spanja jikkorrispondi għas-sena kalendarja. Sabiex tiġi assigurata l-ġestjoni tajba tal-kwoti “abatimento”, huwa xieraq li jiġu ffissati perjodi ta’ importazzjoni u ta’ riżervazzjoni identiċi għaż-żewġ pajjiżi, jiġifieri s-sena kalendarja. Madankollu, sabiex il-perjodi ta’ kontabilità ma jirkbux wieħed fuq l-ieħor, kwota speċifika trid tinfetaħ għall-Portugall għat-tieni semestru ta’ l-2007. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li jitwettqu l-impenji internazzjonali tal-Kummissjoni, jeħtieġ ukoll li jiġi ffissat perjodu kumplimentari, li jmur lil hinn mis-sena kalendarja, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu dawn l-impenji għal kull sena kalendarja ta’ referenza. It-tul ta’ dan il-perjodu addizzjonali għandu jkun l-istess għal Spanja u l-Portugall.

(5)

Fl-2002, saru xi bidliet lin-nomenklatura tad-dwana f'dak li għandu x'jaqsam ma’ ċerti prodotti ta’ sostituzzjoni, li għandhom jiġu rriżervati fil-kwoti “abatimento” ta’ Spanja. Il-kodiċijiet NM 2308 90 30 (residwi ta’ l-ilbieba taċ-ċitru) u NM 2308 10 00 ngħaqdu flimkien. Il-prodotti kkonċernati llum jidhru taħt il-kodiċi NM 2308 00 40 . Jeħtieġ għalhekk li tiġi adattata l-lista tal-prodotti li jridu jiġu rriżervati fil-qafas tal-kwoti “abatimento”.

(6)

Barra minn hekk, wara li ġie stabbilit dan ir-reġim ta’ kwoti, ċerti konċessjonijiet kummerċjali speċifiċi għall-qamħirrum ingħataw mill-Komunità fil-qafas tar-reġimi, preferenzjali jew mhumiex. Dawn il-konċessjonijiet ġodda japplikaw indipendentament mill-kwoti “abatimento'”. Għandhom attwalment x'jaqsmu ma’ konċessjonijiet mogħtija mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta’ Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta’ eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea (3) kif modifikat bir-Regolament (KE) Nru 2820/98 u jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) 6/2000, mill-ftehim ta’ stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (4), approvata mid-Deċiżjoni 2005/40/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (5), mill-ftehim intermedju dwar il-kummerċ u l-miżuri relatati bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, mill-oħra (6), approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE (7), kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (8).

(7)

B'konsegwenza, sabiex tkun assigurata ġestjoni tajba tar-reġim implimentat mir-Regolament (KE) Nru 1839/95, u f'dan ir-rigward ta’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità, jeħtieġ li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-importazzjonijiet li għandhom jiġu kkalkulati bħala kwoti “abatimento”.

(8)

Id-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament (KE) Nru 1839/95 jipprovdu l-estensjoni tal-perjodu tal-kalkolu ta’ l-importazzjonijiet fi Spanja sa l-aħħar tax-xahar ta’ Frar ta’ kull sena, iżda ma jipprovdu l-ebda regola fir-rigward tal-Portugall. Din is-sostituzzjoni mhix waħda sodisfaċenti għaliex toħloq ċerta inċertezza fl-applikazzjoni tar-reġim. Sabiex titneħħa din l-inċertezza u tiġi assigurata ġestjoni tajba tal-kwoti “abatimento”, jeħtieġ li jiġu pprovduti metodi simili ta’ kif jitqiesu l-importazzjonijiet tal-qamħirrum u s-sorgu li jsiru fi Spanja u l-Portugall.

(9)

Sabiex jintlaħaq dan il-għan u jiġi ggarantit segwitu effettiv tar-reġim u ta’ l-obbligi internazzjonali tal-Komunità mill-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġi pprovdut li Spanja u l-Portugall jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull xahar, l-importazzjonijiet li tassew ikunu saru għall-prodotti kkonċernati, filwaqt li jiġi ppreċiżat il-metodu ta’ kalkolu użat.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 għandu għalhekk jiġi emendat.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(2), il-paragrafu 2 huwa ssostitwit mit-test li ġej:

“2.   Għandha tinfetaħ kwota ta’ importazzjoni fl-1 ta’ Jannar ta’ kull xahar għal kwantità massima ta’ 0.5 miljun tunnellata qamħirrun biex jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Portugall. L-importazzjonijiet fi ħdan din il-kwota jsiru fuq bażi annwali skond il-kundizzjonijiet definiti minn dan ir-Regolament.

2a   B'deroga mill-paragrafu 2, għas-sena 2007, kwota ta’ importazzjoni għandha tinfetaħ mill-1 ta’ Lulju 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2007 għal kwantità massima ta’ 250 000 tunnellata qamħirrum biex jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Portugall. L-importazzjonijiet fi ħdan din il-kwota jsiru skond il-kundizzjonijiet definiti minn dan ir-Regolament.”

(2)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-kodiċi “NM 2308 90 30 ” huwa sostitwit mill-kodiċi “ex-2308 00 40 ”.

(b)

il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha tirriżerva:

(a)

għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2):

(i)

il-kwantitajiet ta’ qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00 ) u ta’ sorgu (kodiċi NM 1007 00 90 ) importati fi Spanja kull sena kalendarja u l-kwantitajiet ta’ qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00 ) importati fil-Portugall u, jekk meħtieġ, sa l-aħħar tax-xahar ta’ Mejju tas-sena ta’ wara;

(ii)

il-kwantitajiet ta’ residwi tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun, il-fdalijiet tal-birrerija u d-distillazzjoni u l-iskart u r-residwi mil-lbieba taċ-ċitru msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu importat fi Spanja waqt is-sena kalendarja;

(b)

għall-kwota msemmija fl-Artikolu 1(2a), il-kwantitajiet ta’ qamħirrum (kodiċi 1005 90 00 ) importati fil-Portugall tul it-tieni semestru 2007 u, jekk meħtieġ, sa l-aħħar tax-xahar ta’ Mejju 2008.

Meta kwantitajiet irriżervati għax-xhur wara s-sena kalendarja ta’ referenza skond il-punti 9(a)(i) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, dawn il-kwantitajiet ma jistgħux jiġu rriżervati aktar għas-sena kalendarja ta’ wara.

3.   Għall-finijiet tar-riżervazzjoni previst fil-paragrafu 2, mhumiex qed jitqiesu l-importazzjoniiet tal-qamħirrum fi Spanja u l-Portugall li saru b'applikazzjoni ta’ l-atti li ġejjin.

(a)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (*1);

(b)

Id-Deċiżjoni 2005/40/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (*2);

(c)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580KE (*3);

(d)

Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 969/2006 (*4).

(*1)   ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1."

(*2)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1."

(*3)   ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1."

(*4)   ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.” "

(3)

L-Artikolu 2a illi ġej huwa mdaħħal:

“Artikolu 2a

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja u l-Portugall għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2)), li jkunu ġew importati tul it-tieni xahar ta’ qabel, fuq il-bażi tal-mudell fl-Anness III”.

(4)

It-test li jidher fl-Anness ma’ dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)   ĠU L 177, 28.7.1995, p. 4. Ir-Regolament emendat l-aħħar mir-Rregolament (KE) Nru. 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(3)   ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 530/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 1).

(4)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.

(5)   ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(6)   ĠU L 239, 1.9.2006, p. 2.

(7)   ĠU L 239, 1.9.2006, p. 1.

(8)   ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 305/2007 (ĠU L 81, 22.3.2007, p. 19).


ANNESS

“ANNESS III

Importazzjonijiet ta' qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00 ), ta' sorgu (kodiċi NM 1007 00 90 ) u ta' prodotti ta' sostituzzjoni (kodiċijiet NC 2303 10 19 , 2303 20 00 , 2309 90 20 u ex 2308 00 40 )

(formola li trid tintbagħat lil: agri-c1@ec.europa.eu)

 

Rilaxxi għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa waqt [xahar/sena]

 

Stat Membru: [PAJJIŻ/L-awtorità nazzjonali kompetenti]


Proċedura doganali

Kodiċi NM

Pajjiż ta' l-oriġini

Kwantità

(tunnellati)

Taxxa tad-dwana applikabbli”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Mejju 2007

dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftiehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) rigward it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward il-laħam tat- tjur ta’ l-irziezet

(2007/360/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) bil-għan li jsir tibdil fit-tariffi marbuta għal tliet prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994. Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ bl-intenzjoni tagħha li tibdel il-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur immellaħ tat-titlu 0210 99 39 u li testendi dawn in-negozjati għal-laħam tat-tiġieġ imsajjar tat-titlu 1602 32 19 u għall-preparazzjonijiet tal-laħam tad-dundjani tat-titlu 1602 31 tan-Nomenklatura Magħquda (NM).

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni laħqet Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma mar-Repubblika Federali tal-Brażil, li għandha interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi NM 0210 99 39 , 1602 31 u interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi NM 1602 32 19 , fis-6 ta’ Diċembru 2006, u mar-Renju tat-Tajlandja, li għandu interess sostanzjali fil-prodotti tal-kodiċi NM 0210 99 39 u interess ewlieni fil-provvista tal-prodotti tal-kodiċi HS 1602 32 19 , fit-23 ta’ Novembru 2006.

(4)

Il-Ftehimiet għandhom jiġu approvati.

(5)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (1)

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehimiet taħt forma ta’ Minuti Miftehma bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil, u bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward prodotti tal-laħam tat-tjur ta’ l-irziezet huma hawnhekk approvati f’isem il-Komunità.

It-testi ta’ dawn il-Ftehimiet huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tat-Tjur u l-Bajd.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehimiet u b’hekk jorbtu lill-Komunità (2).

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PLEWA


(1)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim se tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


IL-MINUTI MIFTIEHMA

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Brażil

In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem “KE”) u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ’il quddiem “il-Brażil”) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.

Id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil se jissottomettu dan il-Ftehim għall-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet rispettivi tagħhom.

1.   Ir-Rati Marbuta tad-Dazju: ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39 ), 1602 31 u 1602 32 19 għandha tkun ta’ EUR 1 300/tunnellata, EUR 1 024/tunnellata u EUR 1 024/tunnellata rispettivament.

2.   Kwoti tar-Rata Tariffarja: il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:

(a)

għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 170 807 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15,4 % ad valorem;

(b)

għall-prodott 1602 31 (“dundjan”) kwota ta’ 103 896 tunnellata, li minnhom 92 300 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8,5 % ad valorem;

(ċ)

għall-prodott 1602 32 19 (“imsajjar”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 79 477 tunnellata se jkunu allokati għall-Brażil. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8 % ad valorem.

3.   Importazzjonijiet skond il-KRT msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fil-Brażil.

4.   Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.

5.   Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.

6.   Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.

7.   Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim preżenti, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.

Magħmul fi Brussell fid-disgħu u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sebgħa.

Għall-Komunità Ewropea

Image 1

Għar-Repubblika Federali tal-Brażil

Image 2


IL-MINUTI MIFTIEHMA

bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja

In-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjoni rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-GATT 1994.

Fin-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem “KE”) u r-Repubblika Federali tal-Brażil (minn hawn ‘il quddiem “il-Brażil”) skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet rigward it-tjur ta’ l-irziezet previsti fl-Iskeda CXL tal-KE li tinsab annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Brażil laħqu Ftehim kif spjegat hawn taħt.

1.   Ir-Rati Marbuta tad-Dazju: ir-rata marbuta tad-dazju għall-prodotti 0210 90 20 (attwalment 0210 99 39 ), 1602 31 u 1602 32 19 għandha tkun ta’ EUR 1 300/tunnellata, EUR 1 024/tunnellata u EUR 1 024/tunnellata rispettivament.

2.   Kwoti tar-Rata Tariffarja: il-KE għandha tiftaħ il-KRT annwali li ġejjin:

a)

għall-prodott 0210 90 20 (“immellaħ”) kwota ta’ 264 245 tunnellata, li minnhom 92 610 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 15,4 % ad valorem;

b)

għall-prodott 1602 32 19 (“dundjan”) kwota ta’ 250 953 tunnellata, li minnhom 160 033 tunnellata se jkunu allokati għall-Tajlandja. Ir-rata fil-kwota għandha tkun ta’ 8 % ad valorem;

3.   Importazzjonijiet skond il-KRT (i)msemmija fil-paragrafu 2 għandhom isiru fuq bażi ta’ ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet kompetenti fit-Tajlandja.

4.   Il-konċessjonijiet fil-ftehim attwali għandhom ikunu suġġetti għall-modalitajiet li eventwalment se jkun hemm ftehim dwarhom fid-DDA tad-WTO.

5.   Il-volumi tal-kwoti allokati fost il-pajjiżi b’interess ewlieni fil-provvista u b’interess sostanzjali għandhom isegwu l-prinċipji ġenerali ta’ l-Artikolu XIII tal-GATT. Il-konċessjonijiet li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ tali prinċipji m’għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk innegozjati skond il-ftehim attwali.

6.   Iż-żewġ partijiet jikkommettu ruħhom li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim kemm jista’ jkun skond il-proċeduri interni tagħhom.

7.   Fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet għall-ftehim attwali, għandhom isiru konsultazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni tal-ftehim attwali.

Magħmul fi Brussell fid-disgħu u għoxrin jum ta' Mejju tas-sena elfejn u sebgħa.

Għall-Komunità Ewropea

Image 3

Għar-Renju tat-Tajlandja

Image 4


Kummissjoni

30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-4 ta’ Mejju 2007

dwar id-determinazzjoni ta' stokkijiet żejda ta' prodotti agrikoli barra z-zokkor u l-konsegwenzi finanzjarji ta' l-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1979)

(It-testi biċ-Ċek, bil-Grieg, bl-Estonjan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk, bis-Slovakk u bis-Sloven biss huma awtentiċi)

(2007/361/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jipprovdi li kwalunkwe stokk ta' prodott agrikolu kemm privat kif ukoll pubbliku, li fid-data ta' l-adeżjoni kien f'ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem “l-Istati Membri l-ġodda”), u li taqbeż il-kwantità li tista' tkun ikkunsidrata bħala trasferiment normali ta' stokk trid tiġi eliminata bi spejjeż għall-Istati Membri l-ġodda. Il-kunċett ta' trasferiment normali ta' stokk għandu jiġi definit għal kull prodott fuq bażi tal-kriterji u l-għanijiet speċifiċi għal kull organizzazzjoni tas-suq.

(2)

Kemm il-kriterji kif ukoll l-għanijiet partikolari ta' kull organizzazzjoni tas-suq u r-relazzjoni tal-prezzijiet fl-Istati Membri l-ġodda qabel l-adeżjoni u l-prezzijiet Komunitarji jfissru li t-trasferiment normali ta' stokk għandu jiġi vvalutat fid-dawl ta' fatturi li jvarjaw minn settur għal ieħor.

(3)

Il-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-livelli ta' stokkijiet żejda għandha tkun is-somma tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika ma' l-importazzjoni bi tnaqqis ta' l-esportazzjoni fit-tnax-il xahar immedjatament qabel l-adeżjoni, jiġifieri mill-1 ta' Mejju 2003 sat-30 ta' April 2004, imqabbla mas-somma tal-medja tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika ma' l-importazzjoni bi tnaqqis ta' l-esportazzjoni għat-tliet perjodi ta' tnax-il xahar ta' qabel.

(4)

Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-ġodda biex jikkumentaw dwar il-metodoloġija ġenerali tal-kalkolu u biex jippreżentaw kwalunkwe argument dwar sitwazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw stokkijiet ogħla minn livelli normali. Bħala l-ewwel pass il-Kummissjoni mbagħad ipproċediet biex tivvaluta l-kummenti dwar il-metodoloġija ġenerali u tiffinalizza l-metodoloġija bbażata fuq analiżi ġenerali tas-sitwazzjoni biex toħloq approċċ orizzontali applikabbli għall-Istati Membri l-ġodda kollha. Bħala t-tieni pass, saret evalwazzjoni ta' l-argumenti speċifiċi mressqa mill-Istati Membri l-ġodda. Ir-riżultati ta' l-eżerċizzju orizzontali ġew aġġustati fuq il-bażi tar-riżultat ta' din l-evalwazzjoni.

(5)

Għandu jsir aġġustament fir-riżultati tal-kalkoli biex jikkunsidraw il-fatt li xi kategoriji ta' prodotti, bħal butir u żejt tal-butir, kwalitajiet differenti ta' ross, ħobs, żrieragħ, alkoħol ta' l-inbid, tabakk, u ċereali, jistgħu effettivament jinbidlu wieħed ma' l-ieħor, sabiex żieda fil-livelli ta' stokkijiet ta' ċerti prodotti fi grupp tista' tiġi bbilanċjata bi tnaqqis fil-livelli ta' stokkijiet ta' prodotti oħra fil-grupp.

(6)

L-Istati Membri l-ġodda ssuġġerew li l-produzzjoni u l-kummerċ setgħu kienu suġġetti għal tendenza ta' tkabbir matul il-perjodu kkunsidrat, b'mod partikolari fejn l-iżvilupp ekonomiku ta' l-ekonomiji tagħhom kienu affettwati mill-prospett ta' adeżjoni għall-Unjoni Ewropea. In-nuqqas tal-kunsiderazzjoni ta' din it-tendenza jista' jwassal għal stima għolja wisq tal-livelli ta' stokkijiet żejda. Għalhekk il-kalkolu ġie aġġustat permezz ta' l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu li jikkunsidra din it-tendenza kemm fil-produzzjoni kif ukoll fil-kummerċ. [L-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu għandha taġġusta wkoll tendenzi simili fil-konsum intern.]

(7)

Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq id-dejta uffiċjali ta' l-Eurostat ta' kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri, fejn hija disponibbli. F'każijiet fejn din id-dejta mhix disponibbli jew mhix kompluta, għandu jiġi applikat metodu ta' l-aħjar stima billi jintużaw għejjun oħra ta' tagħrif disponibbli, stabbiliti b'kuntatt mill-qrib ma' l-Istati Membri l-ġodda.

(8)

L-għejjun oħra ta' tagħrif li ntużaw huma dejta annwali ta' l-Eurostat, dejta mill-karti tal-bilanċi ta' l-Istati Membri l-ġodda għall-prodotti kkonċernati, u dejta mibgħuta uffiċjalment lill-Kummissjoni mill-Istati Membri l-ġodda li hija ċċertifkata mill-awtorità nazzjonali ta' l-istatistika.

(9)

Fuq talba ta' Stati Membri ġodda ġew ikkunsidrati ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi , b'mod partikolari ċerti ċirkustanzi speċifiċi li fihom inġemgħu xi stokkijiet.

(10)

Għandu jiġi introdott limitu sabiex ikopri sitwazzjonijiet fejn l-ammonti ta' stokkijiet żejda li jirriżultaw huma relattivament żgħar meta mqabbla ma' l-ammont li jista' jiġi kkunsidrat bħala trasferiment normali ta' stokk. Dan jagħmel tajjeb għall-marġini ta' żbalji tat-tagħrif statistiku miġbur f'ċirkustanzi partikolari tal-perjodu ta' qabel l-adeżjoni u l-kumplessità u l-għan ta' dan l-eżerċizzju. M'għandux ikun hemm ħlas, għalhekk, minn Stat Membru ġdid fuq l-ammont ta' stokk żejjed ta' prodott partikolari, kif ikkalkulat, jekk dan l-ammont ma jkunx aktar minn 10 % ta' dak li jista' jitqies bħala trasferiment normali ta' stokk għal dak il-prodott fl-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat.

(11)

Il-metodu l-aktar xieraq għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji ta' l-istokkijiet żejda fid-dawl ta' l-għan tal-paragrafu 2 tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness IV ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 għandu jkun evalwazzjoni ta' l-ispiża tar-rimi tagħhom f'kull settur ikkonċernat. Fil-każijiet fejn kien hemm refużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal prodotti fis-sena wara l-adeżjoni, mhux xieraq li l-konsegwenzi finanzjarji jiġu stabbiliti fuq bażi tad-differenza bejn il-livell tal-prezz intern u estern, kif rifless bir-refużjoni medja ta' l-esportazzjoni matul il-perjodu ta' tnax-il xahar immedjatament wara l-adeżjoni.

(12)

Għal prodotti mhux suġġetti ghal refużjonijiet fuq esportazzjoni f'każijiet bħal faqqiegħ ippreservat, tewm, frott magħsur, li għalihom xi Stati Membri stabbilixxew livelli sinifikanti ta' stokkijiet żejda, huwa xieraq li jittieħdu d-differenzi bejn il-prezzijiet medji interni u esterni bħala bażi għal approċċ ekwivalenti. Minħabba n-natura temporanja tal-konsegwenzi finanzjarji ġejjin mill-istipulazzjoni ta' stokkijiet żejda għal prodotti agrikoli differenti f'xi Stati Membri ġodda, l-ammonti li jikkorispondu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati lill-baġit Komunitarju. Jeħtieġ li tiġi ffissata d-data ta' meta jridu jitħallsu dawn il-pagamenti.

(13)

Minħabba l-konsegwenzi finanzjarji importanti li jista' jiffaċċja Stat Membru, huwa ġustifikat li l-perjodu għall-ħlas ta' dawn l-ammonti mill-Istati Membri kkonċernati jinfirex fuq erba' snin.

(14)

Billi l-kumitati ta' ġestjoni kkonċernati ma tawx l-opinjonijiet tagħhom fiż-żmien stipulat mill-presidenti tagħhom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet ta' prodotti agrikoli fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Istati Membri l-ġodda fid-data ta' l-adeżjoni li jeċċedu l-kwantitajiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala trasferiment normali ta' stokk fl-1 ta' Mejju 2004, u l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri l-ġodda bħala konsegwenza ta' l-ispiża ta' l-eliminazzjoni ta' dawk il-kwantitajiet huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

1.   L-ammonti stipulati fl-Anness għandhom jitqiesu bħala dħul għal baġit Komunitarju.

2.   L-Istati Membri jistgħu jħallsu dawn l-ammonti stipulati fl-Anness lill-baġit Komunitarju f'erba' pagamenti indaqs. L-ewwel pagament irid jitħallas sa l-aħħar jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Istat Membru l-ġdid ikkonċernat. Pagamenti sussegwenti għandhom jitħallsu sal-31 ta' Mejju 2008, il-31 ta' Mejju 2009 u l-31 ta' Mejju 2010 rispettivament.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


ANNESS

Kwantitajiet li jaqbżu l-istokkijiet carryover normali u l-ammonti i għandhom jitħallsu mill-Istati Membri l-ġodda

 

Ir-Repubblika Ċeka

L-Estonja

Ċipru

Il-Latvja

Il-Litwanja

Malta

Il-Polonja

Is-Slovenja

Is-Slovakkja

Grupp ta' prodotti

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Kwantità f'tunnel-lati

Ammont f'€1 000

Laħam (*1)

13 524

6 221

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

18 758

7 773

 

 

 

 

Ħalib (*2)

 

 

4 908

6 538

 

 

 

 

2 804

2 971

521

288

551

752

 

 

 

 

Frott (*3)

18 383

4 943

 

 

 

 

 

 

658

180

 

 

3 994

2 228

971

375

6 355

3 049

Ross

21 021

1 123

88

4

2 153

115

 

 

569

30

 

 

22 915

1 224

340

18

10 950

585

Inbid

 

 

572

42

 

 

2 775

203

 

 

 

 

6 435

472

 

 

 

 

Total:

 

12 287

 

6 584

 

115

 

203

 

3 181

 

288

 

12 449

 

393

 

3 634


(*1)  4 sottogruppi: Ċanga u vitella, Laħam tal-majjal, Nagħaġ u Mogħoż, Tjur.

(*2)  4 sottogruppi: Ġobon, SMP, WMP, Butir u Żejt tal-butir.

(*3)  9 sottogruppi: Faqqiegħ, Mandolin, Pineapple, Għasir il-larinġ, Għasir it-tuffieħ, Tadam, Tewm, Għasir l-għeneb.


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta' Mejju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2088)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/362/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skond id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiżi terzi kkonċernati ta’ pjan li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi msemmija f’dik id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) telenka dawk il-pajjiżi terzi li ssottomettew pjan tal-monitoraġġ tar-residwi, li jistipula l-garanziji offruti minnhom skond ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Is-Serbja ressqet pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għal annimali u għal prodotti li joriġinaw mill-annimali li bħalissa mhumiex elenkati fid-Deċiżjoni 2004/432/KE. L-evalwazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-monitoraġġ tar-residwi f’dak il-pajjiż terz għall-annimali u l-prodotti kkonċernati. L-annimali u l-prodotti rilevanti li joriġinaw mill-annimali għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-lista għas-Serbja f’dik id-Deċiżjoni.

(4)

Greenland, in-Namibja u l-Paragwaj talbu biex ma jkunux inklużi fil-lista fid-Deċiżjoni 2004/432/KE għal xi kategoriji ta’ annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali. L-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-annimali u l-prodotti rilevanti li joriġinaw mill-annimali b’hekk għandhom jitneħħew mil-lista għal dawk il-pajjiżi terzi.

(5)

Il-Kosta Rika u l-Vjetnam li bħalissa huma elenkati għal ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skond id-Deċiżjoni 2004/432/KE, ma ssottomettewx lill-Kummissjoni l-garanziji mitluba għal xi wħud minn dawn l-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Barra minn hekk, spezzjonijiet mill-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel f’dawk il-pajjiżi terzi wrew nuqqasijiet serji f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ tar-residwi għall-annimali u l-prodotti kkonċernati. L-annotazzjonijiet li jikkonċernaw l-annimali u l-prodotti rilevanti li joriġinaw mill-annimali b’hekk għandhom jitneħħew mil-lista. Il-pajjiżi terzi kkonċernati kienu infurmati dwar dan.

(6)

Għandu jiġi stipulat perjodu tranżitorju biex ikopri l-kunsinni ta’ l-annimali u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Kosta Rika, Greenland, in-Namibja, il-Paragwaj u mill-Vjetnam li ntbagħtu minn dawn il-pajjiżi terzi għall-Komunità, qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, biex ikopri ż-żmien meħtieġ għall-wasla tagħhom fil-Komunità.

(7)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE jinbidel bit-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-emendi tal-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE bid-Deċiżjoni preżenti m’għandhomx japplikaw għal kunsinni ta’ l-annimali u l-prodotti tagħhom li joriġinaw mill-Kosta Rika, Greenland, in-Namibja, il-Paragwaj u mill-Vjetnam fejn l-importatur ta’ tali annimali jew prodotti jista’ juri li dawn kienu ntbagħtu mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kienu fi triqithom lejn il-Komunità qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)   ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/115/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 25).


ANNESS

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Majjali

Ekwini

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fenek

Tjur selvaġġ

Tjur domestiku

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilli Olandiżi

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

BW

Il-Botswana

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

BZ

Il-Beliże

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

 

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

 

 

 

X (2)

CL

Iċ-Ċilì

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ER

L-Eritrea

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faeroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GM

Il-Gambja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

X

IS

L-Iżlanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KE

Il-Kenja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)

X

X

 

X (3)

 

 

X

 

 

 

 

 

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malażja

 

 

 

 

X (6)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja l-Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

 

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

OM

L-Oman

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (7)

X

SA

L-Għarabja Sawdita

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SC

Is-Seychelles

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (8)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X (3)

 

 

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti ta’ l-Amerka

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ME

Il-Montenegro (9)

X

X

X

X (3)

 

 

 

 

 

 

 

X

RS

Is-Serbja (10)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

YT

Il-Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

X

X

X

 

X

 

X

 

 

X

X

X

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali ta’ monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sub-grupp veterinarju KE-Andorra (skond id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra tat-22 ta’ Diċembru 1999 (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84)).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni ta’ l-ikel biss).

(4)  Ngħaġ biss.

(5)  L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li bħalissa qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Il-Malażja Peninżulari (tal-Punent) biss.

(7)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(8)  Il-Pjan ta’ Monitoraġġ approvat skond id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino tat-28 ta’ Ġunju 1994 (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).

(9)  Sitwazzjoni provviżorja bi stennija għal aktar informazzjoni dwar ir-residwi.

(10)  Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Reżoluzzjoni 1244 ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.”


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2007

dwar linji ta’ gwida li jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2099)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/363/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2) jipprovdi l-bażi għall-assigurazzjoni ta’ livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa u l-interessi tal-konsumaturi fejn għandu x’jaqsam l-ikel.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula regoli ġenerali għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali mill-Komunità jew l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri biex tiġi verifikata l-konformità mar-regoli dwar il-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali.

(3)

L-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali sabiex jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ta’ l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (“il-pjan ta’ kontroll nazzjonali”).

(4)

L-għan tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali huwa wkoll li tiġi stabbilita bażi solida għas-servizzi ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni sabiex jitwettqu kontrolli fl-Istati Membri.

(5)

L-Artikolu 27a tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għal pjanti jew prodotti ta’ pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (3) jistipula li l-Artikoli 41 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2000 dwar pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali, rapporti annwali, u kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri u pajjiżi terzi għandhom japplikaw kif xieraq, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik id-Direttiva.

(6)

L-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi prinċipji għat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ kontroll multiannwali nazzjonali u b’mod partikolari t-tagħrif ġenerali li se jkun fihom.

(7)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li l-Kummissjoni għandha tfassal linji ta’ gwida dwar pjanijiet ta’ kontroll nazzjoni sabiex, inter alia, jippromwovu strateġija konsistenti, komprensiva u integrata għal kontrolli uffiċjali li jħaddnu s-setturi u l-istadji kollha tal-katina ta’ l-għalf u l-ikel, inklużi l-importazzjonijiet u l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ għalf u ikel u li jivverifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar l-ikel u l-għalf u dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali (“il-linji ta’ gwida”).

(8)

L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula wkoll li l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom iqisu l-linji ta’ gwida. Il-linji ta’ gwida ma jorbtux iżda jservu sabiex jipprovdu gwida utli għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’żieda ma dan, l-Artikolu 43 jistipula wkoll b’mod speċjali l-għan u l-kontenut tal-linji ta’ gwida fir-rigward tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

(9)

L-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistipula li l-verifiki Komunitarji fl-Istati Membri għandhom jitwettqu fuq bażi regolari, l-iktar biex jiġi verifikat li qed iseħħu kontrolli uffiċjali skond il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali u skond il-liġi Komunitarja.

(10)

Ċerti kwistjonijiet jistgħu jiżviluppaw biss fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali, minn verifiki ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u minn esperti tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament kif ukoll mit-tagħrif inkluż fir-rapporti annwali ppreżentati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament. Huwa għalhekk xieraq li tittieħed strateġija li tiżviluppa l-linji ta’ gwida fi stadji.

(11)

Skond dan, il-linji ta’ gwida stipulatli f’din id-Deċiżjoni għandhom jikkonċentraw fuq l-elementi tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali li għandhom ikunu fis-seħħ fl-Istati Membri sabiex jilħqu r-rekwiżiti minimi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 42 li jistipula l-prinċipji għall-preparazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali. Il-linji ta’ gwida għandhom jipprovdu wkoll bażi għall-kontrolli Komunitarji fl-Istati Membri.

(12)

Fejn ikun xieraq, linji ta’ gwida ulterjuri li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi jistgħu iktar tard jiġu żviluppati progressivament fid-dawl ta’ l-esperjenza.

(13)

Il-linji ta’ gwida li jistabbilixxu kriterji għat-tmexxija tal-verifiki previsti fl-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 43(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 huma stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677KE tad-29 ta’ Settembru 2006 li tistipula l-linji ta’ gwida li jistabbilixxu kriterji għat-tmexxija tal-verifiki taħt ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali sabiex tiġi vverifikata konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali (4).

(14)

Il-linji ta’ gwida li jistabbilixxu l-istruttura tar-rapport annwali ta’ l-Istati Membri għall-Kummissjoni u t-tagħrif li għandu jkun fih kif previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jiġu adottati iktar tard.

(15)

Il-Kummissjoni għandha żżomm il-linji ta’ gwida stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni taħt reviżjoni u, jekk meħtieġ, taġġornahom wara li tirċievi u teżamina l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali u fid-dawl ta’ l-esperjenza ta’ l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(16)

Il-miżuri stipulati f’din ir-Rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji ta’ gwida previsti fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li għandhom jitqiesu fil-pjan ta’ kontroll multiannwali nazzjonali previst fl-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament (“il-pjan ta’ kontroll nazzjonali”) huma stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(3)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(4)   ĠU L 278, 10.10.2006, p. 15.


ANNESS

Linji ta’ gwida għal pjanijiet ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali kif previst fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004

Kontenut

1.

L-għan tal-Linji ta’ gwida

2.

Definizzjonijiet

3.

Gwida dwar ir-rekwiżiti legali għal pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

3.1.

Pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

3.2.

Rekwiżiti ġenerali għal pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

3.3.

Għanijiet strateġiċi ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

3.4.

Kategorizzazzjoni tar-riskju

3.5.

Il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti

3.6.

Organizzazzjoni ġenerali u tmexxija

3.7.

Sistemi ta’ kontroll u koordinazzjoni ta’ attivitajiet

3.8.

Delegazzjoni għall-korpi ta’ kontroll

3.9.

Konformitmal-kriterji operattivi

3.10.

Taħriġ ta’ persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali

3.11.

Proċeduri dokumentati

3.12.

Pjanijiet ta’ kontinġenza operattivi

3.13.

Organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka

3.14.

Aġġustament tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

4.

Gwida dwar il-format tal-pjanijiet ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali

4.1.

Titlu

4.2.

Punt ta’ kuntatt fl-Istat Membru

4.3.

Kontenut tal-pjan

4.3.1.

Għanijiet strateġiċi nazzjonali ġenerali

4.3.2.

Il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali u l-korpi ta’ kontroll delegati

4.3.3.

Organizzazzjoni u ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali minn awtoritajiet kompetenti

4.3.4.

Pjanijiet ta’ kontinġenza u assistenza reċiproka

4.3.5.

Arranġament għall-verifika ta’ l-awtoritajiet kompetenti

4.3.6.

Miżuri sabiex tiġi żgurata konformitmal-kriterji operattivi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

4.3.7.

Reviżjoni u aġġustament tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

5.

Gwida dwar l-ambitu tal-pjanijiet ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali

1.   L-GĦAN TAL-LINJI TA’ GWIDA

Dawn il-linji ta’ gwida qegħdin biex jgħinu lill-Istati Membri jħejju l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali previst fl-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (‘il-pjan ta’ kontroll nazzjonali’). Dawn jipprovdu linji ta’ gwida dwar ir-rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali kif stipulati fl-Artikolu 42(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

2.1.   Għall-għanijiet ta’ dawn il-linji ta’ gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u kull leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti.

B’mod partikulari, ta’ min jinnota d-definizzjonijiet li ġejjin, stipulati f’dawn ir-Regolamenti:

(a)

“liġi dwar l-ikel” tfisser il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-ikel b’mod ġenerali, u s-sikurezza ta’ l-ikel b’mod partikolari, kemm fil-livell tal-Komunitkif ukoll f’dak nazzjonali; tkopri kull istadju ta’ produzzjoni, ipproċessar u tqassim ta’ l-ikel, kif ukoll l-għalf prodott għal, jew mitmugħ lil, annimali li jipproduċu l-ikel, jew mitmugħ lilhom, li jipproduċu l-ikel (Il-punt 1 ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002);

(b)

“liġi dwar l-għalf” tfisser il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-għalf b’mod ġenerali u s-sikurezza ta’ l-għalf b’mod partikolari, kemm fil-livell tal-Komunitkif ukoll f’dak nazzjonali; tkopri l-istadji kollha ta’ produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni ta’ l-għalf u l-użu ta’ l-għalf. (Il-punt 3 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004);

(ċ)

“kontroll uffiċjali” tfisser kull forma ta’ kontroll li l-awtoritkompetenti jew il-Komunittwettaq għall-verifikazzjoni tal-konformitmal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali. (Il-punt 1 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004);

(d)

“awtoritkompetenti” tfisser l-awtoritċentrali ta’ Stat Membru kompetenti għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali jew kwalunkwe awtoritoħra li lilha tkun ġiet konferita l-kompetenza; għandha wkoll tinkludi, fejn xieraq, l-awtoritkorrispondenti ta’ pajjiż terz. (Il-punt 4 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004);

Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti, “awtoritkompetenti” tinkludi l-“awtoritwaħda” kif imniżżla fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2000/29/KE u l-“korpi uffiċjali responsabbli” kif imniżżla fl-Artikolu 2(1)(g) ta’ din id-Direttiva;

Fir-rigward tal-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (1), “awtoritkompetenti” tinkludi l-“awtorità” maħtura għall-wasla tan-notifiki previsti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u l-awtoritmaħtura għall-approvazzjoni u s-sorveljanza ta’ korpi privati kif previsti fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament;

(e)

“korp ta’ kontroll” tfisser parti terza indipendenti li lilha l-awtoritkompetenti tkun iddelegat ċerti ħidmiet ta’ kontroll (Il-punt 5 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004);

“korp ta’ kontroll” jinkludi “persuni legali” b’ħidmiet delegati kif imniżżla fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2000/29/KE;

Fir-rigward tal-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91, “korp ta’ kontroll” jinkludi “entitajiet privati approvati” kif imniżżla fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(f)

“pjan ta’ kontroll” tfisser deskrizzjoni stabbilita mill-awtoritkompetenti li jkun fiha informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema uffiċjali tagħha ta’ kontroll (Il-punt 20 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004);

(g)

“riskju” tfisser funzjoni tal-probabbiltta’ effett kuntrarju fuq is-saħħa u s-severitta’ dan l-effett, b’konsegwenza ta’ perikolu (Punt 9 ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002);

Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti “riskju” għandhu jiġi interpretat skond id-Direttiva 2000/29/KE.

2.2.   B’zieda mad-definizzjonijiet imsemmija fi 2.1, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-għan ta’ dawn il-linji ta’ gwida:

(a)

“koordinazzjoni” tfisser kwalunkwe azzjoni(jiet) meħuda biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti qed jippjanaw u jimplimentaw il-kontrolli uffiċjali tagħhom b’manjiera koerenti u konsistenti sabiex jikkontribwixxu b’mod effettiv lejn l-għan(jiet) komuni biex tintlaħaq l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali u tal-liġi Komunitarja.

(b)

“katina ta’ produzzjoni” tfisser il-katina sħiħa ta’ produzzjoni li tinkorpora kull “stadji ta’ produzzjoni”, ipproċessar u tqassim’, kif definita fil-punt 16 ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, inkluż, fejn xieraq, l-istadji kollha ta’ produzzjoni ta’ pjanti u annimali li mhumiex relatati mal-katina ta’ l-ikel.

(ċ)

“stadju ta’ produzzjoni” tfisser kwalunkwe stadju fil-katina ta’ produzzjoni ta’ prodott, inkluża l-importazzjoni, minn u inkluża l-produzzjoni primarja, sa u inklużi l-ipproċessar, il-manifattura, il-ħażna, it-trasport, it-tqassim, il-bejgħ u l-provvista lill-konsumatur aħħari.

(d)

“settur” tfisser il-katina kollha ta’ produzzjoni għal prodott partikolari jew grupp ta’ prodotti u li tista’ tinvolvi l-attivitajiet ta’ awtoritkompetenti waħda jew aktar.

3.   GWIDA DWAR IR-REKWIŻITI LEGALI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

Nota rigward ir-referenzi għall-leġiżlazzjoni Komunitarja

F’dawn il-linji ta’ gwida, referenza għal att Komunitarju tfisser, sakemm ma tkunx indikata intenzjoni kuntrarja, referenza għal dak l-att kif emendat l-aħħar.

3.1.   PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

3.1.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, dwar ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali u ta’ l-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali”.

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi:

“Għall-għan ta’ din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tagħha, l-Artikoli 41 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni ta’ konformitmal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, għandhom japplikaw, kif xieraq, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali”.

3.1.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

3.1.2.1.   Ambitu tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

Pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikopru l-ambitu leġiżlattiv kollu tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, inkluża s-saħħa tal-pjanti, sa fejn ġie previst fl-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE. ta’ min jinnota li fir-rigward tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali huma meħtieġa jkopru l-kontrolli uffiċjali kollha li għandhom x’jaqsmu mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti kollha u mhux biss ma’ dawk relatati ma’ l-igjene u s-sikurezza ta’ l-għalf u l-ikel.

Għalhekk fir-rigward ta’ kontrolli uffiċjali dwar l-għalf u l-ikel, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikopru l-liġi dwar l-għalf u l-ikel inklużi, pereżempju, l-iġjene ta’ l-għalf u l-ikel, materjali li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel, organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs), irradjazzjoni (2), rekwiżiti ta’ kwalitu kompożizzjoni tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, tikkettjar, aspetti nutrittivi, biedja organika, prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (3) u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-dominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli (4). Fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali, għandhom ikunu inklużi wkoll il-mard u l-kwistjonijiet kollha regolati mil-liġi Komunitarja.

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom ikopru l-prodotti rilevanti kollha: ikel, għalf, u prodotti li mhumiex ikel li joriġinaw kemm mill-annimali u mhux, inklużi prodotti sekondarji ta’ l-annimali, u l-istadji kollha tal-produzzjoni, (inklużi, kif applikabbli, l-importazzjoni, il-produzzjoni primarja, l-ipproċessar, il-manifattura sa u inklużi l-ħażna, it-trasport, it-tqassim u l-bejgħ jew provvista lill-konsumatur finali). Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti, il-kontrolli kollha meħtieġa taħt id-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

Ara t-Taqsima 5 għal kjarifikazzjoni ulterjuri dwar l-ambitu tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

3.1.2.2.   Applikazzjoni għas-Saħħa tal-Pjanti

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li l-Artikoli 41 sa 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2204 għandhom japplikaw għas-saħħa tal-pjanti. Madankollu, it-tagħrif meħtieġ taħt l-Artikoli 42(2)(f) sa (k) ta’ dan ir-Regolament jirreferi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li mhumiex applikabbli għas-saħħa tal-pjanti.

Ta’ min jinnota li kif previst fl-Artikoli 42(2)(f), 42(2)(h), 42(2)(i) u 42(2)(k) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, id-Direttiva 2000/29/KE għandha dispożizzjonijiet li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti. Jekk jogħġbok irreferi għal:

L-Artikolu 42(2)(f) – delegazzjoni tal-ħidmiet sabiex ikunu kkontrollati korpi li l-gwida għalihom hija mniżżla fit-Taqsima 3.8 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida;

L-Artikolu 42(2)(h) – taħriġ tal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali li l-gwida għalihom hija mniżżla fit-Taqsima 3.10 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida;

L-Artikolu 42(2)(i) – proċeduri dokumentati li l-gwida għalihom hija mniżżla fit-Taqsima 3.11 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida;

L-Artikolu 42(2)(k) – organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka li l-gwida għalihom hija mniżżla fit-Taqsima 3.13 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida;

Tagħrif li jikkonċerna l-arranġamenti biex ikunu konformi ma’ dawn il-kwistjonijiet fir-rigward tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

Dawn il-linji ta’ gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 42(2)(c), (d) u (e) għandhom xi referenzi addizzjonali għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li mhumiex applikabbli għas-saħħa tal-pjanti. Meta jiġu indirizzati dawn ir-rekwiżiti mhux meħtieġ li jiġu applikati dawn l-aspetti tal-linji ta’ gwida għas-saħħa tal-pjanti. Pereżempju, il-linji ta’ gwida f’Taqsima 3.6 jirreferu għal verifiki ta’ awtoritajiet kompetenti kif mitlub mill-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 li mhumiex applikabbli għas-saħħa tal-pjanti. Madankollu, jekk l-Istati Membri iwettqu t-tali verifiki, jew japplikaw dispożizzjonijiet oħrajn tal-linji ta’ gwida fejn għandhom x’jaqsmu kontrolli uffiċjali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti dawn jistgħu jipprovdu dan it-tagħrif fuq bażi volontarja fid-deskrizzjoni tas-sistema ta’ kontroll tagħhom għas-saħħa tal-pjanti.

3.1.2.3.   Pjanijiet ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali

L-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi li kull Stat Membru għandu jħejji pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali. Dawn il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom japplikaw għal kontrolli uffiċjali mill-awtoritajiet kompetenti kollha f’kull livell (ċentrali, reġjonali u lokali), kif applikabbli skond l-arranġamenti nazzjonali għal kontrolli uffiċjali.

Għall-Istati Membri b’amministrazzjonijiet deċentralizzati, il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jindika kif tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet varji sabiex jaslu għal pjan ta’ kontroll waħdieni integrat nazzjonali.

Kumpilazzjoni sempliċi ta’ awtoritkompetenti individwali jew pjanijiet settorali li ma tindirizzax l-integrazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fi ħdan u bejn l-awtoritajiet u s-setturi kompetenti, fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali relatati, ma tissodisfax ir-rekwiziti għal pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu sistemi xierqa għall-ippjanar integrat, l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali. Dan il-proċess għandu jinkludi l-iffissar ta’ arranġamenti għat-trażmissjoni ta’ pjan ta’ kontroll waħdieni nazzjonali lill-Kummissjoni u l-identifikazzjoni ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni fl-Istat Membru għal komunikazzjonijiet fir-rigward tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali.

Tul it-tħejjija ta’ pjan ta’ kontroll waħdieni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jaraw li matul l-implimentazzjoni tiegħu tinġabar u tinżamm evidenza ta’ konformitu li din tkun disponibbli għal kwalunkwe korp involut fit-tkomplija ta’ verifiki, u għall-Kummissjoni fuq talba tagħha, sabiex tkun possibli l-verifika ta’ l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. It-tali evidenza għandha tinkludi proċeduri bil-miktub, dokumentazzjoni u reġistri ta’ kontrolli uffiċjali.

3.1.2.4.   Perijodiċit(tul taċ-ċiklu ta’ ppjanar)

Il-perjodu ta’ validità/dewmien tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali jrid jiddeċiedi dwaru l-Istati Membru u jista’ jiġi ffissat biex jikkorrispondi ma’ attivitajiet ta’ ppjanar nazzjonali oħrajn, bħal, pereżempju, ċ-ċiklu baġitarju. Ir-raġunijiet għall-għażla tad-dewmien għandhom jitniżżlu fil-qasir fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali.

Huwa ssuġġerit li sabiex ikun multiannwali, il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jkopri perjodu minimu ta’ tliet snin. Minħabba d-diffikultta’ ppjanar bil-quddiem f’ambjent li qed jevolvi, huwa ssuġġerit li l-perjodu ta’ ċiklu ta’ ppjanar waħdieni ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

Inċertezzi u restrizzjonijiet jiddettaw il-livell ta’ dettall dwar il-kontrolli uffiċjali li jistgħu jiġu previsti f’kull sena tal-pjan. B’mod partikolari, jista’ jkun meħtieġ li l-miri/għanijiet operattivi għal kontrolli uffiċjali jiġu ffissati provviżorjament għas-snin iktar tard tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali u aġġornati fuq bażi kontinwa flimkien mal-preparazzjoni tar-rapport annwali meħtieġ taħt l-Artikolu 44(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. F’dan ir-rigward, jekk jogħġbok irreferi għad-dispożizzjonijiet dwar l-aġġustament jew l-emenda tal-pjan ta’ kontroll nazzjoni kif previst fl-Artikolu 42(3) tar-Regolament.

3.2.   REKWIŻITI ĠENERALI GĦAL PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

3.2.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Kull pjan ta’ kontroll multiannwali nazzjonali għandu jkun fih informazzjoni ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll għall-għalf u l-ikel, u l-kontroll tas-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali fl-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari dwar: (…)”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika ukoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.2.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Huwa meħtieġ li l-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali jkun fihom tagħrif ġenerali dwar l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali ta’ l-Istati Membri li jkopru s-setturi u l-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni ta’ l-ikel u l-għalf, is-saħħa ta’ l-annimali, il-benesseri ta’ l-annimali u, kif previst fl-Artikolu 27(a) tad-Direttiva 2000/29/KE, is-saħħa tal-pjanti. Anke jekk ġenerali fin-natura, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali huma meħtieġa jinkludu tagħrif dwar il-kwistjonijiet speċifiċi previsti fl-Artikolu 42(2)(a) sa (k) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. Gwida dwar dawn il-kwistjonijiet speċifiċi huma stipulati fit-Taqsimajiet 3.3 sa 3.13 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. B’żieda ma’ dan, Taqsima 3.14 ta’ dawn il-Linji ta’ gwida għandha gwida dwar l-aġġustamenti tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

Pjanijiet ta’ kontroll speċifiċi, previsti taħt leġiżlazzjoni Komunitarja oħra rilevanti ma jinbidlux bil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali. Madankollu, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jintegraw l-ippjanar u l-implimentazzjoni tat-tali pjanijiet ta’ kontroll speċifiċi fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali ġenerali. Deskrizzjoni ġenerali ta’ l-istruttura u l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ kontrolli uffiċjali għal kull wieħed minn dawn l-oqsma speċifiċi għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali, u din id-deskrizzjoni tista’ tagħmel referenzi minn naħa għall-oħra għall-pjanijiet ta’ kontroll speċifiċi.

3.3.   GĦANIJIET STRATEĠIĊI TA’ PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

3.3.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Il-miri strateġiċi tal-pjan u kif il-prioritizzazzjoni ta’ kontrolli u l-allokazzjoni tar-riżorsi tirrifletti dawn il-miri”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika ukoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.3.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Meta wieħed iqis li l-għan prinċipali tar-Regolament (KE) 882/2004 huwa li jiżgura l-infurzar effettiv tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf u r-regoli applikabbli għas-saħħa ta’ l-annimali, il-benesseri ta’ l-annimali, u s-saħħa tal-pjanti kif previsti fl-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE, u l-obbligazzjoni ġenerali ta’ l-Istati Membri biex jinfurzaw l-liġi Komunitarja, l-Istati Memrbi għandhom jiżviluppaw għanijiet u strateġiji xierqa biex jilħqu dan l-għan. Dawn l-għanijiet u l-istrateġiji għadhom jiffurmaw l-bażi ta’, u jiġu stipulati fil-qosor fi pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali.

L-istrateġija adottata mill-Istat Membru tista’ tinvolvi l-konċentrazzjoni jew il-prioritizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali jew l-allokazzjoni ta’ riżorsi għal ċerti attivitajiet jew f’ċerti stadji tal-katina tal-produzzjoni. Fejn dan ikun il-każ, it-tali konċentrazzjoni jew prioritajiet u r-raġunijiet għal dan għandhom jiġu indikati fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali.

3.4.   KATEGORIZZAZZJONI TAR-RISKJU

3.4.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Il-kategorizzazzjoni tar-riskju ta’ l-attivitajiet ikkonċernati.”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika ukoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.4.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Meta wieħed iqis li fir-rigward tal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel u s-saħħa u l-benesseri ta’ l-annimali, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jitlob li jseħħu kontrolli uffiċjali fuq bażi ta’ riskju bi frekwenza xierqa, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jindikaw il-kategorizzazzjoni tar-riskju, jekk teżisti, mogħtija lill-attivitajiet varji suġġetti għall-kontrolli uffiċjali.

Ta’ min jinnota li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 ma japplikax għas-saħħa tal-pjanti. Madankollu, fejn l-Istati Membri jagħtu kategorizzazzjoni ta’ riskju għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali taħt id-Direttiva 2000/29/KE deskrizzjoni tal-kategorizzazzjoni ta’ riskju applikata għal dawn l-għanijiet għandha tingħata fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

Deskrizzjoni qasira tal-proċess tal-kategorizzazzjoni ta’ riskju użat mill-Istat Membru, jekk mixtieq, tista’ tiġi inkluża fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali. Dan it-tagħrif jista’, f’data futura, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ linji ta’ gwida dwar l-identifikazzjoni ta’ prioritajiet ibbażati fuq ir-riskju u l-iktar proċeduri effettivi ta’ kontroll uffiċjali, kif previsti fl-Artikolu 43(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

3.5.   IL-ĦATRA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

3.5.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Il-ħatra ta’ awtoritajiet kompetenti u l-ħidmiet tagħhom f’livell ċentrali, reġjonali u lokali, u r-riżorsi disponibbli għal dawn l-awtoritajiet”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.5.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-istruttura u l-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom:

(a)

jidentifikaw l-organizzazzjonijiet, jew, fejn xieraq, il-kategoriji ta’ organizzazzjonijiet, li huma maħtura bħala awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-kontrolli uffiċjali; l-awtoritajiet kompetenti kollha, jew fejn xieraq il-kategorija ta’ l-awtoritkompetenti, f’kull livell, (livell ċentrali, reġjonali u lokali) għandhom jiġu identifikati, flimkien mal-kopri ta’ kontroll kollha li ġew delegati ċerti ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti;

(b)

jiddeskrivu l-allokazzjoni ta’ ħidmiet u responsabilitajiet ta’ kontroll uffiċjali għall-katina kollha ta’ produzzjoni ta’ l-għalf u l-ikel, u għas-saħħa ta’ l-annimali, il-benesseri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti;

(ċ)

jindikaw ir-riżorsi (ara l-gwida fir-raba’ paragrafu ta’ din it-Taqsima), disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti;

(d)

iniżżlu l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali magħżula skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-oqsma maħtura bħala responsabbli għalihom u l-awtoritkompetenti responsabbli mil-laboratorju.

It-tagħrif imsemmi fil-punti (a) sa (d) jista’ jidher fil-forma ta’ tabella ta’ l-organizzazzjoni fuq livell nazzjonali integrata ta’ l-awtoritajiet kompetenti u l-ħidmiet u r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom.

Id-deskrizzjoni tar-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għandha tinkludi r-riżorsi umani u faċilitajiet u servizzi ta’ appoġġ, bħal sistemi u laboratorju speċjalizzati dwar it-Teknoloġija ta’ l-Informatika (IT), faċilitajiet u servizzi dijanjostiċi, ta’ riċerka u ta’ taħrig, kif xieraq. Ir-riżorsi umani għandhom jiġu deskritti f’termini ta’ karigi awtorizzati full-time jew l-ekwivalenti ta’ full-time. Il-faċilitajiet u s-servizzi disponibbli jistgħu jiġu kwantifikati f’termini ta’ livell ta’ servizz, kapaċitlaboratorja u firxa ta’ attivitajiet analitiċi u, fejn xieraq, it-tagħrif jista’ jingħata fuq livell nazzjonali jew reġjonali filwaqt li jindikaw in-numru ta’ awtoritajiet kompetenti li qed jaqsmu l-faċilitajiet.

Mhux meħtieġ li fil-pjan tiġi inkluża lista sħiħa tal-laboratorji uffiċjali appuntati biex iwettqu l-analiżi fuq kampjuni meħuda matul l-kontrolli uffiċjali, iżda din għandha tinżamm mill-awtoritkompetenti u tkun disponibbli għal verifiki u spezzjonijiet Komunitarji.

Meta jindirizzaw dan ir-rekwiżit, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-organizzazzjonijiet ekwivalenti għall-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 1(4) u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2000/29/KE u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

3.6.   ORGANIZZAZZJONI ĠENERALI U TMEXXIJA

3.6.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“L-organizzazzjoni ġenerali u l-amministrazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inklużi kontrolli uffiċjali fi stabbilimenti individwali”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika ukoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.6.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

L-Artikolu 42(2)(d) tar-Regolament 882/2004 tipprevedi li l-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jkollu deskrizzjoni ġenerali ta’ l-organizzazzjoni u l-istruttura ta’ kull organizzazzjoni, maħtura bħala awtoritkompetenti, f’kull livell, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, fejn xieraq. Tista’ tingħata deskrizzjoni ġenerika għall-istess kategorija ta’ l-awtoritkompetenti fil-livell reġjonali u/jew lokali fejn l-organizzazzjoni u l-istruttura ta’ l-awtoritajiet kompetenti hija essenzjalment l-istess. Il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jiddeskrivi kif kontrolli uffiċjali, inklużi kontrolli fuq l-importazzjoni, huma organizzati u amministrati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Għall-għan tat-tkomplija tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali, id-deskrizzjonijiet ta’ l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kontrolli uffiċjali jistgħu jingħataw taħt l-intestaturi tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-liġi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, il-benesseri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti.

3.6.2.1.   Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jinkludu deskrizzjoni ġenerali ta:

(a)

l-organizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

ir-relazzjonijiet ġerarkiċi u arranġamenti ta’ rappurtar fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti, u ma’ korpi ta’ kontroll;

(ċ)

arranġamenti għal verifika sabiex jiġu żgurati l-kwalit l-imparzjalit il-konsistenza u l-effettivittal-kontrolli uffiċjali f’kull livelli fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti inkluż bejn l-awtoritajiet kollha reġjonali u/jew lokali kif previst fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(d)

għas-saħħa tal-pjanti, is-setgħat legali u amministrattivi li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ kontroll għandhom sabiex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni applikabbli, (għal oqsma oħrajn, din il-kwistjoni hija koperta taħt it-Taqsima 3.9);

(e)

il-proċeduri għall-ħatra ta’ laboratorji għall-analiżi tal-kampjuni meħuda matul il-kontrolli uffiċjali u l-arranġament biex jiġi żgurat li laboratorji tali jikkonformaw ma’ u joperaw skond l-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(f)

l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali maħtura skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jikkonformaw ma’ u joperaw skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.

Il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jiddeskrivi kif il-verifiki ta’ l-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiġu żgurati l-effettivitu l-adattezza tal-kontrolli uffiċjali, kif previsti fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, huma organizzati u amministrati fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

3.6.2.2.   Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti fis-seħħ:

(a)

għal verifiki interni jew esterni ta’ l-awtoritajiet kompetenti;

(b)

sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati tal-verifiki msemmija fil-punt (a);

(ċ)

sabiex jiġi żgurat li l-verifiki msemmija fil-punt (a) huma suġġetti għal skrutinju indipendenti u li jitwettqu b’manjiera trasparenti.

Dawn l-arranġamenti għandhom iqisu l-linji ta’ gwida li jistipulaw il-kriterji għat-twettiq tal-verifiki kif stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE.

3.7.   SISTEMI TA’ KONTROLL U KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET

3.7.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Is-sistemi ta’ kontroll applikati għas-setturi differenti u l-kordinazzjoni bejn is-servizzi differenti ta’ l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali f’dawn is-setturi”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika ukoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.7.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

3.7.2.1.   Organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali

3.7.2.1.1.   L-organizzazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali għandha tqis:

(a)

il-ħtieġa li tiġi determinata n-natura, il-frekwenza, il-ħin u l-punt tal-kontroll uffiċjali, sabiex tkun massimizzata l-konformitmal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u l-liġi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, il-benesseri ta’ l-annimali u s-saħħa tal-pjanti;

(b)

ir-rwol tal-prioritizzazzjoni biex jiġi determinat il-bilanċ bejn il-ħidmiet u r-riżorsi;

(ċ)

il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali jew programmi speċifiċi preveduti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

(d)

kwalunkwe pjanijiet nazzjonali speċifiċi ta’ kontroll jew qerda ta’ mard;

(e)

kwalunkwe kategorizzazzjonijiet ta’ riskju rilevanti.

3.7.2.1.2.   Il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jiddeskrivi:

(a)

is-sistemi ta’ kontroll uffiċjali applikati għal setturi differenti, b’mod partikolari:

(i)

il-metodi u t-tekniki ta’ kontroll uffiċjali użati, bħal monitoraġġ, sorveljanza, valutazzjoni, verifika, spezzjoni, teħid ta’ kampjuni u analiżi, li jqisu r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, u fejn u meta t-tali metodi u tekniki ta’ kontroll uffiċjali huma użati;

(ii)

il-frekwenza, u fejn xieraq, il-kriterji għad-determinazzjoni tal-frekwenza u n-natura tal-kontrolli uffiċjali;

(iii)

l-estensjoni u l-operazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-għalf u l-ikel kollu, annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(b)

kif il-kategoriji ta’ riskju msemmija fit-Taqsima 3.4.1 huma applikati biex jimmiraw b’mod effettiv il-kontrolli uffiċjali;

(ċ)

kif l-arranġamenti ta’ kontroll uffiċjali għal leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli orrizzontalment u l-pjanijiet ta’ kontroll speċifiċi msemmija fit-Taqsima 3.2.2 huma integrati fil-kontrolli uffiċjali applikabbli għal kull settur jew sottosettur rilevanti; fejn iktar minn settur jew sottosettur wieħed huwa involut, għandhom jiġu stabbiliti ‘rabtiet’ xierqa bejn is-setturi jew sottosetturi differenti.

3.7.2.2.   Koordinazzjoni jew kooperazzjoni

Għandhom isiru arranġamenti biex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva ta’ attivitajiet u kooperazzjoni fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti u bejniethom, speċjalment fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jinvolvu azzjoni jew kooperazzjoni konġunta bejn is-servizzi differenti fi ħdan awtoritkompetenti jew bejn awtoritajiet kompetenti differenti. Dawn l-arranġamenti għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex jiżguraw il-kwalit l-imparzjalit il-konsistenza u l-effettivittal-kontrolli uffiċjali. Għandu jingħata tagħrif partikolarment dwar il-miżuri ġenerali biex tkun ikkontrollata r-relazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti responsabbli għas-sottosetturi differenti jew għall-istadji differenti tal-katina tal-produzzjoni u dwar l-arranġamenti biex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva fejn il-kompetenza tingħata lil awtoritajiet kompetenti reġjonali u/jew lokali jew tinqasam bejniethom.

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu:

(a)

l-arranġamenti biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi u effiċjenti ta’ l-attivitajiet fi ħdan awtoritkompetenti, bejn żewġ awtoritajiet kompetenti, jew aktar, involuti fl-istess settur, u b’mod partikolari fejn Stat Membru jikkonferixxi l-kompetenza li jwettaq kontrolli uffiċjali lil awtoritli mhijiex awtoritċentrali kompetenti bejn l-awtoritajiet ċentrali, reġjonali u lokali rilevanti, kif stipulat fl-Artikoli 4(3) u l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2000/29/KE; pereżempju, arranġamenti formali għal koordinazzjoni ta’ attivatijiet u li jiżguraw il-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali bħal laqgħat, kumitati konġunti u gruppi ta’ kollegamenti u rekwiżiti għal ftehim jew azzjonijiet konġunti;

(b)

inizjattivi ta’ taħriġ komuni għall-persunal involut fil-kontrolli uffiċjali, bħal ħiliet tekniċi, sorveljanza tas-servizzi tal-kontroll, ġestjoniu verifika ta’ kwalit jekk applikabbli;

(ċ)

il-qsim ta’ l-aċċess għal laboratorju u faċilitajiet dijanjostiċi jekk applikabbli;

(d)

il-ġestjoni u l-użu ta’ bażijiet nazzjonali komuni tad-data jekk applikabbli;

(e)

l-oqsma fejn il-koordinazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti hija kwistjoni importanti, inklużi:

(i)

il-miżuri fis-seħħ biex tiġi żgurata l-operazzjoni effettiva tat-tali attivitsabiex il-kontrolli uffiċjali ma jfallux;

(ii)

il-mod kif jista’ jsir skambju tat-tagħrif meħtieġ bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi żgurata l-kontinwitu l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali u sabiex jippermetti li sistemi ta’ traċċabilitjoperaw b’mod effettiv.

3.8.   DELEGAZZJONI GĦALL-KORPI TA’ KONTROLL

3.8.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Fejn xieraq, id-delegazzjoni ta’ ħidmiet lil korpi ta’ kontroll”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li d-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 japplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti, fir-rigward tal-korpi uffiċjali responsabbli maħtura skond l-Artikolu 2(1)(g) ta’ din id-Direttiva.

3.8.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali fejn xieraq għandhom:

(a)

jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti li jiddelegaw ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali lil korpi ta’ kontroll;

(b)

iniżżlu l-ħidmiet speċifiċi delegati lil kull kategorija ta’ korp ta’ kontroll;

(ċ)

jiddeskrivu l-arranġamenti fis-seħħ biex jiżguraw li d-delegazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti u korpi ta’ kontroll tilħaq, kif applikabbli, ir-rekwiżiti ta’:

(i)

L-Artikolu 5(2)(b), (c), (d) u (f) u l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(ii)

L-Anness II, Kapitolu II, punt 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(iii)

L-Artikolu 2(1)(g) tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti;

(iv)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tal-biedja organika;

(v)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006 fir-rigward ta’ prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti;

(vi)

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward tal-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-dominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli.

Fejn l-istess ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali jiġu delegati lil għadd ta’ korpi ta’ kontroll, id-delegazzjoni tat-tali ħidmiet tista’, għall-għanijiet tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali, tiġi deskritta f’termini ta’ kategorija ta’ korp ta’ kontroll.

Fejn issir din l-għażla, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom iżommu lista komprensiva u aġġornata tal-korpi ta’ kontroll li jingħataw ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali u jridu jagħmlu din il-lista disponibbli għal verifiki u spezzjonijiet.

3.9.   KONFORMITÀ MAL-KRITERJI OPERATTIVI

3.9.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Metodi biex tiġi żgurata l-konformitmal-kriterji ta’ operazzjoni ta’ l-Artikolu 4(2)”

3.9.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Dak ir-rekwiżit ma japplikax għal kontrolli uffiċjali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti. Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu l-metodi applikati sabiex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet maħtura bħala awtoritajiet kompetenti qed jimplimentaw b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

B’mod partikolari, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu l-arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw dan li ġej, fir-rigward ta’ l-awtoritajiet kompetenti kollha:

(a)

li qed jiġu applikati kontrolli uffiċjali effettivi u xierqa f’kull stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar u tqassim ta’ annimali, ikel, għalf u pjanti u fl-użu ta’ l-għalf, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(b)

li hemm fis-seħħ miżuri sabiex jiżguraw li l-ħaddiema li jwettqu l-kontrolli uffiċjali jkunu ħielsa minn kull konflitt ta’ interess li jista’ jfixkel l-oġġettivitu l-indipendenza tagħhom jew jikkomprometti l-ġudizzju professjonali tagħhom u sabiex jindirizzaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali li jista’ jinqala’, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(ċ)

li hemm fis-seħħ miżuri sabiex jiżguraw li, fejn persunal estern jew b’kuntratt qed iwettaq kontrolli uffiċjali, dan għandu l-istess grad ta’ indipendenza u responsabilitdaqs il-persunal permanenti fit-twettiq tal-ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali;

(d)

li l-awtoritajiet kompetenti għandhom, jew ikollhom aċċess għal, laboratorji b’kapaċità adegwata

(e)

li l-awtoritajiet kompetenti kollha jkollhom faċilitajiet xierqa u mantnuti tajjeb biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkun jistgħu jwettqu l-kontrolli uffiċjali b’mod effiċjenti u effettiv, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(f)

li jkun hemm is-saħħa legali li jwettqu kontrolli uffiċjali, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(e) u jqisu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(2) u l-Artikoli 54 u 55 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, inkluż is-saħħa li jidħlu f’postijiet, li jispezzjonaw annimali, pjanti, prodotti, reġistri jew dokumenti oħrajn inklużi sistemi ta’ kompjuters, li jieħdu kampjuni, u li jieħdu azzjonijiet xierqa fil-każ ta’ suspett jew sejba ta’ nuqqas ta’ konformitinkluż fl-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u diswassivi;

(g)

li jkun hemm pjanijiet ta’ kontinġenza fis-seħħ, u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ppreparati sabiex joperaw dawn il-pjanijiet fil-każ ta’ emerġenza, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(h)

li l-operaturi kummerċjali ta’ l-għalf u l-ikel ikunu obbligati jgħaddu minn kwalunkwe spezzjoni mwettqa skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u li jgħinu lill-persunal ta’ l-awtoritkompetenti fit-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, kif mitlub mill-Artikolu 4(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

3.10.   TAĦRITA’ PERSUNAL LI JWETTAQ KONTROLLI UFFIĊJALI

3.10.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“It-taħriġ tal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali imsemmija fl-Artikolu 6”.

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva 2000/29/KE u punti 1 u 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/22/KE (5).

3.10.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Fir-rigward tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu s-sistemi jew l-arraġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali jirċievi, jew irċieva t-taħriġ, previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għas-setturi kollha, inkluża s-saħħa tal-pjanti, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu wkoll l-arraġamenti sabiex jiżguraw li l-persunal kollu li qed iwettaq il-kontrolli uffiċjlai għandu l-kwalifiki, it-taħriġ u l-kompetenzi meħtieġa biex iwettaq it-tali kontrolli b’mod effettiv.

Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom, b’mod partikolari, jiddeskrivu kif qed jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2(1)(i) tad-Direttiva 2000/29/KE u punti 1 u 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/22/KE.

Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għadhom jispeċifikaw is-sistemi jew arranġamenti fis-seħħ għas-setturi kollha sabiex:

(a)

jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ taħriġ għall-persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali;

(b)

jipprovdu u jevalwaw it-tali taħriġ;

(ċ)

jiddokumentaw it-tali taħriġ għal raġunijiet ta’ verifiki.

Id-dokumentazzjoni tat-tali taħriġ mill-awtoritajiet kompetenti għandu jinkludi r-reġistrazzjoni tas-suġġett u l-livell tat-taħriġ, l-għadd ta’ jiem ta’ taħriġ, u l-għadd ta’ parteċipanti. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinżammu aġġornati u għandhom ikunu disponibbli għal verifiki u spezzjonijiet.

Arranġamenti għad-delegazzjoni ta’ ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali lil korpi ta’ kontroll, għandhom jiżguraw li l-persunal tat-tali korpi ta’ kontroll għandu t-taħriġ, il-kwalifiki u l-kompetenzi neċessarji sabiex iwettaq dawn il-ħidmiet b’mod effettiv (ara wkoll il-gwida f’Taqsima 3.8.2).

3.11.   PROĊEDURI DOKUMENTATI

3.11.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Il-proċeduri dokumentati msemmija fl-Artikolu 8 u 9”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti, fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/22/KE.

3.11.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Fir-rigward tal-liġi dwar l-għalf u l-ikel u s-saħħa ta’ l-annimali u l-benesseri ta’ l-annimali, il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu jiddeskrivi s-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 fir-rigward ta’ proċeduri dokumentati u l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament rigward rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali.

Għas-saħħa tal-pjanti, il-pjanijiet ta’ kontroll uffiċjali għandhom, b’mod partikolari, jiddeskrivu s-sistemi u l-arraġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta’ punti 1(a) u (b) ta’ l-Anness tad-Direttiva 98/22/KE.

3.11.2.1.   Għas-setturi kollha, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu s-sistemi u l-arranġamenti fis-seħħ sabiex jiżguraw li:

(a)

il-proċeduri dokumentati rilevanti għandhom ikunu minnufih disponibbli għal:

(i)

il-persunal kollu li jwettaq il-kontrolli uffiċjali;

(ii)

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(iii)

l-awtoritkompetenti ċentrali;

(iv)

kwalunkwe korp involut fit-twettiq tal-verifiki;

(v)

il-Kummissjoni fuq talba.

(b)

il-proċeduri dokumentati huma riveduti u aġġornati f’intervalli xierqa.

Lista komprensiva jew indiċi komprensiv tal-proċeduri dokumentati għandhom jinżammu mill-awtorità kompetenti u jkunu disponibbli għal verifiki u spezzjonijiet.

3.11.2.2.   Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu, għas-setturi kollha, is-sistemi jew l-arranġamenti fis-seħħ sabiex jipprovdu għar-reġistrazzjoni tat-twettiq u r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali, kif previsti fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-arkivjar ta’ dawn ir-reġistri, u sabiex jiżguraw li r-reġistri huma disponibbli għal:

(a)

il-persunal kollu li jwettaq il-kontrolli uffiċjali;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati;

(ċ)

l-awtoritkompetenti ċentrali;

(d)

kwalunkwe korp involut fit-twettiq tal-verifiki;

(e)

il-Kummissjoni fuq talba.

3.12.   PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA OPERATTIVI

3.12.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“L-organizzazzjoni u l-operazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza għal emerġenzi ta’ mard ta’ l-annimali jew li jinġarr permezz ta’ l-ikel, inċidenti ta’ kontaminazzjoni ta’ l-għalf jew ta’ l-ikel u riskji oħra għas-saħħa umana”

3.12.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

Dak ir-rekwiżit ma japplikax għal kontrolli uffiċjali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti.

3.12.2.1.   Din it-Taqsima tapplika, b’mod partikolari, għall-pjanijiet ta’ kontinġenża msemmija fl-Artikolu 4(2)(f) u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, iżda għandha ssir ukoll referenza għal pjanijiet oħrajn ta’ kontinġenza meħtieġa skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, bħal:

(a)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-majjali (6);

(b)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunitfuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (7);

(ċ)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta’ ċertu mard ta’ l-annimali u miżuri speċifiċi fir-rigward tal-marda vesikulari tal-majjali (8).

3.12.2.2.   Il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom:

(a)

jindikaw kull wieħed mis-setturi li għalihom hemm fis-seħħ pjanijiet ta’ kontinġenza speċifiċi;

(b)

jindikaw l-ambitu ta’ kull pjan ta’ kontinġenza;

(ċ)

f’relazzjoni ma’ kull pjan ta’ kontinġenza, jidentifikaw l-korp jew il-korpi responsabbli għall-preparazzjoni u l-manteniment tagħhom;

(d)

jiddeskrivu s-sistema jew l-arranġamenti fis-seħħ għat-tixrid tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u għat-taħriġ xieraq fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tagħhom.

Madankollu, mhux neċessarju li tintehmeż kopja tal-pjanijiet ta’ kontinġenza individwali.

Jekk xieraq, dawn l-arranġamenti għandhom jiġu deskritti bl-użu ta’ tabella ta’ l-organizzazzjoni, jew tabella oħra, jew format ieħor li huwa preżentat faċilment.

3.13.   ORGANIZZAZZJONI TA’ KOOPERAZZJONI U ASSISTENZA REĊIPROKA

3.13.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(2)(k) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“L-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13c(2)(c), l-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2000/29/KE.

3.13.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

3.13.2.1.   Fir-rigward tal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom:

(a)

jiddeskrivu l-arranġamenti ġenerali fis-seħħ sabiex jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 34 sa 39 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004;

(b)

jidentifikaw il-grupp jew gruppi ta’ kollegamenti maħtura u l-oqsma rispettivi ta’ responsabilitjew kompetenza tagħhom.

3.13.2.2.   Fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali (leġiżlazzjoni veterinarja u żooteknika), il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu l-arraġamenti ġenerali fis-seħħ sabiex jiżguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KE (9).

3.13.2.3.   Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti, il-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali għandhom jiddeskrivu l-arranġamenti fis-seħħ sabiex jikkonformaw mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(4), l-Artikolu 13c(2)(c) u l-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva 2000/29/KE.

3.14.   AĠĠUSTAMENT TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

3.14.1.   LEĠIŻLAZZJONI KOMUNITARJA RILEVANTI

L-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jipprevedi:

“Il-pjanijiet ta’ kontroll multiannwali nazzjonali jistgħu jiġu aġġustati matul l-implimentazzjoni tagħhom. L-emendi jistgħu jsiru fid-dawl ta’, jew sabiex iqisu fatturi inklużi:

(a)

leġiżlazzjoni ġdida;

(b)

l-emerġenza ta’ mard ġdid jew riskji oħra għas-saħħa;

(ċ)

tibdiliet sinifikanti fl-istruttura, l-amministrazzjoni jew l-operat ta’ l-awtoritajiet kompetenti;

(d)

ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali ta’ l-Istati Membri;

(e)

ir-riżultati tal-kontrolli Komunitarji mwettqa skond l-Artikolu 45;

(f)

kull emenda fil-linji ta’ gwida msemmija fl-Artikolu 43;

(g)

sejbiet xjentifiċi;

(h)

l-eżiti ta’ verifiki mwettqa minn pajjiż terz fi Stat Membru.”

L-Artikolu 27a tad-Direttiva 2000/29/KE jipprevedi li din id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tapplika wkoll għas-saħħa tal-pjanti.

3.14.2.   GWIDA/DEFINIZZJONI TAR-REKWIŻIT

L-Istati Membri huma mfakkra fl-obligazzjoni tagħhom li jikkunsidraw aġġustamenti għall-pjan ta’ kontroll nazzjonali matul l-implimentazzjoni tiegħu fid-dawl tal-fatturi stipulati fl-Artikoli 42(3), 44(5) u 45(5) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u għall-inklużjoni ta’ kwalunkwe aġġustamenti sussegwenti fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-pjan ta’ kontroll nazzjonali għandu għalhekk jiddeskrivi:

(a)

il-proċess għar-reviżjoni ta’ l-operat tal-pjan ta’ kontroll nazzjoni li għandhu jseħħ kull sena bħala kontribuzzjoni għar-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali;

(b)

kif ir-riżultati tal-verifiki ta’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali meħtieġa skond l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 se jiddaħħlu f’dan il-proċess.

4.   GWIDA DWAR IL-FORMAT TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL WAĦDIENI INTEGRAT MULTIANNWALI NAZZJONALI

Sabiex ikun hemm approċċ konsistenti u komprensiv lejn l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali, l-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali għandu jiġi ppreżentat skond il-format li ġej.

4.1.   TITLU:

Pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali ppreżentat minn … (Stat Membru) għall-perjodu minn … sa … (perjodu ta’ validittal-pjan).

4.2.   PUNT TA’ KUNTATT FL-ISTAT MEMBRU (GĦAL KOMUNIKAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-PJAN):

Punt ta’ kuntatt: (jista’ jkun unitjew uffiċju ta’ amministrazzjoni msemmija u mhux neċessarjament uffiċjal individwali msemmi)

Indirizz:

 

Indirizz tal-posta elettronika:

 

Telefown:

 

Fax:

 

4.3.   KONTENUT TAL-PJAN

4.3.1.

GĦANIJIET STRATEĠIĊI NAZZJONALI ĠENERALI

4.3.2.

IL-ĦATRA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, LABORATORJI TA’ REFERENZA NAZZJONALI U KORPI TA’ KONTROLL

4.3.3.

ORGANIZZAZZJONI U ĠESTJONI TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI MINN AWTORITAJIET KOMPETENTI

4.3.4.

PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA U ASSISTENZA REĊIPROKA

4.3.5.

ARRANĠAMENT GĦALL-VERIFIKA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

4.3.6.

MIŻURI SABIEX JIŻGURAW KONFORMITÀ MAL-KRITERJI OPERATTIVI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 882/2004.

4.3.7.

REVIŻJONI U AĠĠUSTAMENT TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

4.3.1.   GĦANIJIET STRATEĠIĊI NAZZJONALI ĠENERALI

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3,1

Pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

Taqsima 3,3

Għanijiet strateġiċi tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali

Lista ta’ Għanijiet strateġiċi eż.

 

Għan 1

 

Għan 2

 

Għan 3 eċċ.

4.3.2.   IL-ĦATRA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI, LABORATORJI TA’ REFERENZA NAZZJONALI U KORPI DELEGATI TA’ KONTROLL

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.5

Il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti

Taqsima 3.8

Delegazzjoni għall-korpi ta’ kontroll

Awtoritajiet kompetenti maħtura (delegazzjoni, struttura u organizzazzjoni fuq bażi nazzjonali)

Għati ħarsa ġenerali ta’:

L-oqsma ta’ kompetenza/l-ambitu ta’ responsabilitajiet

Kanali ta’ rrapurtat u ta’ komunikazzjoni

Tabelli ta’ l-organizzazzjoni jew tabelli oħrajn jistgħu jintużaw sabiex jiddeskrivu l-istruttura, ir-responsabbilitajiet, l-irrapurtar jew il-kanali ta’ komunikazzjoni, eċċ.

Delegazzjoni ta’ ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali lil korpi ta’ kontroll

Awtoritkompetenti responsabbli

Korpi ta’ kontroll jew kategorija ta’ korp ta’ kontroll kif xieraq

Ħidmiet ta’ kontroll uffiċjali delegati

 

 

 

Iddeskrivi l-arranġamenti sabiex tiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti leġislattivi fir-rigward tad-delega tal-ħidmiet ta’ kontroll lil korpi ta’ kontroll

Laboratorji ta’ referenza nazzjonali (10):

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal kontrolli uffiċjali fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti.

Laboratorji ta’ referenza nazzjonali

Awtoritkompetenti responsabbli

Attivitajiet analitiċi maħtura

 

 

 

Iddeskrivi s-sistemi ta’ kontroll ta’ kwalitjew ta’ tmexxija applikati f’kull laboratorju ta’ referenza nazzjonali.

Iddeskrivi l-arraġamenti għall-ippjanar u t-twettiq ta’ testijiet ta’ profiċjenza/testijiet taċ-ċirku u l-programm għat-testijiet ta’ profiċjenza/testijiet taċ-ċirku matul it-tul ta’ żmien tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali kif xieraq.

Iddeskrivi l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali magħżula skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jikkonformaw ma’ u joperaw skond l-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament.

4.3.3.   ORGANIZZAZZJONI U ĠESTJONI TAL-KONTROLLI UFFIĊJALI MINN AWTORITAJIET KOMPETENTI

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.2

Rekwiżiti ġenerali għal pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

Taqsima 3.4

Kategorizzazzjoni tar-riskju

Taqsima 3.6

Organizzazzjoni ġenerali u tmexxija

Taqsima 3.7

Sistemi ta’ kontroll u koordinazzjoni ta’ attivitajiet

Taqsima 3.9

Konformitmal-kriterji operattivi

Taqsima 3.10

Taħriġ ta’ persunal li jwettaq kontrolli uffiċjali

Taqsima 3.11

Proċeduri dokumentati

L-Awtoritkompetenti (imla individwalment għal kull awtoritkompetenti maħtura, madankollu dan it-tagħrif jista’ jiġi aggregat fuq livell nazzjonlali jew reġjonali għall-istess kategorija ta’ awtoritajiet kompetenti reġjonali jew lokali)

Iddeskrivi:

l-organizzazzjoni u l-istruttura interni f’termini ġenerali

ir-riżorsi umani disponibbli għall-għan tat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali (l-istess bħal full-time)

ir-riżorsi li jappoġjaw l-azzjonijiet ta’ kontrolli uffiċjali

il-faċilitajiet laboratorji

riżorsi/infrastruttura oħrajn

kif xieraq

It-tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti tista’ tiġi ppreżentata fuq bażi settorali (Ikel/Għalf/Saħħa ta’ l-Annimali/Benesseri ta’ l-Annimali/Saħħa tal-Pjanti) pereżempju fil-manjiera li ġejja:

 

Settur (jiġifieri Ikel/Għalf/Saħħa ta’ l-Annimali/Benesseri ta’ l-Annimali/Saħħa tal-pjanti kif xieraq)

 

Awtoritajiet Kompetenti Ċentrali (CCA)

 

Awtorità Kompetenti CCA 1

 

Awtorità Kompetenti CCA 2

 

Eċċ.

 

Awtoritajiet Kompetenti Reġjonali (RCA) (per eżempju Federali/Provinċjali)

 

Awtorità Kompetenti RCA 1, 2, 3......, u/jew

 

Awtorità Kompetenti “RCA Kategorija 1, 2, 3…”

 

Eċċ.

 

Awtoritajiet Kompetenti Lokali (LCA) (pereżempju Distrett/Muniċipali)

 

Awtorità Kompetenti LCA 1 jew Kategorija 1

 

Awtorità Kompetenti LCA 2 jew Kategorija 2

 

Eċċ.

Laboratorji (barra minn laboratorji ta’ referenza nazzjonali):

Iddeskrivi l-proċeduri:

għall-għażla ta’ laboratorji

sabiex jiġi żgurat li qed jintlaħqu r-rekwiżiti li japplikaw għal laboratorji uffiċjali

Sistemi ta’ kontroll (bis-settur, inklużi arranġamenti orizzontali fejn xieraq)

Għal kull settur deskritt hawn taħt:

il-metodi u tekniki ta’ kontroll użati u fejn u meta huma applikati

prijoritajiet ta’ kontroll, allokazzjoni ta’ riżorsi u kif dawn jirrelataw mal-kategorizzazzjoni ta’ riskju

verifika ta’ arranġamenti pjanati inklużi l-arranġamenti ta’ rappurtar

arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni orizzontali bejn setturi/sottosetturi differenti

kif pjanijiet jew programmi ta’ kontroll speċifiċi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Komunitarji huma integrati fis-sistemi ta’ kontroll għas-setturi u s-sottosetturi rilevanti kif xieraq

1.

Sistemi ta’ kontroll għal-liġi dwar l-ikel

2.

Sistemi ta’ kontroll għal-liġi dwar l-għalf

3.

Sistemi ta’ kontroll għal-liġi dwar is-saħħa ta’ l-annimali

4.

Sistemi ta’ kontroll għal-liġi dwar il-benesseri ta’ l-annimali

5.

Sistemi ta’ kontroll għal-liġi dwar is-saħħa tal-pjanti

Fir-rigward tas-sistemi ta’ kontroll, iddeskrivi il-miżuri:

għat-tmexxija tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti b’responsabilitajiet relatati

sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva kemm fi ħdan kif ukoll bejn l-awtoritajiet kompetenti

sabiex jiġi żgurat li l-oqsma fejn il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni huma meħtieġa kemm fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti jiġu indirizzati

Arranġamenti ta’ taħriġ (Dawn jistgħu jiġu inklużi taħt kull awtoritkompetenti jew skond il-kategorija ta’ l-awtoritkompetenti fejn hemm sistemi ekwivalenti, kif xieraq. Jekk xieraq l-arranġamenti ta’ taħriġ jistgħu jiġu deskritti fuq bażi settorali)

Iddeskrivi l-arranġamenti:

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ

L-implimentazzjoni tal-pjan(ijiet) ta’ taħriġ

Ir-reġistrazzjoni u l-valutazzjoni tat-taħriġ

4.3.4.   PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA U ASSISTENZA REĊIPROKA

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.12

Pjanijiet ta’ kontinġenza operattivi

Taqsima 3.13

Organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni u assistenza reċiproka

Din it-Taqsima għandha timtela fuq bażi nazzjonali

Pjanijiet ta’ kontinġenza (mhux applikabbli għas-saħħa tal-pjanti):

Iddeskrivi:

Is-Setturi/suġġetti/oqsma fejn il-pjanijiet ta’ kontinġenza huma fis-seħħ

L-ambitu ta’ kull pjan ta’ kontinġenza

L-awtoritjew awtoritajiet kompetenti responsabbli

L-arranġamenti għat-tixrid u t-taħriġ sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva inklużi l-eżerċizzji ta’ simulazzjoni

Arranġamenti għal assistenza reċiproka:

Korp/korpi ta’ kollegamenti

Qasam ta’ responsabilità

 

 

4.3.5.   ARRANĠAMENTI GĦALL-VERFIKA TA’ L-AWTORITAJIET KOMPETENTI (MHUX APPLIKABBLI GĦAS-SAĦĦA TAL-PJANTI)

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.6

Organizzazzjoni ġenerali u tmexxija

Iddeskrivi l-arranġamenti:

għal verifiki interni jew esterni ta’ l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-frekwenza u n-natura tal-verifiki

sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu l-miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta’ dawn il-verifiki

sabiex jiġi żgurat li dawn il-verifiki huma soġġetti għal skrutinju indipendenti u huma mwettqa b’manjiera trasparenti

4.3.6.   MIŻURI SABIEX TIĠI ŻGURATA KONFORMITÀ MAL-KRITERJI OPERATTIVI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 882/2004 (MHUX APPLIKABBLI GĦAS-SAĦĦA TAL-PJANTI)

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.9

Konformitmal-kriterji operattivi

Taqsima 3.11

Proċeduri dokumentati

Iddeskrivi l-arranġamenti sabiex jiġi żgurat dan li ġej:

l-imparzjalià il-kwalià u l-konsistenza tal-kontrolli uffiċjali

persunal ħieles minn kunflitt ta’ interess

kapaċit laboratorja adegwata

numru suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u esperjenzat adattat

faċilitajiet u tagħmir adattat

saħħa legali adattata

li operaturi kummerċjali ta’ l-ikel u l-għalf jikkooperaw mal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali

li proċeduri dokumentati jkunu disponibbli

li r-reġistri jinzammu

4.3.7.   REVIŻJONI U AĠĠUSTAMENT TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL NAZZJONALI

Gwida ta’ Referenza:

Taqsima 3.14

Aġġustament tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali

Iddeskrivi l-proċess għar-reviżjoni ta’ l-operazzjoni tal-pjan ta’ kontroll waħdieni integrat multiannwali nazzjonali.

5.   GWIDA DWAR L-AMBITU TAL-PJANIJIET TA’ KONTROLL WAĦDIENI INTEGRAT MULTIANNWALI NAZZJONALI

L-arranġamenti għall-kontrolli uffiċjali kollha li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandhom jiġu indirizzati fil-pjan ta’ kontroll nazzjonali. It-tabelli li ġejjin jagħtu indikazzjoni tal-firxa ta’ leġiżlazzjoni/oqsma li għandhom jiġu indirizzati fil-pjan. Mhix, u lanqas ma għandha l-intenzjoni li tkun, lista eżawrjenti ta’ l-oqsma leġiżlattivi rilevanti kollha. Għandhom jitqiesu r-rekwiżiti kemm għal-leġiżlazzjoni primarja kif ukoll għall-miżuri ta’ implimentazzjoni fit-tħejjija tal-pjan ta’ kontroll nazzjonali.

IL-LIĠI DWAR IS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMALI TINKLUDI

Annimali ħajjin

Akkwakultura

Bovini (ta’ l-ifrat)

Ekwini

Ovini u Kaprini

Tal-ħnieżer

Tjur u bajd li jfaqqas

Annimali tad-dar

Oħrajn eż. annimali selvaġġi

Semen, Ova u Embrijuni

Bovini (ta’ l-ifrat)

Ekwini

Ovini u Kaprini

Tal-ħnieżer

Mard ta’ l-Annimali

Miżuri ta’ kontroll

mard speċifiku

ġenerali

Qerda u monitoraġġ

Sistema għan-Notifika dwar il-Mard ta’ l-Annimali

Animo/Traces

Il-moviment u t-traċċabilit ta’ l-annimali

Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali

 

Identifikazzjoni ta’ l-Annimali

Bovini (ta’ l-ifrat)

Ekwini

Ovini u Kaprini

Tal-ħnieżer

Annimali tad-dar

Kontrolli fuq l-importazzjoni

il-kategoriji kollha ta’ hawn fuq kif xieraq


IL-LIĠI DWAR IL-BENESSERI TA’ L-ANNIMALI TINKLUDI

Benesseri dwar it-trobbija

 

Benesseri matul it-trasport

 

Benesseri matul il-qatla

 


IL-LIĠI DWAR IS-SAĦĦA TAL-PJANTI TINKLUDI

Organiżmi ħżiena (fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE)

Miżuri ta’ kontroll meħtieġa skond id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE


IL-LIĠI DWAR L-IKEL U L-GĦALF TINKLUDI

Il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel u l-Għalf

Responsabilitajiet ta’ l-operaturi u l-proċeduri

Kontrolli Uffiċjali

Traċċabilità

Sistema Rapida ta’ Twissija

Kontrolli fuq l-Importazzjoni

Tikkettar ta’ l-Ikel u Nutriment

Tikkettar ta’ l-Ikel Ġenerali

Stqarrijiet ta’ Saħħa u ta’ Nutriment

Tikkettar ta’ Nutriment

Ilma Minerali Naturali

Supplimenti ta’ l-ikel

Żieda ta’ Vitamini u Minerali

Ikel għal Użi ta’ Nutriment Partikolari (Ikel Dietetiku)

Ikel Maħsub għat-Trabi u t-Tfal Żgħar

Ikel għat-Tnaqqis fil-Piż

Prodotti ta’ l-Ikel Speċifiċi (Ikel Dietetiku għal raġunijiet mediċi speċifiċi)

Iġjene (l-ikel kollu)

Iġjene ta’ l-Ikel (ġenerali s-setturi u l-prodotti kollha)

produzzjoni primarja

ipproċessar

manifattura

ħażna

distribuzzjoni

trasport

bejgħ bl-imnut

Teħid ta’ kampjuni u analiżi

Approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti

Sikurezza Bijoloġika

Salmonella u mard li ġej mill-ikel

Iġjene ta’ l-Ikel (ikel li ġej mill-annimali)

laħam/prodotti tal-laħam/preparazzjonijiet eċċ. (inkluż il-laħam tat-tjur)

laħam tat-tjur imrobbija fl-irziezet/prodotti/preparazzjonijiet eċċ.

ħalib u prodotti tal-ħalib

bajd u prodotti mill-bajd;

ħut/prodotti tas-sajd

akkwakultura

molluski bivalvi

prodotti oħrajn

TSEs

Prodotti sekondarji ta’ l-annimali (kwistjoni tas-saħħa ta’ l-annimali wkoll)

Sikurezza Kimika

Addittivi ta’ l-Ikel

Ħwawar ta’ l-Ikel

Ikel Ġdid

Kontaminanti

Residwi

prodotti mediċinali

il-pestiċidi

Ormoni/sustanzi pprojbiti fi prodotti li joriġinaw mill-annimali

Teħid ta’ Kampjuni u Analiżi

Materjali ta’ Kuntatt ma’ l-Ikel

Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji

Laboratorji għal analiżi kimiċi u bijoloġiċi

Irradjazzjoni

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Bioteknoloġija

Ikel u Għalf Ġenetikament Immodifikat

Pjanti u Żrieragħ Ġenetikament Immodifikati

Liġi dwar Ikel Ieħor

L-agrikoltura organika

Prodotti u Oġġetti ta’ l-Ikel grikoli bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti

Indikazzjonijiet Ġeografiċi u d-Dominazzjonijiet ta’ l-Oriġini għal prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli

Prassi frodulenti

eż. tikkettjar, kwalità jew stqarrijiet ta’ kompożizzjoni foloz jew qarrieqa

eż adulterazzjoni ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf

In-Nutriment ta’ l-Annimali

Materjali għall-għalf

Tikkettjar ta’ l-għalf

Ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali – “Bioproteini” (Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (11))

Adittivi ta’ l-għalf

Għalf kompost (inkluż l-ikel għall-annimali tad-dar)

Għalf għall-annimali għal għanijiet partikolari ta’ nutriment

Għalf medikat

Sustanzi mhux mixtieqa

Metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi

Sustanzi projbiti

Iġjene ta’ l-Ikel


(1)   ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.

(2)  Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti ta’ l-ikel trattati b’radjazzjoni ijonizanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta’ l-ikel agrikoli (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12).

(5)   ĠU L 126, 28.4.1998, p. 26.

(6)   ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(7)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(8)   ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(9)   ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

(10)  Laboratorji ta’ referenza nazzjonali ma humiex ippreskriviti mill-Liġi dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

(11)  Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 dwar ċerti prodotti użati fin-nutriment ta’ l-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Mejju 2007

dwar it-tqegħid fis-suq, skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta’ qronfla (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) bil-kulur tal-fjura mmodifikat ġenetikament

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2120)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/364/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1) u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(1) tagħha,

Wara li kkonsulta ma’ Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza Alimentari,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2001/18/KE, it-tqegħid fis-suq ta’ prodott li jkun fih jew ikun jikkonsisti minn organiżmu mmodifikat ġenetikament jew kombinazzjoni ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament huwa suġġett għall-għoti ta’ kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, skond il-proċedura stabbilita f’dik id-Direttiva.

(2)

Il-Florigene Ltd, Melbourne, l-Awstralja ppreżentat notifika dwar it-tqegħid fis-suq ta’ qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38), lill-awtorità kompetenti ta’ l-Olanda f’Settembru 2004.

(3)

In-notifika tkopri importazzjoni, distribuzzjoni u bejgħ bl-imnut tal-linja Dianthus caryophyllus L., 123.2.38 bħal fil-każ ta’ kwalunkwe qronfol ieħor.

(4)

Skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-awtorità kompetenti ta’ l-Olanda ħejjiet rapport evalwattiv, li tressaq quddiem il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni jikkonkludi li ma kien hemm l-ebda raġuni li fuq il-bażi tagħha l-kunsens għat-tqegħid fis-suq tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) għall-użu ornamentali għandu jinżamm, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet speċifiċi.

(5)

L-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti Stati Membri qajmu oġġezzjonijiet għat-tqegħid tal-prodott fis-suq.

(6)

L-opinjoni adottata fis-17 ta’ Mejju 2006 (pubblikata fis-27 ta’ Ġunju 2006) mill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà Alimentari (EFSA), ikkonkludiet, mill-evidenza kollha mogħtija, li l-fjuri maqtugħin tal-qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) x’aktarx li ma jkollhomx effett ħażin fuq is-saħħa tal-bniedem u dik ta’ l-annimali jew l-ambjent fil-kuntest ta’ l-użu propost ornamentali. L-EFSA sabet ukoll li l-għan tal-pjan ta’ monitoraġġ ipprovdut mid-detentur tal-kunsens huwa konformi ma’ l-użu maħsub għall-qronfla.

(7)

Eżami ta’ kull oġġezzjoni fid-dawl tad-Direttiva 2001/18/KE, ta’ l-informazzjoni mressqa fin-notifika u l-opinjoni ta’ l-EFSA, ma juri l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li t-tqegħid fis-suq ta’ fjuri maqtugħa tat-tip tal-qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) sejjer jaffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem jew dik ta’ l-annimali jew l-ambjent fil-kuntest ta’ l-użu ornamentali tagħha propost.

(8)

Identifikatur uniku ġie assenjat għall-qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) għall-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 ta’ l-14 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament (2).

(9)

Fid-dawl ta’ l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà Alimentari, mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-użi maħsuba fir-rigward ta’ l-immaniġġjar jew l-ippakkjar tal-prodott u l-protezzjoni ta’ ekosistemi, ambjenti jew żoni ġeografiċi partikolari.

(10)

It-tikkettjar propost, fuq tikketta jew fuq dokument li qed jakkumpanjah, għandu jinkludi kliem li jinforma l-operaturi u l-utenti finali li jaqtgħu l-fjuri Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38 li ma jistgħux jintużaw għall-konsum tal-bniedem jew ta’ l-annimali u lanqas għall-kultivazzjoni.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta lill-Kunsill dwar dawn il-miżuri. Minħabba li fuq l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas ma indika l-oppożizzjoni tiegħu għalihom, skond l-Artikolu 5(6) għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (3) il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kunsens

Se jingħata kunsens bil-miktub mill-awtorità kompetenti ta’ l-Olanda għat-tqegħid fis-suq, f’konformità ma din id-Deċiżjoni, tal-prodott identifikat fl-Artikolu 2, kif innotifikat mill- Florigene Ltd, Melbourne, L-Awstralja (Referenza C/NL/04/02).

Il-kunsens għandu, skond l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2001/18/KE, jispeċifika espliċitament il-kundizzjonijiet li għalihom huwa suġġett il-kunsens, li huma stipulati fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 2

Il-prodott

1.   L-organiżmi mmodifikati ġenetikament għandhom jitqiegħdu fis-suq bħala prodott, minn hawn ‘il quddiem “il-prodott” huma l-fjuri maqtugħa tal-qronfol (Dianthus caryophyllus L.), bil-kulur tal-fjura mmodifikat, ġej mid-Dianthus caryophyllus L. linja ċellulari ta’ kultura 123.2.38, u ttrasformat bl-Agrobacterium tumefaciens, tat-tip AGL0, billi jintuża l-vektor pcGP1470, u jirriżulta fil-linja 123.2.38.

Il-prodott fih id-DNA li ġejja fi tliet cassettes:

(a)

Cassette 1

Il-promotur mill-ġene ta’ l-isnapdragon li jikkodifika ċ-chalcon synthase, petunia flavonoid 3’5’ hydroxylase (F3’5’H) cDNA, it-terminatur mill-ġene tal-petunja li jikkodifika transferiment fosfolipidu ta’ proteina omologa.

(b)

Cassette 2

Il-promotur kostituttiv Mac, il-petunia dihydroflavonol 4 reductase (DFR) cDNA, it-terminatur mill-ġene Agrobacterium tumefaciens li jikkodifika l-mannopine synthase (Mas).

Espressjoni simultanja taż-żewġ ġeni fil-qronfol tirriżulta f’sinteżi mmodifikata tal-flavonoid fil-fjuri, u l-formazzjoni sussegwenti tal-blue pigment delphinidin.

(ċ)

Cassette 3

Il-virus cauliflower mosaic tal-promotur 35S, reġjun mhux tradott miċ-cDNA li jikkorrispondi għall-ġene tal-petunja li jikkodifika l-chlorophyll a/b binding protein 5, li jikkodifika l-ġene SuRB (als) għall-mutant acetolactate synthase protein (ALS), li huwa tolleranti għas-sulfonylurea, li ġej min-Nicotiana tabacum, inkluż it-terminatur tagħha.

Dan il-ġene ntuża għall-għażla in vitro.

2.   Il-kunsens għandu jkopri proġenu li ġej mir-riproduzzjoni veġetattiva tal-qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38)

Artikolu 3

Il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq

Dan il-prodott jista’ jintuża b’mod ornamentali biss, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni u jista’ jitqiegħed fis-suq suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-perjodu ta’ validità tal-kunsens għandu jkun ta’ 10 snin li jibdew mid-data meta jinħareġ il-kunsens;

(b)

l-identifikatur uniku tal-prodott għandu jkun FLO-4Ø644-4;

(ċ)

mingħajr ħsara għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, il-metodoloġija għall-identifikazzjoni u l-lokalizzazzjoni tal-prodott, inkluża d-dejta sperimentali li turi l-ispeċifiċità tal-metodoloġija, kif ivverifikat mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza, se jsir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti u għas-servizzi ta’ spezzjoni ta’ l-Istati Membri kif ukoll għal-laboratorji Komunitarji ta’ kontroll.

(d)

mingħajr ħsara għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2001/18/KE, id-detentur tal-kunsens għandu, kull meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti u s-servizzi ta’ spezzjoni ta’ l-Istati Membri kif ukoll tal-laboratoriji ta’ kontroll tal-Komunità, kampjuni pożittivi u negattivi tal-prodott, jew tal-materjal ġenetiku tiegħu, jew tal-materjali ta’ referenza;

(e)

il-kliem “dan il-prodott huwa organiżmu mmodifikat ġenetikament” jew “Dan il-prodott huwa qronfla mmodifikata ġenetikament”, u l-kliem “mhux għall-konsum tal-bniedem jew ta” l-annimali u lanqas għall-kultivazzjoni’ għandhom jidhru fuq it-tikketta jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott.

Artikolu 4

Monitoraġġ

1.   Tul il-perjodu kollu ta’ validità tal-kunsens, id-detentur tal-kunsens għandu jiżgura li l-pjan ta’ monitoraġġ inkluż fin-notifika, u li jikkonsisiti fi pjan ta’ sorveljanza ġenerali, għall-kontroll ta’ kwalunkwe effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem u l-annimali jew l-ambjent li jirriżultaw mill-immaniġġjar jew l-użu tal-prodotti, jitqiegħed fis-seħħ u jiġi implimentat.

2.   Id-detentur tal-kunsens għandu jinforma lill-operaturi u l-utenti direttament rigward is-sikurezza u l-karatteristiċi ġenerali tal-prodott u tal-kundizzjonijet ta’ monitoraġġ, inklużi miżuri ta’ maniġġjar xierqa li għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ kultivazzjoni aċċidentali.

3.   Id-detentur tal-kunsens għandu jissottometti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri rapporti annwali dwar ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ.

4.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tad-Direttiva 2001/18/KE l-pjan ta’ monitoraġġ kif innotifikat għandu, fejn jixraq u suġġett għall-qbil mill-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun irċieva n-notifika oriġinali, ikun revedut mid-detentur tal-kunsens, u/jew mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun irċieva n-notifika oriġinali, suġġett għall-ftehim tal-Kummissjoni, fid-dawl tar-riżultati ta’ l-attivitajiet ta’ monitoraġġ. Proposti għal pjan ta’ monitoraġġ irrevedut għandhom jitressqu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

5.   Id-detentur tal-kunsens għandu jkun fil-pożizzjoni li jagħti evidenza lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri:

(a)

li n-netwerks ta’ monitoraġġ eżistenti, inklużi netwerks nazzjonali ta’ servejs botaniċi u servizzi tal-protezzjoni tal-pjanti, kif speċifikati fil-pjan ta’ monitoraġġ inkluż fin-notifika jiġbru l-informazzjoni relevanti għall-monitoraġġ tal-prodotti; kif ukoll

(b)

li dawn in-netwerks ta’ monitoraġġ eżistenti jkunu qablu li jqiegħdu dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tad-detentur tal-kunsens qabel id-data tas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ monitoraġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond il-paragrafu 3.

Artikolu 5

Applikabbilità

Din id-deċiżjoni għandha tapplika mid-data meta l-metodu ta’ lokalizzazzjoni speċifiku għall-qronfla (Dianthus caryophyllus L., linja 123.2.38) msemmija fl-Artikolu 3(ċ) ta’ din id-Deċiżjoni, tiġi vverifikata mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza.

Artikolu 6

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ l-Olanda

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).

(2)   ĠU L 10, 16.1.2004, p. 5-10.

(3)   ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).