ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 137

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
30 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ dwal u tagħmir ta’ sinjalar bid-dawl

1

 

*

Regolament Nru 51 tal-Kummissjoni Ekonomika ta’ l-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti rigward l-emissjonijiet tal-ħoss tagħhom

68

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 137/1


Regolament Nru 48 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi fir-rigward ta’ l-installazzjoni ta’ dwal u tagħmir ta’ sinjalar bid-dawl

Addendum 47: Ir-Regolament Nru 48

Reviżjoni 4 (inkluża l-Emenda 1)

Li tinkorpora t-test validu kollha sa:

Is-serje 03 ta’ emendi - Id-data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta’ Ottubru 2006

WERREJ

REGOLAMENT

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-approvazzjoni

5.

L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

6.

L-ispeċifikazzjonijiet individwali

7.

Il-modifiki għal u l-estensjonijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura jew ta’ l-installazzjoni ta’ l-apparati tagħha tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-Dipartimenti Amministrattivi

12.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

ANNESSI

Anness 1

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip ta’ vettura rigward l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl, skond ir-Regolament Nru 48

Anness 2

L-arranġamenti tal-marki ta’ approvazzjoni

Anness 3

Is-superfiċji tal-bozoz, l-assi u ċ-ċentru ta’ referenza, u l-angoli tal-viżibilità ġeometrika

Anness 4

Il-viżibilità ta’ bozza ħamra fuq quddiem u l-viżibilità ta’ bozza bajda fuq wara

Anness 5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex ikunu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-bozza ta’ quddiem b’raġġ baxx

Anness 6

Il-kejl tal-varjazzjoni ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija

Anness 7

Indikazzjoni ta’ l-aġġustament inizjali ddikjarat li jissemma fil-paragrafu 6.2.6.1.1. ta’ dan ir-Regolament

Anness 8

Il-kontrolli ta’ l-apparati għall-invellar tal-bozoz ta’ quddiem li jissemmew fil-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament

Anness 9

Il-kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

Anness 10

Eżempji ta’ għażliet ta’ sorsi tad-dawl

Anness 11

Il-viżibilità ta’ l-immarkar biex jolqot l-għajn fuq wara u fuq il-ġenb tal-vettura

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni ta’ vetturi motorizzati maħsuba biex jintużaw fit-toroq, b'qafas jew mingħajru, b'mhux inqas minn erba' roti u b'veloċità massima tad-disinn li teċċedi l-25 km/siegħa, u tat-trejlers tagħhom, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq binarji, tratturi u makkinarju agrikoli jew tal-foresterija, u vetturi tax-xogħlijiet pubbliċi.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

2.1.   “Approvazzjoni ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward in-numru u l-mod ta’ installazzjoni ta’ l-apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl;

2.2.   “It-tip ta’ vettura rigward l-installazzjoni ta’ l-apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl” tfisser vetturi li ma jvarjawx fl-aspetti essenzjali li jissemmew fil-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4.

Dawn li ġejjin ukoll jitqiesu li mhumiex “vetturi ta’ tip differenti”: vetturi li huma differenti fi ħdan it-tifsira tal-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4., imma mhux b'tali mod li jinvolvi bidla fit-tip, fin-numru, fl-ippożizzjonar u fil-viżibilità ġeometrika tal-bozoz u fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx provdut għat-tip ta’ vettura kkonċernat, u vetturi li fuqhom jitwaħħlu jew huma nieqsa bozoz fakultattivi:

2.2.1.

id-dimensjoni u s-sura esterna tal-vettura;

2.2.2.

in-numru u l-ippożizzjonar ta’ l-apparati;

2.2.3.

is-sistema ta’ l-invellar tal-bozoz ta’ quddiem;

2.2.4.

is-sistema tas-suspenxin.

2.3.   “Pjan trażversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura;

2.4.   “Vettura mhux mgħobbija” tfisser vettura mingħajr sewwieq, ekwipaġġ, passiġġieri u tagħbija, imma bi provvista sħiħa ta’ fjuwil, bi stepni u bl-għodod li jinġarru s-soltu;

2.5.   “Vettura mgħobbija” tfisser vettura mgħobbija sal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarata mill-manifattur, li għandu wkoll jiffissa d-distribuzzjoni ta’ din il-massa bejn il-fusien skond il-metodu deskritt fl-Anness 5;

2.6.   “Apparat” tfisser element jew assemblaġġ ta’ elementi li jintuża biex titwettaq funzjoni waħda jew aktar;

2.7.   “Bozza” tfisser apparat maħsub biex idawwal it-triq jew biex jitfa' sinjal bid-dawl lil utenti oħra tat-triq. Il-bozoz tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara u r-retro-rifletturi bl-istess mod għandhom jitqiesu bħala bozoz. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, pjanċi ta’ reġistrazzjoni ta’ wara li jitfgħu d-dawl u s-sistema tad-dawl tal-bieba ta’ servizz skond id-dispożizzjonjiet tar-Regolament Nru 107 dwar il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 ma jitqiesux bħala bozoz;

2.7.1.   Is-sors tad-dawl (*)

2.7.1.1.   “Sors tad-dawl” tfisser element wieħed jew aktar għal radjazzjoni viżibbli, li jista' jiġi assemblat b'kisi trasparenti wieħed jew aktar u b'bażi għal konnessjoni mekkanika u elettrika.

Sors tad-dawl jista' jkun magħmul ukoll mill-iżbokk estrem ta’ gwida għad-dawl, bħala parti minn sistema distribwita ta’ dawl jew ta’ sinjali bid-dawl li ma jkollhiex lenti esterna inkorporata;

2.7.1.1.1.   “Sors sostitwibbli tad-dawl” tfisser sors tad-dawl li huwa maħsub biex jiddaħħal fi u jitneħħa mill-kontenitur ta’ l-apparat tiegħu mingħajr għodda;

2.7.1.1.2.   “Sors mhux sostitwibbli tad-dawl” tfisser sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit l-apparat li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

f'każ ta’ modulu ta’ sors tad-dawl: sors tad-dawl li jista' jiġi sostitwit biss billi jiġi sostitwit il-modulu tas-sors tad-dawl li miegħu huwa mwaħħal dan is-sors tad-dawl;

2.7.1.1.3.   “Modulu tas-sors tad-dawl” tfisser parti ottika ta’ apparat li hija speċifika għal dak l-apparat, li fiha sors mhux sostitwibbli tad-dawl wieħed jew aktar, u tista' titneħħa mil-apparat tagħha biss bl-użu ta’ għodda(għodod). Modulu ta’ sors tad-dawl huwa ddisinjat b'tali mod li tintuża(jintużaw) għodda(għodod) jew le, ma jista jiġi skambjat mekkanikament ma’ l-ebda sors sostitwibbli tad-dawl li jkun approvat;

2.7.1.1.4.   “Sors tad-dawl tal-filament” (bozza tal-filament) tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun filament imsaħħan wieħed jew aktar li jipproduċi radjazzjoni termali;

2.7.1.1.5.   “Sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass” tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli jkun ark ta’ disċarġ li jipproduċi elettro-luminixxenza/fluworexxenza;

2.7.1.1.6.   “Dajowd li jarmi d-dawl” (LED) tfisser sors tad-dawl fejn l-element għar-radjazzjoni viżibbli huwa twaħħila waħda jew aktar li jipproduċi luminexxenza/fluworexxenza ta’ injezzjoni;

2.7.1.2.   “Ger ta’ kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku” tfisser komponent wieħed jew aktar bejn il-provvista u s-sors tad-dawl biex ikunu kkontrollati l-vultaġġ u/jew il-kurrent elettriku tas-sors tad-dawl;

2.7.1.2.1.   “Ballast” tfisser ger ta’ kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku bejn il-provvista u s-sors tad-dawl biex ikun stabbilizzat il-kurrent elettriku ta’ sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass;

2.7.1.2.2.   “Apparat li jqabbad (ignitor)” tfisser ger ta’ kontroll ta’ sors tad-dawl elettroniku biex jistartja l-ark ta’ sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass.

2.7.2.   “Bozoz ekwivalenti” tfisser bozoz li jkollhom l-istess funzjoni u li jkunu awtorizzati fil-pajjiż fejn tkun irreġistrata l-vettura; bozoz ta’ din ix-xorta jista' jkollhom karatteristiċi differenti minn dawk li ġew installati fuq il-vettura meta tkun approvata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

2.7.3.   “Bozoz indipendenti” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati, (1) sorsi tad-dawl separati u bodis tal-bozoz separati;

2.7.4.   “Bozoz iggruppati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati (1) u sorsi tad-dawl separati, imma li jkollhom bodi tal-bozza komuni;

2.7.5.   “Bozoz ikkombinati” tfisser apparati li jkollhom superfiċji li jdawlu separati, (1) imma sors tad-dawl komuni u bodi tal-bozza komuni;

2.7.6.   “Bozoz reċiprokament inkorporati” tfisser apparati li jkollhom sorsi tad-dawl separati jew sors tad-dawl wieħed li jaħdmu f'kundizzjonijiet differenti (pereżempju, differenzi ottiċi, mekkaniċi, elettriċi), superfiċji li jdawlu totalment jew parzjalment komuni (2) u bodi tal-bozza komuni;

2.7.7.   “Bozza b'funzjoni waħda” tfisser parti minn apparat li twettaq funzjoni waħda li ddawwal jew li tagħmel sinjali bid-dawl;

2.7.8.   “Bozza li tista' tinħeba” tfisser bozza li tista' tinħeba parzjalment jew kompletament meta ma tkunx qed tintuża. Dan ir-riżultat jista' jinkiseb permezz ta’ għata li jitneħħa, bl-ispostament tal-bozza jew bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor. It-terminu “jinġibed 'il ġewwa (retractable)” jintuża b'mod aktar partikolari biex tkun deskritta bozza li tista' tinħeba li l-ispostament tagħha jippermetti li din tiddaħħal fi ħdan il-qafas;

2.7.9.   “Bozza ta’ quddiem b'raġġ għas-sewqan (raġġ ewlieni)” tfisser il-bozza li tintuża biex tiddawwal it-triq tul distanza twila quddiem il-vettura;

2.7.10.   “Bozza ta’ quddiem b'raġġ għaddieni (raġġ baxx)” tfisser il-bozza li tintuża biex tiddawwal it-triq quddiem il-vettura mingħajr ma tgħammex l-għajnejn jew tikkawża skonfort lis-sewwieqa li jkunu ġejjin minn faċċata u lill-utenti l-oħra tat-triq;

2.7.11.   “Bozza li tindika d-direzzjoni” tfisser bozza li tintuża biex tindika lill-utenti l-oħra tat-triq li s-sewwieq biħsiebu jbiddel id-direzzjoni lejn il-lemin jew lejn ix-xellug;

Bozza jew bozoz li tindika(jindikaw) id-direzzjoni jistgħu jintużaw ukoll skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 97;

2.7.12.   “Bozza ta’ waqfien” tfisser bozza li tintuża biex ikun indikat lill-utenti l-oħra tat-triq li jinsabu fuq wara tal-vettura li l-moviment lonġitudinali tal-vettura qed ikun bilmod apposta;

2.7.13.   “Apparat li jdawwal il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara” tfisser apparat li jintuża biex idawwal l-ispazju maħsub għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara; apparat ta’ din ix-xorta jista' jikkonsisti f'diversi komponenti ottiċi;

2.7.14.   “Bozza b'pożizzjoni fuq quddiem” tfisser il-bozza li tintuża biex tindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn quddiem;

2.7.15.   “Bozza b'pożizzjoni fuq wara” tfisser il-bozza li tintuża biex tindika l-preżenza u l-wisa' tal-vettura meta wieħed jaraha minn wara;

2.7.16.   “Retro-riflettur” tfisser apparat li jintuża biex jindika l-preżenza ta’ vettura permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, bl-osservatur ikun jinsab qrib is-sors.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn li ġejjin ma jitqiesux bħala retro-rifletturi:

2.7.16.1.

pjanċi tan-numri retro-riflettenti;

2.7.16.2.

is-sinjali retro-riflettenti li jissemmew fl-ADR (Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali bit-triq ta’ Merkanzija Perikoluża);

2.7.16.3.

pjanċi u sinjali retro-riflettenti oħra li jridu jintużaw biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti nazzjonali għall-użu rigward ċerti kategoriji ta’ vetturi jew ċerti metodi ta’ tħaddim;

2.7.16.4.

materjali retro-riflettenti li ġew approvati bħala ta’ Klassi D jew E skond ir-Regolament Nru 104 u li jintużaw għal finijiet oħra skond ir-rekwiżiti nazzjonali, eż. reklamar.

2.7.17.   “Immarkar biex jolqot l-għajn” tfisser apparat maħsub biex iżid kemm il-vettura tolqot l-għajn, meta wieħed jaraha mill-ġenb jew minn wara, permezz tar-rifless tad-dawl li ġej minn sors tad-dawl li mhux konness mal-vettura, bl-osservatur ikun jinsab qrib is-sors;

2.7.17.1.   “Immarkar tad-dawra” tfisser immarkar għal kemm tolqot l-għajn maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali u vertikali (it-tul, il-wisa', l-għoli) ta’ vettura;

2.7.17.1.1.   “Immarkar sħiħ tad-dawra” tfisser immarkar tad-dawra li jindika l-kontorn tal-vettura permezz ta’ linja kontinwa;

2.7.17.1.2.   “Immarkar parzjali tad-dawra” tfisser immarkar tad-dawra li jindika d-dimensjoni orizzontali tal-vettura permezz ta’ linja kontinwa, u d-dimensjoni vertikali permezz billi jiġu mmarkati l-irkejjen ta’ fuq.

2.7.17.2.   “Immarkar b'linja” tfisser immarkar biex jolqot l-għajn maħsub biex jindika d-dimensjonijiet orizzontali (it-tul u l-wisa') ta’ vettura permezz ta’ linja kontinwa.

2.7.18.   “Sinjal ta’ twissija f'każ ta' periklu” tfisser it-tħaddim fl-istess ħin tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni kollha ta’ vettura biex juru li l-vettura temporanjament hija ta’ periklu speċjali għall-utenti l-oħra tat-triq;

2.7.19.   “Bozza għaċ-ċpar fuq quddiem” tfisser il-bozza li tintuża biex tittejjeb l-illuminazzjoni tat-triq f'każ ta’ ċpar, silġ, maltempati tax-xita jew sħab ta’ trab;

2.7.20.   “Bozza għaċ-ċpar fuq wara” tfisser bozza li tintuża biex il-vettura ssir aktar viżibbli minn wara meta ċ-ċpar ikun sfiq;

2.7.21.   “Bozza tar-rivers” tfisser il-bozza li tintuża biex iddawwal ta’ wara tal-vettura u biex tavża lill-utenti l-oħra tat-triq li l-vettura qed tirriversja jew dalwaqt se tirriversja;

2.7.22.   “Il-bozza ta’ l-ipparkjar” tfisser bozza li tintuża biex tiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ vettura wieqfa f'żona bil-bini. F'ċirkostanzi ta’ din ix-xorta, tissostitwixxi l-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara;

2.7.23.   “Bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf” tfisser il-bozza mwaħħla qrib it-tarf estrem ta’ barra u mill-aktar qrib possibli tal-parti ta’ fuq tal-vettura u maħsuba biex tindika b'mod ċar il-wisa' totali tal-vettura. Għal ċerti vetturi u trejlers, din il-bozza hija maħsuba biex tikkomplimenta l-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara billi tiġbed attenzjoni partikolari għall-kobor tal-vettura;

2.7.24.   “Bozza li timmarka l-ġnub” tfisser bozza li tintuża biex tindika l-preżenza tal-vettura meta wieħed jaraha mill-ġenb;

2.7.25.   “Bozza tas-sewqan bi nhar” tfisser bozza li tiffaċċja f'direzzjoni 'l quddiem li tintuża biex tagħmel il-vettura viżibbli b'mod aktar faċli waqt is-sewqan bi nhar (3);

2.7.26.   “Bozza għall-irkejjen” tfisser bozza li tintuża biex tkun provduta illuminazzjoni supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta’ quddiem tal-vettura fuq il-ġenb li 'l hemm se ddur il-vettura;

2.7.27.   “Fluss mûdwal oġġettiv” tfisser valur tad-disinn tal-fluss mûdwal ta’ sors sostitwibbli tad-dawl. Għandu jinkiseb, fi ħdan it-tolleranzi speċifikati, meta s-sors sostitwibbli tad-dawl jingħata l-enerġija permezz tal-provvista ta’ enerġija bil-vultaġġ tat-test speċifikat, kif ġie indikat fil-folja tad-data tas-sors tad-dawl;

2.8.   “Superfiċje li titfa' d-dawl” ta’ “apparat tad-dawl”, “apparat tas-sinjali bid-dawl” jew retro-riflettur tfisser is-superfiċje ta’ barra kollha jew parti minnha tal-materjal trasparenti kif iddikjarat fit-talba għall-approvazzjoni mill-manifattur ta’ l-apparat fid-disinn, ara l-Anness 3;

2.9.   “Superfiċje li ddawwal” (ara l-Anness 3);

2.9.1.   “Superfiċje li ddawwal ta’ apparat tad-dawl” (il-paragrafi 2.7.9., 2.7.10., 2.7.19., 2.7.21. u 2.7.26.) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-fetħa kollha tar-riflettur, jew fil-każ tal-bozoz ta’ quddiem b'riflettur ellissojdali tal-“lenti ta’ projezzjoni”, fuq pjan trażversali. Jekk l-apparat tad-dawl m'għandu l-ebda riflettur, għandha tiġi applikata d-definizzjoni tal-paragrafu 2.9.2. Jekk is-superfiċje li titfa' d-dawl tal-bozza testendi fuq parti biss mill-fetħa kollha tar-riflettur, mela titqies biss il-projezzjoni ta’ dik il-parti.

Fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx, is-superfiċje li ddawwal tkun limitata bit-traċċa apparenti tal-punt ta’ waqfien għal fuq il-lenti. Jekk ir-riflettur u l-lenti jkunu aġġustabbli b'mod relattiv għal xulxin, għandu jintuża l-aġġustament intermedju;

2.9.2.   “Superfiċje li ddawwal ta’ apparat tas-sinjali bid-dawl li mhux retro-riflettur” (il-paragrafi 2.7.11. sa 2.7.15., 2.7.18., 2.7.20. u 2.7.22. sa 2.7.25.) tfisser il-projezzjoni ortogonali tal-bozza fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza tagħha u f'kuntatt mas-superfiċje li titfa' d-dawl ta’ barra tal-bozza, b'din il-projezzjoni tkun limitata mit-truf ta’ l-iskrins li jinsabu f'dan il-pjan, b'kull wieħed jippermetti biss 98 fil-mija ta’ l-intensità mûdwala totali tad-dawl li tippersisti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza.

Biex ikunu ddeterminati l-limiti t'isfel, ta’ fuq u dawk laterali tas-superfiċje li ddawwal, skrins bi truf orizzontali jew vertikali biss għandhom jintużaw biex tkun verifikata d-distanza sat-truf estremi tal-vettura u l-għoli 'l fuq mill-art.

Għal applikazzjonijiet oħra tas-superfiċje li ddawwal, eż. id-distanza bejn iż-żewġ bozoz jew il-funzjonijiet, għandha tintuża s-sura tal-periferija ta’ din is-superfiċje li ddawwal. L-iskrins għandhom jibqgħu paralleli, imma għandhom jitħallew jintużaw orjentazzjonijiet oħra.

Fil-każ ta’ apparat tas-sinjali bid-dawl, li s-superfiċje li ddawwal tiegħu tagħlaq jew totalment jew parzjalment is-superfiċje li ddawwal ta’ funzjoni oħra jew tagħlaq superfiċje mhux imdawla, is-superfiċje li ddawwal tista' titqies bħala superfiċje li titfa' d-dawl hija stess.

2.9.3   “Superfiċje li ddawwal ta’ retro-riflettur” (il-paragrafu 2.7.16.) tfisser, kif ġie ddikjarat mill-applikant waqt il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-komponenti għar-retro-rifletturi, il-projezzjoni ortogonali ta’ retro-riflettur fi pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza tiegħu u limitat mill-pjani ta’ biswit il-partijiet iddikjarati l-aktar 'il barra tas-sistema ottika tar-retro-rifletturi u parallela għal dak l-assi. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-truf t'isfel, ta’ fuq u dawk laterali ta’ l-apparat, għandhom jitqiesu biss il-pjani orizzontali u vertikali.

2.10.   Is-“superfiċje apparenti” għal direzzjoni definita ta’ osservazzjoni tfisser, fuq it-talba tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq, il-projezzjoni ortogonali ta':

 

jew il-limitu tas-superfiċje li ddawwal li ġiet ipprojettata fuq is-superfiċje ta’ barra tal-lenti (a-b);

 

jew is-superfiċje li titfa' d-dawl (c-d);

 

fi pjan perpendikulari għad-direzzjoni ta’ osservazzjoni u tanġenzjali għall-aktar punt estern tal-lenti (ara l-Anness 3 għal dan ir-Regolament).

2.11.   “Assi ta’ referenza” tfisser l-assi karatteristiku tal-bozza li ġie ddeterminat mill-manifattur (tal-bozza) biex jintuża bħala d-direzzjoni ta’ referenza (H = 0°, V = 0°) għal angoli ta’ kamp għal kejl fotometriku u biex tkun installata l-bozza fuq il-vettura;

2.12.   “Ċentru ta’ referenza” tfisser l-intersezzjoni ta’ l-assi ta’ referenza mas-superfiċje esterna li titfa' d-dawl; jiġi speċifikat mill-manifattur tad-dawl;

2.13.   “Angoli ta’ viżibilità ġeometrika” tfisser l-angoli li jiddeterminaw il-kamp ta’ l-angolu solidu minimu fejn is-superfiċje apparenti tal-bozza trid tkun viżibbli. Dak il-kamp ta’ l-angolu solidu jiġi ddeterminat mis-segmenti ta’ l-isfera li ċ-ċentru tagħha jikkoinċidi maċ-ċentru ta’ referenza tal-bozza u l-ekwatur ikun parallel ma’ l-art. Dawn is-segmenti jiġu ddeterminati b'relazzjoni għall-assi ta’ referenza. L-angoli orizzontali ß jikkorrispondu għal-lonġitudini u l-angoli vertikali α għal-latitudni. Ma jrid ikun hemm l-ebda ostaklu fuq ġewwa ta’ l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika għall-propagazzjoni tad-dawl minn kwalunkwe parti tas-superfiċje apparenti tal-bozza osservata mill-infinità.

Jekk il-kejl jittieħed eqreb tal-bozza, id-direzzjoni ta’ osservazzjoni trid tiġi mċaqilqa b'mod parallel sabiex tinkiseb l-istess preċiżjoni.

Fuq ġewwa ta’ l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika, l-ostakli ma jitqiesux, jekk kienu diġà ppreżentati meta l-bozza kienet approvata għat-tip.

Jekk, meta l-bozza tkun installata, kwalunkwe parti mis-superfiċje apparenti tal-bozza tkun moħbija minn kwalunkwe parti oħra tal-vettura, għandhom jiġu ppreżentati provi li l-parti tal-bozza li mhix moħbija mill-ostakli għadha tikkonforma mal-valuri fotometriċi provduti għall-approvazzjoni ta’ l-apparati bħala unità ottika (ara l-Anness 3 għal dan ir-Regolament). Minkejja dan, meta l-angolu vertikali ta’ viżibilità ġeometrika taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° (bozza f'għoli ta’ inqas minn 750 mm 'il fuq mill-art), il-kamp fotometriku tal-kejl ta’ l-unità ottika installata jista' jitnaqqas għal 5° taħt l-orizzontali.

2.14.   “Tarf estrem ta’ barra” fuq kull naħa tal-vettura, tfisser il-pjan parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jmiss it-tarf laterali ta’ barra tagħha, mingħajr ma titqies il-projezzjoni:

2.14.1.

tat-tajers qrib il-punt ta’ kuntatt tagħhom ma’ l-art, u tal-konnessjonjiet għall-apparat ta’ kejl tal-pressjoni tat-tajers;

2.14.2.

ta’ kwalunkwe apparat kontra ż-żliq immuntat fuq ir-roti;

2.14.3.

tal-mirja biex tara wara;

2.14.4.

tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġnub, tal-bozoz li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, tal-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara, tal-bozoz ta’ l-ipparkjar, tar-retro-rifletturi u tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub;

2.14.5.

ta’ siġilli doganali mwaħħla mal-vettura, u ta’ l-apparati biex ikunu żgurati u protetti siġilli ta’ din ix-xorta.

2.15.   “Il-wisa' totali” tfisser id-distanza bejn iż-żewġ pjani vertikali li ġew iddefiniti fil-paragrafu 2.14. t'aktar 'il fuq;

2.16.   “Bozoz waħdanija u multipli”

2.16.1.   “Bozza waħdanija” tfisser:

(a)

apparat jew parti minn apparat li jkollu funzjoni ta’ dawl jew ta’ sinjali bid-dawl, sors tad-dawl waħda jew aktar u superfiċje apparenti waħda fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza, li tista' tkun superfiċje kontinwa jew magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar, jew

(b)

kwalunkwe assemblaġġ ta’ żewġ bozoz indipendenti, kemm jekk ikunu identiċi u kemm jekk le, li jkollhom l-istess funzjoni, bit-tnejn ikunu approvati bħala bozza tat-tip “D” u installati sabiex il-projezzjoni tas-superfiċji apparenti tagħhom fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tokkupa inqas minn 60 fil-mija ta’ l-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tas-superfiċji apparenti msemmija fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza.

2.16.2.   “Żewġ bozoz” jew “numru biż-żewġ ta’ bozoz”, tfisser superfiċje waħda li titfa' d-dawl fis-sura ta’ ċinga jew ta’ strixxa jekk ċinga jew strixxa ta’ din ix-xorta titqiegħed b'mod simmetriku b'relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, testendi fuq iż-żewġ naħat fi ħdan mill-inqas 0.4 m mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura, u mhix twila inqas minn 0.8 m; l-illuminazzjoni ta’ superfiċje ta’ din ix-xorta għandha tkun provduta minn mhux inqas minn żewġ sorsi tad-dawl li jitqiegħdu mill-aktar qrib possibbli tat-truf tagħha; is-superfiċje li titfa' d-dawl tista' tkun magħmula minn numru ta’ elementi ħdejn xulxin sakemm il-projezzjonijiet tad-diversi superfiċji individwali li jitfgħu d-dawl fuq pjan trażversali jokkupaw mhux inqas minn 60 fil-mija ta’ l-erja ta’ l-iċken rettangolu li jiċċirkoskrivi l-projezzjonijiet tas-superfiċji individwali li jitfgħu d-dawl imsemmija;

2.17.   “Distanza bejn żewġ bozoz” li jiffaċċjaw fl-istess direzzjoni tfisser l-iqsar distanza bejn iż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza. Fejn id-distanza bejn il-bozoz b'mod ċar tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, mhemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti tas-superfiċji apparenti;

2.18.   “Tell-tale operattiv” tfisser sinjal viżiv jew tas-smigħ (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel u qed jaħdem sew jew le;

2.19.   “Tell-tale b'ċirkwit magħluq” tfisser sinjal viżiv (jew kwalunkwe sinjal ekwivalenti) li jindika li apparat inxtegħel, imma li ma jindikax jekk hux qed jaħdem sew jew le;

2.20.   “Bozza fakultattiva” tfisser bozza, li l-installazzjoni tagħha titħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur;

2.21.   “Art” tfisser is-superfiċje li fuqha tinsab wieqfa l-vettura li għandha tkun sostanzjalment orizzontali;

2.22.   “Komponenti li jiċċaqilqu” tal-vettura tfisser dawk il-panils tal-bodi jew partijiet oħra tal-vettura li l-pożizzjoni(jiet) tagħhom tista'(jistgħu) titbiddel(jitbiddlu) billi jiġu inklinati, jiddawru jew jiġu mżerżqa mingħajr ma jintużaw għodod. Ma jinkludux kabini tas-sewwieqa tat-trakkijiet li jistgħu jiġu inklinati;

2.23.   “Pożizzjoni normali ta’ użu ta’ komponent li jiċċaqlaq” tfisser il-pożizzjoni(jiet) ta’ komponent li jiċċaqlaq li ġiet(ġew) speċifikata(i) mill-manifattur tal-vettura għall-kundizzjoni normali ta’ l-użu u għall-kundizzjoni ta’ l-ipparkjar tal-vettura;

2.24.   “Kundizzjoni normali ta’ l-użu ta’ vettura” tfisser:

2.24.1.

għal vettura bil-mutur, meta l-vettura tkun lesta biex tiċċaqlaq bil-magna ta’ propulsjoni tagħha qed taħdem u bil-komponenti li jiċċaqilqu tagħha fil-pożizzjoni(jiet) normali kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.23.;

2.24.2.

u għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma’ vettura bil-mutur li tiġbed fil-kundizzjonijiet kif provdut fil-paragrafu 2.24.1. u bil-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu f'pożizzjoni(jiet) normali kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.23.

2.25.   “Il-kundizzjoni ta’ l-ipparkjar ta’ vettura” tfisser:

2.25.1.

għal vettura bil-mutur, meta l-vettura tkun wieqfa u l-magna ta’ propulsjoni tagħha ma tkunx qed taħdem u l-komponenti li jiċċaqilqu tagħha jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.23.;

2.25.2.

u għal trejler, meta t-trejler ikun konness ma’ vettura bil-mutur li tiġbed fil-kundizzjonijiet kif provdut fil-paragrafu 2.25.1. u l-komponenti li jiċċaqilqu tiegħu jkunu fil-pożizzjoni(jiet) normali kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.23.

2.26.   “Dawl għal-liwi” tfisser funzjoni ta’ dawl biex tkun provduta illuminazzjoni mtejba fil-liwi.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward l-installazzjoni ta’ l-apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl għandhom jitressqu mill-manifattur jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq.

3.2.   Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti u mill-partikolaritajiet li ġejjin fi tliet kopji:

3.2.1.

deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il-punti msemmija fil-paragrafi 2.2.1. sa 2.2.4. t'aktar 'il fuq, flimkien mar-restrizzjonjiet dwar it-tagħbija, b'mod partikolari t-tagħbija massima permissibbli fil-but;

3.2.2.

lista ta’ l-apparati provduti mill-manifattur għall-assemblaġġ tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl. Il-lista tista' tinkludi diversi tipi ta’ apparat għal kull operazzjoni. Kull tip irid ikun identifikat b'mod xieraq (komponent, marka ta’ approvazzjoni tat-tip, isem il-manifattur, eċċ.), minbarra dan rigward kull funzjoni, il-lista tista' tinkludi l-annotazzjoni addizzjonali “jew apparati ekwivalenti”;

3.2.3.

disinn ta’ kif inhu mqassam l-apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl kollu, fejn tintwera l-pożizzjoni tad-diversi apparati fuq il-vettura;

3.2.4.

jekk ikun meħtieġ, sabiex tkun verifikata l-konformità tal-preskrizzjonijiet tar-Regolament preżenti, disinn(disinji) ta’ kif inhi mqassma kull lampa individwali fejn tintwera s-superfiċje li ddawwal kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.9., is-superfiċje li titfa' d-dawl kif ġiet iddefinita fil-paragrafu 2.8., l-assi ta’ referenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.11. u ċ-ċentru ta’ referenza kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.12. Din l-informazzjoni mhix meħtieġa fil-każ tal-bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara (il-paragrafu 2.7.13.);

3.2.5.

l-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-metodu li ntuża għad-definizzjoni tas-superfiċje apparenti (ara l-paragrafu 2.10.).

3.3.   Vettura mhux mgħobbija mgħammra b'sett komplut ta’ apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl, kif provdut fil-paragrafu 3.2.2. t'aktar 'il fuq, u rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni.

3.4.   Id-dokument provdut fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament għandu jkun mehmuż mad-dokumentazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

4.   L-APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skond dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu l-apparati kollha li ġew speċifikati fil-lista, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje 03 ta’ emendi) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenija reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti m'għandhiex tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura jew lill-istess tip ta’ vettura mressaq b'apparat li mhux speċifikat fil-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2. t'aktar 'il fuq, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7. ta’ dan ir-Regolament.

4.3.   L-avviż ta’ approvazzjoni jew ta’ estensjoni jew ta’ rifjut ta’ approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta’ tip/parti ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jkun ikkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

4.4.   ma’ kull vettura li tikkonforma mat-tip ta’ vettura approvat skond dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola ta’ l-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti fi:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (4);

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, daxx u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku provdut fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skond wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi għall-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, mhemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu provdut fil-paragrafu 4.4.1., f'każ ta’ din ix-xorta, in-numri tar-Regolament u ta’ l-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skond tagħhom ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu provdut fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u għandha tkun indelibbli.

4.7.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki ta’ approvazzjoni.

5.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

5.1.   L-apparat tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl għandhom ikunu mwaħħla b'tali mod li f'kundizzjonijiet normali ta’ użu, kif iddefiniti fil-paragrafi 2.24., 2.24.1. u 2.24.2., u minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li għaliha jistgħu jkunu soġġetti, iżommu l-karatteristiċi provduti f'dan ir-Regolament u jippermettu li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, m'għandux ikun possibbli li l-bozoz ikunu aġġustati ħażin b'mod involontarju.

5.2.   Il-bozoz li jdawlu, li ġew deskritti fil-paragrafi 2.7.9., 2.7.10. u 2.7.19., għandhom ikunu installati b'tali mod li l-aġġustament korrett ta’ l-orjentazzjoni tagħhom jista' jitwettaq faċilment.

5.3.   Għall-apparati kollha tas-sinjali bid-dawl, inklużi dawk immuntati fuq il-panils tal-ġenb, l-assi ta’ referenza tal-bozza meta mwaħħla fuq il-vettura jrid ikun parallel għall-pjan tal-ġarr tal-vettura fit-triq; barra minn hekk, irid ikun perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fil-każ tar-retro-rifletturi tal-ġenb u tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub u parallel għal dak il-pjan fil-każ ta’ l-apparati tas-sinjali l-oħra kollha. F'kull direzzjoni, għandha titħalla tolleranza ta’ ± 3°. Barra minn hekk, irid ikun hemm konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni speċifika rigward it-twaħħil li ġiet stabbilita mill-manifattur.

5.4.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-għoli u l-orjentazzjoni tal-bozoz għandhom ikunu verifikati meta l-vettura ma tkunx mgħobbija u meta titqiegħed fuq superfiċje ċatta u orizzontali fil-kundizzjoni ddefinita fil-paragrafi 2.24., 2.24.1. u 2.24.2.

5.5.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, il-bozoz li jikkostitwixxu par għandhom:

5.5.1.

jitwaħħlu fuq il-vettura b'mod simmetriku b'relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali (din l-istima għandha tkun ibbażata fuq il-forma ġeometrika esterna tal-bozza u mhux fuq it-tarf tas-superfiċje li ddawwal li tissemma fil-paragrafu 2.9.);

5.5.2.

ikunu simmetriċi waħda għall-oħra b'relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali, b'dan ir-rekwiżit ma jkunx validu rigward l-istruttura interna tal-bozza;

5.5.3.

jissodisfaw l-istess rekwiżiti kolorimetriċi; u

5.5.4.

jkollhom sostanzjalment karatteristiċi fotometriċi identiċi.

5.6.   Fuq vetturi li s-sura esterna tagħhom tkun assimmetrika, ir-rekwiżiti t'aktar 'il fuq għandhom ikunu sodisfatti sakemm ikun possibbli.

5.7.   Bozoz iggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati

5.7.1.   Il-bozoz jistgħu jkunu ggruppati, ikkombinati jew reċiprokament inkorporati waħda ma’ l-oħra sakemm ir-rekwiżiti kollha rigward il-kulur, il-pożizzjoni, l-orjentazzjoni, il-viżibilità ġeometrika, il-konnessjonijiet elettriċi u r-rekwiżiti l-oħra, jekk ikun hemm, jiġu sodisfatti.

5.7.1.1.   Madanakollu, fejn il-bozoz ta’ waqfien u l-bozoz li jindikaw id-direzzjoni jkunu ggruppati, kwalunkwe linja dritta orizzontali jew vertikali li tgħaddi mill-projezzjonjiet tas-superfiċji apparenti ta’ dawn il-funzjonijiet fuq pjan perpendikulari għall-assi ta’ referenza, m'għandux jaqsam aktar minn żewġ linji ta’ demarkazzjoni li jisseparaw żoni biswit xulxin ta’ kulur differenti.

5.7.2.   Fejn is-superfiċje apparenti ta’ bozza waħdanija hija magħmula minn żewġ partijiet distinti jew aktar, għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

5.7.2.1.   Jew l-erja totali tal-projezzjoni tal-partijiet distinti fuq pjan tanġenzjali għas-superfiċje esterna tal-materjal trasparenti u perpendikulari għall-assi ta’ referenza għandha tokkupa mhux inqas minn 60 fil-mija ta’ l-iżgħar figura kwadrilaterali li tiċċirkoskrivi l-projezzjoni msemmija, jew id-distanza bejn żewġ partijiet distinti biswit xulxin/tanġenzjali m'għandhiex teċċedi l-15mm meta mkejla b'mod perpendikulari għall-assi ta’ referenza.

5.8.   L-għoli massimu 'l fuq mill-art għandu jitkejjel mill-ogħla punt u l-għoli minimu mill-aktar punt baxx tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza.

Fil-każ ta’ bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx, l-għoli minimu b'relazzjoni għall-art jitkejjel mill-aktar punt baxx ta’ l-iżbokk effettiv tas-sistema ottika (eż. riflettur, lenti, lenti ta’ projezzjoni) indipendenti mill-użu tagħha.

Fejn l-għoli (massimu u minimu) 'il fuq mill-art b'mod ċar jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, mhemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ kwalunkwe superfiċje.

5.8.1.   Il-pożizzjoni, rigward il-wisa', se tkun iddeterminata minn dak it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li hija l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura b'referenza għall-wisa' totali, u mit-truf ta’ ġewwa tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza b'referenza għad-distanza bejn il-bozoz.

Fejn il-pożizzjoni, rigward il-wisa', b'mod ċar tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament, mhemmx għalfejn jiġu ddeterminati t-truf eżatti ta’ kwalunkwe superfiċje.

5.9.   Fin-nuqqas ta’ struzzjonijiet speċifiċi, l-ebda bozza ħlief il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni, il-bozoz tas-sinjal ta’ twissija f'każ ta’ periklu mill-vettura u l-bozoz ambra li jimmarkaw il-ġnub li jikkonformaw mal-paragrafu 6.18.7. t'aktar 'l isfel, għandhom ikunu bozoz li jixegħlu u jitfu malajr.

5.10.   Bozza m'għandha titfa' l-ebda dawl aħmar f'direzzjoni 'l quddiem, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.7., li jista' jagħti lok għal konfużjoni u bozza m'għandha titfa' l-ebda dawl abjad f'direzzjoni lura, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 2.7., li jista' jagħti lok għal konfużjoni, ħlief mill-bozza tar-rivers. L-apparati tad-dawl imwaħħla għad-dawl intern tal-vettura m'għandhomx jitqiesu. F'każ ta’ dubju, dan ir-rekwiżit għandu jkun ivverifikat kif ġej:

5.10.1.

Għall-viżibilità tad-dawl aħmar lejn il-parti ta’ quddiem ta’ vettura, bl-eċċezzjoni ta’ bozza ħamra li timmarka l-ġnub fuq waranett, ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċje apparenti ta’ bozza ħamra jekk qed jaraha osservatur li qed jiċċaqlaq fi ħdan iż-Żona 1 kif ġie speċifikat fl-Anness 4.

5.10.2.

Għall-viżibilità ta' dawl abjad lejn il-parti ta’ wara, ma jrid ikun hemm l-ebda viżibilità diretta tas-superfiċje apparenti ta’ bozza bajda jekk qed jaraha osservatur li qed jiċċaqlaq fi ħdan iż-Żona 2 fi pjan trażversali li jinsab 25 m wara l-vettura (ara l-Anness 4);

5.10.3.

Fil-pjani rispettivi tagħhom, iż-żoni 1 u 2 esplorati minn għajn l-osservatur huma limitati:

5.10.3.1.

fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1 m u 2,2 m 'il fuq mill-art;

5.10.3.2.

fil-wisa', minn żewġ pjani vertikali li, 'il quddiem u lura rispettivament jiffurmaw angolu ta’ 15° 'il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, jgħaddu mill-punt jew mill-punti ta’ kuntatt ta’ pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura li jillimita l-wisa' totali tal-vettura; jekk hemm diversi punti ta’ kuntatt, dak li qiegħed quddiemnett għandu jikkorrispondi għall-pjan 'il quddiem u dawk li qiegħed fuq waranett għall-pjan lura.

5.11.   Il-konnessjonjiet elettriċi jridu jkunu tali li l-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara, il-bozoz li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, jekk hemm, il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub, jekk hemm, u l-bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jinxtegħlu u jintfew fl-istess ħin biss. Din il-kundizzjoni ma tapplikax meta jintużaw il-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara, kif ukoll il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub meta kkombinati jew reċiprokament inkorporati mal-bozoz imsemmija, bħala bozoz ta’ l-ipparkjar u meta l-bozoz li jimmarkaw il-ġnub jitħallew jixelgħu u jitfu malajr.

5.12.   Il-konnessjonijiet elettriċi jridu jkunu tali li l-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx u l-bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem ma jistgħux jinxtegħlu ħlief jekk il-bozoz li jissemmew fil-paragrafu 5.11. ma jinxtegħlux ukoll. Dan ir-rekwiżit m'għandux japplika, madanakollu, għall-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni jew b'raġġ baxx meta t-twissijiet mûdwala tagħhom jikkonsistu fid-dawl intermittenti f'intervalli qosra tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ ewlieni jew fid-dawl intermittenti f'intervalli qosra tal-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx jew fid-dawl alternat f'intervalli qosra tal-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx.

5.13.   It-tell-tale

Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għal tell-tale b'ċirkwit magħluq, dan jista' jkun sostitwit minn tell-tale“operattiv”.

5.14.   Bozoz li jistgħu jinħbew

5.14.1.   Il-ħabi tal-bozoz għandu jkun ipprojbit, ħlief għall-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni, għall-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx u għall-bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem, li jistgħu jinħbew meta ma jkunux qed jintużaw.

5.14.2.   Fil-każ ta’ kwalunkwe ħsara li taffettwa l-ħidma ta’ l-apparat(i) moħbi(ja), il-bozoz għandhom jibqgħu fil-pożizzjoni ta’ l-użu, jekk diġà qed jintużaw, jew għandhom ikunu jistgħu jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni ta’ l-użu mingħajr l-għajnuna ta’ l-għodod.

5.14.3.   Irid ikun possibbli li l-bozoz jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni ta’ l-użu u li jinxtegħlu permezz ta’ kontroll wieħed, mingħajr ma tkun eskluża l-possibbiltà li jiġu mċaqilqa fil-pożizzjoni ta’ l-użu mingħajr ma jinxtegħlu. Madanakollu, fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx iggruppati, il-kontroll li jissemma hawn fuq huwa meħtieġ biss li jattiva l-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx.

5.14.4.   Ma jridx ikun possibbli, li b'mod deliberat, mis-sit tas-sewwieq, jitwaqqaf il-moviment tal-bozoz mixgħula qabel ma jilħqu l-pożizzjoni ta’ l-użu. Jekk ikun hemm periklu li l-moviment tal-bozoz jgħammex għajnejn l-utenti l-oħra tat-triq, jistgħu jixegħlu biss meta jilħqu l-pożizzjoni ta’ l-użu tagħhom.

5.14.5.   Meta l-apparat ta’ ħabi jkollu temperatura ta’ –30 oC sa +50 oC, il-bozoz ta’ quddiem iridu jkunu jistgħu jilħqu l-pożizzjoni ta’ l-użu fi ħdan tliet sekondi mit-tħaddim inizjali tal-kontroll.

5.15.   Il-kuluri tad-dawl li jitfgħu l-bozoz huma dawn li ġejjin:

bozza ta’ quddiem b'raġġ ewlieni

:

abjad

bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx

:

abjad

bozza għaċ-ċpar fuq quddiem

:

abjad jew isfar selettiv

bozz tar-rivers

:

abjad

bozza li tindika d-direzzjoni

:

ambra

sinjal ta’ twissija f'każ ta’ periklu

:

ambra

bozza ta’ waqfien

:

aħmar

bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara

:

abjad

bozza b'pożizzjoni fuq quddiem

:

abjad

bozza b'pożizzjoni fuq wara

:

aħmar

bozza għaċ-ċpar fuq wara

:

aħmar

bozza ta’ l-ipparkjar

:

abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara, ambra jekk inkorporata reċiprokament fil-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb jew fil-bozoz li jimmarkaw il-ġnub.

bozza li timmarka l-ġnub

:

ambra; madanakollu l-bozza li timmarka l-ġnub fuq waranett tista' tkun ħamra jekk tkun iggruppata jew ikkombinata jew reċiprokament inkorporata mal-bozza b'pożizzjoni fuq wara, mal-bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf ta’ wara, mal-bozza għaċ-ċpar fuq wara, mal-bozza ta’ waqfien jew tkun iggruppata jew ikollha parti mis-superfiċje li titfa' d-dawl komuni mar-retro-riflettur ta’ wara.

bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf

:

abjad fuq quddiem, aħmar fuq wara

bozza tas-sewqan bi nhar

:

abjad

retro-riflettur ta’ wara, mhux trijangolari

:

aħmar

retro-riflettur ta’ wara, trijangolari

:

aħmar

retro-riflettur ta’ quddiem mhux trijangolari

:

identiku għad-dawl inċidentali (5)

retro-riflettur tal-ġenb mhux trijangolari

:

ambra; madanakollu ir-retro-rifletur tal-ġenb ta’ waranett jista' jkun aħmar jekk ikun iggruppat jew ikollu parti mis-superfiċje li titfa' d-dawl komuni mal-bozza b'pożizzjoni fuq wara, għall-bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf ta’ wara, għall-bozza għaċ-ċpar fuq wara, għall-bozza ta’ waqfien jew għall-bozza ħamra li timmarka l-ġnub fuq waranett.

bozza għall-irkejjen

:

abjad

immarkar biex jolqot l-għajn

:

abjad jew isfar fuq il-ġenb;

aħmar jew isfar fuq wara. (6)

5.16.   In-numru ta’ bozoz

5.16.1.   In-numru ta’ bozoz immuntati fuq il-vettura għandu jkun daqs in-numru(i) speċifikat(i) f'kull wieħed mill-paragrafi 6.1. sa 6.20.

5.17.   Fuq komponenti li jiċċaqilqu tista' tiġi installata kwalunkwe bozza sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 5.18., 5.19. u 5.20. jiġu sodisfatti.

5.18.   Il-bozoz b'pożizzjoni fuq wara, l-indikaturi tad-direzzjoni ta’ wara u r-retro-rifletturi ta’ wara, trijangolari kif ukoll mhux trijangolari, jistgħu jiġu installati fuq komponenti li jiċċaqilqu biss:

5.18.1.

jekk fil-pożizzjonijiet fissi kollha tal-komponenti li jiċċaqilqu, il-bozoz fuq il-komponenti li jiċċaqilqu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ pożizzjoni, ta’ viżibilità ġeometrika u fotometriċi kollha għal dawk il-bozoz. Jekk il-funzjonijiet t'hawn fuq jinkisbu b'assemblaġġ ta’ żewġ bozoz immarkati “D” (ara l-paragrafu 2.16.1.) waħda biss minn dawn il-bozoz jeħtieġ li tissodisfa r-rekwiżiti li ssemmew hawn fuq;

jew

5.18.2.

fejn jitwaħħlu u jiġu attivati bozoz addizzjonali għall-funzjonijiet li ssemmew aktar 'il fuq, meta l-komponent li jiċċaqlaq ikun fi kwalunkwe pożizzjoni fissa miftuħa, sakemm dawn il-bozoz addizzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ pożizzjoni, ta’ viżibilità ġeometrika u fotometriċi kollha applikabbli għall-bozoz installati fuq il-komponent li jiċċaqlaq.

5.19.   Meta l-komponenti li jiċċaqilqu jkunu f'pożizzjoni li mhix “pożizzjoni normali ta’ użu”, l-apparati installati fuqhom m'għandhomx jikkawżaw skonfort mhux xieraq lill-utenti tat-triq.

5.20.   Meta fuq komponent li jiċċaqlaq tiġi installata bozza u l-komponent li jiċċaqlaq ikun fil-“pożizzjoni(jiet) normali ta’ l-użu”, il-bozza trid dejjem tirritorna għall-pożizzjoni(jiet) speċifikati mill-manifattur skond dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx u bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem, dan ir-rekwiżit għandu jitqies li kien sodisfatt jekk, meta l-komponenti li jiċċaqilqu jiġu mċaqilqa u rritornati għall-pożizzjoni normali għal 10 darbiet, l-ebda valur ta’ l-inklinazzjoni angolari ta’ dawn il-bozoz, relattiv għall-appoġġ tiegħu, imkejjel wara kull operazzjoni tal-komponent li jiċċaqlaq, ma jvarja b'aktar minn 0.15 fil-mija mill-medja ta’ l-10 valuri mkejla. Jekk dan il-valur jinqabeż, kull limitu speċifikat fil-paragrafu 6.2.6.1.1. imbagħad għandu jkun immodifikat minn dan l-eċċess sabiex titnaqqas il-firxa permessa ta’ l-inklinazzjonijiet meta tkun ikkontrollata l-vettura skond l-Anness 6.

5.21.   Is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara, tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u fuq wara u tar-retro-rifletturi m'għandhex tkun moħbija għal aktar minn 50 fil-mija minn kwalunkwe komponent li jiċċaqlaq, b'apparat tas-sinjali bid-dawl installat fuqu jew mingħajr ma jkun installat, fi kwalunkwe pożizzjoni ffissata differenti mill-“pożizzjoni normali ta’ l-użu”.

Jekk ir-rekwiżit t'hawn fuq mhux prattikabbli:

5.21.1.

bozoz addizzjonali li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ pożizzjoni, ta’ viżibilità ġeometrika u fotometriċi kollha għall-bozoz li ġew indikati aktar 'il fuq għandhom ikunu attivati meta s-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ta’ dawn il-bozoz tkun aktar minn 50 fil-mija moħbija mill-komponent li jiċċaqlaq;

jew

5.21.2.

rimarka fil-formola ta’ komunikazzjoni (il-punt 10.1. ta’ l-Anness 1) għandha tinforma lill-Amministrazzjonijiet l-oħra li aktar minn 50 fil-mija tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza jista' jkun moħbi mill-komponenti li jiċċaqilqu;

u

avviż fil-vettura għandha jinforma lill-utent li f'ċerta(i) pożizzjoni(jiet) tal-komponenti li jiċċaqilqu, utenti oħra tat-triq għandhom ikunu mwissija bil-preżenza tal-vettura fit-triq; pereżempju, permezz ta’ trijangolu ta’ twissija jew apparati oħra skond ir-rekwiżiti nazzjonali għall-użu fit-triq.

5.21.3.

Il-paragrafu 5.21.2. ma japplikax għar-retro-rifletturi.

5.22.   Bl-eċċezzjoni tar-retro-rifletturi, bozza anki jekk ikollha fuqu marka ta’ approvazzjoni titqies li ma tkunx preżenti meta ma tkunx tista' titħaddem bl-installazzjoni biss ta’ sors tad-dawl.

5.23.   Il-bozoz għandhom jitwaħħlu fuq vettura b'tali mod li s-sors tad-dawl jista' jiġi sostitwit b'mod korrett skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura mingħajr ma jintużaw għodod speċjali, ħlief dawk provduti mal-vettura mill-manifattur. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal:

(a)

apparati approvati b'sors mhux sostiwibbli tad-dawl;

(b)

apparati approvati b'sorsi tad-dawl skond ir-Regolament Nru 99.

5.24.   Tkun permessa kwalunkwe sostituzzjoni temporanja ta’ sikurezza tal-funzjoni tas-sinjali bid-dawl ta’ bozza b'pożizzjoni fuq wara, sakemm il-funzjoni sostitutiva f'każ ta’ ħsara tkun simili fil-kulur, fl-intensità u fil-pożizzjoni ewlenin għall-funzjoni li waqfet taħdem u sakemm l-apparat sostitutiv jibqa' operattiv fil-funzjoni ta’ sikurezza oriġinali tiegħu. Waqt is-sostituzzjoni, tell-tale fuq id-daxxbord (ara l-paragrafu 2.18. ta’ dan ir-Regolament) għandu jindika li kien hemm sostituzzjoni temporanja u li hemm ħtieġa għal tiswija.

6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET INDIVIDWALI

6.1.   Il-bozza ta’ quddiem b'raġġ ewlieni

6.1.1.   Il-preżenza

Mandatorja fuq il-vetturi bil-mutur. Ipprojbita fuq it-trejlers.

6.1.2.   In-numru

Tnejn jew erbgħa.

Għall-vetturi tal-kategorija N3:

Jistgħu jiġu installati żewġ bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni żejda.

Fejn vettura tkun mgħammra b'erba' bozoz ta’ quddiem li jistgħu jinħbew, l-installazzjoni ta’ żewġ bozoz ta’ quddiem addizzjonali għandha tkun awtorizzata biss għall-fini ta’ sinjali bid-dawl, li jikkonsistu f'illuminazzjoni intermittenti, f'intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12.) bi nhar.

6.1.3.   L-arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.   Il-pożizzjoni

6.1.4.1.   Fil-wisa': l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.2.   Fl-għoli: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.1.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura u mwaħħla b'tali mod li d-dawl mitfugħ ma jikkawżawx skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja biex tara wara u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.1.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Il-viżibilità tas-superfiċje li ddawwal, inkluża l-viżibilità tagħha f'żoni li ma jidhirx li jkunu mdawla fid-direzzjoni ta’ l-osservazzjoni meqjusa, trid tkun żgurata fi ħdan spazju diverġenti ddefinit minn linji li jiġġeneraw ibbażati fuq il-perimetru tas-superfiċje li ddawwal u li jiffurmaw angolu ta’ mhux inqas minn 5° ma’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem. L-oriġini ta’ l-angoli ta’ viżibilità ġeometrika hija l-perimetru tal-projezzjoni tas-superfiċje li ddawwal fuq pjan trażversali tanġenzjali għall-parti ta’ quddiemnett tal-lenti tal-bozza ta’ quddiem.

6.1.6.   L-orjentazzjoni

'Il quddiem.

Mhux iktar minn bozza ta’ quddiem b'raġġ ewlieni waħda fuq kull ġenb tal-vettura tista' ddur biex tipproduċi dawl għal-liwi.

6.1.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.1.7.1.   Il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni jistgħu jinxtegħlu jew fl-istess ħin jew f'pari. F'każ li jkunu installati ż-żewġ bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni żejda, kif inhu permess skond il-paragrafu 6.1.2. għall-vetturi tal-kategorija N3 biss, mhux aktar minn żewġ pari jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin. Għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni, mill-inqas par wieħed ta’ bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni għandhom ikunu mixgħula. Għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni kollha għandhom jintfew fl-istess ħin.

6.1.7.2.   Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu mixgħula fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenija.

6.1.7.3.   Fejn jitwaħħlu erba' bozoz ta’ quddiem li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom trid tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta’ kwalunkwe bozza ta’ quddiem addizzjonali mwaħħla, jekk din tkun maħsuba biex ikunu provduti sinjali bid-dawl li jikkonsistu minn illuminazzjoni intermittenti f'intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12.) bi nhar.

6.1.8.   It-tell-tale

Tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju.

6.1.9.   Rekwiżiti oħra

6.1.9.1.   L-intensità aggregata massima tal-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni li jistgħu jinxtegħlu fl-istess ħin m'għandhiex teċċedi l-225 000 cd, li jikkorrispondi għal valur ta’ referenza ta’ 75.

6.1.9.2.   Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddu flimkien il-marki ta’ referenza individwali li huma indikati fuq diversi bozoz ta’ quddiem. Il-marka ta’ referenza “10” għandha tingħata lil kull waħda mill-bozoz ta’ quddiem mmarkata “R” jew “CR”.

6.2.   Il-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx

6.2.1.   Il-preżenza

Mandatorja fuq il-vetturi bil-mutur. Ipprojbita fuq it-trejlers.

6.2.2.   In-numru

Tnejn.

6.2.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.2.4.   Il-pożizzjoni

6.2.4.1.   Fil-wisa': dak it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m'għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

It-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza għandhom ikunu mhux inqas minn 600 mm 'il bogħod minn xulxin. Dan ma japplikax, madankollu, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1; għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha bil-mutur, fejn il-wisa' totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.2.4.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 500 mm u mhux iktar minn 1 200 mm 'il fuq mill-art. Għall-vetturi (fuq art imħarbta) tal-kategorija N3G (7) l-għoli massimu jista' jiżdied għal 1 500 mm.

6.2.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li jkun sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżax skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja biex tara wara u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.2.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u ß kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.13.:

α

=

15° 'il fuq u 10° 'l isfel,

ß

=

45° 'il barra u 10° 'il ġewwa.

Ladarba l-valuri fotometriċi meħtieġa għall-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx ma jkoprux il-kamp viżiv ġeometriku kollu, valur minimu ta’ 1 cd fl-ispazju rimanenti huwa meħtieġ għal finijiet ta’ approvazzjoni tat-tip. Il-preżenza ta’ taqsimiet jew apparat ieħor qrib il-bozza ta’ quddiem m'għandux jagħti lok għal effetti sekondarji li jikkawżaw skonfort lill-utenti l-oħra tat-triq.

6.2.6.   L-orjentazzjoni

'Il quddiem.

6.2.6.1.   L-orjentazzjoni vertikali

6.2.6.1.1.   L-inklinazzjoni inizjali 'l isfel tal-punt ta’ waqfien tar-raġġ baxx li għandha tkun iffissat fl-istat mhux mgħobbi tal-vettura b'persuna waħda fis-sit tas-sewwieq għandha tkun speċifikata bi preċiżjoni ta’ 0.1 fil-mija mill-manifattur u għandha tkun indikata b'mod li jista' jinqara b'mod ċar u li jkun indelibbli fuq kull vettura qrib jew tal-bozza ta’ quddiem jew tal-pjanċa tal-manifattur mis-simbolu muri fl-Anness 7.

Il-valur ta’ din l-inklinazzjoni 'l isfel indikata għandha tkun iddefinita skond il-paragrafu 6.2.6.1.2.

6.2.6.1.2.   Jiddependi mill-għoli ta’ l-immuntar f'metri (h) tat-tarf t'isfel tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx, imkejjel fuq il-vetturi mhux mgħobbija, l-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta’ waqfien tar-raġġ baxx, fil-kundizzjonijiet statiċi kollha ta’ l-Anness 5, għandha tibqa' bejn il-limiti li ġejjin u l-mira inizjali għandu jkollha l-valuri li ġejjin:

 

h < 0.8

limiti

:

bejn – 0.5 fil-mija u – 2.5 fil-mija

mira inizjali

:

bejn – 1.0 fil-mija u – 1.5 fil-mija

 

0.8 ≤ h ≤ 1.0

limiti

:

bejn – 0.5 fil-mija u – 2.5 fil-mija

mira inizjali

:

bejn – 1.0 fil-mija u – 1.5 fil-mija

jew, fid-diskrezzjoni tal-manifattur,

limiti

:

bejn – 1.0 fil-mija u – 3.0 fil-mija

mira inizjali

:

bejn – 1.5 fil-mija u – 2.0 fil-mija

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, f'dan il-każ, għandha tinkludi informazzjoni dwar liema miż-żewġ alternattivi se tintuża.

 

h > 1.0

limiti

:

bejn – 1.0 fil-mija u – 3.0 fil-mija

mira inizjali

:

bejn – 1.5 fil-mija u – 2.0 fil-mija

Il-valuri tal-limiti u tal-mira inizjali t'hawn fuq inġabru fil-qosor fid-dijagramma t'aktar 'l isfel.

Għall-vetturi (fuq art imħarbta) tal-kategorija N3G fejn il-bozoz ta’ quddiem jeċċedu għoli ta’ 1 200 mm, il-limiti għall-inklinazzjoni vertikali tal-punt ta’ waqfien għandhom ikunu bejn: – 1.5 fil-mija u – 3.5 fil-mija.

Il-mira inizjali għandha tkun iffissata bejn: – 2 fil-mija u – 2.5 fil-mija.

6.2.6.2.   L-apparat għall-invellar tal-bozoz ta’ quddiem

6.2.6.2.1.   Fil-każ fejn ikun meħtieġ apparat għall-invellar tal-bozoz ta’ quddiem biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.6.1.1. u 6.2.6.1.2., l-apparat għandu jkun awtomatiku.

6.2.6.2.2.   Madanakollu, apparati li jiġu aġġustati manwalment, jew b'mod kontinwu jew b'mod mhux kontinwu, għandhom ikunu permessi, sakemm ikollhom pożizzjoni ta’ waqfien fejn il-bozoz ikunu jistgħu jiġu rritornati għall-inklinazzjoni inizjali ddefinita fil-paragrafu 6.2.6.1.1. permezz tal-viti ta’ aġġustament tas-soltu jew mezzi simili.

Dawn l-apparati li jkunu manwalment aġġustabbli jridu jkunu jistgħu jitħaddmu mis-sit tas-sewwieq.

L-apparati li jkunu kontinwament aġġustabbli jrid ikollhom marki ta’ referenza li jindikaw il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx.

In-numru ta’ pożizzjonijiet fuq apparati li mhumiex kontinwament aġġustabbli jrid ikun tali li jiżgura konformità mal-firxa ta’ valuri provduti fil-paragrafu 6.2.6.1.2. fil-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija li ġew iddefiniti fl-Anness 5.

Għal dawn l-apparati wkoll, il-kundizzjonijiet tat-tagħbija ta’ l-Anness 5 li jeħtieġu aġġustament tar-raġġ baxx għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar qrib il-kontroll ta’ l-apparat (ara l-Anness 8).

6.2.6.2.3.   Fil-każ ta’ ħsara ta’ l-apparati deskritti fil-paragrafi 6.2.6.2.1. u 6.2.6.2.2., ir-raġġ baxx m'għandux jassumi pożizzjoni fejn l-inklinazzjoni tkun inqas minn kemm kienet meta seħħet il-ħsara ta’ l-apparat.

6.2.6.3.   Il-proċedura tal-kejl

6.2.6.3.1.   Wara aġġustament ta’ l-inklinazzjoni inizjali, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ baxx, espressa f'perċentwal, għandha titkejjel f'kundizzjonijiet statiċi skond il-kundizzjonijiet kollha tat-tagħbija li ġew iddefiniti fl-Anness 5.

6.2.6.3.2.   Il-kejl tal-varjazzjoni ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx bħala funzjoni tat-tagħbija jrid jitwettaq skond il-proċedura tat-test stabbilita fl-Anness 6.

6.2.6.4.   L-orjentazzjoni orizzontali

L-orjentazzjoni orizzontali ta’ bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx jew taż-żewġ bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx tista' tkun varjata biex tipproduċi dawl għal-liwi, sakemm jekk ir-raġġ sħiħ jiġi mċaqlaq jew il-barma tal-minkeb tal-punt ta’ waqfien tiġi mċaqilqa, il-barma tal-minkeb tal-punt ta’ waqfien m'għandhiex taqsam il-linja tat-trajettorja taċ-ċentru ta’ gravità tal-vettura f'distanzi mill-parti ta’ quddiem tal-vettura li huma akbar minn 100 darba l-għoli ta’ l-immuntar tal-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx rispettivi.

6.2.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-kontroll għall-bidla għal raġġ baxx irid jitfi l-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni kollha fl-istess ħin.

Ir-raġġ baxx jista' jibqa' mixgħul fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenija.

Fil-każ ta’ bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx skond ir-Regolament Nru 98, is-sors tad-dawl b'disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu mixgħula waqt it-tħaddim tar-raġġ ewlieni.

Sors wieħed tad-dawl addizzjonali, li jinsab ġewwa l-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx jew f'bozza (ħlief il-bozza ta’ quddiem b'raġġ ewlieni) iggruppata jew reċiprokament inkorporata mal-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx rispettivi, jista' jkun attivat biex jipproduċi dawl għal-liwi, sakemm ir-radju orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru ta’ gravità tal-vettura huwa 500 m jew inqas. Dan jista' jintwera mill-manifattur permezz ta’ kalkolu jew b'mezzi oħra li jkunu aċċettati mill-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip.

Il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx jistgħu JINXTEGĦLU jew JINTFEW awtomatikament. Madanakollu, għandu dejjem ikun possibbli li dawn il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx JINXTEGĦLU u JINTFEW manwalment.

6.2.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv.

Madanakollu, fil-każ fejn ir-raġġ sħiħ jiġi mċaqlaq jew il-barma fil-minkeb tal-punt ta’ waqfien tiġi mċaqilqa biex ikun prodott dawl għal-liwi, tell-tale operattiv huwa mandatorju; għandu jkun dawl ta’ twissija li jixgħel u jitfi malajr li jinxtegħel fil-każ li l-ispostament tal-barma tal-minkeb tal-punt ta’ waqfien ma jaħdimx sew.

6.2.9.   Rekwiżiti oħra

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.5.2. m'għandhomx japplikaw għall-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx.

Il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx b'sors tad-dawl li jkollha fluss mûdwal oġġettiv li jeċċedi l-2 000 lumen għandhom jiġu installati biss flimkien ma’ l-installazzjoni ta’ apparat(i) għat-tindif tal-bozoz ta’ quddiem skond ir-Regolament Nru 45. (8) Barra minn hekk, rigward l-inklinazzjoni vertikali, m'għandhomx ikunu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.6.2.2. t'aktar 'il fuq.

Skond ir-Regolament Nri. 98 jew 112, il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx biss jistgħu jintużaw biex ikun prodott dawl għal-liwi.

Jekk id-dawl għal-liwi jiġi prodott b'moviment orizzontali tar-raġġ sħiħ jew tal-barma fil-minkeb tal-punt ta’ waqfien, għandu jiġi attivat biss jekk il-vettura tkun miexja 'l quddiem; dan m'għandux japplika jekk id-dawl għal-liwi jkun prodott għal tidwira fuq il-lemin fi traffiku fuq il-lemin (tidwira fuq ix-xellug fi traffiku fuq ix-xellug).

6.3.   Il-bozza għaċ-ċpar fuq quddiem

6.3.1.   Il-preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi bil-mutur. Ipprojbita fuq it-trejlers.

6.3.2.   In-numru

Tnejn.

6.3.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.3.4.   Il-pożizzjoni

6.3.4.1.   Fil-wisa': dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar 'il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m'għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.3.4.2.   Fl-għoli:

minimu

:

Mhux inqas minn 250 mm 'il fuq mill-art.

massimu

:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 mhux aktar minn 800 mm 'il fuq mill-art. Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha l-ebda għoli massimu.

Madanakollu, l-ebda punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ma jrid ikun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx.

6.3.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżawx skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament permezz tal-mirja biex tara wara u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.3.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u ß kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.13.:

α

=

5° 'il fuq u 'l isfel,

ß

=

45° 'il barra u 10° 'il ġewwa.

6.3.6.   L-orjentazzjoni

'Il quddiem.

L-allinjament tal-bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem ma jridx ivarja skond l-angolu tas-sokra ta’ l-istering.

Iridu jkunu diretti 'l quddiem mingħajr ma jgħammxu wisq l-għajnejn jew jikkawżaw skonfort lis-sewwieqa li jkunu ġejjin minn faċċata u lill-utenti oħra tat-triq.

6.3.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Irid ikun possibbli li l-bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem jinxtegħlu u jintfew indipendentement mill-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni, mill-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx jew minn kwalunkwe kombinazzjoni ta’ bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni u b'raġġ baxx.

6.3.8.   It-tell-tale

It-tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju. Dawl ta’ twissija indipendenti li ma jitfix u jixgħel malajr.

6.3.9.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.4.   Il-bozza tar-rivers

6.4.1.   Il-preżenza

Mandatorja fuq il-vetturi bil-mutur u fuq it-trejlers tal-kategoriji O2, O3 u O4. Fakultattiva fuq it-trejlers tal-kateogrija O1.

6.4.2.   In-numru

6.4.2.1.   Fuq il-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 u fuq il-vetturi l-oħra kollha b'tul li ma jeċċedix is-6 000 mm, apparat wieħed huwa mandatorja u t-tieni apparat huwa fakultattiv.

6.4.2.2.   Żewġ apparati mandatorji u żewġ apparati fakultattivi fuq il-vetturi kollha b'tul li jeċċedi s-6 000 mm, ħlief għall-vetturi tal-kategorija M1.

6.4.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżiti speċjali.

6.4.4.   Il-pożizzjoni

6.4.4.1.

:

Fil-wisa’

:

l-ebda rekwiżit speċjali.

6.4.4.2.

:

Fl-għoli

:

mhux inqas minn 250 mm u mhux aktar minn 1 200 mm 'il fuq mil-art.

6.4.4.3.

:

Fit-tul

:

fuq wara tal-vettura.

Madankollu, jekk jiġu installati, iż-żewġ apparati fakultattivi li jissemmew fil-paragrafu 6.4.2.2. għandhom jitwaħħlu fuq il-ġenb jew fuq wara tal-vettura, skond ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.4.5. u 6.4.6.

6.4.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u β, kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.13.:

α

=

15° 'il fuq u 5° 'l isfel,

β

=

45° fuq il-lemin u fuq ix-xellug jekk ikun hemm apparat wieħed biss,

45° 'il barra u 30° 'il ġewwa jekk ikun hemm tnejn.

L-assi ta’ referenza taż-żewġ apparati fakultattivi li jissemmew fil-paragrafu 6.4.2.2., jekk jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura għandha tkun orjentata orizzontalment lejn il-ġenb b'inklinazzjoni ta’ 10°± 5° b'relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.4.6.   L-orjentazzjoni

Lura.

Fil-każ taż-żewġ apparati fakultattivi li jissemmew fil-paragrafu 6.4.2.2., jekk jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, m'għandhomx jiġu applikati r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.4.5. li ssemmew aktar 'il fuq. Madankollu, l-assi ta’ referenza ta’ dawn l-apparati għandu jkun orjentat 'il barra mhux aktar minn 15° orizzontalment lejn il-parti ta’ wara b'relazzjoni għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.4.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.4.7.1.   Għandhom ikunu tali li l-bozza tista' tixgħel biss jekk il-ger tar-rivers ikun ingaġġjat u jekk l-apparat li jikkontrolla meta tistartja u tintefa l-magna jkun f'tali pożizzjoni li l-magna tkun tista' titħaddem. M'għandhiex tinxtegħel jew tibqa' mixgħula jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet t'hawn fuq ma tiġix sodisfatta.

6.4.7.2.   Barra minn hekk, il-konnessjonijiet elettriċi taż-żewġ apparati fakultattivi li jissemmew fil-paragrafu 6.4.2.2. għandhom ikunu tali li dawn l-apparati ma jistgħux idawlu ħlief meta l-bozoz li jissemmew fil-paragrafu 5.11. jkunu mixgħula.

Huwa permess li l-apparati li jitwaħħlu fuq il-ġenb tal-vettura, għal manuvri bil-mod waqt li l-karozza tkun miexja 'l quddiem, jinxtegħlu. Għal finijiet ta’ din ix-xorta, l-apparati għandhom ikunu attivati u deattivati manwalment permezz ta’ swiċċ separat u jistgħu jibqgħu mdawla anki meta l-ger tar-rivers ma jibqax ingaġġjat. Madanakollu, jekk il-veloċità 'l quddiem tal-vettura teċċedi l-10 km/siegħa, l-apparati għandhom jintfew awtomatikament u għandhom jibqgħu mitfija sakemm jerġgħu jinxtegħlu b'mod deliberat.

6.4.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv.

6.4.9.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.5.   Il-bozza li tindika d-direzzjoni

6.5.1.   Il-preżenza (ara l-figura t'aktar 'l isfel)

Mandatorja. It-tipi ta’ bozoz li jindikaw id-direzzjoni jaqgħu f'kategoriji (1, 1a, 1b, 2a, 2b, 5 and 6) li l-assemblaġġ tagħhom fuq vettura waħda jikkostitwixxi arranġament (“A” u “B”).

L-arranġament “A” għandu japplika għall-vetturi bil-mutur kollha.

L-arranġament “B” għandu japplika għat-trejlers biss.

6.5.2.   In-numru

Skond l-arranġament.

6.5.3.   L-arranġamenti (ara l-figura t’aktar ’l isfel)

A:   Żewġ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem tal-kategoriji li ġejjin:

 

1 jew 1a jew 1b, jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ta’ din il-bozza u dik tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-bozza għaċ-ċpar fuq quddiem, jekk ikun hemm waħda, tkun ta’ mill-inqas 40 mm;

 

1a jew 1b, jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ta’ din il-bozza u dik tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-bozza għaċ-ċpar fuq quddiem, jekk ikun hemm waħda, tkun akbar minn 20 mm u iżgħar minn 40 mm;

 

1b, jekk id-distanza bejn it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ta’ din il-bozza u dik tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx u/jew tal-bozza għaċ-ċpar fuq quddiem, jekk ikun hemm waħda, tkun iżgħar minn jew daqs 20 mm;

 

żewġ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq wara (il-kategorija 2a jew 2b);

 

żewġ bozoz fakultattivi (il-kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3.

 

żewġ bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 jew 6 (rekwiżiti minimi):

 

5

għall-vetturi kollha tal-kategorija M1;

għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 li ma jeċċedux tul ta’ 6 metri.

 

6

għall-vetturi kollha tal-kategoriji N2 u N3;

għall-vetturi tal-kategoriji N1, M2 u M3 li jeċċedu tul ta’ 6 metri.

Huwa permess li fil-każijiet kollha jiġu sostitwiti l-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 b'bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 6.

Fejn jitwaħħlu bozoz li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem (il-kategoriji 1, 1a, 1b) u bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb (il-kategorija 5 jew 6), jistgħu jitwaħħlu żewġ bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb addizzjonali (il-kategorija 5 jew 6) biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-viżibilità tal-paragrafu 6.5.5.

B:   Żewġ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq wara (il-kategorija 2a jew 2b).

żewġ bozoz fakultattivi (il-kategorija 2a jew 2b) fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji O2, O3 u O4.

6.5.4.   Il-pożizzjoni

6.5.4.1.   Fil-wisa’: it-tarf tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jridx ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni m’għandhiex tapplika għall-bozoz fakultattivi ta’ wara.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza m’għandhiex tkun iżgħar minn 600 mm.

Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

6.5.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art.

6.5.4.2.1.   L-għoli tas-superfiċje li titfa’ d-dawl tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategorija 5 jew 6 ma jridx ikun:

inqas minn

:

350 mm għall-kategoriji M1 u N1 ta’ vetturi, u 500 mm għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ vetturi, it-tnejn imkejla mill-aktar punt baxx; u

akbar minn

:

1 500 mm, imkejjel mill-ogħla punt.

6.5.4.2.2.   L-għoli tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b, imkejjel skond il-paragrafu 5.8., m’għandux ikun inqas minn 350 mm jew akbar minn 1 500 mm.

6.5.4.2.3.   Jekk l-istruttura tal-vettura ma tippermettix li dawn il-limiti ta’ fuq, li tkejlu kif ġie speċifikat aktar ’il fuq, jiġu rispettati, u jekk il-bozoz fakultattivi ma jiġux installati, jistgħu jiġu miżjuda għal 2 300 mm għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6, u għal 2 100 mm għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b.

6.5.4.2.4.   Jekk jiġu installati bozoz fakultattivi, għandhom jitqiegħdu f'għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.5.4.1., mas-simmetrija tal-bozoz, u f'distanza vertikali kbira daqskemm tagħmilha possibbli s-sura tal-qafas, imma mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mill-bozoz mandatorji.

6.5.4.3.   Fit-tul (ara l-figura t’aktar ’l isfel)

Id-distanza bejn is-superfiċje li titfa’ d-dawl tal-bozza li tindika d-direzzjoni tal-ġenb (il-kategoriji 5 u 6) u l-pjan trażversali li jimmarka l-limitu ta’ quddiem tat-tul totali tal-vettura, m’għandhiex teċċedi l-1 800 mm. Madanakollu, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, u għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha, jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li jkun hemm konformità ma’ l-angoli minimi tal-viżibilità, din id-distanza tista' titkabbar għal 2 500 mm.

6.5.5.   Il-viżibilità ġeometrika

6.5.5.1.   L-angoli orizzontali: (ara l-figura t’aktar ’l isfel)

L-angoli vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a, 2b u 5. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk il-bozoz ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art; 30° ’il fuq minn u 5° taħt l-orizzontali għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni tal-kategorija 6. L-angolu vertikali ’l fuq mill-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk il-bozoz fakultattivi mhumiex inqas minn 2 100 mm ’il fuq mill-art.

FIGURA (ara l-paragrafu 6.5.)

Image

6.5.5.2.   jew, għad-diskrezzjoni tal-manifattur, għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1  (9):

Il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u fuq wara, kif ukoll il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub:

Image

L-angoli orizzontali (ara l-figura t’hawn isfel):

L-angoli vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk il-bozoz ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

Biex titqies viżibbli, il-bozza trid tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċje apparenti ta’ mill-inqas 12.5 ċentimetru kwadru, ħlief għall-indikaturi tad-direzzjoni tal-ġenb tal-kategoriji 5 u 6. L-erja tas-superfiċje li ddawwal ta’ kwalunkwe retro-riflettur li ma jittrażmettix id-dawl, għandha tkun eskluża.

6.5.6.   L-orjentazzjoni

Skond l-ispeċifikazzjonijiet għall-installazzjoni mill-manifattur, jekk ikun hemm.

6.5.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni għandhom jixegħlu b'mod indipendenti mill-bozoz l-oħra. Il-bozoz kollha li jindikaw id-direzzjoni fuq ġenb wieħed tal-vettura għandhom jinxtegħlu u jintfew permezz ta’ kontroll wieħed u għandhom jixegħlu u jitfu malajr b'mod sinkronizzat.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul t’inqas minn 6 m, b'arranġament li jikkonforma mal-paragrafu 6.5.5.2. t’aktar ’il fuq, il-bozoz ambra li jimmarkaw il-ġnub, meta mmuntati, għandhom ukoll jixegħlu u jitfu malajr bl-istess frekwenza (b'mod sinkronizzat) mal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni.

6.5.8.   It-tell-tale

It-tell-tale operattiv huwa mandatorju għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u fuq wara. Jista' jkun viżiv jew tas-smigħ jew it-tnejn. Jekk ikun viżiv għandu jkun dawk li jixgħel u jitfi malajr li, għall-inqas fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe waħda mill-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem jew fuq wara, jew jintefa, jew jibqa’ mixgħul mingħajr ma jixgħel u jitfi malajr, jew juri bidla kbira fil-frekwenza. Jekk ikun għalkollox tas-smigħ għandu jinstema’ b'mod ċar u għandu juri bidla kbira fil-frekwenza, mill-inqas fil-każ tal-ħsara ta’ kwalunkwe waħda mill-bozoz wara li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem jew fuq wara.

Jekk vettura bil-mutur tkun mgħammra biex tiġbed trejler, trid tkun mgħammra b'tell-tale operattiv viżiv speċjali għall-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler ħlief jekk it-tell-tale tal-vettura li tiġbed jippermetti li tkun skoperta l-ħsara ta’ kwalunkwe waħda mill-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq il-kombinazzjoni tal-vetturi li ġiet ifformata b'dan il-mod.

Għall-par fakultattiv ta’ bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejlers, it-tell-tale operattiv m’għandux ikun mandatorju.

6.5.9.   Rekwiżiti oħra

Id-dawl għandu jkun wieħed li jixgħel u jitfi malajr u għandu jagħmel dan b'rata ta’ 90 ± 30 darba fil-minuta.

It-tħaddim tal-kontroll tas-sinjali bid-dawl għandu jkun segwit fi ħdan mhux aktar minn sekonda mill-emissjoni tad-dawl u fi ħdan mhux aktar minn sekonda u minn sekonda u nofs minn meta ntefa l-ewwel darba. Jekk il-vettura bil-mutur hija mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq il-vettura li tiġbed għandu wkoll iħaddem il-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler. Fil-każ ta’ ħsara ta’ bozza li tindika d-direzzjoni waħda, għajr għal xort, l-oħrajn iridu jkomplu jixelgħu u jitfu malajr, imma l-frekwenza f'din il-kundizzjoni tista' tkun differenti minn dik provduta.

6.6.   Is-sinjal ta’ twissija f’każ ta’ periklu

6.6.1.   Il-preżenza

Mandatorju.

Is-sinjal għandu jingħata minn tħaddim fl-istess ħin tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni skond ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.5. t’aktar ’il fuq.

6.6.2.   In-numru

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.2.

6.6.3.   L-arranġament

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.3.

6.6.4.   Il-pożizzjoni

6.6.4.1.   Il-wisa’

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.1.

6.6.4.2.   L-għoli

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.2.

6.6.4.3.   It-tul

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.4.3.

6.6.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.5.

6.6.6.   L-orjentazzjoni

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.6.

6.6.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Is-sinjal għandu jitħaddem permezz ta’ kontroll separat li jippermetti li l-bozoz li jindikaw id-direzzjoni kollha jixelgħu u jitfu malajr b'mod sinkronizzat.

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul ta’ inqas minn 6m, b'arranġament skond il-paragrafu 6.5.5.2. t’aktar ’il fuq, il-bozoz ambra li jimmarkaw il-ġnub, meta mmuntati, għandhom ukoll jixelgħu u jitfu malajr bl-istess frekwenza (b'mod sinkronizzat) mal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni.

6.6.8.   It-tell-tale

It-tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju. Id-dawl ta’ twissija li jixgħel u jitfi malajr, li jista' jaħdem flimkien mat-tell-tales(s) li ġie(ġew) speċifikat(i) fil-paragrafu 6.5.8.

6.6.9.   Rekwiżiti oħra

Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.9. Jekk vettura motorizzata hija mgħammra biex tiġbed trejler, il-kontroll tas-sinjal ta’ twissija f'każ ta’ periklu għandu wkoll ikun jista' jattiva l-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq it-trejler. Is-sinjal ta’ twissija f'każ ta’ periklu għandu jkun jista' jaħdem anki jekk l-apparat li jistartja jew jitfi l-magna jkun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna tistartja.

6.7.   Il-bozza ta’ waqfien

6.7.1.   Il-preżenza

L-apparati tal-kategorija S1 jew S2

:

mandatorji fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha.

L-apparati tal-kategorija S3

:

mandatorji fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, ħlief għall-karozzi tax-xażi (chassis-cabs) u dawk il-vetturi tal-kategorija N1 bi spazju miftuħ għat-tagħbija; fakultattivi fuq kategoriji ta’ vetturi oħra.

6.7.2.   In-numru

Żewġ apparati tal-kategorija S1 jew S2 u apparat wieħed tal-kategorija S3 fuq il-kategoriji ta’ vetturi kollha.

6.7.2.1.   Ħlief fil-każ fejn jiġi installat apparat tal-kategorija S3, fuq vetturi fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ apparati fakultattivi tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.2.2.   Biss, meta l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jinstabx fuq panil fiss tal-bodi, imma jissepara parti waħda li tiċċaqlaq jew żewġ partijiet li jiċċaqilqu tal-vettura (eż. bibien), u mhemmx biżżejjed spazju biex jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 fuq il-pjan medjan lonġitudinali ’l fuq minn partijiet li jiċċaqilqu ta’ din ix-xorta, jew:

(a)

jistgħu jiġu installati żewġ apparati tal-kategorija S3 tat-tip “D”, jew

(b)

jista' jiġi installat apparat wieħed tal-kategorija S3 spostat fuq ix-xellug jew fuq il-lemin tal-pjan medjan lonġitudinali.

6.7.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.4.   Il-pożizzjoni

6.7.4.1.   Fil-wisa’:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2 li jippuntaw fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandhiex tkun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura;

Għad-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza mhemm l-ebda rekwiżit speċjali.

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2 id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura hija inqas minn 1 300 mm.

Għall-apparati tal-kategorija S3: iċ-ċentru ta’ referenza għandu jinstab fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Madanakollu, fil-każ fejn jiġu installati ż-żewġ apparati tal-kategorija S3, skond il-paragrafu 6.7.2., għandhom jiġu ppożizzjonati mill-aktar qrib possibbli tal-pjan medjan lonġitudinali, wieħed fuq kull naħa ta’ dan il-pjan.

Fil-każ fejn, skond il-paragrafu 6.7.2., tkun permessa bozza waħda tal-kategorija S3 mqiegħda lilhinn mil-linja ewlenija tal-pjan medjan lonġitudinali, din il-pożizzjoni lilhinn mil-linja ewlenija m’għandhiex teċċedi l-150 mm mill-pjan medjan lonġitudinali għaċ-ċentru ta’ referenza tal-bozza.

6.7.4.2.   Fl-għoli:

6.7.4.2.1.   Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux aktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk is-sura tal-qafas jagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1 500 mm u jekk il-bozoz fakultattivi ma jiġux installati).

Jekk il-bozoz fakultattivi jiġu installati, għandhom jiġu ppożizzjonati f'għoli li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti tal-wisa’ u tas-simmetrija tal-bozoz u f'distanza vertikali kbira daqskemm is-sura tal-qafas tagħmilha possibbli, imma mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mill-bozoz mandatorji.

6.7.4.2.2.   Għall-apparati tal-kategorija S3, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf t’isfel tas-superfiċje apparenti għandu:

(a)

jew ma jkunx aktar minn 150 mm taħt il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf t’isfel tas-superfiċje esposta tal-ħġieġ jew ta’ l-igglejżjar tat-tieqa ta’ wara, jew

(b)

ma jkunx inqas minn 850 mm ’il fuq mill-art.

Madanakollu, il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf t’isfel tas-superfiċje apparenti ta’ l-apparat tal-kategorija S3 għandu jkun ’il fuq mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċje apparenti ta’ l-apparati tal-kategorija S1 jew S2.

6.7.4.3.   Fit-tul:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: fuq wara tal-vettura.

Għall-apparati tal-kategorija S3: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.7.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali

:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2:

45° fuq ix-xellug u fuq il-lemin ta’ l-assi lonġitudinali tal-vettura;

Għall-apparati tal-kategorija S3: 10° fuq ix-xellug u fuq il-lemin ta’ l-assi lonġitudinali tal-vettura;

L-angolu vertikali

:

Għall-apparati tal-kategorija S1 jew S2: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madanakollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5°, jekk l-għoli tal-bozza jkun inqas minn 750 mm. L-angolu vertikali ’l fuq mill-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ bozoz fakultattivi mhux inqas minn 2 100 mm ’il fuq mill-art;

Għall-apparati tal-kategorija S3: 10° ’il fuq minn u 5° taħt l-orizzontali

6.7.6.   L-orjentazzjoni

Lejn il-parti ta’ wara tal-vettura.

6.7.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

6.7.7.1.   Il-bozoz ta’ waqfien kollha jridu jixegħlu fl-istess ħin meta s-sistema tal-brejkijiet tipprovdi s-sinjal rilevanti ddefinit fir-Regolamenti Nri. 13 u 13-H.

6.7.7.2.   Il-bozoz ta’ waqfien mhemmx għalfejn jaħdmu jekk l-apparat, li jistartja u/jew jitfi l-magna, ikun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna taħdem.

6.7.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv; fejn jitwaħħal, dan it-tell-tale irid ikun tell-tale operattiv li jikkonsisti minn dawl ta’ twissija li ma jixgħelx u jitfi malajr li jixgħel fil-każ ta’ ħsara tal-bozoz ta’ waqfien.

6.7.9.   Rekwiżiti oħra

6.7.9.1.   L-apparat tal-kategorija S3 jista' ma jkunx reċiprokament inkorporat ma’ l-ebda bozza oħra.

6.7.9.2.   L-apparat tal-kategorija S3 jista' jkun installat fuq barra jew fuq ġewwa tal-vettura.

6.7.9.2.1.   Fil-każ fejn jiġi installat ġewwa l-vettura:

id-dawl mitfugħ m’għandux jikkawża skonfort lis-sewwieq permezz tal-mirja biex tara wara u/jew superfiċji oħra tal-vettura (jiġifieri t-tieqa ta’ wara).

6.8.   Il-bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara

6.8.1.   Il-preżenza

Mandatorja.

6.8.2.   In-numru

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.3.   L-arranġament

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.4.   Il-pożizzjoni

6.8.4.1.

:

Fil-wisa’

:

tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.4.2.

:

Fl-għoli

:

tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.4.3.

:

Fit-tul

:

tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.6.   L-orjentazzjoni

Tali li l-apparat idawwal fejn tinsab il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni.

6.8.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Skond il-paragrafu 5.11.

6.8.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv. Jekk ikun hemm wieħed, il-funzjoni tiegħu trid titwettaq mit-tell-tale meħtieġ għall-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara.

6.8.9.   Rekwiżiti oħra

Meta l-bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara tkun ikkombinata mal-bozza b'pożizzjoni fuq wara, reċiprokament inkorporata fil-bozza ta’ waqfien jew fil-bozza għaċ-ċpar fuq wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-bozza tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara jistgħu jkunu modifikati waqt l-illuminazzjoni tal-bozza ta’ waqfien jew tal-bozza għaċ-ċpar fuq wara.

6.9.   Il-bozoz b’pożizzjoni fuq quddiem

6.9.1.   Il-preżenza

Mandatorja fuq il-vetturi bil-mutur kollha.

Mandatorja fuq it-trejlers wiesa’ aktar minn 1 600 mm.

Fakultattiva fuq it-trejlers li mhumiex wiesa’ aktar minn 1 600 mm.

6.9.2.   In-numru

Tnejn.

6.9.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.9.4.   Il-pożizzjoni

6.9.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun iktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ trejler, dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: m’għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm fejn il-wisa’ totali tal-vettura hija inqas minn 1 300 mm.

6.9.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm għall-vetturi tal-kategoriji O1 u O2, jew jekk għal kwalunkwe kategorija ta’ vetturi oħra, is-sura tal-qafas jagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1 500 mm).

6.9.4.3.   Fl-għoli: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.9.4.4.   Fejn il-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u bozza oħra jkunu reċiprokament inkorporati, trid tintuża s-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza tal-bozza l-oħra biex tkun ivverifikata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ l-ippożizzjonar (il-paragrafi 6.9.4.1. sa 6.9.4.3.).

6.9.5.   Il-viżibilità ġeometrika

6.9.5.1.   L-angolu orizzontali għaż-żewġ bozoz ta’ pożizzjoni:

45° ’il ġewwa u 80° ’il barra.

Fil-każ tat-trejlers, l-angolu ’l ġewwa jista' jitnaqqas għal 5°.

L-angolu vertikali:

15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ bozoz li jkunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.9.5.2.   Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.9.5.1., fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq, u biss jekk tiġi installata bozza li timmarka l-ġnub fuq quddiem tal-vettura.

L-angolu orizzontali: 45° ’il barra sa 45° ’il ġewwa.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk il-bozoz ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

Biex titqies li hija viżibbli, il-bozza trid tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċje apparenti ta’ mill-inqas 12.5 ċentimetru kwadru. L-erja tas-superfiċje li ddawwal ta’ kwalunkwe retro-riflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.9.6.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.9.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Skond il-paragrafu 5.11.

6.9.8.   It-tell-tale

It-tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju. Dan it-tell-tale m’għandux jixgħel u jitfi malajr u m’għandux ikun meħtieġ jekk id-dawl tal-panil ta’ l-istrumenti jista' jinxtegħel fl-istess ħin mal-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem.

6.9.9.   Rekwiżiti oħra

Jekk ġeneratur tar-radjazzjoni infraħamra wieħed jew aktar jiġi installat ġewwa l-bozza b'pożizzjoni fuq quddiem, jitħalla jiġi attivat biss meta tinxtegħel il-bozza ta’ quddiem fuq l-istess ġenb tal-vettura u l-vettura tkun miexja ’l quddiem. Fil-każ li l-bozza b'pożizzjoni fuq quddiem jew il-bozza ta’ quddiem fuq l-istess ġenb ma taħdimx, il-ġeneratur(i) tar-radjazzjoni infraħamra għandu(hom) jintefa(jintfew) b'mod awtomatiku.

6.10.   Il-bozza b’pożizzjoni fuq wara

6.10.1.   Il-preżenza

Mandatorja.

6.10.2.   In-numru

Tnejn.

6.10.2.1.   Ħlief fil-każ fejn jiġu installati bozoz li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf, fuq il-vetturi kollha fil-kategoriji M2, M3, N2, N3, O2, O3, u O4 jistgħu jiġu installati żewġ bozoz b'pożizzjoni fakultattivi.

6.10.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.10.4.   Il-pożizzjoni

6.10.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni m’għandhiex tapplika għall-bozoz fuq wara li jkunu fakultattivi.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 N1: m’għandu jkun hemm l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

6.10.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk is-sura tal-qafas jagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1 500 mm u jekk ma jiġux installati l-bozoz fakultattivi). Jekk il-bozoz fakultattivi jiġu installati, għandhom jitqiegħdu f'għoli kompatibbli mar-rekwiżiti applikabbli tal-paragrafu 6.10.4.1., mas-simmetrija tal-bozoz u f'distanza vertikali kbira daqskemm tagħmilha possibbli s-sura tal-qafas, imma mhux inqas minn 600 mm ’il fuq mill-bozoz mandatorji.

6.10.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.10.5.   Il-viżibilità ġeometrika

6.10.5.1.   L-angolu orizzontali: 45° ’il ġewwa u 80° ’il barra.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ bozoz li jkunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art. L-angolu vertikali ’l fuq mill-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ bozoz fakultattivi mhux inqas minn 2 100 mm ’il fuq mill-art.

6.10.5.2.   Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1, bħala alternattiva għall-paragrafu 6.10.5.1., fid-diskrezzjoni tal-manifattur jew tar-rappreżentat tiegħu li ġie akkreditat b'mod xieraq, u biss jekk fuq il-vettura tiġi installata bozza li timmarka l-ġnub fuq wara.

L-angolu orizzontali: 45° ’il barra sa 45° ’il ġewwa.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk il-bozoz ikunu inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

Biex titqies li hija viżibbli, il-bozza trid tipprovdi veduta mingħajr ostakli tas-superfiċje apparenti ta’ mill-inqas 12.5 ċentimetri kwadri. L-erja tas-superfiċje li ddawwal ta’ kwalunwke retro-riflettur li ma jittrażmettix dawl għandha tkun eskluża.

6.10.6.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.10.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Skond il-paragrafu 5.11.

6.10.8.   It-tell-tale

It-tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju. Irid ikun ikkombinat ma’ dak tal-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem.

6.10.9.   Rekwiżiti oħra

Xejn.

6.11.   Il-bozza għaċ-ċpar fuq wara

6.11.1.   Il-preżenza

Mandatorja.

6.11.2.   In-numru

Waħda jew tnejn.

6.11.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.11.4.   Il-pożizzjoni

6.11.4.1.   Fil-wisa’: jekk ikun hemm biss bozza għaċ-ċpar fuq wara waħda, trid tkun fuq in-naħa opposta tal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura għad-direzzjoni tat-traffiku provduta fil-pajjiż ta’ reġistrazzjoni, biċ-ċentru ta’ referenza wkoll jista' jkun qiegħed fuq il-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura.

6.11.4.2.   Fl-għoli: mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 000 mm ’il fuq mill-art. Għall-vetturi (fuq art imħarbta) tal-kategorija N3G, l-għoli massimu jista' jiġi miżjud għal 1 200 mm.

6.11.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.11.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli α u ß kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.13.:

α

=

5° ’il fuq u 5° ’l isfel;

ß

=

25° fuq il-lemin u fuq ix-xellug.

6.11.6.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.11.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Dawn iridu jkunu tali li:

6.11.7.1.   Il-bozza(bozoz) għaċ-ċpar fuq wara ma tistax(jistgħux) tinxtegħel(jinxtegħlu) ħlief meta jinxtegħlu r-raġġi ewlenija, ir-raġġi baxxi jew il-bozoz għaċ-ċpar fuq quddiem;

6.11.7.2.   Il-bozza(bozoz) għaċ-ċpar fuq wara tista'(jistgħu) tintefa(jintfew) b'mod indipendenti minn kwalunkwe bozza oħra;

6.11.7.3.   Tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

6.11.7.3.1.   il-bozza(bozoz) għaċ-ċpar fuq wara tista'(jistgħu) tkompli(jkomplu) taħdem(jaħdmu) sakemm il-bozoz b'pożizzjoni jintfew, u l-bozza(bozoz) għaċ-ċpar fuq wara mbagħad għandha(għandhom) tibqa’(jibqgħu) mitfija sakemm terġa’(jerġgħu) tinxtegħel(jinxtegħlu) b'mod deliberat;

6.11.7.3.2.   għandha tingħata twissija, għall-inqas li tinstema’, addizzjonali għat-tell-tale mandatorju (il-paragrafu 6.11.8.) jekk l-ignition tintefa jew jekk iċ-ċavetta li tistartja l-magna tkun irtirata u l-bieba tas-sewwieq tinfetaħ, kemm jekk il-bozoz ta’ ġewwa (il-paragrafu 6.11.7.1.) jkunux mixgħula jew mitfija, filwaqt li s-swiċċ tal-bozza għaċ-ċpar fuq wara tkun qiegħda fil-pożizzjoni biex tixgħel il-bozza.

6.11.7.4.   Ħlief kif provdut fil-paragrafi 6.11.7.1. u 6.11.7.3., it-tħaddim tal-bozza(bozoz) għaċ-ċpar fuq m’għandux ikun affettwat minn jekk kwalunkwe lampa oħra tinxtegħelx jew tintefiex.

6.11.8.   It-tell-tale

Tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa mandatorju. Dawl ta’ twissija li ma jixgħelx u jitfi malajr indipendenti.

6.11.9.   Rekwiżiti oħra

Fil-każijiet kollha, id-distanza bejn il-bozza għaċ-ċpar fuq wara u bejn kull bozza ta’ waqfien trid tkun ikbar minn 100 mm.

6.12.   Il-bozza ta’ l-ipparkjar

6.12.1.   Il-preżenza

Fuq il-vetturi bil-mutur li ma jeċċedux tul ta’ 6m u li ma jeċċedux wisa’ ta’ 2m hija fakultattiva.

Fuq il-vetturi l-oħra kollha hija pprojbita.

6.12.2.   In-numru

Skond l-arranġament.

6.12.3.   L-arranġament

Jew żewġ bozoz fuq quddiem u żewġ bozoz fuq wara, jew bozza fuq kull naħa.

6.12.4.   Il-pożizzjoni

6.12.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Barra minn hekk, jekk ikun hemm żewġ bozoz, dawn għandhom ikunu fuq il-ġnub tal-vettura.

6.12.4.2.   Fl-għoli:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 350 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1 500 mm).

6.12.4.3.   Fit-tul: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.12.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° ’il barra, ’il quddiem u lura.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. Madanakollu, l-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° jekk l-għoli tal-bozza jkun inqas minn 750 mm.

6.12.6.   L-orjentazzjoni

Tali li l-bozoz jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ’l quddiem u lura.

6.12.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-konnessjoni trid tippermetti li l-bozza(bozoz) ta’ l-ipparkjar fuq l-istess ġenb tal-vettura jinxtegħlu b'mod indipendenti minn kwalunkwe bozza oħra.

Il-bozza(bozoz) ta’ l-ipparkjar u, jekk ikun applikabbli, il-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara skond il-paragrafu 6.12.9. t’iktar ’l isfel, iridu jkunu jistgħu jitħaddmu anki jekk l-apparat li jistartja l-magna jkun f'pożizzjoni li jagħmilha impossibbli li l-magna taħdem. Huwa pprojbit apparat li jitfi b'mod awtomatiku dawn il-bozoz bħala funzjoni tal-ħin.

6.12.8.   It-tell-tale

Tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa fakultattiv. Jekk ikun hemm wieħed, ma jridx ikun possibbli li jkun konfuż mat-tell-tale għall-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara.

6.12.9.   Rekwiżiti oħra

Il-funzjonament ta’ din il-bozza jista' wkoll isir billi fl-istess ħin jinxtegħlu l-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara fuq l-istess ġenb tal-vettura.

6.13.   Il-bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf

6.13.1.   Il-preżenza

Mandatorja fuq il-vetturi li jeċċedu wisa’ ta’ 2,10 m. Fakultattiva fuq il-vetturi b'wisa’ bejn 1,80 u 2,10 m. Fuq karozzi tax-xażi, il-bozoz li jimmarkaw il-kontorn tat-tarf ta’ wara huma fakultattivi.

6.13.2.   In-numru

Tnejn viżibbli minn quddiem u tnejn viżibbli minn wara.

6.13.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.4   Il-pożizzjoni

6.13.4.1   Fil-wisa’:

Quddiem u wara: l-aktar qrib possibbli tat-tarf estrem ta’ barra tal-vettura. Din il-kundizzjoni titqies li ġiet sodisfatta meta l-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura ma jkunx iktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.13.4.2.   Fl-għoli:

Quddiem: Il-vetturi bil-mutur – il-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq tas-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza ta’ l-apparat ma jridx ikun aktar baxx mill-pjan orizzontali tanġenzjali għat-tarf ta’ fuq taż-żona trasparenti tal-windskrin.

It-trejlers u s-semi-trejlers – fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti li huma relatati mal-wisa’, mad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-bozoz.

Wara: Fl-għoli massimu kompatibbli mar-rekwiżiti li huma relatati mal-wisa’, mad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura u mas-simmetrija tal-bozoz.

6.13.4.3.   Fit-tul, l-ebda rekwiżit speċjali.

6.13.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 80° ’il barra.

L-angolu vertikali: 5° ’il fuq minn u 20° taħt l-orizzontali.

6.13.6.   L-orjentazzjoni

Tali li l-bozoz jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ’l quddiem u lura.

6.13.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Skond il-paragrafu 5.11.

6.13.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv. Jekk ikun hemm wieħed, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale meħtieġ għall-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara.

6.13.9.   Rekwiżiti oħra

Sakemm jiġu sodisfatti r-rekwiżiti l-oħra kollha, il-bozza li tkun viżibbli minn quddiem u l-bozza li tkun viżibbli minn wara fuq l-istess ġenb tal-vettura jistgħu jiġu kkombinati f'apparat wieħed.

Il-pożizzjoni ta’ bozza li timmarka l-kontorn tat-tarf b'relazzjoni għall-bozza b'pożizzjoni korrispondenti għandha tkun tali li d-distanza bejn il-projezzjonijiet ta’ pjan trażversali vertikali tal-punti l-eqreb ta’ xulxin fuq is-superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza rispettivi taż-żewġ bozoz meqjusa ma tkunx inqas minn 200 mm.

6.14.   Ir-retro-riflettur ta’ wara, mhux trijangolari

6.14.1.   Il-preżenza

Mandatorju fuq il-vetturi bil-mutur.

Fuq it-trejlers ikunu fakultattivi, sakemm ikunu ggruppati flimkien ma’ l-apparati l-oħra tas-sinjali bid-dawl ta’ wara.

6.14.2.   In-numru

Tnejn, li r-rendimenti tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retro-rifletturi tal-Klassi IA jew IB. Jiġu permessi apparati u materjali retro-riflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retro-rifletturi li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.14.4. t’aktar ’l isfel), sakemm ma jfixklux l-effikaċja ta’ l-apparati mandatorji tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl.

6.14.3   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.14.4.   Il-pożizzjoni

6.14.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje li ddawwal li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: m’għandu jkollha l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm.

Fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.14.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan id-900 mm).

6.14.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.14.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 30° ’il ġewwa u ’l barra.

L-angolu vertikali: 10° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.14.6.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.14.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċje li ddawwal tar-retro-riflettur jista' jkollha partijiet komuni mas-superfiċje apparenti ta’ kwalunkwe bozza oħra li tinsab fuq wara.

6.15.   Ir-retro-riflettur ta’ wara, trijangolari

6.15.1.   Il-preżenza

Mandatorju fuq it-trejlers.

Ipprojbit fuq il-vetturi bil-mutur.

6.15.2.   In-numru

Tnejn, li r-rendimenti tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retro-rifletturi tal-Klassi IIIA jew tal-Klassi IIIB. Jiġu permessi apparati u materjali retro-riflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retro-rifletturi li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.14.4. t’aktar ’l isfel), sakemm ma jfixklux l-effikaċja ta’ l-apparati mandatorji tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl.

6.15.3.   L-arranġament

Il-quċċata tat-trijangolu għandha tkun diretta ’l fuq.

6.15.4.   Il-pożizzjoni

6.15.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje li ddawwal li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

M’għandux ikun hemm aktar minn 600 mm bejn it-truf ta’ ġewwa tar-retro-rifletturi. Din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm jekk il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm.

6.15.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan id-900 mm).

6.15.4.3.   Fit-tul: fuq wara tal-vettura.

6.15.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 30° ’il ġewwa u ’l barra.

L-angolu vertikali: 15° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.15.6.   L-orjentazzjoni

Lura.

6.15.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċje li ddawwal tar-retro-rifettur jista' jkollha partijiet komuni mas-superfiċje apparenti ta’ kwalunkwe bozza li tinsab fuq wara.

6.16.   Ir-retro-riflettur ta’ quddiem, mhux trijangolari

6.16.1.   Il-preżenza

Mandatorju fuq it-trejlers.

Mandatorju fuq il-vetturi bil-mutur li jkollhom il-bozoz li jiffaċċjaw ’il quddiem kollha b'rifletturi li jistgħu jinħbew.

Fakultattiv fuq vetturi bil-mutur oħra.

6.16.2.   In-numru

Tnejn, li r-rendimenti tagħhom għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retro-rifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Jiġu permessi apparati u materjali retro-riflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retro-rifletturi li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.14.4. t’aktar ’l isfel), sakemm ma jfixklux l-effikaċja ta’ l-apparati mandatorji tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl.

6.16.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.16.4.   Il-pożizzjoni

6.16.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje li ddawwal li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Fil-każ ta’ trejler, il-punt tas-superfiċje li ddawwal li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar ’il bogħod minn 150 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa taż-żewġ superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza:

Għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1: m’għandu jkollha l-ebda rekwiżit speċjali;

Għall-vetturi tal-kategoriji l-oħra kollha: għandha tkun mhux inqas minn 600 mm. Fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.16.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan id-900 mm).

6.16.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura.

6.16.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali, 30° ’il ġewwa u ’l barra. Fil-każ tat-trejlers, l-angolu ’l ġewwa jista' jitnaqqas għal 10°. Jekk minħabba l-binja tat-trejlers dan l-angolu ma jistax jiġi sodisfatt mir-retro-rifletturi mandatorji, mela għandhom jitwaħħlu retro-rifletturi addizzjonali (supplementari), mingħajr il-limitazzjoni tal-wisa’ (il-paragrafu 6.16.4.1.), li flimkien mar-retro-rifletturi mandatorji, għandhom jagħtu l-angolu ta’ viżibilità meħtieġ.

L-angolu vertikali: 10° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ retro-riflettur inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.16.6.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.16.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċje li ddawwal tar-retro-riflettur jista' jkollha partijiet komuni mas-superfiċje apparenti mas-superfiċje apparenti ta’ kwalunkwe bozza oħra li tinsab fuq quddiem.

6.17.   Ir-retro-riflettur tal-ġenb, mhux trijangolari

6.17.1.   Il-preżenza

Mandatorju

:

Fuq il-vetturi bil-mutur kollha b'tul li jeċċedi s-6 m.

Fuq it-trejlers kollha.

Fakultattiv

:

Fuq il-vetturi bil-mutur li t-tul tagħhom ma jeċċedix is-6 m.

6.17.2.   In-numru

Tali li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għall-ippożizzjonar lonġitudinali. Ir-rendimenti ta’ dawn l-apparati għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 3 li jikkonċernaw ir-retro-rifletturi tal-Klassi IA jew tal-Klassi IB. Jiġu permessi apparati u materjali retro-riflettenti addizzjonali (inklużi żewġ retro-rifletturi li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.14.4. t’aktar ’l isfel), sakemm ma jfixklux l-effikaċja ta’ l-apparati mandatorji tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl.

6.17.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.   Il-pożizzjoni

6.17.4.1.   Fil-wisa’: l-ebda rekwiżit speċjali.

6.17.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 900 mm (1 500 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan id-900 mm).

6.17.4.3.   Fit-tul: Mill-inqas retro-riflettur tal-ġenb wieħed irid jitwaħħal mat-terz nofsani tal-vetturi, bir-retro-riflettur tal-ġenb ta’ quddiemnett irid ikun mhux aktar minn 3m mill-parti ta’ quddiem tal-vettura; fil-każ tat-trejlers, għall-kejl ta’ din id-distanza għandu jitqies it-tul tal-ganċ.

Id-distanza bejn ir-retro-rifletturi tal-ġenb ta’ biswit xulxin m’għandhiex teċċedi t-3 m. Madanakollu, dan ma japplikax għall-vetturi tal-kategoriji M1 u N1.

Jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li jkun hemm konformità ma’ rekwiżit ta’ din ix-xorta, din id-distanza tista' titkabbar għal 4 m. Id-distanza bejn ir-retro-riflettur tal-ġenb ta’ waranett u l-parti ta’ wara tal-vettura m’għandhiex teċċedi l-1m. Madanakollu, għall-vetturi bil-mutur li t-tul tagħhom ma jeċċedix is-6m, huwa biżżejjed li jitwaħħal retro-riflettur tal-ġenb wieħed fi ħdan l-ewwel terz u/jew wieħed fi ħdan l-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.17.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° għall-parti ta’ quddiem u għall-parti ta’ wara.

L-angolu vertikali: 10° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ retro-riflettur li jkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.17.6.   L-orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.17.7.   Rekwiżiti oħra

Is-superfiċje li ddawwal tar-retro-riflettur tal-ġenb jista' jkollha partijiet komuni mas-superfiċje apparenti ta’ kwalunkwe bozza tal-ġenb oħra.

6.18.   Il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub

6.18.1.   Il-preżenza

Mandatorji: Fuq il-vetturi kollha li t-tul tagħhom jeċċedi s-6m, ħlief għall-karozzi tax-xażi; it-tul tat-trejlers għandu jkun ikkalkulat inkluż il-ganċ. Fuq il-vetturi tal-kategoriji kollha għandha tintuża l-bozza li timmarka l-ġnub tat-tip SM1; madanakollu l-bozoz li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM2 jistgħu jintużaw fuq il-vetturi tal-kategorija M1.

Minbarra dan, fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul ta’ inqas minn 6m, għandhom jintużaw bozoz li jimmarkaw il-ġnub, jekk jissupplimentaw ir-rekwiżiti mnaqqsa tal-viżibilità ġeometrika tal-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem li jikkonformaw mal-paragrafu 6.9.5.2. u tal-bozoz b'pożizzjoni fuq wara li jikkonformaw mal-paragrafu 6.10.5.2.

Fakultattivi:

 

Fuq il-vetturi l-oħra kollha.

 

Jistgħu jintużaw il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub tat-tip SM1 jew SM2.

6.18.2.   In-numru minimu fuq kull ġenb

Tali li jkun hemm konformità mar-regoli għall-ippożizzjonar lonġitudinali.

6.18.3.   L-arranġament

L-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.   Il-pożizzjoni

6.18.4.1.   Fil-wisa’: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art, mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm (2 100 mm jekk is-sura tal-qafas tagħmilha impossibbli li wieħed iżomm fi ħdan l-1 500 mm).

6.18.4.3.   Fit-tul: mill-inqas bozza li timmarka l-ġnub waħda trid titwaħħal fuq it-terz nofsani tal-vetturi, bil-bozza li timmarka l-ġnub ta’ quddiemnett ma tkunx aktar minn 3 m ’il bogħod mill-parti ta’ quddiem; fil-każ tat-trejlers, għall-kejl ta’ din id-distanza għandu jitqies it-tul tal-ganċ. Id-distanza bejn iż-żewġ bozoz li jimmarkaw il-ġnub biswit ta’ xulxin m’għandhiex teċċedi t-3 m. Jekk l-istruttura tal-vettura tagħmilha impossibbli li jkun hemm konformità ma’ rekwiżit ta’ din ix-xorta, din id-distanza tista' titkabbar għal 4 m.

Id-distanza bejn il-bozza li timmarka l-ġnub ta’ waranett u l-parti ta’ wara tal-vettura m’għandhiex teċċedi l-1 m.

Madanakollu, għall-vetturi li t-tul tagħhom ma jeċċedix is-6m u għall-karozzi tax-xażi, huwa biżżejjed li jkun hemm bozza li timmarka l-ġnub waħda mwaħħla fi ħdan l-ewwel terz u/jew fi ħdan l-aħħar terz tat-tul tal-vettura.

6.18.5.   Il-viżibilità ġeometrika

L-angolu orizzontali: 45° għall-parti ta’ quddiem u għall-parti ta’ wara; madanakollu, għall-vetturi li fuqhom l-installazzjoni tal-bozoz li jimmarkaw il-ġnub hija fakultattiva dan il-valur jista' jitnaqqas għal 30°.

Jekk il-vettura hija mgħammra b'bozoz li jimmarkaw il-ġnub li jintużaw biex tkun issupplimentata l-viżibilità ġeometrika mnaqqsa tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq quddiem u fuq wara skond il-paragrafu 6.5.5.2. u/jew ta’ bozoz b'pożizzjoni skond il-paragrafi 6.9.5.2. u 6.10.5.2., l-angoli huma 45° lejn it-truf ta’ quddiem u ta’ wara tal-vettura u 30° lejn iċ-ċentru tal-vettura (ara l-figura fil-paragrafu 6.5.5.2. t’aktar ’il fuq).

L-angolu vertikali: 10° ’il fuq minn u taħt l-orizzontali. L-angolu vertikali taħt l-orizzontali jista' jitnaqqas għal 5° fil-każ ta’ bozza li timmarka l-ġnub li tkun inqas minn 750 mm ’il fuq mill-art.

6.18.6.   L-orjentazzjoni

Lejn il-ġenb.

6.18.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 b'tul ta’ inqas minn 6m, jistgħu jiġu konnessi bozoz ambra li jimmarkaw il-ġnub biex jixelgħu u jitfu malajr, sakemm jixelgħu u jitfu malajr b'mod sinkronizzat u bl-istess frekwenza tal-bozoz li jindikaw id-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura.

Għall-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha: l-ebda speċifikazzjoni individwali.

6.18.8.   It-tell-tale

It-tell-tale huwa fakultattiv. Jekk ikun hemm, il-funzjoni tiegħu għandha titwettaq mit-tell-tale meħtieġ għall-bozoz b'pożizzjoni fuq quddiem u fuq wara.

6.18.9.   Rekwiżiti oħra

Meta l-bozza li timmarka l-ġnub ta’ waranett tkun ikkombinata mal-bozza b'pożizzjoni fuq wara li tkun reċiprokament inkorporata mal-bozza għaċ-ċpar fuq wara jew mal-bozza ta’ waqfien ta’ wara, il-karatteristiċi fotometriċi tal-bozza li timmarka l-ġnub jistgħu jiġu modifikati waqt l-illuminazzjoni tal-bozza għaċ-ċpar fuq wara jew tal-bozza ta’ waqfien ta’ wara.

Il-bozoz li jimmarkaw il-ġnub fuq wara jridu jkunu ambra jekk jixelgħu u jitfu malajr mal-bozza li tindika d-direzzjoni fuq wara.

6.19.   Il-bozza tas-sewqan bi nhar (10)

6.19.1.   Il-preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi bil-mutur. Ipprojbita fuq it-trejlers.

6.19.2.   In-numru

Tnejn.

6.19.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.19.4.   Il-pożizzjoni

6.19.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

Id-distanza bejn it-truf ta’ ġewwa tas-superfiċji apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza m’għandhiex tkun inqas minn 600 mm.

Fejn il-wisa’ totali tal-vettura tkun inqas minn 1 300 mm, din id-distanza tista' titnaqqas għal 400 mm.

6.19.4.2.   Fl-għoli: ’il fuq mill-art mhux inqas minn 250 mm u mhux iktar minn 1 500 mm.

6.19.4.3.   Fit-tul: fuq quddiem tal-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jitiqes li ġie sodisfatt jekk id-dawl mitfugħ ma jikkawżawx skonfort lis-sewwieq jew direttament jew indirettament, permezz tal-mirja biex tara wara u/jew superfiċji riflettenti oħra tal-vettura.

6.19.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Orizzontali: 20° ’il barra u 20° ’il ġewwa.

Vertikali: 10° ’il fuq u 10° ’l isfel.

6.19.6.   L-orjentazzjoni

’Il quddiem.

6.19.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Jekk jiġu installati, il-bozoz tas-sewqan bi nhar għandhom JINXTEGĦLU awtomatikament meta l-apparat li jistartja u/jew jitfi l-magna jkun f'pożizzjoni li jagħmilha possibbli li l-magna taħdem. Għandu jkun possibbli li l-kontroll li JIXGĦEL awtomatikament il-bozoz li tas-sewqan bi nhar jiġi attivat u deattivat mingħajr ma jintużaw għodod. Il-bozza tas-sewqan bi nhar għandha TINTEFA awtomatikament meta l-bozoz ta’ quddiem JINXTEGĦLU, ħlief meta dawn ta’ l-aħħar jintużaw biex jagħtu twissijiet mûdwala intermittenti f'intervalli qosra.

6.19.8.   It-tell-tale

It-tell-tale b'ċirkwit magħluq huwa fakultattiv.

6.19.9.   Preskrizzjonijiet oħra

Xejn.

6.20.   Il-bozza għall-irkejjen

6.20.1.   Il-preżenza

Fakultattiva fuq il-vetturi bil-mutur.

6.20.2.   In-numru

Tnejn.

6.20.3.   L-arranġament

L-ebda rekwiżit speċjali.

6.20.4.   Il-pożizzjoni

6.20.4.1.   Fil-wisa’: dak il-punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza li huwa l-aktar ’il bogħod mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura m’għandux ikun aktar minn 400 mm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.20.4.2.   Fit-tul: mhux aktar ’il bogħod minn 1 000 mm mill-parti ta’ quddiem.

6.20.4.3.   Fl-għoli:

minimu

:

Mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art;

massimu

:

Mhux iktar minn 900 mm ’il fuq mill-art.

Madanakollu, l-ebda punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referenza m’għandu jkun ogħla mill-ogħla punt fuq is-superfiċje apparenti fid-direzzjoni ta’ l-assi ta’ referena tal-bozza ta’ quddiem b'raġġ baxx.

6.20.5.   Il-viżibilità ġeometrika

Iddefinita mill-angoli u kif ġie speċifikat fil-paragrafu 2.13.:

α

=

10° ’il fuq u ’l isfel,

β

=

30° sa 60° ’il barra.

6.20.6.   L-orjentazzjoni

Tali li l-bozoz jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-viżibilità ġeometrika.

6.20.7.   Il-konnessjonijiet elettriċi

Il-bozoz għall-irkejjen iridu jkunu konnessi b'tali mod li ma jistgħux jiġux attivati ħlief meta fl-istess ħin JINXTEGĦLU l-bozoz ta’ quddiem b'raġġ ewlieni jew il-bozoz ta’ quddiem b'raġġ baxx.

Il-bozza għall-irkejjen fuq ġenb wieħed tal-vettura tista' TINXTEGĦEL awtomatikament biss meta JINXTEGĦLU l-indikaturi tad-direzzjoni fuq l-istess ġenb tal-vettura u/jew meta l-angolu ta’ l-istering jinbidel minn pożizzjoni dritt ’il quddiem għall-istess naħa tal-vettura.

Il-bozza għall-irkejjen għandha TINTEFA awtomatikament meta JINTEFA l-indikatur tad-direzzjoni u/jew l-angolu ta’ l-istering jkun irritorna għall-pożizzjoni dritt ’il quddiem.

6.20.8.   It-tell-tale

Xejn.

6.20.9.   Rekwiżiti oħra

Il-bozoz għall-irkejjen m’għandhomx ikunu attivati f'veloċitajiet tal-vettura ta’ aktar minn 40 km/siegħa.

6.21.   L-immarkar biex jolqot l-għajn

6.21.1.   Il-preżenza

6.21.1.1.   Ipprojbit: fuq il-vetturi tal-kategoriji M1 u O1.

6.21.1.2.   Mandatorju:

6.21.1.2.1.

fuq wara:

immarkar sħiħ tad-dawra fuq vetturi li jeċċedu wisa’ ta’ 2 100 mm tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b'massa massima li teċċedi s-7.5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tal-karozzi tax-xażi, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semi-trejlers)

(b)

O3 u O4

6.21.1.2.2.

fuq il-ġenb:

6.21.1.2.2.1.

immarkar parzjali tad-dawra fuq vetturi li jeċċedu tul ta’ 6 000 mm (inkluż il-ganċ għat-trejlers) tal-kategoriji li ġejjin:

(a)

N2 b'massa massima li teċċedi s-7.5 tunnellati metriċi u N3 (bl-eċċezzjoni tal-karozzi tax-xażi, tal-vetturi mhux kompluti u tat-tratturi għas-semi-trejlers)

(b)

O3 u O4

6.21.1.2.3.

Madanakollu, fejn ir-rekwiżiti tas-sura, ta’ l-istruttura, tad-disinn jew ir-rekwiżiti operattivi jagħmluha impossibbli li jkun installat immarkar tad-dawra mandatorju, jista' jiġi installat immarkjar b'linja.

6.21.1.3.   Fakultattiv:

6.21.1.3.1.

fuq il-kategoriji ta’ vetturi l-oħra kollha, fejn ma ġiex speċifikat mod ieħor fil-paragrafi 6.21.1.1. u 6.21.1.2. t’aktar ’il fuq, inkluża l-kabina ta’ l-unitajiet tat-tratturi għas-semi-trejlers u l-kabina tal-karozzi tax-xażi.

6.21.1.3.2.

jista' jiġi applikat immarkar parzjali jew sħiħ tad-dawra minflok l-immarkar b'linja mandatorju, u jista' jiġi applikat immarkar sħiħ tad-dawra minflok immarkar parzjali tad-dawra li jkun mandatorju.

6.21.2.   In-numru

Skond il-preżenza.

6.21.3.   L-arranġament

L-immarkar biex jolqot l-għajn għandu jkun qrib kemm ikun prattikabbli għall-orizzontali u għall-vertikali, kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sura, ta’ l-istruttura, tad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura.

6.21.4.   Il-pożizzjoni

6.21.4.1.   Il-wisa’

6.21.4.1.1.   L-immarkar biex jolqot l-għan għandu jkun qrib kemm ikun prattikabbli għat-tarf tal-vettura.

6.21.4.1.2.   It-tul orizzontali kumulattiv ta’ l-elementi ta’ l-immarkar biex jolqot l-għan, kif immuntat fuq il-vettura, għandu jkun daqs mill-inqas 80 fil-mija tal-wisa’ totali tal-vettura, ħlief għal kwalunkwe trikkib orizzontali ta’ l-elementi individwali.

6.21.4.1.3.   Madanakollu, jekk il-manifattur jista' jipprova għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip li huwa impossibbli li jinkiseb il-valur li jissemma fil-paragrafu 6.21.4.1.2. t’aktar ’il fuq, it-tul kumulattiv jista' jitnaqqas għal 60 fil-mija u għandu jkun indikat fid-dokument ta’ komunikazzjoni u fir-rapport tat-test (11).

6.21.4.2.   It-tul

6.21.4.2.1.   L-immarkar biex jolqot l-għan għandu jkun qrib kemm ikun prattikabbli għat-truf tal-vettura u għandu jilħaq sa fi ħdan 600 mm ta’ kull tarf tal-vettura (jew kabina fil-każ ta’ l-unitajiet tat-tratturi għas-semi-trejlers).

6.21.4.2.1.1.

għall-vetturi bil-mutur, kull tarf tal-vettura, jew fil-każ tat-tratturi għas-semi-trejlers, kull tarf tal-kabina;

6.21.4.2.1.2.

għat-trejlers, kull tarf tal-vettura (ħlief il-ganċ).

6.21.4.2.2.   It-tul orizzontali kumulattiv ta’ l-elementi ta’ l-immarkar biex jolqot l-għajn, kif immuntat fuq il-vettura, ħlief għal kwalunke trikkib orizzontali ta’ l-elementi individwali, għandu jkun daqs mill-inqas 80 fil-mija ta':

6.21.4.2.2.1.

għall-vetturi bil-mutur, it-tul tal-vettura ħlief għall-kabina, jew fil-każ tat-tratturi għas-semi-trejlers, jekk imwaħħla, it-tul tal-kabina;

6.21.4.2.2.2.

għat-trejlers, it-tul tal-vettura (ħlief il-ganċ).

6.21.4.2.3.   Madanakollu, jekk il-manifattur jista' jipprova għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip li huwa impossibbli li jinkiseb il-valur li jissemma fil-paragrafu 6.21.4.2.2. t’aktar ’il fuq, it-tul kumulattiv jista' jitnaqqas għal 60 fil-mija u għandu jkun indikat fid-dokument ta’ komunikazzjoni u fir-rapport tat-test (11).

6.21.4.3.   L-għoli

6.21.4.3.1.   L-element(i) t’isfel ta’ l-immarkar b'linja u ta’ l-immarkar tad-dawra:

Baxx kemm ikun prattikabbli fi ħdan il-firxa:

Minimu

:

mhux inqas minn 250 mm ’il fuq mill-art.

Massimu

:

mhux aktar minn 1 500 mm ’il fuq mill-art.

Madanakollu, jista' jiġi aċċettat għoli massimu ta’ l-immuntar ta’ 2 100 mm fejn il-kundizzjonijiet tekniċi jipprevjenu l-konformità mal-valur massimu ta’ 1 500 mm jew, jekk ikun meħtieġ, biex ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafi 6.21.4.1.2., 6.21.4.1.3., 6.21.4.2.2. u 6.21.4.2.3., jew l-ippożizzjonar orizzontali ta’ l-immarkar b'linja jew l-element(i) t’isfel ta’ l-immarkar tad-dawra.

6.21.4.3.2.   L-element(i) ta’ fuq ta’ l-immarkar tad-dawra:

Għoli kemm ikun prattikabbli, imma fi ħdan 400 mm mill-estremità ta’ fuq tal-vettura.

6.21.5.   Il-viżibilità

L-immarkar biex jolqot l-għajn għandu jitqies li jkun viżibbli, jekk mill-inqas 80 fil-mija tas-superfiċje li ddawwal ta’ l-immarkar tkun viżibbli meta osservatur jaraha meta jkun ippożizzjonat fi kwalunkwe punt fi ħdan il-pjani ta’ osservazzjoni li ġew iddefiniti hawn taħt:

6.21.5.1.   għal immarkar biex jolqot l-għan ta’ wara (ara l-Figura 11 ta’ l-Anness 11), il-pjan ta’ osservazzjoni huwa perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura li tinsab 25 m mit-tarf estrem tal-vettura u limitat:

6.21.5.1.1.

fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1m u 3.0 m ’il fuq mill-art,

6.21.5.1.2.

fil-vertikali, minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta’ 15° ’il barra mill-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura fejn ikun limitat il-wisa’ totali tal-vettura, u l-pjan perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura li jillimita t-tarf tal-vettura.

6.21.5.2.   għall-immarkar biex jolqot l-għajn tal-ġenb (ara l-figura 2 ta’ l-Anness 11) il-pjan ta’ osservazzjoni huwa parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vetturi li jinsab 25 m mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura u li huwa limitat:

6.21.5.2.1.

fl-għoli, minn żewġ pjani orizzontali rispettivament 1m u 3.0 m ’il fuq mill-art,

6.21.5.2.2.

fil-wisa’, minn żewġ pjani vertikali li jiffurmaw angolu ta’ 15° ’il barra minn pjan perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura u li jgħaddu mill-intersezzjoni tal-pjani vertikali perpendikulari għall-assi lonġitudinali tal-vettura fejn ikun limitat it-tul totali tal-vettura u t-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

6.21.6.   L-orjentazzjoni

6.21.6.1.   Għall-ġenb:

Qrib kemm ikun prattikabbli għal li jkun parallel għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sura, ta’ l-istruttura, tad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura.

6.21.6.2.   Fuq wara:

Qrib kemm ikun prattikabbli għal li jkun parallel għall-pjan trażversali tal-vettura, kompatibbli mar-rekwiżiti tas-sura, ta’ l-istruttura, tad-disinn u mar-rekwiżiti operattivi tal-vettura.

6.21.7.   Rekwiżiti oħra

6.21.7.1.   L-immarkar biex jolqot l-għan għandu jitqies li jkun kontinwu jekk id-distanza bejn elementi biswit xulxin tkun żgħira kemm jista' jkun possibbli u ma teċċedix 50 fil-mija ta’ l-iqsar tul ta’ l-elementi biswit xulxin.

6.21.7.2.   Fil-każ ta’ immarkar parzjali tad-dawra, kull rokna ta’ fuq għandha tkun deskritta minn żewġ linji f'angolu ta’ 90° għal xulxin u b'kull linja tkun twila mill-inqas 250 mm.

6.21.7.3.   Id-distanza bejn l-immarkar biex jolqot l-għajn imwaħħal fuq wara ta’ vettura u kull bozza ta’ waqfien mandatorja għandha tkun ikbar minn 200 mm.

6.21.7.4.   Fejn jiġu installati pjanċi ta’ l-immarkar ta’ wara li jikkonformaw mas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 70, sabiex jiġu kkalkulati t-tul ta’ l-immarkar biex jolqot l-għajn u kemm huwa qrib tal-ġenb tal-vettura, dawn jistgħu jitqiesu, fid-diskrezzjoni tal-manifattur, bħala parti mill-immarkar biex jolqot l-għajn.

6.21.7.5.   Il-postijiet fuq il-vettura magħżula għall-immarkar biex jolqot l-għajn għandhom iħallu spazju għall-installazzjoni ta’ mmarkar wiesa’ mill-inqas 60 mm.

7.   IL-MODIFIKI GĦAL U L-ESTENSJONI ta’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-VETTURA JEW ta’ L-INSTALLAZZJONI ta’ L-APPARATI TAD-DAWL U TAS-SINJALI BID-DAWL TAGĦHA

7.1.   Kull modifika għat-tip ta’ vettura jew għall-installazzjoni ta’ l-apparati tad-dawl jew tas-sinjali bid-dawl, jew għal-lista li tissemma fil-paragrafu 3.2.2. t’aktar ’il fuq, għandha tkun innotifikata lid-Dipartiment Amministrattiv li approva dak it-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista' jew:

7.1.1.

Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom affett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha tissodisfa r-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Jeħtieġ rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Konferma ta’ l-estensjoni jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-bidla, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 4.3. t’aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri ta’ konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma’ dawk li ġew stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.   Kwalunkwe vettura li ġiet approvata skond dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b'tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti li ġew stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. t’aktar ’il fuq.

8.2.   B’mod partikolari, id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu:

8.2.1.

jiżgura ruħu mill-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vettura rigward l-aspetti kollha rilevanti għall-konformità mar-rekwiżiti li ġew stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6. t’aktar ’il fuq;

8.2.2.

jiżgura ruħu li għal kull tip ta’ vettura jitwettqu mill-inqas it-testijiet provduti fl-Anness 9 għal dan ir-Regolament jew il-kontrolli fiżiċi li minnhom tista' tkun derivata data ekwivalenti;

8.3.   L-Awtorità Kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test provdut f'dan ir-Regolament. Dawn it-testijiet se jsiru fuq kampjuni magħżula bl-addoċċ mingħajr ma jkun ikkawżat tagħwiġ fl-impenji ta’ konsenja tal-manifattur.

8.4.   L-Awtorità Kompetenti għandha tagħmel ħilitha biex tikseb frekwenza ta’ spezzjoni ta’ darba fis-sena. Madanakollu, dan huwa fid-diskrezzjoni ta’ l-Awtorità Kompetenti u l-kunfidenza tagħhom fl-arranġamenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità ta’ produzzjoni. Fil-każ, fejn jiġu rreġistrati riżultati negattivi, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura ruħha li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex mill-aktar fis possibbli tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti jew jekk vettura li jkollha fuqha l-marka ta’ approvazzjoni ma tikkonformax mat-tip approvat.

9.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, minnufih għandha tinnotifika b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta’ l-approvazzjoni jieqaf kompletament li jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skond dan ir-Regolament, għandu jinforma lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b'dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan il-Ftehim għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

12.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

12.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

12.2.   Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

12.3.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjoni skond is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.4.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu approvazzjonijiet lil dawk it-tipi ta’ vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje preċedenti ta’ emendi matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jsegwi d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi.

12.5.   L-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali ta’ tip ta’ vettura approvata skond is-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.6.   Sa 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta approvazzjoni nazzjonali jew reġjonali tat-tip ta’ tip ta’ vettura approvat skond is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.7.   Minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.8.   Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet skond dan ir-Regolament għandhom jieqfu jkunu validi, ħlief fil-każ ta’ tipi ta’ vettura li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-sejre 03 ta’ emendi.

12.9.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżitorji t’aktar ’il fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tagħhom tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-aktar serje ta’ emendi reċenti mhumiex obbligati li jaċċettaw approvazzjonijiet li ngħataw skond kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.10.   Minkejja l-paragrafu 12.7. jew 12.8., l-approvazzjonijiet tat-tipi ta’ vettura skond is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje 03 ta’ emendi għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

12.11.   Sakemm is-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti jkun innotifikat mod ieħor, il-Ġappun jiddikjara li, fejn għandu x’jaqsmu vetturi tal-kategoriji M1 u N1, b'relazzjoni għall-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl, il-Ġappun se jkun marbut biss mill-obbligi tal-Ftehim li miegħu huwa anness dan ir-Regolament.

12.12.   Sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 7 għas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skond dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 7 għas-serje 02 ta’ emendi.

12.13.   Sa minn 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 7 għas-serje 02 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 7 għas-serje 02 ta’ emendi.

12.14.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament m’għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet skond is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament, inkluż is-Suppliment 6 għas-serje 02 ta’ emendi.

12.15.   L-approvazzjonijiet KEE mogħtija skond dan ir-Regolament qabel id-data li tissemma fil-paragrafu 12.14. t’aktar ’il fuq, inklużi l-estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet ta’ din ix-xorta, għandhom jibqgħu validi b'mod indefinit.


(*)  Għal kjarifika ara l-Anness 10.

(1)  Fil-każ ta’ apparati tad-dawl għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara u ta’ l-indikaturi tad-direzzjoni (il-kategoriji 5 u 6), issostitwixxi b'“superfiċje li temetti d-dawl” fin-nuqqas ta’ superfiċje li ddawwal.

(2)  Fil-każ ta’ apparati tad-dawl għall-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara u ta’ l-indikaturi tad-direzzjoni (il-kategoriji 5 u 6), issostitwixxi b'“superfiċje li temetti d-dawl” fin-nuqqas ta’ superfiċje li ddawwal.

(3)  Ir-rekwiżiti nazzjonali jistgħu jippermettu l-użu ta’ apparati oħra biex tkun sodisfata din il-funzjoni.

(4)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għas-Serbja u l-Montenegro, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bożnija u Ħerżegovina, 32 (għal-Latvja), 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35 (battal), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (battal), 39 għall-Ażerbajġan, 40 għall-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (L-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha billi jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika t’Isfel, 48 għan-New Zealand, 49 għal Ċipru, 50 għal Malta, 51 għar-Repubblika tal-Korea, 52 għall-Malażja u 53 għat-Tajlandja. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġiku li bih jirratifikaw jew jaderixxu għall-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri assenjati b'dan il-mod għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

(5)  Magħruf ukoll bħala r-retro-riflettur abjad jew ta’ bla kulur.

(6)  Xejn f'dan ir-Regolament m’għandu jipprekludi lill-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament milli jippermettu l-użu ta’ mmarkar biex jolqot l-għajn abjad fuq wara fit-territorji tagħhom.

(7)  Kif iddefinita fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2, kif emendat l-aħħar mill-Emend.4).

(8)  Il-Partijiet Kontraenti għar-Regolamenti rispettivi xorta jistgħu jipprojbixxu l-użu ta’ sistemi mekkaniċi ta’ tindif meta jiġu installati bozoz ta’ quddiem b'lentijiet tal-plastik, immarkati “PL”.

(9)  Il-valur ta’ 5° mogħti għall-angolu ta’ viżibilità li ma jistax jintlemaħ (dead angle of visibility) fuq wara ta’ l-indikatur tad-direzzjoni tal-ġenb huwa limitu ta’ fuq. d ≤ 2,50 m

(10)  L-installazzjoni ta’ dan l-apparat jista' jkun ipprojbit fuq il-bażi tar-regolamenti nazzjonali.

(11)  Din id-dispożizzjoni ma tapplikax sa 5 snin wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TA’ APPROVAZZJONI

Mudell A

(Ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, rigward l-installazzjoni ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjali bid-dawl, kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 48 kif emendat mis-serje 03 ta’ Regolament. In-numru ta’ approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skond ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 48 kif emendat mis-serje 03 ta’ emendi.

Mudell B

(ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ aprovazzjoni t’hawn fuq imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat kien approvat fl-Olanda (E4) skond ir-Regolament Nru 48 kif emendat mis-sejre 03 ta’ emendi u skond ir-Regolament Nru 33 (1). In-numru ta’ approvazzjoni jindika li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 48 kien emendat mis-serje 03 ta’ emendi u r-Regolament Nru 33 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  It-tieni numru jingħata sempliċement bħala eżempju.


ANNESS 3

IS-SUPERFIĊJI TAL-BOZZA, L-ASSI U Ċ-ĊENTRU TA’ REFERENZA, U L-ANGOLI TAL-VIŻIBILITÀ ĠEOMETRIKA

Image

Nota: Minkejja d-disinn, is-superfiċje apparenti għandha titqies bħala tanġenzjali għas-superfiċje li titfa’ d-dawl.

IS-SUPERFIĊJE LI DDAWWAL B’PARAGUN MAS-SUPERFIĊJE LI TITFA’ D-DAWL

(Ara l-paragrafi 2.9. u 2.8. ta’ dan ir-Regolament)

Skeċċ A

Image

 

Is-superfiċje li ddawwal

Is-superfiċje li titfa’ d-dawl

It-truf huma

a u b

ċ u d

Skeċċ B

Image

 

Is-superfiċje li ddawwal

Is-superfiċje li titfa’ d-dawl

It-truf huma

a u b

ċ u d


ANNESS 4

IL-VIŻIBILITÀ TA’ BOZZA ĦAMRA FUQ QUDDIEM U L-VIŻIBILITÀ TA’ BOZZA BAJDA FUQ WARA

(Ara l-paragrafi 5.10.1. u 5.10.2. ta’ dan ir-Regolament)

Image


ANNESS 5

L-istati tat-tagħbija li għandhom jitqiesu biex ikunu ddeterminati l-varjazzjonijiet fl-orjentazzjoni vertikali tal-bozoz ta’ quddiem b’raġġ baxx

Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija fuq il-fusien li jissemmew fil-paragrafi 6.2.6.1. u 6.2.6.3.1.

1.   Għat-testijiet li ġejjin, il-massa tal-passiġġieri għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta’ 75 kg għal kull persuna.

2.   Il-kundizzjonijiet tat-tagħbija għat-tipi differenti ta’ vetturi:

2.1.

Il-vetturi fil-kategorija M1  (1):

2.1.1.

L-angolu tar-raġġ tad-dawl tal-bozoz ta’ quddiem b’raġġ baxx għandu jkun iddeterminat skond il-kundizzjonijiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.1.1.1.

persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.1.1.2.

is-sewwieq, flimkien ma’ passiġġier wieħed fis-sit ta’ quddiem l-aktar ’il bogħod mis-sewwieq;

2.1.1.3.

is-sewwieq, passiġġier wieħed fis-sit ta’ quddiem l-aktar ’il bogħod mis-sewwieq, bis-sits kollha l-aktar ’il bogħod fuq wara okkupati;

2.1.1.4.

is-sits kollha okkupati;

2.1.1.5.

is-sits kollha okkupati, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’mod bilanċjat fil-but tal-bagalji, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus ta’ wara jew fuq il-fus ta’ qudiem jekk il-but ikun fuq quddiem. Jekk il-vettura għandha but fuq quddiem u fuq wara, it-tagħbija addizzjonali trid tkun imqassma b’mod xieraq sabiex jinkisbu t-tagħbiji permissibbli tal-fusien. Madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq wieħed mill-fusien, it-tagħbija tal-but(iet) għandha tkun limitata għall-figura li tippermetti li tintlaħaq dik il-massa;

2.1.1.6.

is-sewwieq, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’mod bilanċjat fil-but, sabiex tinkiseb it-tagħbija permissibbli fuq il-fus korrispondenti.

Madanakollu, jekk il-massa mgħobbija massima permissibbli tinkiseb qabel it-tagħbija permissibbli fuq il-fus, it-tagħbija tal-but(iet) għandha tkun limitata għall-figura li tippermetti li l-massa tintlaħaq.

2.1.2.

Biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tat-tagħbija t’aktar ’il fuq, trid titqies kwalunkwe restrizzjoni għat-tagħbija li ġiet stabbilita mill-manifattur.

2.2.

Il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3  (1);

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-bozoz ta’ quddiem b’raġġ baxx irid ikun iddeterminat fil-kundizzjonjiet tat-tagħbija li ġejjin:

2.2.1.

vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.2.2.

vetturi mgħobbija b’tali mod li kull fus iġorr it-tagħbija massima teknikament permissibbli tiegħu jew sakemm tintlaħaq il-massa massima permissibbli tal-vettura billi l-fusien ta’ quddiem u ta’ wara jiġu mgħobbija b’mod proprozjonat għat-tagħbiji massimi teknikament permissibbli tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

2.3.

Il-vetturi fil-kategorija N b’superfiċji ta’ tagħbija:

2.3.1.

L-angolu tar-raġġ tad-dawl mill-bozoz ta’ quddiem b’raġġ baxx irid ikun iddeterminat fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija li ġejjin;

2.3.1.1.

vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.3.1.2.

sewwieq, flimkien ma’ tagħbija mqassma b’tali mod sabiex it-tagħbija massima teknikament permissibbli tintefa’ fuq il-fus jew fuq il-fusien ta’ wara, jew il-massa massima permissibbli tal-vettura, liema minnhom isseħħ l-ewwel, mingħajr ma tinqabeż it-tagħbija tal-fus ta’ quddiem li ġiet ikkalkulata bħala s-somma tat-tagħbija tal-fus ta’ quddiem tal-vettura mhux mgħobbija flimkien ma’ 25 fil-mija tal-piż tal-passiġġieri u tal-bagalji (imma mhux tal-fjuwil) massimu permissibbli fuq il-fus ta’ quddiem. Bil-maqlub, il-fus ta’ quddiem jitqies b’dan il-mod meta l-pjattaforma tat-tagħbija tkun fuq quddiem.

2.4.

Il-vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċje ta’ tagħbija:

2.4.1.

Il-vetturi li jiġbdu għas-semi-trejlers:

2.4.1.1.

Vettura mhux mgħobbija mingħajr tagħbija fuq iż-żjieda ta’ l-igganċjar u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.1.2.

persuna waħda fis-sit tas-sewwieq: it-tagħbija teknikament permissibbli fuq iż-żjieda ta’ l-igganġjar fil-pożizzjoni taż-żjieda li tikkorrispondi għall-ogħla tagħbija fuq il-fus ta’ wara.

2.4.2.

Il-vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

2.4.2.1.

vettura mhux mgħobbija u persuna waħda fis-sit tas-sewwieq;

2.4.2.2.

persuna waħda fis-sit tas-sewwieq, bil-postijiet l-oħra kollha fil-kabina tas-sewqan ikunu okkupati.


(1)  Kif iddefinita fl-Anness 7 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2, kif emendat l-aħħar mill-Emend.4).


ANNESS 6

IL-KEJL TAL-VARJAZZJONI ta’ L-INKLINAZZJONI TAR-RAĠĠ BAXX BĦALA FUNZJONI TAT-TAGĦBIJA

1.   L-AMBITU

Dan l-anness jispeċifika metodu biex jitkejlu l-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tal-vetturi bil-mutur, b’relazzjoni għall-inklinazzjoni inizjali tiegħu, ikkawżata minn bidliet fl-attitudni tal-vettura minħabba t-tagħbija.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

2.1.   L-inklinazzjoni inizjali

2.1.1.   L-inklinazzjoni inizjali ddikjarata

Il-valur ta’ l-inklinazzjoni inizjali tar-raġġ baxx speċifikata mill-manifattur tal-vettura bil-mutur li jservi bħala valur ta’ referenza għall-kalkolu tal-varjazzjonijiet permissibbli.

2.1.2.   L-inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-valur intermedju ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew ta’ l-inklinazzjoni tal-vettura mkejla bil-vettura fil-kundizzjoni Nru 1, kif ġie ddefinit fl-Anness 5, għall-kategorija tal-vettura li qed tiġi ttestjata. Isservi bħala valur ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-varjazzjonijiet fl-inklinazzjoni tar-raġġ hekk kif tvarja t-tagħbija.

2.2.   L-inklinazzjoni tar-raġġ baxx

Tista’ tkun iddefinita kif ġej:

 

jew bħala l-angolu, espress f’milliradians, bejn id-direzzjoni tar-raġġ lejn punt karatteristiku fuq il-parti orizzontali tal-punt ta’ waqfien fid-distribuzzjoni mûdwala tal-bozza ta’ quddiem u l-pjan orizzontali,

 

jew bit-tanġent ta’ dak l-angolu, espress f’perċentwal ta’ inklinazzjoni, ladaraba l-angoli huma żgħar (għal dawn l-angoli ż-żgħar, 1 fil-mija huwa daqs 10 mrad).

Jekk l-inklinazzjoni tiġi espressa f’perċentwal ta’ inklinazzjoni, tista’ tkun ikkalkolata permezz tal-formula li ġejja:

Formula

fejn:

h1

hija l-għoli ’l fuq mill-art, f’millimetri, tal-punt karatteristiku li ssemma aktar ’il fuq, imkejjel fuq skrin vertikali perpendikulari għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura, imqiegħed f’distanza orizzontali L.

h2

hija l-għoli ’il fuq mill-art, f’millimetri, taċ-ċentru ta’ referenza (li jitqies bħala l-oriġini nominali tal-punt karatteristiku magħżul f’h1):

L

hija d-distanza, f’millimetri, mill-iskrin saċ-ċentru ta’ referenza.

Il-valuri negattivi juru inklinazzjoni ’l isfel (ara l-figura 1).

Il-valuri pożittivi juru inklinazzjoni ’ l fuq.

Image

Noti:

1.

Dan id-disinn jirrappreseta vettura tal-kategorija M1, imma l-prinċipju li jintwera japplika ugwalment għal vetturi ta’ kategoriji oħra.

2.

Fejn il-vettura ma tinkorporax sistema ta’ nvellar tal-bozoz ta’ quddiem, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tar-raġġ baxx hija identika għall-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tal-vettura nfisha.

3.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-KEJL

3.1.   Jekk tintuża spezzjoni viżwali tad-disinn tar-raġġ baxx fuq l-iskrin jew jintuża metodu fotometriku, il-kejl għandu jsir f’ambjent mudlam (pereżempju, kamra mudlama) ta’ erja biżżejjed biex il-vettura u l-iskrin ikunu jistgħu jitqiegħdu kif jintwera fil-figura 1. Iċ-ċentri ta’ referenza tal-bozoz ta’ quddiem għandhom ikunu f’distanza mill-iskrin ta’ mill-inqas 10 m.

3.2.   L-art li fuqha jsir il-kejl għandha tkun kemm jista’ jkun possibbli ċatta u orizzontali, sabiex ir-riproduċibilità tal-kejl ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tkun assigurata bi preċiżjoni ta’ ± 0.5 mrad (inklinazzjoni ta’ ± 0.05 fil-mija).

3.3.   Jekk jintuża skrin, l-immarkar, il-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tiegħu b’relazzjoni għall-art u għall-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura, għandhom ikunu tali r-riproduċibilità tal-kejl ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx tista’ tkun assigurata bi preċiżjoni ta’ ± 0.5 mrad (inklinazzjoni ta’ ± 0.05 fil-mija).

3.4.   Waqt il-kejl, it-temperatura ambjentali għandha tkun ta’ bejn l-10 u t-30 °C.

4.   IL-PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

4.1.   Il-kejl għandu jsir fuq vettura li vvjaġġat distanza ta’ bejn l-1 000 km u l-10 000 km, preferibbilment 5 000 km.

4.2.   It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni ta’ tagħbija sħiħa speċifikata mill-manifattur tal-vettura. Il-vettura għandha timtela għalkollox mill-ġdid (fjuwil, ilma, żejt) u tkun mgħammra bl-aċċessorji u bl-għodod kollha speċifikati mill-manifattur. Il-mili għal kollox mill-ġdid bil-fjuwil jfisser li t-tank tal-fjuwil irid jimtela mhux inqas minn 90 fil-mija ta’ kemm jesa.

4.3.   Il-vettura għandu jkollha l-brejk ta’ l-ipparkjar mhux ingaġġjat u l-gerboks fin-newtrali.

4.4.   Il-vettura għandha tkun ikkundizzjonata għal mill-inqas 8 sigħat fit-temperatura speċifikata fil-paragrafu 3.4. t’aktar ’il fuq.

4.5.   Jekk jintuża metodu fotometriku jew viżiv, sabiex ikun iffaċilitat il-kejl, fuq il-vettura li qed tiġi ttestjata preferibbilment għandhom jiġu installati bozoz ta’ quddiem b’punt ta’ waqfien tar-raġġ baxx iddefinit sew. Biex jinkiseb qari aktar preċiż huma permessi mezzi oħra (per eżempju, it-tneħħija tal-lenti tal-bozza ta’ quddiem).

5.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

5.1.   Ġenerali

Il-varjazzjonijiet jew f’inklinazzjoni tar-raġġ baxx jew fl-inklinazzjoni tal-vettura, jiddependi mill-metodu magħżul, għandhom jitkejlu separatament għal kull naħa tal-vettura. Ir-riżultati miksuba kemm mill-bozoz ta’ quddiem tal-lemin u kemm minn dawk tax-xellug fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha li ġew speċifikati fl-Anness 5, għandhom ikunu fi ħdan il-limiti li ġew stabbilit fil-paragrafu 5.5. t’aktar ’l isfel. It-tagħbija għandha tkun applikata bil-mod il-mod mingħajr ma l-vettura tkun soġġetta għal xokkijiet eċċessivi.

5.2.   Id-determinazzjoni ta’ l-inklinazzjoni inizjali mkejla

Il-vettura għandha tkun ippreparata kif ġie speċifikat fil-paragrafu 4. t’aktar ’il fuq u tkun mgħobbija kif ġie speċifikat fl-Anness 5 (l-ewwel kundizzjoni tat-tagħbija tal-kategorija tal-vettura rispettiva). Qabel kull kejl, il-vettura għandha tkun imbandla kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.4. t’aktar ’l isfel. Il-kejl għandu jsir tliet darbiet.

5.2.1.   Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b’aktar minn 2mrad (inklinazzjoni ta’ 0.2 fil-mija) mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati, dak il-valur intermedju għandu jkun ir-riżultat finali.

5.2.2.   Jekk kwalunkwe qies ivarja mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0.2 fil-mija), għandha titieħed serje oħra ta’ 10 qisien, fejn il-valur aritmetiku intermedju tagħhom għandu jkun ir-riżultat finali.

5.3.   Il-metodi tal-kejl

Jista’ jintuża kwalunkwe metodu biex jitkejlu l-varjazzjonijiet ta’ l-inklinazzjoni sakemm il-qari jkun preċiż fi ħdan ± 0.2 mrad ( inklinazzjoni ta’ ± 0.02 fil-mija).

5.4.   It-trattament tal-vettura f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija

Is-suspenxin tal-vettura u kwalunkwe parti oħra li huwa probabbli li se taffetwa l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tkun attivata skond il-metodi li ġew deskritti aktar ’l isfel.

Madanakollu, l-awtoritajiet tekniċi u l-manifatturi jistgħu jipproponu b’mod konġunt metodi oħra (jew sperimentali jew ibbażati fuq kalkoli), speċjalment meta t-test jagħti problemi partikolari, sakemm kalkoli ta’ din ix-xorta jkunu validi b’mod ċar.

5.4.1.   Il-vetturi tal-kategorija M1 b’suspenxin konvenzjonali

Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u, jekk ikun meħtieġ, bir-roti jistrieħu fuq pjattaformi bir-roti (li jridu jintużaw jekk in-nuqqas tagħhom iwassal għal restrizzjoni tal-moviment tas-suspenxin li huwa probabbli li jaffetwaw r-riżultati tal-kejl), bandal il-vettura għal mill-inqas tliet ċikli kompluti, fejn għal kull ċiklu, l-ewwel it-tarf ta’ wara u mbagħad it-tarf ta’ quddiem tal-vettura jiġi mbuttat ’l isfel.

Is-sekwenza tat-tbandi għandha tintemm meta jkun ikkompletat iċ-ċiklu. Qabel ma jsir il-kejl, il-vettura għandha titħalla tieqaf tiċċaqlaq waħidha. Minflok ma jintużaw pjattaformi bir-roti, l-istess effett jista’ jinkiseb billi l-vettura tiġi mċaqilqa lura u ’l quddiem għal mill-inqas tidwira kompluta ta’ rota.

5.4.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M2, M3 u N b’suspenxin konvenzjonali

5.4.2.1.   Jekk il-metodu tat-trattament għall-vetturi tal-kategorija M1 li ġie deskritt fil-paragrafu 5.4.1. ma jkunx possibbli, jista’ jintuża l-metodu li ġie deskritt fil-paragrafu 5.4.2.2. jew 5.4.2.3.

5.4.2.2.   Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti ma’ l-art, bandal il-vettura billi temporanjament tvarja t-tagħbija.

5.4.2.3.   Bil-vettura wieqfa fis-sit tal-kejl u bir-roti ma’ l-art, attiva s-suspenxin tal-vettura u l-partijiet l-oħra kollha li jistgħu jaffetwaw l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx billi jintuża apparat tal-vibrazzjoni. Dan jista’ jkun pjattaforma li tivvibra li fuqha jistrieħu r-roti.

5.4.3.   Il-vetturi b’suspenxin mhux konvenzjonali, fejn il-magna trid tkun qed taħdem.

Qabel ma jsir kwalunkwe kejl stenna sakemm il-vettura tkun assumiet l-attitudni finali tagħha bil-magna taħdem

5.5.   Il-kejl

Il-varjazzjoni ta’ l-inklinazzjoni tar-raġġ baxx għandha tkun ivvalutata għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija differenti b’relazzjoni għall-inklinazzjoni inizjali mkejla li ġiet iddeterminata skond il-paragrafu 5.2. t’aktar ’il fuq.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ nvellar tal-bozoz ta’ quddiem, din ta’ l-aħħar għandha tkun aġġustata għall-pożizzjonijiet li ġew speċifikati mill-manifattur għal kundizzjonijiet tat-tagħbija partikolari (skond l-Anness 5).

5.5.1.   L-ewwelnett, għandu jsir kejl wieħed f’kull kundizzjoni tat-tagħbija. Ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti jekk, għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni fl-inklinazzjoni tkun fi ħdan il-limiti kkalkulati (per eżempju, fi ħdan id-differenza bejn l-inklinazzjoni inizjali ddikjarata u l-limiti t’isfel u ta’ fuq li ġew speċifikati għall-approvazzjoni) b’marġni tas-sikurezza ta’ 4 mrad (inklinazzjoni ta’ 0.4 fil-mija).

5.5.2.   Jekk ir-riżultat(i) ta’ kwalunkwe kejl ma jkunx(jkunux) fi ħdan il-marġni tas-sikurezza indikat fil-paragrafu 5.5.1. jew jeċċedi(u) l-valuri ta’ limitu, għandhom jittieħdu tliet qisien oħra fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija li jikkorrispondu għal dan(dawn) ir-riżultat(i) kif ġie speċifikat fil-paragrafu 5.5.3.

5.5.3.   Għal kull waħda mill-kundizzjonijiet tat-tagħbija t’aktar ’il fuq:

5.5.3.1.

Jekk l-ebda wieħed mit-tliet riżultati mkejla ma jvarja b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0.2 fil-mija) mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati, dak il-valur intermedju għandu jkun ir-riżultat finali.

5.5.3.2.

Jekk kwalunkwe qies ivarja mill-valur aritmetiku intermedju tar-riżultati b’aktar minn 2 mrad (inklinazzjoni ta’ 0.2 fil-mija), għandhom jittieħdu serje oħra ta’ 10 qisien, li l-valur aritmetiku intermedju tagħhom għandu jkun ir-riżultat finali.

5.5.3.3.

Jekk vettura tkun mgħammra b’sistema ta’ nvellar tal-bozoz ta’ quddiem awtomatika, li għandha sekwenza ta’ istereżi inerenti, ir-riżultati medji fil-quċċata u fil-qiegħ tas-sekwenza ta’ istereżi għandhom jitqiesu bħala valuri sinifikanti.

Dan il-kejl kollu għandu jsir skond il-paragrafi 5.5.3.1. u 5.5.3.2.

5.5.4.   Ir-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti, jekk, fil-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha, il-varjazzjoni bejn l-inklinazzjoni inizjali mkejla li ġiet iddeterminata skond il-paragrafu 5.2. u l-inklinazzjoni mkejla f’kull kundizzjoni tat-tagħbija hija inqas mill-valuri kkalkulati fil-paragrafu 5.5.1. (mingħajr marġni ta’ sikurezza).

5.5.5.   Jekk jinqabeż wieħed biss mil-limiti ta’ varjazzjoni kkalkulati ta’ fuq jew t’isfel, il-manifattur għandu jitħalla jagħżel valur differenti għall-inklinazzjoni inizjali ddikjarata, fi ħdan il-limiti speċifikati għall-approvazzjoni.


ANNESS 7

L-indikazzjoni ta’ l-aġġustament inizjali ddikjarat li jissemma fil-paragrafu 6.2.6.1.1. ta’ dan ir-regolament

Eżempju

Image

Id-daqs tas-simbolu u tal-karattri jitħalla għad-diskrezzjoni tal-manifattur.


ANNESS 8

Il-kontrolli għall-apparati ta’ nvellar tal-bozoz ta’ quddiem li jissemmew fil-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-regolament

1.   L-ispeċifikazzjonijiet

1.1.   Fil-każijiet kollha, l-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx trid tkun prodotta f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

billi kontroll jiġi mċaqlaq ’l isfel jew lejn ix-xellug;

(b)

billi kontroll jiddawwar f’direzzjoni kontra l-arloġġ;

(ċ)

billi tingħafas buttuna (kontroll li jiġi mbuttat-jinġibed).

Jekk biex ikun aġġustat ir-raġġ jintużaw diversi buttuni, il-buttuna li tagħti l-akbar inklinazzjoni ’l isfel trid tkun installata fuq ix-xellug jew taħt il-buttuna(i) għal pożizzjonijiet oħra tar-raġġ baxx.

Kontroll rotatorju li jiġi installat mit-tarf jew bit-tarf biss viżibbli, għandu jsegwi l-prinċipji operattivi ta’ kontroll tat-tipi (a) jew (ċ).

1.1.1.   Dan il-kontroll irid ikollu fuqu simboli li jindikaw b’mod ċar il-movimenti li jikkorrispondu għall-inklinazzjoni ’l isfel u ’l fuq tar-raġġ baxx.

1.2.   Il-pożizzjoni “0” tikkorrispondi għall-inklinazzjoni inizjali skond il-paragrafu 6.2.6.1.1. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   Il-pożizzjoni “0”, li skond il-paragrafu 6.2.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament trid tkun “pożizzjoni ta’ waqfien”, mhemmx għalfejn trid tkun fi tmiem l-iskala.

1.4.   Il-marki li jintużaw fuq kontroll iridu jiġu spjegati fil-manwal tas-sid.

1.5.   Is-simboli li ġejjin biss jistgħu jintużaw biex ikunu identifikati l-kontrolli:

Image

Is-simboli li jagħmlu użu minn ħames linji minflok erbgħa jistgħu jintużaw ukoll

 

Eżempju 1:

Image

 

Eżempju 2:

Image

 

Eżempju 3:

Image


ANNESS 9

IL-KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   IT-TESTIJIET

1.1.   Il-pożizzjoni tal-bozoz

Il-pożizzjoni tal-bozoz, kif iddefinita fil-paragrafu 2.7. ta’ dan ir-Regolament, fil-wisa’, fl-għoli u fit-tul għandha tkun ikkontrollata skond ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 2.8. sa 2.10., 2.14. u 5.4. ta’ dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għad-distanzi għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull bozza.

1.2.   Il-viżibilità tal-bozoz

1.2.1.   L-angoli tal-viżibilità ġeometrika għandhom ikunu kkontrollati skond il-paragrafu 2.13. ta’ dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla għall-angoli għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull bozza ħlief li l-limiti ta’ l-angoli jista’ jkollhom konċessjoni li tikkorrispondi għall-varjazzjoni ta’ ± 3° permessa fil-paragrafu 5.3. għall-immuntar ta’ l-apparati tas-sinjali bid-dawl.

1.2.2.   Il-viżibilità tad-dawl aħmar ’il quddiem u tad-dawl abjad lura għandhom ikunu kkontrollati skond il-paragrafu 5.10. ta’ dan ir-Regolament.

1.3.   L-allinjament tal-bozoz ta’ quddiem b’raġġ baxx ’il quddiem

1.3.1.   L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel

L-inklinazzjoni inizjali ’l isfel tal-punt ta’ waqfien tar-raġġ baxx għandha tkun iffissata għall-figura miksija b’folji tal-metall kif meħtieġ u muri fl-Anness 7.

Inkella, il-manifattur għandu jiffissa l-mira inizjali għal figura li tkun differenti mill-figura miksija b’folji tal-metall fejn jista’ jintwera li tkun rappreżentattiva tat-tip approvat meta ttestjata skond il-proċeduri li jinsabu fl-Anness 6 u b’mod paratikolari fil-paragrafu 4.1.

1.3.2.   Il-varjazzjoni ta’ l-inklinazzjoni bit-tagħbija

Il-varjazzjoni ta’ l-inklinazzjoni ’l isfel tar-raġġ baxx bħala funzjoni tal-kundizzjonijiet tat-tagħbija li ġew speċifikati fi ħdan din it-taqsima għandhom jibqgħu fi ħdan il-firxa:

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar ta’ bozza ta’ quddiem h < 0,8;

0,2 fil-mija sa 2,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar ta’ bozza ta’ quddiem 0,8 ≤ h ≤ 1,0; jew

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija

(skond il-firxa fil-mira magħżula mill-manifattur fl-approvazzjoni);

0,7 fil-mija sa 3,3 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar ta’ bozza ta’ quddiem 1,0 < h ≤ 1,2 m;

1,2 fil-mija sa 3,8 fil-mija

għal għoli ta’ mmuntar ta’ bozza ta’ quddiem h > 1,2 m.

Kif ġie indikat fl-Anness 5 għal dan ir-Regolament, għal kull sistema li ġiet aġġustata skond dan, l-istati tat-tagħbija li għandhom jintużaw għandhom ikunu kif ġej,.

1.3.2.1.   Il-vetturi fil-kategorija M1:

 

Il-paragrafu 2.1.1.1.

 

Il-paragrafu 2.1.1.6. fejn jitqies

 

Il-paragrafu 2.1.2.

1.3.2.2.   Il-vetturi fil-kategoriji M2 u M3:

 

Il-paragrafu 2.2.1.

 

Il-paragrafu 2.2.2.

1.3.2.3.   Il-vetturi fil-kategorija N b’superfiċji ta’ tagħbija:

 

Il-paragrafu 2.3.1.1.

 

Il-paragrafu 2.3.1.2.

1.3.2.4.   Il-vetturi fil-kategorija N mingħajr superfiċji ta’ tagħbija:

1.3.2.4.1.

Il-vetturi li jiġbdu għas-semi-trejlers:

 

Il-paragrafu 2.4.1.1.

 

Il-paragrafu 2.4.1.2.

1.3.2.4.2

Il-vetturi li jiġbdu għat-trejlers:

 

Il-paragrafu 2.4.2.1.

 

Il-paragrafu 2.4.2.2.

1.4.   Il-konnessjonijiet elettriċi u t-tell-tales

Il-konnessjonijiet elettriċi għandhom jiġu kkontrollati billi tinxtegħel kull bozza konnessa mas-sistema elettrika tal-vettura.

Il-bozoz u t-tell-tales għandhom jaħdmu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.11. sa 5.14. ta’ dan ir-Regolament u bl-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull bozza.

1.5.   L-intensitajiet tad-dawl

1.5.1.   Il-bozoz ta’ quddiem b’raġġ ewlieni

L-intensità aggregata massima tal-bozoz ta’ quddiem b’raġġ ewlieni għandha tkun ikkontrollata permezz tal-proċedura li ġiet deskritta fil-paragrafu 6.1.9.2. ta’ dan ir-Regolament. Il-valur miksub għandu jkun tali li jiġu sodisfatti -rekwiżiti fil-paragrafu 6.1.9.1. ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Il-preżenza, in-numru, il-kulur, l-arranġament u, fejn ikun applikabbli, il-kategorija tal-bozoz għandhom ikunu kkontrollati permezz ta’ spezzjoni viżiva tal-bozoz u ta’ l-immarkar tagħhom.

Dawn għandhom ikunu tali li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5.15. and 5.16. kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet individwali applikabbli għal kull bozza.


ANNESS 10

EŻEMPJI TA’ GĦAŻLIET TA’ SORSI TAD-DAWL

Image

ANNESS 11

IL-VIŻIBILITÀ TA’ L-IMMARKAR BIEX JOLQOT L-GĦAJN FUQ WARA U FUQ IL-ĠENB TAL-VETTURA

(ara l-paragrafu 6.21.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image


30.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 137/68


Regolament Nru 51 tal-Kummissjoni Ekonomika ta’ l-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas erba’ roti rigward l-emissjonijiet tal-ħoss tagħhom

Addendum 50: Ir-Regolament Nru 51

Reviżjoni 1

Li tinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-Suppliment 5 għas-serje 02 ta’ l-emendi. Id-data tad-dħul fis-seħħ: 18 ta’ Ġunju 2007

WERREJ

REGOLAMENTAZZJONI

1.

L-ambitu

2.

Id-definizzjonijiet

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-immarkar

5.

L-approvazzjoni

6.

L-ispeċifikazzjonijiet

7.

Il-modifika u l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni ta’ tip ta’vettura

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-pieni għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

10.

Produzzjoni mwaqqfa għal kollox

11.

Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

12.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni, u tad-dipartimenti amministrattivi

L-ANNESSI

Anness 1

Komunikazzjoni li tikkonċerna l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta’ l-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu skond ir-Regolament Nru 51

Anness 2

L-arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni

Anness 3

Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss li jagħmlu l-vetturi bil-mutur (Metodu ta’ Kejl A)

Anness 4

Il-klassifikazzjoni tal-vetturi

Anness 5

Is-sistemi ta’ l-egżost li fihom materjali fibrużi

Anness 6

Il-ħoss ta’ l-arja kkompressata

Anness 7

Il-kontrolli dwar il-konformità tal-produzzjoni

Anness 8

L-ispeċifikazzjonijiet għas-sit tat-testijiet

Anness 9

Id-Data tat-Test tal-Vettura skond il-Metodu ta’ Kejl B

Anness 10

Il-metodi u l-istrumenti biex jitkejjel il-ħoss li jagħmlu l-vetturi bil-mutur (Metodu ta’ Kejl B)

1.   L-AMBITU

Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategoriji M u N (1) rigward il-ħoss.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament,

2.1.   Approvazzjoni ta’ vettura tfisser l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-ħoss;

2.2.   Tip ta’ vettura tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li ma tvarjax f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

l-għamla jew il-materjali tal-qafas (speċjalment il-kompartiment tal-magna u s-soundproofing tagħha);

2.2.2.

it-tul u l-wisa’ tal-vettura;

2.2.3.

it-tip ta’ magna (positive jew compression ignition, two- jew four-stroke, pistun li jirreċiproka jew idur), in-numru u ċ-ċilindrata, in-numru u t-tip ta’ karburaturi jew ta’ sistema ta’ injezzjoni, l-arranġament tal-valvoli, il-qawwa massima nominali u l-veloċità(jiet) korrispondenti tal-magna, jew it-tip ta’ mutur elettriku;

2.2.4.

is-sistema ta’ trażmissjoni, in-numru ta’ gerijiet u l-proporzjonijiet;

2.2.5.

is-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes kif ġiet iddefinita fil-paragrafi 2.3 u 2.4 li ġejjin.

2.2.6.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2.2.2. u 2.2.4., il-vetturi għajr dawk li huma fil-kategoriji M1 u N1  (1) li għandhom l-istess tip ta’ magna u/jew proporzjonijiet ġenerali tal-gerijiet differenti, jistgħu jitqiesu bħala vetturi ta’ l-istess tip.

Madanakollu, jekk id-differenzi t’hawn fuq jipprovdu għal metodu ta’ test differenti, dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla fit-tip.

2.3.   Sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes tfisser sett komplut ta’ komponenti meħtieġa biex ikun limitat il-ħoss magħmul minn vettura bil-mutur u mill-egżost tagħha;

2.4.   Sistemi għat-tnaqqis tal-ħoss ta’ tipi differenti tfisser sistemi għat-tnaqqis tal-ħoss li jvarjaw f’tali aspetti essenzjali bħal:

2.4.1.

li l-komponenti tagħhom, kif ġie speċifikat fil-paragrafu 4.1., għandhom fuqhom ismijiet kummerċjali jew trejdmarks differenti;

2.4.2.

li l-karatteristiċi tal-materjali li jikkostitwixxu komponent huma differenti jew li l-komponenti jvarjaw fl-għamla jew fid-daqs, bidla fil-proċedura tal-plating (galvanizzar, kisi bl-aluminju, eċċ.) ma titqiesx li tipproduċi differenza fit-tip;

2.4.3.

li l-prinċipji operattivi ta’ mill-inqas komponent wieħed huma differenti;

2.4.4.

li l-komponenti tagħhom huma mmuntati b’mod differenti;

2.4.5.

li n-numru ta’ sajlensers tad-dħul (intake silencers) u/jew sajlensers ta’ l-egżost (exhaust silencers) huwa differenti.

2.5.   Komponent ta’ sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes tfisser waħda mill-partijiet individwali u kostitwenti li l-immuntar tagħha jikkostitwixxi s-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes.

B’mod partikolari, dawn il-kompenenti huma: il-pajpijiet ta’ l-egżost, il-kompartiment(i) ta’ espansjoni, is-sajlenser(s) stess.

2.5.1.   Il-filtru ta’ l-arja jitqies bħala komponent biss jekk il-preżenza tiegħu hija essenzjali biex tkun żgurata osservanza tal-limiti preskritti għal-livell tal-ħoss.

2.5.2.   Il-manifolds ma jitqisux bħala komponenti tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes.

2.6.   Massa massima tfisser il-massa massima teknikament permissibbli li ġiet iddikjarata mill-manifattur tal-vettura (din il-massa tista’ tkun ikbar mill-massa massima awtorizzata mill-amministrazzjoni nazzjonali).

2.7.   “Il-qawwa (nominali) tal-magna” tfisser il-qawwa tal-magna espressa f’kW (KEE) u mkejla bil-metodu KEE skond ir-Regolament Nru 85.

2.8.   Massa ta’ vettura lesta biex taħdem (mro) tfisser il-massa ta’ vettura mhux mgħobbija bil-qafas, u bi strument ta’ l-igganċjar fil-każ ta’ vettura ta’ l-irmonk, jew il-massa tax-xażi bil-kabina jekk il-manifattura ma jwaħħalx il-qafas u/jew it-tagħmir ta’ l-igganċjar, inklużi l-likwidu li jkessaħ, iż-żjut, 90 fil-mija tal-fjuwil, 100 fil-mija ta’ likwidi oħra ħlief l-ilmijiet użati, l-għodod, l-istepni, is-sewwieq (75 kg) u, għall-karozzi tal-linja u għall-kowċijiet, il-massa tal-membru ta’ l-ewkipaġġ (75 kg) jekk hemm seat għall-ekwipaġġ fil-vettura.

2.9.   Il-veloċità nominali tal-magna, S tfisser il-veloċità ddikjarata tal-magna f’min–1 (rpm) li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa nominali netta u massima tagħha skond ir-Regolament Nru 85.

Jekk il-qawwa nominali netta u massima tintlaħaq b’diversi veloċitajiet tal-magna, għandha tintuża l-akbar veloċità tal-magna.

2.10.   Indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR) tfisser kwantità numerika (ara l-paragrafu 3.1.2.1.1. ta’ l-Anness 10) fejn l-ebda dimensjoni ma tintuża għall-kalkolu ta’ l-aċċelerazzjoni.

2.11.   Punt ta’ referenza tfisser punt li jiġi ddefinit kif ġej:

2.11.1.

Il-kategoriji M1, N1:

għal vetturi bil-magna fuq quddiem: it-tarf ta’ quddiem tal-vettura;

għal vetturi bil-magna fin-nofs: iċ-ċentru tal-vettura;

għal vetturi bil-magna fuq wara: it-tarf ta’ wara tal-vettura.

2.11.2.

Il-kategoriji M2, M3, N2, N3:

it-tarf tal-magna l-eqreb tal-parti ta’ quddiem tal-magna.

2.12.   Magna tfisser is-sors ta’ l-enerġija mingħajr aċċessorji li jinqalgħu.

2.13.   Aċċelerazzjoni mmirata tfisser aċċelerazzjoni meta t-throttle ikun parzjalment miftuħ fi traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi.

2.14.   Aċċelerazzjoni ta’ referenza tfisser l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test ta’ l-aċċelerazzjoni fuq il-mogħdija tat-test.

2.15.   “Fattur k tat-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-proporzjon tal-gerijiet” tfisser kwantità numerika mingħajr dimensjoni li tintuża biex jiġu kkombinati r-riżultati tat-testijiet ta’ żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test ta’ l-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti.

2.16.   Fattur tal-qawwa parzjali kp tfisser kwantità numerika bl-ebda dimensjoni li tintuża għall-kombinazzjoni mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tar-riżultati tat-testijiet tat-test ta’ l-aċċelerazzjoni u tat-test tal-veloċità kostanti għall-vetturi.

2.17.   Pre-aċċelerazzjoni tfisser applikazzjoni ta’ strument għall-kontroll ta’ l-aċċelerazzjoni qabel AA′ sabiex tintlaħaq aċċelerazzjoni stabbli bejn AA′ u BB′.

2.18.   Proporzjonijiet ta’ gerijiet illokjati tfisser il-kontroll tat-trażmissjoni b’tali mod li matul test il-ger tat-trażmissjoni ma jistax jitbiddel.

3.   L-APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward il-ħoss għandha titressaq mill-manifattur tiegħu jew mir-rappreżentant tiegħu li ġie akkreditat b’mod xieraq.

3.2.   Għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li jissemmew aktar ’l isfel u mill-partikolaritajiet li ġejjin fi tliet kopji:

3.2.1.

deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il-punti li jissemmew fil-paragrafu 2.2. aktar ’il fuq. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew is-simboli li jidentifikaw it-tip ta’ magna u t-tip ta’ vettura;

3.2.2.

lista tal-komponenti, li ġew identifikati b’mod xieraq, li jikkostitwixxu s-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes;

3.2.3.

disinn tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura;

3.2.4.

disinji dettaljati ta’ kull komponent sabiex ikun jista’ jinstab u jiġi identifikat faċilment, u speċifikazzjoni tal-materjali użati.

3.3.   Fil-każ tal-paragrafu 2.2.6. il-vettura waħdanija, rappreżentattiva tat-tip ikkonċernat, se tingħażel mis-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni, bi ftehim mal-manifattur tal-vettura, bħala dik bl-inqas massa u lesta biex taħdem bl-inqas tul u skond l-ispeċifikazzjoni stabbilita fil-paragrafu 3.1.2.3.2.3. fl-Anness 3.

3.4.   Fuq it-talba tas-servizz tekniku li jwettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni, minbarra dak li ssemma aktar ’il fuq, il-manifattur tal-vettura għandu jressaq kampjun tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes u magna li mill-inqas għandha l-istess ċilindrata u qawwa massima nominali bħala dik imwaħħla fuq il-vettura li qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip għaliha.

3.5.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex ikun żgurat kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni tat-tip.

4.   L-IMMARKAR

4.1.   Il-komponenti tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes, ħlief għall-ħardwer tat-twaħħil u għall-pajpijiet, għandu jkollhom fuqhom:

4.1.1.

l-isem kummerċjali jew it-trejdmark tal-manifattur tas-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes u tal-komponenti tagħha; u

4.1.2.

id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur;

4.2.   Dan l-immarkar għandu jkun jista’ jinqara b’mod ċar u jkun indelibbli anki wara li jitwaħħal.

4.3.   Komponent jista’ jkollu fuqu diversi numri ta’ approvazzjoni jekk ikun ġie approvat bħala komponent ta’ diversi sistemi ta’ sajlensers ta’ sostituzzjoni.

5.   L-APPROVAZZJONI

5.1.   L-approvazzjoni tat-tip għandha tingħata biss jekk,

(a)

it-tip ta’ vettura jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 6. u 7. t’aktar ’l isfel meta jiġi ttestatjat skond il-metodu ta’ kejl A ta’ l-Anness 3, u

(b)

sa mill-1 ta’ Lulju 2007 u għal perjodu massimu ta’ sentejn, ir-riżultati tat-test li saru fuq dak it-tip ta’ vettura skond il-metodu ta’ kejl B ta’ l-Anness 10 ġew miżjuda mar-rapport tat-test fl-Anness 9 u kienu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea u lil dawk il-Partijiet Kontraenti li juru interess li jirċievu d-data. Dan ma jinkludi l-ebda test li sar b’konnessjoni ma’ l-estensjoni ta’ l-approvazzjonijiet eżistenti skond ir-Regolament Nru 51. Barra minn hekk, għall-fini ta’ din il-proċedura ta’ monitoraġġ, vettura ma titqiesx li tkun tip ġdid jekk il-vettura tvarja biss fejn għandhom x’jaqsmu l-paragrafi 2.2.1. u 2.2.2.

5.2.   Għandu jiġi assenjat numru ta’ approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (bħalissa 02 li jikkorrispondu għas-serje 02 ta’ emendi li daħlu fis-seħħ fit-18 ta’ April 1995) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ ta’ l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja l-istess numru lill-istess tip ta’ vettura mgħammra b’tip ieħor sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes jew lil tip ta’ vettura ieħor.

5.3.   L-avviż ta’ l-approvazzjoni jew ta’ l-estensjoni jew tar-rifjut jew ta’ l-irtirar ta’ l-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa għal kollox ta’ tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

5.4.   F’post li jidher sew u li jkun aċċessibbli mill-ewwel li kien speċifikat fuq il-formola ta’ l-approvazzjoni, fuq kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skond dan ir-Regolament, għandha titwaħħal marka internazzjonali ta’ approvazzjoni li tikkonsisti minn:

5.4.1.

ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

5.4.2.

in-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru ta’ approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

5.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat, skond wieħed jew aktar mir-Regolamenti l-oħra annessi għall-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament, mhemmx għalfejn jiġi ripetut is-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.; f’każ ta’ din ix-xorta, in-numri tar-Regolament u ta’ approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skond tagħhom ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skond dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 5.4.1.

5.6.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandha tkun indelibbli.

5.7.   Il-marka ta’ approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

5.8.   L-Anness 2 għal dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marka ta’ approvazzjoni.

6.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET

6.1.   L-ispeċifikazzjonijiet ġenerali

6.1.1.   Il-vettura, il-magna tagħha u s-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes tagħha għandhom ikunu ddisinjati, mibnija u mmuntati b’tali mod li l-vettura, fl-użu normali, minkejja l-vibrazzjoni li tista’ tkun soġġetta għaliha, tkun tista’ tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

6.1.2.   Meta jitqiesu l-kondizzjonijiet ta’ l-użu tal-vettura, is-sistema għat-tnaqqis tal-ħsejjes għandha tkun iddisinjata, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment lill-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom.

6.2.   L-ispeċifikazzjonijiet rigward il-livelli tal-ħoss

6.2.1.   Il-metodi ta’ kejl

6.2.1.1.   Il-ħoss li jagħmel it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni għandu jitkejjel biż-żewġ metodi li ġew deskritti fl-Anness 3 għal dan ir-Regolament għall-vettura li qed tiċċaqlaq u għall-vettura meta tkun wieqfa (3); fil-każ ta’ vettura li taħdem b’mutur elettriku, il-ħoss emess għandu jitkejjel biss meta din tkun qed tiċċaqlaq.

Il-vetturi li jkollhom massa massima permissibbli li teċċedi l-2 800 kg jridu jkunu soġġetti għal kejl addizzjonali tal-ħoss ta’ l-arja kkompressata bil-vettura tkun wieqfa skond l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Anness 6, jekk it-tagħmir korrispondenti tal-brejkijiet ikun parti mill-vettura.

6.2.1.2.   Iż-żewġ valuri mkejla skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.1.1. t’aktar ’il fuq għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test u fuq formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

Il-valuri mkejla kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.2.1.1. t’aktar ’il fuq iridu jiġu rreġistrati f’rapport tat-test u f’ċertifikat li jikkorrispondi għall-mudell li jintwera fl-Anness 1.

6.2.2.   Il-limiti tal-livell tal-ħoss

6.2.2.1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6.2.2.2. t’aktar ’l isfel, il-livell tal-ħoss tat-tipi ta’ vettura, kif imkejjel bil-metodu deskritt fil-paragrafu 3.1. ta’ l-Anness 3 għal dan ir-Regolament, m’għandux jeċċedi il-limiti li ġejjin:

Il-kategoriji tal-vetturi

Il-valuri ta’ limitu

(dB(A))

6.2.2.1.1.

Il-vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri u li jista’ jkollhom mhux aktar minn disa’ seats, inkluż is-seat tas-sewwieq

74

6.2.2.1.2.

Il-vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġierri li għandhom aktar minn disa’ seats, inkluż is-seat tas-sewwieq, u massa massima awtorizzata ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi

 

6.2.2.1.2.1.

b’qawwa tal-magna ta’ inqas minn 150 kW (KEE)

78

6.2.2.1.2.2.

b’qawwa tal-magna ta’ 150 kW (KEE) jew aktar

80

6.2.2.1.3.

Il-vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri li għandhom aktar minn disa’ seats, inkluż is-seat tas-sewwieq; il-vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

6.2.2.1.3.1.

b’massa massima awtorizzata li ma teċċedix iż-2 tunnellati metriċi

76

6.2.2.1.3.2.

b’massa massima awtorizzata li teċċedi ż-2 tunnellati metriċi imma li ma teċċedix it-3.5 tunnellati metriċi

77

6.2.2.1.4.

Il-vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija b’massa massima awtorizzata li teċċedi t-3.5 tunnellati metriċi

 

6.2.2.1.4.1.

b’qawwa tal-magna inqas minn 75 kW (KEE)

77

6.2.2.1.4.2.

b’qawwa tal-magna ta’ 75 kW (KEE) jew aktar imma inqas minn 150 kW (KEE)

78

6.2.2.1.4.3.

b’qawwa tal-magna ta’ 150 kW (KEE) jew aktar

80

6.2.2.2.   Madanakollu,

6.2.2.2.1.   Għat-tipi ta’ vetturi li jissemmew fil-paragrafi 6.2.2.1.1. u 6.2.2.1.3. mgħammra b’magna b’kombustjoni interna compression-ignition u b’injezzjoni diretta, il-valuri ta’ limitu għandhom jiżdiedu b’1 dB(A);

6.2.2.2.2.   Għat-tipi ta’ vetturi ddisinjati għal użu fuq toroq imħarbta (4) u b’massa massima awtorizzata ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi, il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu miżjuda:

6.2.2.2.2.1.

b’1 dB(A) jekk ikunu mgħammra b’magna li jkollha qawwa ta’ inqas minn 150 kW (KEE);

6.2.2.2.2.2.

b’2 dB(A) jekk ikunu mgħammra b’magna li jkollha qawwa ta’ 150 kW (KEE) jew aktar.

6.2.2.2.3.   Għat-tipi ta’ vetturi li jissemmew fil-paragrafu 6.2.2.1.1. mgħammra b’gerboks li jkollha aktar minn erba’ gerijiet ’il quddiem u mgħammra b’magna li tiżviluppa qawwa massima akbar minn 140 kW (KEE) u li għandha proporzjoni ta’ qawwa massima/massa massima akbar minn 75 kW/t, il-valuri ta’ limitu għandhom jiġu miżjuda b’1 dB(A), jekk il-veloċità li biha l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB′ fit-tielet ger tkun ikbar minn 61 km/siegħa.

6.3.   L-ispeċifikazzjonijiet rigward is-sistemi ta’ l-egżost li fihom materjali fibrużi

6.3.1.   Għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti ta’ l-Anness 5.

7.   IL-MODIFIKA U L-ESTENSJONI TA’ L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA

7.1.   Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tkun innotifikata lid-dipartiment amministrativ li approva t-tip ta’ vettura. Imbagħad, id-dipartiment jista’ jew:

7.1.1.

Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ il-vettura xorta għadha tikkonforma mar-rekwiżiti, jew

7.1.2.

Jeħtieġ rapport tat-test ieħor mingħand is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew ir-rifjut ta’ l-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tkun ikkomunikata permezz tal-proċedura li ġiet speċifikata fil-paragrafu 5.3. t’aktar ’il fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni ta’ l-approvazzjoni għandha tassenja numru ta’ serje għal estensjoni ta’ din ix-xorta u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Il-vetturi approvati skond dan ir-Regolament għandhom ikunu mmanifaturi b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 6 t’aktar ’il fuq.

8.2.   Sabiex ikun ivverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1. ġew sodisfatti, għandhom jitwettqu kontrolli xierqa tal-produzzjoni.

8.3.   B’mod partikolari, id-detentur ta’ l-approvazzjoni għandu

8.3.1.   jiżgura l-eżistenza tal-proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

8.3.2.   ikollu aċċess għat-tagħmir ta’ kontroll li jkun meħtieġ għall-kontroll tal-konformità ta’ kull tip approvat;

8.3.3.   jiżgura li d-data tar-riżultati tat-testijiet tkun irreġistrata u li d-dokumenti annessi għandhom jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat bi ftehim mas-servizz amministrattiv;

8.3.4.   janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex jivverifika u jiżgura ruħu mill-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott fejn jaqta’ t-tara għal varjazzjoni fi produzzjoni industrijali;

8.3.5.   jiżgura li għal kull tip ta’ prodott għall-inqas jitwettqu t-testijiet preskritti fl-Anness 7 għal dan ir-Regolament;

8.3.6.   jiżgura li kwalunkwe teħid ta’ kampjuni jew biċċiet ta’ testijiet li jixhdu nuqqas ta’ konformità mat-tip ta’ test meqjus għandu jagħti lok għal teħid ta’ kampjun ieħor u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa kollha biex il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti tkun stabbilita mill-ġdid.

8.4.   Ikun meta jkun, l-awtorità kompetenti li tkun tat l-appovazzjoni tat-tip tista’ tivverifika l-metodu ta’ kontroll tal-konformità li japplika għal kull unità ta’ produzzjoni.

8.4.1.   F’kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-rekords tas-servej tal-produzzjoni għandhom ikunu ppreżentanti lill-ispettur li jkun qed jagħmel iż-żjara.

8.4.2.   L-ispettur jista’ jieħu kampjuni bl-addoċċ li se jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jkun iddeterminat skond ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

8.4.3.   Meta l-livell ta’ kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet li jitwettqu fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.4.2., l-ispettur għandu jagħżel kampjuni li għandhom jintbagħtu lis-servizz tekniku li wettaq it-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

8.4.4.   L-awtorità kompetenti tista’ twettaq kwalunkwe test preskritt f’dan ir-Regolament.

8.4.5.   Il-frekwenza normali ta’ l-ispezzjonijiet mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta’ darba kull sentejn. Jekk matul waħda minn dawn iż-żjarat jiġu rreġistrati riżultati mhux sodisfaċenti, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tkun stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni mill-aktar fis possibbli.

9.   IL-PIENI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija rigward tip ta’ vettura skond dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti aktar ’il fuq ma jiġux sodisfatti.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolment tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦAL KOLLOX

10.1.   Jekk id-detentur ta’ l-approvazzjoni jieqaf għal kollox milli jimmanifattura tip ta’ vettura approvat skond dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Malli tirċevi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

11.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

11.1.   Sa mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje 02 ta’ emendi, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament m’għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni KEE skond dan ir-Regolament kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

11.2.   Sa mill-1 ta’ Ottubru 1995, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet KEE biss jekk it-tip ta’ vettura li għandu jkun approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, kif emendat mis-serje 02 ta’ emendi.

11.3.   Sa mill-1 ta’ Ottubru 1996, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje 02 ta’ emendi għal dan ir-Regolament.

12.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TA’ APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ l-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet ta’ approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.


(1)  Kif ġew iddefiniti fl-Anness 7 għar-riżoluzzjoni Konsolidata tal-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2 kif emendata l-aħħar mill-Emenda 4 tagħha).

(2)  1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Iżvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Iżvizzera, 15 (battal), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (battal), 31 għall-Bosnia u Ħerzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (battal), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (battala), 37 għat-Turkija, 38-39 (battala), 40 għall-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (battal), 42 għall-Komunità Ewropea (l-approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri tagħha waqt li jużaw is-simbolu KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (battal), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajna, 47 għall-Afrika t’Isfel. In-numri sussegwenti għandhom jiġu assenjati lil pajjiżi oħra f’ordni kronoloġiku skond kif dawn irratifikaw jew saru parti għall-Ftehim Dwar l-Adozzjoni tal-Preskrizzjonijiet Tekniċi Uniformi għar-Roti, Tagħmir u Partijiet ta’ Vetturi li jkunu jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonjijiet għall-Għarfien Reċiproku ta’ l-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri li ġew assenjati b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

(3)  Isir test fuq vettura wieqfa sabiex ikun provdut valur ta’ referenza għall-amministrazzjonijiet li jużaw dan il-metodu biex jikkontrollaw il-vetturi li qed jintużaw.

(4)  Skond id-definizzjonijiet mogħtija fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/WP.29/78/Rev.1/Emend.2, l-Anness 7/Rev.2).


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

L-ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TA’ APPROVAZZJONI

Il-mudell A

(Ara l-paragrafu 5.4. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq li hija mwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, rigward l-emissjoni tal-ħoss tiegħu, ġie approvat fl-Olanda (E 4) skond ir-Regolament Nru 51 bin-Nru ta’ approvazzjoni 022439. L-ewwel żewġ numri tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 51 diġà kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi meta ngħatat l-approvazzjoni.

Il-mudell B

(Ara l-paragrafu 5.5. ta’ dan ir-Regolament)

Image

Il-marka ta’ approvazzjoni t’hawn fuq li hija mwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fl-Olanda (E 4) skond ir-Regolament Nru. 51 u 33 (1). In-numri ta’ approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 51 kien jinkludi s-serje 02 ta’ emendi filwaqt li r-Regolament Nru 33 kien fil-forma oriġinali tiegħu.


(1)  In-numru ta’ l-aħħar jingħata bħala eżempju biss.


ANNESS 3

IL-METODI U L-ISTRUMENTI GĦALL-KEJL TAL-ĦOSS LI JAGĦMLU L-VETTURI BIL-MUTUR

1.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-kejl akustiku

Il-miter tal-livell tal-ħoss jew is-sistema ta’ kejl ekwivalenti, inkluż il-windskrin rakkomandat mill-manifattur, mill-inqas għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-istrumenti tat-Tip 1 skond l-IEC 651, it-tieni edizzjoni.

Il-qisien għandhom jittieħdu billi tintuża tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-frekwenza, u bit-tagħbija għal F (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tal-ħin.

Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodu tal-livell tal-ħoss mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin mhux aktar minn 30 ms.

1.1.1.   Il-kalibrazzjoni

Fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull sessjoni ta’ kejl, għandha tkun ikkontrollata s-sistema ta’ kejl kollha permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss bi preċiżjoni ta’ mill-inqas il-Klassi 1 skond l-IEC 942:1988. Mingħajr l-ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn il-qari ta’ żewġ kontrolli konsekuttivi għandha tkun inqas minn jew daqs 0,5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti m’għandhomx jitqiesu.

1.1.2.   Il-konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità ta’ l-istrument tal-kalibrazzjoni tal-ħoss mar-rekwiżiti tal-IEC 942:1988 għandha tkun ivverifikata darba fis-sena u l-konformità tas-sistema ta’ strumentazzjoni mar-rekwiżiti tal-IEC 651, it-tieni edizzjoni, għandha tkun ivverifikata mill-inqas kull sentejn, minn laboratorju li huwa awtorizzat li jwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.

1.2.   Il-kejl tal-veloċità

Il-veloċità rotazzjonali tal-magna u l-veloċità tal-vettura għandhom jitkejlu bi strumenti li għandhom preċiżjoni ta’ ± 2 fil-mija jew aħjar.

1.3.   L-istrumentazzjoni meterjoloġika

L-istrumentazzjoni meterjoloġika li tintuża biex jiġu mmonitorjati l-kondizzjonijiet ambjentali għandha tinkludi dan li ġej:

(i)

strument li jkejjel it-temperatura li għandu jkun preċiż sa ± 1 °C;

(ii)

strument li jkejjel il-veloċità tar-riħ li għandu jkun preċiż sa ± 1,0 m/s.

2.   IL-KONDIZZJONIJIET TAL-KEJL

2.1.   Is-sit

2.1.1.   Is-sit tat-test irid jikkonsisti minn taqsima ċentrali għall-aċċelerazzjoni mdawra minn żona tat-test sostanzjalment ċatta.

It-taqsima għall-aċċelerazzjoni trid tkun invell; is-superfiċje tal-mogħdija trid tkun niexfa u ta’ tip li l-ħoss ta’ l-irromblar jibqa’ baxx.

Il-mogħdija tat-test trid tkun tali li l-kondizzjonijiet ta’ kamp akustiku ħieles bejn is-sors tal-ħoss u l-mikrofonu jinkisbu sa 1 dB. Din il-kondizzjoni għandha titqies li ġiet sodisfatta jekk ma jkun hemm l-ebda oġġett kbir li jirrifletti l-ħsejjes bħal xtiebi, ġebel, pontijiet jew bini fi ħdan 50 m miċ-ċentru tat-taqsima għall-aċċelerazzjoni. Is-superfiċje tas-sit trid tkun skond id-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament u trid tkun ħielsa minn silġ f’forma ta’ trab, ħaxix tawwali, ħamrija mhux magħquda jew irmied. Ma jrid ikun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jaffetwa l-kamp akustiku fi ħdan il-viċinanzi tal-mikrofonu u tas-sors tal-ħoss. L-osservatur li jwettaq il-kejl irid iqiegħed lilu nnifsu f’pożizzjoni tali li ma jaffetwax il-qari ta’ l-istrument tal-kejl.

2.1.2.   Il-qisien m’għandhomx jittieħdu f’kondizzjonijiet tat-temp ħżiena. Irid jiġi żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati minn buffuri tar-riħ.

Meta jittieħed il-qari, kwalunkwe livell għoli ferm ta’ ħsejjes li jidher li ma jkunx relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħoss tal-vettura għandu jkun injorat.

2.1.2.1.   L-istrumentazzjoni meterjoloġika għandha titqiegħed qrib iż-żona tat-test f’għoli ta’ 1,2 ± 0.1 m.

Il-qisien għandhom jittieħdu meta t-temperatura ta’ l-arja ambjentali tkun fi ħdan firxa li tvarja bejn 0 °C u 40 °C.

It-testijiet m’għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu teċċedi l-5 m/s waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss u għandhom jiġu rreġistrati kull darba li jsir test.

Il-valuri rappreżentattivi tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, ta’ l-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika għandhom ikunu rreġistrati matul l-intervall tal-kejl tal-ħoss.

2.1.3.   Il-livell tal-ħoss mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tas-sorsi tal-ħoss għajr dawk tal-vettura li għandha tiġi ttestjata u ta’ l-effetti tar-riħ irid ikun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss prodott mill-vettura.

2.2.   Il-vettura

2.2.1.   Il-qisien għandhom jittieħdu fuq vettura mhux mgħobbija u, ħlief fil-każ ta’ vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati, mingħajr trejler jew semi-trejler.

2.2.2.   It-tajers użati għat-test jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u għandhom jikkonformaw mal-prattika kummerċjali u jkunu disponibbli fuq is-suq; għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura mill-manifattur tal-vettura u għandhom jissodisfaw il-fond minimu tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer ta’ 1.6 mm fl-iskanalaturi prinċipali tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

It-tajers iridu jintefħu sal-pressjoni(jiet) xierqa għall-massa tat-test tal-vettura.

2.2.3.   Qabel ma jibdew jittieħdu l-qisien, il-vettura għandha tinġieb għall-kondizzjonijiet operattivi normali tagħha rigward:

2.2.3.1.

it-temperaturi

2.2.3.2.

l-issettjar

2.2.3.3.

il-fjuwil

2.2.3.4.

il-plaggijiet li jisparkjaw (sparking plugs), il-karburatur(i), eċċ., (kif ikun xieraq).

2.2.4.   Jekk il-vettura tingaġġja b’aktar minn żewġ roti (two-wheel drive), għandha tiġi ttestjata bl-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

2.2.5.   Jekk il-vettura hija mgħammra b’fann(ijiet) li għandhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema ma tridx tkun imbagħbsa matul il-kejl.

2.2.6.   Skond l-Anness 5, jekk il-vettura hija mgħammra b’sistema ta’ l-egżost li fiha materjali fibrużi, is-sistema ta’ l-egżost għandha tiġi kondizzjonata qabel it-test.

3.   IL-METODI TA’ L-ITTESTJAR

3.1.   Il-kejl tal-ħoss ta’ vetturi li qed jiċċaqilqu

3.1.1.   Il-kondizzjonijiet ġenerali tat-test (ara l-fig. 1 ta’ l-appendiċi)

3.1.1.1.   Għandhom jittieħdu mill-inqas żewġ qisien fuq kull naħa tal-vettura. Il-qisien preliminari għandhom jittieħdu għal finijiet ta’ aġġustament, imma m’għandhomx jitqiesu.

3.1.1.2.   Il-mikrofonu jrid jitqiegħed f’distanza ta’ 7,5 ± 0,2 m mil-linja ta’ referenza CC' (il-Figura 1) tal-mogħdija u 1,2 ± 0,1 m ’il fuq mill-art. L-assi tas-sensittività massima tiegħu irid ikun orizzontali u perpendikulari għall-mogħdija tal-vettura (il-linja CC').

3.1.1.3.   Żewġ linji, AA' u BB', paralleli għal-linja PP' u li jinsabu rispettivament 10 m ’il quddiem u 10 m lura minn dik il-linja għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.

Il-vettura għandha tinsaq f’linja dritta tul it-taqsima għall-aċċelerazzjoni b’tali mod li l-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura huwa kemm jista’ jkun qrib tal-linja CC' u tavviċina l-linja AA' b’veloċità stabbli kif ġie speċifikat aktar ’l isfel. Meta l-parti ta’ quddiem tal-vettura tilħaq il-linja AA', it-throttle għandu jinfetaħ għalkollox malajr skond kemm ikun prattiku u għandu jinżamm għalkollox miftuħ sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura taqsam il-linja BB'; imbagħad it-throttle għandu jingħalaq mill-ġdid kemm jista’ jkun malajr.

3.1.1.4.   Fil-każ ta’ vetturi artikulati li jikkonsistu f’żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati li jitqiesu bħala vettura unika, is-semi-trejler m’għandux jitqies meta jiġi ddeterminat meta l-vettura taqsam il-linja BB'.

3.1.1.5.   Il-livell massimu tal-ħoss espress f’deċibels mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A (dB(A)) għandu jitkejjel hekk kif il-vettura tinsaq bejn il-linji AA' u BB'. Valur ta’ din ix-xorta għandu jikkostitwixxi r-riżultat tal-kejl.

3.1.2.   Id-determinazzjoni tal-veloċità ta’ avviċinament

3.1.2.1.   Is-simboli użati

Is-simboli f’forma ta’ ittra li qed jintużaw f’dan il-paragrafu għandhom t-tifsira li ġejja:

S

:

il-veloċità ta’ rotazzjoni tal-magna kif indikata skond il-punt 5.4. ta’ l-Anness 1.

NA

:

il-veloċità rotatorja uniformi tal-magna malli l-vettura tavviċina l-linja AA'.

VA

:

il-veloċità uniformi tal-vettura malli l-vettura tavviċina l-linja AA'.

Vmax

:

il-veloċità massima ddikjarata mill-manifattur tal-vettura.

3.1.2.2.   Vettura mingħajr gerboks

Għall-vetturi mingħajr gerboks jew mingħajr kontroll tat-trażmissjoni, il-veloċità uniformi malli l-vettura tavviċina l-linja AA' se tkun tali li:

jew VA = 50 km/siegħa;

jew VA tikkorrispondi għal NA = 3/4 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji għajr għall-M1, li jkollhom qawwa tal-magna li ma tkunx ikbar minn 225 kW (KEE);

jew VA tikkorrispondi għal NA = 1/2 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi li ma jappartjenux lill-kategorija M1 li jkollhom qawwa tal-magna akbar minn 225 kW (KEE);

jew, fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur elettriku

Formula or VA = 50 km/siegħa

liema minnhom huwa l-aktar baxx.

3.1.2.3.   Vettura b’gerboks li titħaddem b’mod manwali

3.1.2.3.1.   Il-veloċità ta’ avviċinament

Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA' b’veloċità stabbli b’tolleranza ta’ ± 1 km/siegħa; ħlief fejn il-fattur ta’ kontroll huwa l-veloċità tal-magna, it-tolleranza għandha tkun ikbar minn ± 2 fil-mija jew ± 50 min-1, b’tali mod li:

jew VA = 50 km/siegħa;

jew VA tikkorrispondi għal NA = 3/4 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji għajr għall-M1, li jkollhom qawwa tal-magna mhux akbar minn 225 kW (KEE);

jew VA tikkorispondi għal NA = 1/2 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi li ma jappartjenux lill-kategorija M1 li jkollhom qawwa tal-magna akbar minn 225 kW (KEE);

jew, fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur elettriku

Formula or VA = 50 km/siegħa

liema minnhom huwa l-aktar baxx.

3.1.2.3.2.   L-għażla tal-proporzjon tal-gerijiet

3.1.2.3.2.1.   Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1  (1) mgħammra b’gerboks li għandha erba’ gerijiet ’il quddiem jew inqas għandhom ikunu ttestjati fit-tieni ger.

3.1.2.3.2.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1  (1) mgħammra b’gerboks li għandha aktar minn erba’ gerijiet ’il quddiem għandhom ikunu ittestjati suċċessivament fit-tieni u fit-tielet ger. Għandu jkun ikkalkulat il-valur medju tal-livelli tal-ħoss li ġew irreġistrati għal dawn iż-żewġ kondizzjonijiet.

Madanakollu, il-vetturi tal-kategorija M1 li għandhom aktar minn erba’ gerijiet ’il quddiem u li huma mgħammra b’magna li tiżviluppa qawwa massima akbar minn 140 kW (KEE) u bi proporzjon permissibbli qawwa massima/massa massima akbar minn 75 kW (KEE)/t għandhom ikunu ttestjati biss fit-tielet ger, sakemm il-veloġċità li biha l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB' fit-tielet ger tkun akbar minn 61 km/siegħa.

Jekk matul it-test fit-tieni ger, il-veloċità tal-magna teċċedi l-veloċità tal-magna, S, li biha l-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali, it-test irid jiġi ripetut b’veloċità ta’ avviċinament u/jew veloċità ta’ avviċinament tal-magna mnaqqsa kull darba b’5 % S, sakemm il-veloċità tal-magna milħuqa ma tibqax teċċedi S.

Jekk il-veloċità tal-magna S xorta għadha tintlaħaq b’veloċità ta’ avviċinament li tikkorrispondi għall-veloċità fl-idling, mela t-test se jitwettaq biss fit-tielet ger u r-riżultati rilevanti għandhom ikunu evalwati.

3.1.2.3.2.3.   Il-vetturi ta’ kategoriji għajr għall-M1 u għan-N1, fejn in-numru totali ta’ proporzjonijiet ta’ gerijiet ’il quddiem huwa x (inklużi dawk miksuba bħala trażmissjoni awżiljarja jew fus b’ħafna gerijiet) se jkunu ttestati f’sekwenza, fejn jintuża l-proporzjoni daqs jew ogħla minn x/n (2)  (3).

L-ittestjar tal-bidu se jitwettaq billi jintuża l-proporzjoni li huwa l-ger (x/n) jew l-ogħla proporzjon tal-gerijiet li jmiss jekk (x/n) ma jkunx numru sħiħ. L-ittestjar għandu jkompli mill-ger (x/n) għall-ogħla ger li jmiss.

Iż-żjieda fil-proporzjonijiet tal-gerijiet minn (x/n) għandu jkun qed jintemm meta fil-ger X li fiha tintlaħaq il-veloċità nominali tal-magna eżatt qabel ma l-parti ta’ wara l-vettura tkun għaddiet il-linja BB'.

Kampjun ta’ Kalkolu għall-Ittestjar: Hemm 16-il proporzjon ’il quddiem għall-kombinazzjoni tal-komponenti ta’ vettura (drive train) li għandha trażmissjoni bi 8 gerijiet u bi trażmissjoni awżiljarja b’2 gerijiet. Jekk il-magna għandha 230 kW mela (x/n) = (8 × 2)/3 = 16/3 = 5 1/3. Il-proporzjon inizjali tal-gerijiet għat-test huwa s-sitt wieħed (inklużi l-gerijiet kemm mit-trażmissjoni prinċipali kif ukoll minn dawk awżiljarja li hija s-sitt waħda minn 16-il proporzjon totali tal-gerijiet), bil-proporzjon tal-gerijiet li jmiss ikun is-seba’ wieħed bi proporzjon X.

Fil-każ ta’ vetturi li għandhom proporzjonijiet totali tal-gerijiet differenti, ir-rappreżentantza tat-tip ta’ vettura bil-vettura tat-test jiġi ddeterminat kif ġej:

 

jekk l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb bejn il-proporzjon x/n u l-proporzjon X, il-vettura għandha titqies bħala rappreżentattiva tat-tip tagħha;

 

jekk l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb fil-proporzjon x/n, il-vettura magħżula għandha titqies li hija rappreżentattiva tat-tip tagħha biss għal dawk il-vetturi li għandhom proporzjon totali tal-gerijiet f’x/n li huwa iktar baxx;

 

jekk l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb fil-proporzjon X, il-vettura magħżula għandha titqies li hija rappreżentattiva tat-tip tagħha biss għal dawk il-vetturi li għandhom proporzjon totali tal-gerijiet li jkun akbar mill-proporzjon tal-gerijiet X.

Madanakollu, il-vettura titqies li hija rappreżentattiva tat-tip tagħha wkoll, jekk fuq it-talba ta’ l-applikant, it-testijiet jiġu estiżi fuq aktar proporzjonijiet minn dawk previsti, u l-ogħla livell tal-ħoss jinkiseb bejn il-proporzjonijiet estremi ttestjati.

3.1.2.4.   It-trażmissjoni awtomatika (4)

3.1.2.4.1.   Il-vetturi mingħajr selettur manwali

3.1.2.4.1.1.   Il-veloċità ta’ avviċinament

Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA' b’diversi veloċitajiet uniformi ta’ 30, 40, 50 km/siegħa jew bi 3/4 tal-veloċità massima tat-triq jekk dan il-valur ikun iżgħar.

Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awtomatika li ma tistax tiġi ttestjata bil-proċedura li qed tiġi deskritta fil-qosor fit-taqsimiet sussegwenti, għandha tkun ittestjata b’veloċitajiet ta’ avviċinament differenti, jiġifieri ta’ 30 km/siegħa, 40 km/siegħa, u 50 km/siegħa, jew bi tliet kwarti tal-veloċità massima tal-vettura kif ġie speċifikat mill-manifattur jekk dan il-valur ikun iżgħar. Għandha tinżamm il-kondizzjoni li tagħti l-ogħla livell ta’ ħoss.

3.1.2.4.2.   Il-vetturi mgħammra b’selettur manwali b’pożizzjonijiet X

3.1.2.4.2.1.   Il-veloċità ta’ avviċinament

Il-vettura għandha tavviċina l-linja AA' b’veloċità stabbli li tikkorrispondi għall-veloċità aktar baxxa mill-veloċitajiet li ġejjin b’tolleranza ta’ ± 1 km/siegħa; ħlief fejn il-fattur ta’ kontroll huwa l-veloċità tal-magna, it-tolleranza għandha tkun akbar minn ± 2 fil-mija jew ± 50 rpm, b’tali mod li:

jew VA = 50 km/siegħa;

jew VA tikkorrispondi għal NA = 3/4 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u fil-każ ta’ vetturi ta’ kategoriji għajr għall-M1, li għandhom qawwa tal-magna mhux ikbar minn 225 kW (KEE);

jew VA tikkorrispondi għal NA = 1/2 S u VA ≤ 50 km/siegħa

fil-każ ta’ vetturi li ma jappartjenux lill-kategorija M1 li jkollhom qawwa tal-magna akbar minn 225 kW (KEE);

jew, fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur elettriku

Formula jew VA = 50 km/siegħa,

liema minnhom huwa l-aktar baxx.

Madanakollu, skond il-paragrafu 3.1.2.4.2.4, jekk waqt it-test, fil-każ ta’ vetturi li għandhom aktar minn żewġ gerijiet separati, ikun hemm waqgħa awtomatika għall-ewwel ger, din il-waqgħa tista’ tiġi evitata, jekk jagħżel hekk il-manifattur.

3.1.2.4.2.2.   Il-pożizzjoni tas-selettur manwali

It-test għandu jitwettaq bis-selettur fil-pożizzjoni rakkomandata mill-manifattur għal sewqan normali. Il-waqgħa esterna fil-gerijiet (pereżempju, kickdown) għandha tkun eskluża.

3.1.2.4.2.3.   Il-gerijiet awżiljarji

Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awżiljarja manwali jew b’fus b’ħafna gerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni użata għal sewqan normali urban. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu esklużi l-pożizzjonijiet speċjali tas-selettur għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għall-użu tal-brejkijiet.

3.1.2.4.2.4.   Jekk il-vettura tkun mgħammra bi trażmissjoni awżiljarja manwali jew b’fus b’ħafna gerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni użata għal sewqan normali urban. Fil-każijiet kollha, għandhom ikunu esklużi l-pożizzjonijiet speċjali tas-selettur għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għall-użu tal-brejkijiet.

Uħud mill-vetturi li huma mgħammra bi trażmissjoni awtomatika (żewġ proporzjonijiet diskreti jew aktar) jistgħu jaqgħu għal proporzjon tal-gerijiet li ma jintużax normalment f’sewqan urban, kif iddefinit mill-manifattur. Proporzjon tal-gerijiet li ma jintużax għas-sewqan urban jinkludi proporzjon tal-gerijiet maħsub għal moviment bil-mod, għall-ipparkjar jew għall-użu tal-brejikjiet. F’dawn il-każi, l-operatur jista’ jagħżel kwalunkwe waħda mill-modifiki li ġejjin:

a)

iżid il-veloċità tal-vettura v sa massimu ta’ 60 km/siegħa sabiex tkun evitata waqgħa fil-gerijiet ta’ din ix-xorta;

b)

iżomm il-veloċità tal-vettura v ta’ 50 km/siegħa u jillimita l-forniment tal-fjuwil lill-magna għal 95 fil-mija tal-forniment meħtieġ għal tagħbija sħiħa; din il-kondizzjoni titqies li tkun sodisfatta:

(i)

fil-każ ta’ magna spark-ignition, meta l-angolu tal-ftuħ tat-throttle ikun 90 fil-mija ta’ l-angolu sħiħ;

(ii)

fil-każ ta’ magna compression-ignition, meta l-forniment tal-fjuwil lill-pompa ta’ l-injezzjoni ikun limitat għal 90 fil-mija tal-forniment massimu tagħha;

c)

jistabbilixxi u juża kontroll elettroniku li se jipprevjeni waqgħa għal gerijiet aktar baxxi minn dawk li jintużaw f’sewqan normali urban kif iddefinit mill-manifattur.

3.1.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

Il-kejl tal-ħoss emess mill-vettura li qed tiċċaqlaq għandu jitqies bħala validu jekk id-differenza bejn iż-żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura mhix akbar minn 2 dB(A) (5).

Il-figura rreġistrata għandha tkun dik li tikkorrispondi għall-ogħla livell ta’ ħoss. Jekk dik il-figura teċċedi b’aktar minn 1 dB(A) il-livell massimu tal-ħoss awtorizzat għall-kategorija tal-vettura ttestjata, għandha tittieħed serje oħra ta’ żewġ qisien fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta minn dawn l-erba’ riżultati miksuba b’dan il-mod f’din it-tieni pożizzjoni iridu jaqgħu fi ħdan il-limiti preskritti.

Biex wieħed jaħseb għan-nuqqas ta’ preċiżjoni fl-istrument tal-kejl, il-figuri li jinqraw minnu matul il-kejl għandhom jitnaqqsu b’1 dB(A).

3.2.   Il-kejl tal-ħoss emess minn vetturi wieqfa

3.2.1.   Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi

Sabiex ikunu ffaċilitati l-kontrolli sussegwenti fuq vetturi li qed jintużaw, il-livell tal-ħoss irid jitkejjel qrib l-iżbokk tas-sistema ta’ l-egżost skond ir-rekwiżiti li ġejjin u skond ir-riżultati tal-kejl li jitniżżlu fir-rapport tat-test li ġie ikkompilat sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat li jissemma fl-Anness 1.

3.2.2.   Il-kejl akustiku

Għall-qisien irid jintuża miter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, kif inhu ddefinit fil-paragrafu 1.1. ta’ dan l-Anness.

3.2.3.   Is-sit tat-test – il-kondizzjonijiet lokali (il-Figura 2)

3.2.3.1.   Il-qisien għandhom jittieħdu fuq vettura wieqfa f’żona li tikkorrispondi għal dik għal kejl ta’ vetturi li qed jiċċaqilqu u għalhekk tikkorrispondi għad-dispożizzjonijiet mogħtija fl-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

3.2.3.2.   Waqt it-test m’għandu jkun hemm ħadd fiż-żona tal-kejl, ħlief l-osservatur u s-sewwieq li l-preżenza tagħhom ma jrid ikollha l-ebda influwenza fuq il-qari tal-miter.

3.2.4.   Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ

Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl li jiġi prodott mill-ħoss ambjentali u mir-riħ irid ikun mill-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss li għandu jitkejjel. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windskrin xieraq sakemm jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu.

3.2.5.   Il-metodu ta’ kejl

3.2.5.1.   In-natura u n-numru ta’ qisien

Il-livell massimu tal-ħoss espress f’deċibels mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A (dB(A)) irid jitkejjel waqt il-perjodu operattiv li jissemma fil-paragrafu 3.2.5.3.2.1.

Iridu jittieħdu mill-inqas tliet qisien f’kull punt ta’ kejl.

3.2.5.2.   It-tqegħid f’pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura

Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bil-lieva tal-gerijiet f’pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, din il-vettura għandha tiġi ttestjata skond il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għal ittestjar ta’ magna wieqfa. Qabel kull serje ta’ qisien, il-magna trid tinġieb għall-kondizzjoni operattiva normali tagħha, kif ġie speċifikat mill-manifattur.

Jekk il-vettura hija mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m’għandhiex tkun imbagħbsa waqt il-kejl tal-livell tal-ħoss.

3.2.5.3.   Il-kejl tal-ħoss qrib l-egżost (ara l-fig. 2 ta’ l-Apphiexendiċi)

3.2.5.3.1.   Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu

3.2.5.3.1.1.   L-għoli tal-mikrofonu ’l fuq mill-art għandu jkun daqs dak tal-pajp ta’ żbokk tal-gassijiet ta’ l-egżost, imma jkun xi jkun il-każ għandu jkun limitat għal valur minimu ta’ 0,2 m.

3.2.5.3.1.2.   Il-mikrofonu jrid ikun ippuntat lejn it-toqba tal-fluss tal-gass u għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0,5 m minn din ta’ l-aħħar.

3.2.5.3.1.3.   L-assi tas-sensittività massima tiegħu jridu jkunu paralleli għal ma’ l-art u jridu jiffurmaw angolu ta’ 45° ± 10° mal-pjan vertikali li jkun fih id-direzzjoni tal-fluss tal-gass. L-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-miter tal-livell tal-ħoss rigward dan l-assi iridu jiġu rispettati. B’relazzjoni għal dan il-pjan, il-mikrofonu għandu jitqiegħed b’tali mod li jkun hemm id-distanza massima mill-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura; jekk ikun hemm xi dubju, għandha tingħażel il-pożizzjoni li tagħti d-distanza massima mill-kontorn tal-vettura.

3.2.5.3.1.4.   Fil-każ ta’ egżost mogħni b’żewġ żbokki jew aktar bi spazju ta’ inqas minn 0,3 m bejniethom u li huma konnessi ma’ l-istess sajlenser, jittieħed qies wieħed biss; il-pożizzjoni tal-mikrofonu hija relatata ma’ l-iżbokk li huwa l-eqreb ta’ tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta żbokk ta’ din ix-xorta ma jeżistix, ma’ l-iżbokk li huwa l-ogħla ’l fuq mill-art.

3.2.5.3.1.5.   Għal vetturi b’egżost vertikali (eż. il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli ta’ l-iżbokk ta’ l-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat ’il fuq. Għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0,5 m min-naħa tal-vettura li hija l-eqreb ta’ l-egżost.

3.2.5.3.1.6.   Għal vetturi li għandhom egżost mogħni bi żbokki li għandhom spazju ta’ inqas minn 0,3 m bejniethom, jittieħed qies wieħed minn kull żbokk daqslikieku kien l-uniku wieħed, u jiġi nnotat l-ogħla livell.

3.2.5.3.2.   Il-kondizzjonijiet operattivi tal-magna

3.2.5.3.2.1.   Il-magna titħaddem b’veloċità kostanti li għandha l-valur li ġej: 3/4 S kemm għal magni b’controlled ignition kif ukoll għal dawk tad-diżil.

3.2.5.3.2.2.   Meta tintlaħaq veloċità kostanti tal-magna, it-throttle għandu jitreġġa’ malajr għal pożizzjoni idle. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu ta’ tħaddim meta l-veloċità kostanti tal-magna tinżamm għal perjodu qasir u matul il-perjodu kollu ta’ deċelerazzjoni, bil-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss jittieħed bħala l-valur tat-test.

3.2.6.   Ir-riżultati

3.2.6.1.   Il-qari, imqarreb għall-eqreb deċibel, għandu jittieħed mill-istrument tal-kejl.

Se jitqiesu biss dawk il-valuri li nkisbu minn tliet qisien konsekuttiv li ma jvarjawx b’aktar minn 2 dB(A) rispettivament.

3.2.6.2.   L-ogħla minn dawn it-tliet valuri għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test.


(1)  Kif iddefiniti fl-Anness 4 għal dan ir-Regolament.

(2)  Fejn: n = 2 għall-vetturi li għandhom qawwa tal-magna mhux akbar minn 225 kW (KEE): n = 3 għall-vetturi li għandhom qawwa tal-magna akbar minn 225 kW (KEE)

(3)  Jekk x/n ma jikkorrispondix għal numru sħiħ, irid jintuża l-eqreb proporzjon li jkun ogħla.

(4)  Il-vetturi kollha mgħammra bi trażmissjoni awtomatika.

(5)  Il-firxa tar-riżultati bejn it-testijiet tista’ titnaqqas jekk ikun hemm stennija ta’ minuta. bejn it-testijiet, meta l-vettura tkun idle fin-newtrali, li jistabbilizza t-temperatura operattiva tal-vettura.

Anness 3 - Appendiċi

Il-pożizzjonijiet tal-kejl għall-vetturi li qed jiċċaqilqu

Image


ANNESS 4

IL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-VETTURI (1)

1.   IL-KATEGORIJA L

(Mhux applikabbli għal dan ir-Regolament)

2.   IL-KATEGORIJA M – VETTURI BIL-MAGNA LI GĦANDHOM MILL-INQAS ERBA’ ROTI U LI JINTUŻAW GĦALL-ĠARR TAL-PASSIĠĠIERI

2.1.

:

Il-kategorija M1

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-passiġġieri u li jinkludu mhux aktar minn tmien sits minbarra s-sit tas-sewwieq.

2.2.

:

Il-kategorija M2

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-passiġġieri, li jinkludi aktar minn tmien sits minbarra s-sit tas-sewwieq, u li għandhom massa massima li ma teċċedix il-5 tunnellati metriċi.

2.3.

:

Il-kategorija M3

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-passiġġieri, li jinkludu aktar minn tmien sits minbarra s-sit tas-sewwieq,u li għandhom massa massima li teċċedi l-5 tunnellati metriċi.

2.4.   Il-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 jappartjenu għal waħda mit-tliet klassijiet li ġejjin:

2.4.1.   Karozza tal-linja għall-ibliet tal-Klassi I: vettura ta’ din il-klassi għandha sits, u spazji għal passiġġieri bilwieqfa.

2.4.2.   “Karozza tal-linja jew kowċ interurbana” tal-Klassi II: vettura ta’ din il-klassi jista’ jkollha post għal passiġġieri bilwieqfa, imma biss fil-passaġġ.

2.4.3.   “Kowċ għall-ivvjaġġar” tal-Klassi III: vettura ta’ din il-klassi m’għandiex post fejn iġġorr passiġġieri bilwieqfa.

2.5.   Rimarki

2.5.1.   “Karozza tal-linja jew kowċ artikulata” hija vettura li tikkonsisti minn żewġ taqsimiet riġidi jew aktar li jartikulaw irwieħhom b’relazzjoni għal xulxin, il-kompartimenti tal-passiġġieri jikkomunikaw ma’ xulxin sabiex il-passiġġieri jistgħu jiċċaqilqu bil-libertà kollha bejniethom; it-taqsimiet riġidi huma konnessi b’mod permanenti tant li jistgħu jiġu sseparati biss b’operazzjoni li tinvolvi faċilitajiet li normalment jinstabu biss f’ħanut tax-xogħol.

2.5.2.   Il-karozzi tal-linja u l-kowċijiet artikulati jinkludu żewġ unitajiet jew aktar li ma jistgħux jiġu sseparati imma li huma artikulati li għandhom jitqiesu bħala vetturi singoli.

2.5.3.   Fil-każ ta’ vettura ta’ l-irmonk maħsuba biex tkun igganċjata ma’ semi-trejler (trattur għal semi-trejler), il-massa li għandha titqies biex tkun ikklassifikata l-vettura hija l-massa tal-vettura trattur lesta biex taħdem, miżjuda bil-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima li ġiet ittrasferita lill-vettura trattur mis-semi-trejler u, fejn ikun applikabbli, bil-massa massima tat-tagħbija tal-vettura trattur stess.

3.   IL-KATEGORIJA N – VETTURI BIL-MAGNA LI GĦANDHOM MILL-INQAS ERBA’ ROTI U LI JINTUŻAW GĦALL-ĠARR TAL-MERKANZIJA.

3.1.

:

Il-kategorija N1

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija u li għandhom massa massima li ma teċċedix it-3,5 tunnellati metriċi.

3.2.

:

Il-kategorija N2

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija u li għandhom massa massima li teċċedi t-3,5 tunnellati metriċi imma li ma teċċedix it-12-il tunnellata metrika.

3.3.

:

Il-kategorija N3

:

Il-vetturi li jintużaw għall-ġarr tal-merkanzija u li għandhom massa massima li teċċedi t-12-il tunnellata metrika.

3.4.   Rimarki

3.4.1.   Fil-każ ta’ vettura ta’ l-irmonk maħsuba biex tkun igganċjata ma’ semi-trejler (trattur għal semi-trejler), il-massa li għandha titqies biex tkun ikklassifikata l-vettura hija l-massa tal-vettura trattur lesta biex taħdem, miżjuda bil-massa li tikkorrispondi għat-tagħbija vertikali statika massima li ġiet ittrasferita lill-vettura trattur mis-semi-trejler u, fejn ikun applikabbli, bil-massa massima tat-tagħbija tal-vettura trattur stess.

3.4.2.   It-tagħmir u l-installazzjonijiet li jinġarru fuq ċerti vetturi bi skop speċjali (vetturi bi krejnijiet, vetturi tal-ħwienet tax-xogħol, vetturi ta’ pubbliċità, eċċ.) jitqiesu bħala ekwivalenti għal merkanzija.


(1)  Skond ir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (TRANS/SC1/WP29/78/Emend.3, l-Anness 7).


ANNESS 5

IS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST LI FIHOM MATERJALI FIBRUŻI

1.   M’għandhomx jintużaw materjali fibrużi fil-kostruzzjoni tas-sajlensers ħlief jekk jittieħdu miżuri xierqa fl-istadji tad-disinn jew tal-produzzjoni sabiex ikun żgurat li l-effiċjenza meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-limiti imposti fil-paragrafu.6.2.2. ta’ dan ir-Regolament tintlaħaq fit-triq. Sajlenser ta’ din ix-xorta għandu jitqies li huwa effiċjenti fit-triq jekk il-gassijiet ta’ l-egżost ma jkunux f’kuntatt mal-materjali fibrużi jew jekk is-sajlenser tal-vettura prototip li ġiet ittestjata skond ir-rekwiżiti tal-paragrafi 3.1 u 3.2. ta’ dan ir-Regolament tqiegħed fi stat normali biex jintuża fit-triq qabel ma jittieħdu l-qisien tal-livelli tal-ħoss. Dan jista’ jinkiseb billi jintuża wieħed mit-tliet testijiet li ġew deskritti fil-paragrafi 1.1., 1.2. u 1.3. t’aktar ’l isfel jew billi jitneħħew il-materjali fibrużi mis-sajlenser.

1.1.   Tħaddim kontinwu fit-triq għal 10 000 km

1.1.1.   Madwar nofs dan it-tħaddim jikkonsisti minn sewqan fi bliet u n-nofs l-ieħor f’sewqan tul distanza twila b’veloċità għolja; it-tħaddim kontinwu fit-triq jista’ jiġi sostitwit minn programm korrispondenti fuq il-mogħdija tat-test.

1.1.2.   Iż-żewġ reġimi ta’ veloċità għandhom ikunu alternati f’diversi okkażjonijiet.

1.1.3.   Il-programm komplut tat-test irid jinkludi minimu ta’ 10 waqfiet ta’ mill-inqas tliet sigħat sabiex ikunu riprodotti l-effetti ta’ tkessiħ u ta’ kwalunkwe kondensazzjoni li jista’ jkun hemm.

1.2.   L-ikkondizzjonar fuq bank tat-test

1.2.1.   Bl-użu ta’ partijiet standard u billi jiġu osservati l-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura, is-sistema ta’ l-egżost jew il-komponenti tagħha trid titwaħħal mal-vettura li tissemma fil-paragrafu 3.3. ta’ dan ir-Regolament jew mal-magna li tissemma fil-paragrafu 3.4. ta’ dan ir-Regolament. Fl-ewwel każ, il-vettura trid tkun immuntata fuq dinanometru f’forma ta’ romblu (roller dynanometer). Fit-tieni każ, il-magna trid tkun igganċjata ma’ dinanometru.

1.2.2.   It-test irid jitwettaq f’sitt perjodi ta’ sitt sigħat b’waqfa ta’ mill-inqas 12-il siegħa bejn kull perjodu sabiex ikunu riprodotti l-effetti tat-tkessiħ u ta’ kwalunkwe kondensazzjoni li jista’ jkun hemm.

1.2.3.   Waqt kull perjodu ta’ sitt sigħat, il-magna għandha titħaddem, fil-kondizzjonijiet li ġejjin, waħda wara l-oħra:

(1)

Ħames minuti b’veloċità fl-idling;

(2)

Sekwenza ta’ siegħa bi’1/4 tat-tagħbija bi 3/4 tal-veloċità nominali massima (S);

(3)

Sekwenza ta’ siegħa b’1/2 tagħbija bi 3/4 tal-veloċità nominali massima (S);

(4)

Sekwenza ta’ 10 minuti b’tagħbija sħiħa bi 3/4 tal-veloċità nominali massima (S);

(5)

Sekwenza ta’ 15-il minuta b’1/2 tagħbija b’veloċità nominali massima (S);

(6)

Sekwenza ta’ 30 minuta bi’1/4 tagħbija b’veloċità nominali massima (S).

It-tul totali tas-sitt sekwenzi: tliet sigħat.

Kull perjodu jrid jinkludi żewġ settijiet tas-sitt sekwenzi li ssemmew hawn fuq.

1.2.4.   Waqt it-test, is-sajlenser ma jridx jitkessaħ b’kurrent ta’ l-arja forzat taparsi fluss ta’ l-ajra normali madwar il-vettura. Madanakollu, fuq it-talba tal-manifattur, is-sajlenser jista’ jitkessaħ sabiex ma jeċċedix it-temperatura rreġistrata fil-fetħa tiegħu meta l-vettura tkun qed taħdem b’veloċità massima.

1.3.   L-ikkondizzjonar bil-pulsazzjoni

1.3.1.   Is-sistema ta’ l-egżost jew il-komponenti tagħha trid titwaħħal mal-vettura li tissemma fil-paragrafu 3.3. ta’ dan ir-Regolament jew mal-magna li tissemma fil-paragrafu 3.4. ta’ dan ir-Regolament. Fl-ewwel każ, il-vettura trid tkun immuntata fuq dinanometru f’forma ta’ romblu.

Fit-tieni każ, il-magna trid tkun immuntata fuq dinanometru. L-apparat tat-test, li dijagramma dettaljata tiegħu qed tintwera fil-Figura 3 ta’ l-Appendiċi għal dan l-Anness, irid jitwaħħal fl-iżbokk tas-sistema ta’ l-egżost. Kwalunkwe apparat ieħor li jipprovdi riżultati ekwivalenti huwa aċċettabbli.

1.3.2.   L-apparat tat-test irid ikun aġġustat b’tali mod li l-fluss tal-gass ta’ l-egżost ikun interrott u stabbilit mill-ġdid, b’mod alternat, permezz tal-valvola ta’ azzjoni mgħaġġla għal 2 500 ċiklu.

1.3.3.   Il-valvola trid tiftaħ meta l-pressjoni ta’ wara tal-gass ta’ l-egżost, imkejla mill-inqas 100 mm ’il bogħod mis-sors tal-flanġ tad-dħul, tilħaq valur ta’ bejn 0,35 u 0,40 bar. Trid tagħlaq meta din il-pressjoni ma tvarjax b’aktar minn 10 % mill-valur stabilizzat tagħha bil-valvola miftuħa.

1.3.4.   Is-swiċċ li jaħdem bir-ritard għandu jkun iffissat għal kemm idum l-egżost f’forma ta’ gass li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.3.3. t’aktar ’il fuq.

1.3.5.   Il-veloċità tal-magna trid tkun ta’ 75 % tal-veloċità (S) li biha l-magna tiżviluppa qawwa massima.

1.3.6.   Il-qawwa indikata mid-dinanometru trid tkun ta’ 50 % tal-qawwa tat-throttle miftuħa għal kollox imkejla f’75 % tal-veloċità tal-magna (S).

1.3.7.   Waqt it-test, trid tingħalaq kwalunkwe toqba tad-drejn.

1.3.8.   It-test kollu jrid ikun ikkompletat fi ħdan 48 siegħa.

Jekk ikun meħtieġ, wara kull siegħa se jkun osservat perjodu wieħed ta’ tkessiħ.

Anness 5 – Appendiċi

Image


ANNESS 6

IL-ĦOSS TA’ L-ARJA KKOMPRESSATA

1.   IL-METODU TA’ KEJL

Il-kejl jitwettaq fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu 2 u 6 skond il-Figura 1, bil-vettura wieqfa. L-ogħla livell tal-ħoss mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A jiġi rreġistrat waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni u waqt il-ventilazzjoni wara l-użu kemm tal-brejkijiet tas-servizz kif ukoll dawk ta’ l-ipparkjar.

Il-ħoss waqt l-ivventjar tar-regolatur tal-pressjoni jitkejjel bil-magna tkun bil-veloċità fl-idling. Il-ħoss tal-ventilazzjoni jiġi rreġistrat waqt li jitħaddmu l-brejkijiet tas-servizz u ta’ l-ipparkjar; qabel kull kejl, l-unità tal-kompressur ta’ l-ajra trid tinġieb għall-ogħla pressjoni operattiva permissibbli, u mbagħad għandha tintefa’ l-magna.

2.   L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

Għall-pożizzjonijiet tal-mikrofonu kollha jittieħdu żewġ qisien. Sabiex ikun hemm kumpens għan-nuqqasijiet fil-preċiżjoni tat-tagħmir tal-kejl, il-qari tal-miter jitnaqqas b’1 dB(A), u l-valur imnaqqas jitqies bħala r-riżultat tal-kejl. Ir-riżultati jitqiesu bħala validi jekk id-differenza bejn il-qisien f’pożizzjoni waħda tal-mikrofonu ma teċċedix iż-2 dB(A). L-ogħla valur imkejjel jitqies bħala r-riżultat. Jekk dan il-valur jeċċedi l-limitu tal-ħoss b’1 dB(A), għandhom jittieħdu żewġ qisien addizzjonali fil-pożizzjoni tal-mikrofondu korrispondenti. F’dan il-każ, tlieta mill-erba’ riżultati tal-kejl miksuba f’din il-pożizzjoni għandhom jikkonformaw mal-limitu tal-ħoss.

3.   IL-VALUR LI JILLIMITA

Il-livell tal-ħoss m’għandux jeċċedi l-limitu ta’ 72 dB(A).

Anness 6 - Appendiċi

Figura 1:

Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu għall-kejl tal-ħoss ta’ l-arja kkompressata

Image

Skond il-Figura 1, il-kejl jitwettaq fuq il-vettura wieqfa, fejn jintużaw żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu f’distanza ta’ 7 m mill-kontorn tal-vettura, u b’għoli ta’ 1,2 m ’il fuq mill-art.


ANNESS 7

IL-KONTROLLI DWAR IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

1.   ĠENERALI

Dawn ir-rekwiżiti huma konsistenti mat-test li għandu jsir biex tkun ikkontrollata l-konformità tal-produzzjoni skond il-paragrafi 8.3.5. u 8.4.3. ta’ dan ir-Regolament.

2.   IL-PROĊEDURA TA’ L-ITTESTJAR

Is-sit tat-test u l-istrumenti tal-kejl għandhom ikunu dawk li ġew deskritti fl-Anness 3.

2.1.   Il-vettura(i) li qed tiġi(jiġu) ttestjata(i) għandha(hom) tkun(ikunu) soġġetta(i) għat-test tal-kejl tal-ħoss ta’ vettura li qed tiċċaqlaq kif ġie deskritt fil-paragrafu 3.1. ta’ l-Anness 3.

2.2.   Il-ħoss ta’ l-arja kkompressata

Il-vetturi li għandhom massa massima li teċċedi l-2 800 kg u li huma mgħammra b’sistemi ta’ l-arja kkompressata iridu jiġu soġġetti għal test addizzjonali għall-kejl tal-ħoss ta’ l-arja kkompressata kif ġie deskritt fil-paragrafu 1 ta’ l-Anness 6.

3.   IT-TEĦID TA’ KAMPJUNI

Għandha tiġi magħżula vettura waħda. Jekk wara t-test tal-paragrafu 4.1. il-vettura ma titqies li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra.

4.   L-EVALWAZZJONI TAR-RIŻULTATI

4.1.   Jekk il-livell tal-ħoss tal-vettura ttestjata skond il-paragrafi 1 u 2 ma jeċċedix b’aktar minn 1 dB(A) il-valur ta’ limitu preskritt fil-paragrafu 6.2.2. ta’ dan ir-Regolament, għal kejl skond il-paragrafu 2.1. t’aktar ’il fuq, u fil-paragrafu 3 ta’ l-Anness 6 għal dan ir-Regolament, għall-kejl skond il-paragrafu 2.2. t’aktar ’il fuq, għandu jitqies li t-tip ta’ vettura jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.2.   Jekk il-vettura ttestjata skond il-paragrafu 4.1. ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu, skond il-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu ttestjati żewġ vetturi oħra ta’ l-istess tip.

4.3.   Jekk il-livell tal-ħoss tat-tieni u/jew tat-tielet vettura tal-paragrafu 4.2. jeċċedi b’aktar minn 1 dB(A) il-valuri ta’ limitu preskritti fil-paragrafu 6.2.2. ta’ dan ir-Regolament, għandu jitqies li t-tip ta’ vettura ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u l-manifattur għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jerġa’ jistabbilixxi l-konformità.


ANNESS 8

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAS-SIT TAT-TEST

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-Anness jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet li huma relatati mal-karatteristiċi fiżiċi u mat-tqegħid tal-mogħdija tat-test. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet, li huma bbażati fuq standard speċjali, (1) jiddeskrivu l-karatteristiċi fiżiċi meħtieġa kif ukoll il-metodi tat-test għal dawn il-karatteristiċi.

2.   IL-KARATTERISTIĊI MEĦTIEĠA TAS-SUPERFIĊJE

Superfiċje titqies li tikkonforma ma’ dan l-istandards sakemm l-istruttura u l-kontenut ta’ l-ispazji jew il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tkejlu u nstab li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-paragrafi 2.1. sa 2.4. t’aktar ’l isfel u sakemm ġew sodisfatti r-rekwiżiti tad-disinn (il-paragrafu 3.2.).

2.1.   Il-kontenut ta’ l-ispazji residwi

Il-kontenut ta’ l-ispazji residwi, VC, tat-taħlita għall-pavimentar tal-mogħdija tat-test m’għandux jeċċedi t-8 %. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-paragrafu 4.1.

2.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Jekk is-superfiċje tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżit tal-kontenut ta’ l-ispazji residwi, is-superfiċje tkun aċċettabbli biss jekk il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss tagħha, α ≤ 0,10. Għall-proċedura tal-kejl, ara l-para. 4.2. Ir-rekwiżit tal-paragrafi 2.1. u 2.2. jiġi sodisfatt ukoll jekk l-assorbiment tal-ħoss biss tkejjel u nstab li huwa α ≤ 0,10.

Nota: Il-karatteristika l-aktar rilevanti hija l-assorbiment tal-ħoss, għalkemm il-kontenut ta’ l-ispazji residwi huwa aktar familjari fost il-kostrutturi tat-toroq. Madanakollu, jeħtieġ li l-assorbiment tal-ħoss jitkejjel biss jekk is-superfiċje tonqos milli tikkonforma mar-rekwiżit ta’ l-ispazji. Dan huwa motivat minħabba li ta’ l-aħħar huwa konness ma’ inċertezzi relattivament kbar f’termini kemm ta’ qisien kif ukoll ta’ rilevanza u wħud mis-superfiċji għalhekk jistgħu jiġu rifjutati, b’mod żbaljat, fuq il-bażi biss tal-qies ta’ l-ispazji.

2.3.   Il-fond ta’ l-istruttura

Il-fond ta’ l-istruttura (TD) imkejjel skond il-metodu volumetriku (ara l-paragrafu 4.3. t’aktar ’l isfel) għandu jkun:

TD ≥ 0,4 mm

2.4.   L-omoġeneità tas-superfiċje

Għandu jsir kull sforz prattiku biex ikun żgurat li s-superfiċje issir kemm jista’ jkun omoġenja fi ħdan iż-żona tat-test. Dan jinkludi l-istruttura u l-kontenut ta’ l-ispazji, imma għandu jkun osservat ukoll li jekk il-proċess ta’ l-irromblar jirriżulta f’irromblar aktar effettiv f’uħud mill-bnadi milli f’oħrajn, l-istruttura tista’ tkun differenti u n-nuqqas ta’ uniformità jista’ jagħti lok għal ħotob.

2.5.   Il-perjodu ta’ l-ittestjar

Sabiex ikun ikkontrollat jekk is-superfiċje tkomplix tikkonforma ma’ l-istruttura u mal-kontenut ta’ l-ispazji jew mar-rekwiżiti ta’ l-assorbiment tal-ħoss stipulati f’dan l-istandard, għandu jsir ittestjar perjodiku fl-intervalli li ġejjin:

(a)

Għall-kontenut ta’ l-ispazji residwali jew għall-assorbiment tal-ħoss:

 

meta s-superfiċje tkun ġdida;

 

jekk is-superfiċje tissodisfa r-rekwiżiti meta tkun ġdida, mhu meħtieġ l-ebda ttestjar perjodiku ieħor. Jekk ma tissodisfax ir-rekwiżit meta tkun ġdida, tista’ tissodisfah aktar tard għaliex is-superfiċji għandhom it-tendenza li jinstaddu u jsiru kompatti maż-żmien.

(b)

Għall-fond ta’ l-istruttura (TD):

 

meta s-superfiċje tkun ġdida;

 

meta jibda l-ittestjar għall-ħsejjes (NB: mhux qabel erba’ ġimgħat wara li titqiegħed is-superfiċje);

 

imbagħad kull 12-il xahar.

3.   ID-DISINN TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST

3.1.   Iż-żona

Meta jiġi ddisinjat l-arranġament tal-mogħdija tat-test huwa importanti li jkun żgurat, li bħala rekwiżiti minimu, iż-żona ttraversata mill-vetturi li jgħaddu mill-istrixxa tat-test tkun miksija bil-materjal tat-test speċifikat b’marġnijiet xierqa għal sewqan sikur u prattiku. Dan se jeħtieġ li l-wisa’ tal-mogħdija tkun mill-inqas ta’ 3 m u t-tul tal-mogħdija jestendi lil hinn mil-linji AA u BB b’mill-inqas 10 m fuq kull tarf. Il-Figura 1 turi pjan ta’ sit tat-test xieraq u tindika ż-żona minima li għandha titqiegħed u tkun ikkompattata permezz tal-magni bil-materjal tas-superfiċje tat-test speċifikat. Skond il-paragrafu 3.1.1.1. ta’ l-Anness 3, il-qisien għandhom jittieħdu fuq kull naħa tal-vettura. Dan jista’ jsir jew billi jsir kejl b’żewġ postijiet tal-mikrofonu (waħda fuq kull naħa tal-mogħdija) u s-sewqan isir f’direzzjoni waħda, jew isir kejl b’mikrofonu biss fuq naħa waħda tal-mogħdija imma l-vettura tinsaq f’żewġ direzzjonijiet. Jekk jintuża l-metodu ta’ l-aħħar, allura mhemm l-ebda rekwiżit tas-superfiċje fuq dik in-naħa tal-mogħdija fejn m'hemm l-ebda mikrofonu.

Figura 1

Ir-rekwiżit minimu għall-area tas-superfiċje tat-test. Il-parti skurata tissejjaħ iż-Żona tat-Test

Image

3.2.   Id-disinn u l-preparazzjoni tas-superfiċje

3.2.1.   Ir-rekwiżiti bażiċi tad-disinn

Is-superfiċje tat-test għandha tissodisfa erba’ rekwiżiti tad-disinn:

3.2.1.1.

Għandha tkun magħmula minn konkrit dens asfaltat.

3.2.1.2.

Id-daqs massimu taż-żrar għandu jkun ta’ 8 mm (it-tolleranzi jippermettu minn 6,3 sa 10 mm).

3.2.1.3.

Il-ħxuna tal-kisi għandha tkun ta’ ≥ 30 mm.

3.2.1.4.

Is-sustanza li tgħaqqad għandha tkun bitum mhux modifikat bi grad ta’ penetrazzjoni diretta.

3.2.2.   Il-linji ta’ gwida għad-disinn

Bħala gwida għall-kostruttur tas-superfiċje, fil-Figura 2 qed tintwera kurva għall-gradazzjoni aggregata li se tagħti l-karatteristiċi mixtieqa. Barra minn hekk, it-Tabella 1 tagħti wħud mil-linji ta’ gwida sabiex jinkisbu l-istruttura u d-durabilità mixtieqa. Il-kurva tal-gradazzjoni taqbel mal-formula li ġejja:

P (% ta’ dak li jgħaddi) = 100 × (d/dmax)1/2

fejn:

d

=

id-daqs tat-toqob kwadri ta’ l-għarbiel, f’mm

dmax

=

8 mm għall-kurva intermedja

dmax

=

10 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ taħt

dmax

=

6,3 mm għall-kurva tat-tolleranza ta’ fuq

Figura 2

Il-kurva tal-gradazzjoni ta’ l-aggregat fit-taħlita asfaltata bit-tolleranzi.

Image

Minbarra dak li ntqal aktar ’il fuq, qed jingħataw ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-frazzjoni tar-ramel (0,063 mm < id-daqs tat-toqob kwadri ta’ l-għarbiel < 2 mm) għandha tinkludi mhux aktar minn 55 % ta’ ramel naturali u mill-inqas 45 % ta’ ramel mitħun;

(b)

Il-bażi u s-sotto-bażi għandhom jiżguraw stabbiltà u uniformità tajba, skond l-aħjar prattika fil-kostruzzjoni tat-toroq;

(c)

Iż-żrar għandu jiġi mfarrak (100 % ta’ l-uċuh imfarrka) u jkun ta’ materjal b’reżistenza għolja għat-tifrik;

(d)

Iż-żrar użat fit-taħlit għandu jinħasel;

(e)

L-ebda żrara żejda m’għandha tiġi miżjuda mas-superfiċje;

(f)

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad epressa bħala valur PEN għandha tkun 40-60, 60-80 jew saħansitra 80-100, jiddependi mill-kondizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż. Ir-regola hija li għandha tintuża sustanza li tgħaqqad li tkun iebsa kemm jista’ jkun, sakemm tkun konsistenti mal-prattika komuni;

(g)

It-temperatura tat-taħlita qabel jgħaddi r-romblu għandha tingħażel biex jinkiseb il-kontenut ta’ spazji meħtieġa b’passati tar-romblu sussegwenti. Biex tiżdied il-probabbiltà li jiġu sodisfatti l-ispeċifikazzjonijiet tal-paragrafi 2.1. sa 2.4. t’aktar ’il fuq, il-kompattezza għandha tiġi studjata mhux biss permezz ta’ għażla adatta ta’ temperaturi tat-taħlita, iżda wkoll pemezz ta’ numru xieraq ta’ passati u permezz ta’ l-għażla tal-vettura li tikkompatta t-taħlita.

Tabella 1

Il-linji ta’ gwida tad-disinn

 

Il-valuri mmirati

Tolleranzi

Skond il-massa totali tat-taħlita

Skond il-massa ta’ l-aggregat

Massa ta’ ġebel, għarbiel b’toqob kwadri (SM) > 2 mm

47,6  %

50,5  %

± 5

Massa tar-ramel 0,063 < SM < 2 mm

38,0  %

40,2  %

± 5

Massa tas-sustanza li timla SM < 0,063 mm

8,8  %

9,3  %

± 2

Massa tas-sustanza li tgħaqqad (bitum)

5,8  %

M.A..

± 0,5

Daqs massimu taż-żrar

8 mm

6,3-10

L-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad

(ara l-para. 3.2.2. (f))

 

Valur tal-ġebel ippolixxjat (PSV)

> 50

 

Kumpatezza, relattiva għall-kumpatezza Marshall

98  %

 

4.   IL-METODU TAT-TEST

4.1.   Il-kejl tal-kontenut ta’ l-ispazji vojta residwali

Għall-fini ta’ dan il-kejl, għandhom jittieħdu kampjuni mill-mogħdija f’minn ta’ l-inqas erba’ pożizzjonijiet differenti li jkunu mqassma b’mod ugwali fiż-żona tat-test bejn il-linji AA u BB (ara l-Figura 1). Biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ omoġeneità u ta’ uniformità fil-mogħdiji tar-roti, m’għandhomx jittieħdu kampjuni fil-mogħdiji tar-roti stess, imma qribhom. Żewġ kampjuni (bħala minimu) għandhom jittieħdu qrib il-mogħdija tar-roti, u kampjun ieħor (bħala minimu) għandu jittieħed bejn wieħed u ieħor fin-nofs bejn il-mogħdija tar-roti u l-pożizzjoni ta’ kull mikrofonu.

Jekk ikun hemm suspett li l-kondizzjoni ta’ omoġeneità mhix se tkun sodisfatta (ara l-paragrafu 2.4.), għandhom jittieħdu kampjuni minn aktar postijiet fi ħdan iż-żona tat-test.

Għal kull kampjun għandu jiġi ddeterminat il-kontenut ta’ spazji residwali, imbagħad il-valur medju mill-kampjuni kollha għandu jkun ikkalkulat u pparagunat mar-rekwiżit fil-paragrafu 2.1. Barra minn hekk, l-ebda kampjun waħdani ma għandu jkollu valur ta’ spazji ogħla minn 10 %. Il-kostruttur tas-superfiċje tat-test għandu jżomm f’moħħu l-problema li tista’ tinqala’ meta ż-żona tat-test tkun imsaħħna b’pajpijiet jew b’wajers ta’ l-elettriku, u jridu jittieħdu kampjuni minn din iż-żona. Installazzjonijiet ta’ din ix-xorta iridu jiġu ppjanati sew fejn għandhom x’jaqsmu l-postijiet futuri għat-tħaffir tal-kampjuni. Huwa rakkomandat li jitħallew ftit postijiet li jkunu bejn wieħed u ieħor 200 mm × 300 mm fejn ma jkunx hemm l-ebda wajer/pajp jew fejn ta’ l-aħħar jinsabu biżżejjed fil-fond biex ma tiġrilhomx ħsara minħabba l-kampjuni li ttieħdu mis-saff tas-superfiċje.

4.2.   Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss (inċidenza normali) għandu jitkejjel bil-metodu tat-tubu ta’ l-impedenza fejn tintuża l-proċedura li ġiet speċifikata fl-ISO 10534-1: Acoustics - Determination of sound absorption coefficient and impedance by a tube method. (L-akustika – Id-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss u l-impedenza b’metodu tat-tubu). (2).

Rigward kampjuni tat-test, għandhom jiġu segwiti l-istess rekwiżiti kif sar rigward il-kontenut ta’ l-ispazji residwali (ara l-paragrafu 4.1). L-assorbiment tal-ħoss għandu jitkejjel fil-firxa bejn 400 Hz u 800 Hz u fil-firxa bejn 800 Hz u 1 600 Hz (għall-inqas fil-frekwenzi ċentrali tal-faxxi ta’ terz ta’ ottava), u l-valuri massimi għandhom jiġu identifikati għal dawn iż-żewġ firxiet ta’ frekwenzi. Imbagħad għanda tiġi kkalkulata l-mejda ta’ dawn il-valuri, għall-kampjuni tat-test kollha, biex jiġi kostitwit ir-riżultat finali.

4.3.   Il-kejl volumetriku tal-makrostruttura

Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-qisien tal-fond ta’ l-istruttura għandhom jittieħdu fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li bejniethom hemm l-istess spazju tul il-mogħdija tar-roti ta’ l-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jiġi pparagunat mal-fond minimu ta’ l-istruttura li ġie speċifikat. Ara l-ISO 10844:1994 għad-deskrizzjoni ta’ din il-proċedura.

5.   L-ISTABBILTÀ BIŻ-ŻMIEN U L-MANUTENZJONI

5.1.   L-influwenza taż-żmien

Bħal kwalunkwe superfiċje oħra, huwa mistenni li l-livell tal-ħoss tat-tajers/triq imkejjel fuq is-superfiċje tat-test jista’ jiżdied bi ftit matul l-ewwel 6 sa 12-il xahar wara l-kostruzzjoni.

Is-superfiċje se tikseb il-karatteristiċi meħtieġa minnha mhux qabel minn erba’ ġimgħat wara l-kostruzzjoni. L-influwenza taż-żmien fuq il-ħsejjes mit-trakkijiet ġeneralment huwa inqas minn dawk mill-karozzi.

L-istabbilità biż-żmien tiġi ddeterminata prinċipalment bl-ippolixxjar u bil-kompattezza ikkawżati mill-vetturi li jinsaqu fuq is-superfiċje. Għandha tiġi kkontrollata perjodikament kif ġie ddikjarat fil-paragrafu 2.5.

5.2.   Il-manutenzjoni tas-superfiċje

Fdalijiet mhux kompatti jew trabijiet li jistgħu jnaqqsu b’mod sinifikanti il-fond effettiv ta’ l-istruttura jridu jitneħħew mis-superfiċje. F’pajjiżi bi klimi xitwin, xi drabi jintuża l-melħ biex iħoll is-silġ. Il-melħ jista’ jimmodifika s-superfiċje b’mod temporanju jew saħansitra b’mod permanenti b’tali mod li jiżdiedu l-ħsejjes u għalhekk, il-melħ mhux irrakkomandat.

5.3.   Il-pavimentar mill-ġdid taż-żona tat-test

Jekk ikun meħtieġ li l-mogħdija tat-test tiġi pavimentata mill-ġdid, normalment ikun meħtieġ li tiġi pavimentata mill-ġdid biss l-istrixxa tat-test (wiesgħa 3 m fil-Figura 1) fejn jinsaqu l-vetturi, sakemm iż-żona tat-test barra l-istrixxa tkun issodisfat ir-rekwiżit tal-kontenut ta’ spazji residwali jew ta’ l-assorbiment tal-ħoss meta tkejlet.

6.   ID-DOKUMENTAZZJONI TAS-SUPERFIĊJE TAT-TEST U TAT-TESTIJIET IMWETTQA FUQHA

6.1.   Id-dokumentazzjoni tas-superfiċje tat-test

Id-data li ġejja għandha tingħata f’dokument li jiddeskrivi s-superfiċje tat-test:

6.1.1.

Fejn tinsab il-mogħdija tat-test.

6.1.2.

It-tip ta’ sustanza li tgħaqqad, l-ebusija tas-sustanza li tgħaqqad, it-tip aggregat, id-densità massima teoretika tal-konkrit (DR), il-ħxuna tal-kisi tas-superfiċje u l-kurva ta’ gradazzjoni li ġiet iddeterminata minn kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.1.3.

Il-metodu tal-kompatezza (eż. it-tip ta’ romblu, il-massa tar-romblu, in-numru ta’ passati).

6.1.4.

It-temperatura tat-taħlita, it-temperatura ta’ l-arja ambjentali u l-veloċità tar-riħ matul it-tqegħid tas-superfiċje.

6.1.5.

Id-data meta tqiegħdet is-superfiċje u l-kuntrattur.

6.1.6.

Ir-riżultati tat-test kollha jew għall-inqas l-aktar wieħed reċenti, inklużi:

6.1.6.1.

Il-kontenut ta’ l-ispazji residwali ta’ kull kampjun.

6.1.6.2.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejlu l-ispazji.

6.1.6.3.

Il-koeffiċjent ta’ assorbiment tal-ħoss ta’ kull kampjun (jekk tkejjel). Speċifika r-riżultati kemm għal kull kampjun kif ukoll għal kull firxa ta’ frekwenzi u l-medja ġenerali.

6.1.6.4.

Il-postijiet fiż-żona tat-test minfejn ittieħdu l-kampjuni biex jitkejjel l-assorbiment.

6.1.6.5.

Il-fond ta’ l-istruttura, inkluż in-numru ta’ testijiet u d-devjazzjoni standard.

6.1.6.6.

L-istituzzjoni responsabbli mit-testijiet skond il-paragrafi 6.1.6.1. u 6.1.6.2. u t-tip ta' tagħmir li ntuża.

6.1.6.7.

Id-data tat-test(ijiet) u d-data ta’ meta ttieħdu l-kampjuni mill-mogħdija tat-test.

6.2.   Id-dokumentazzjoni tat-testijiet tal-ħoss tal-vetturi li twettqu fuq is-superfiċje

Fid-dokument li jiddeskrivi t-test(ijiet) tal-ħoss tal-vetturi, għandu jkun iddikjarat jekk ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-istandard ġewx sodisfatti jew le. Skond il-paragrafu 6.1., għandha ssir referenza għal dokument li jiddeskrivi r-riżultati li jivverifikaw dan.


(1)  ISO 10844:1994.

(2)  Għad trid tiġi ppubblikata.


ANNESS 9

ID-DATA TAL-VETTURA U TAT-TEST SKOND IL-METODU TA’ KEJL B

Mhemmx għalfejn tiġi ripetuta l-informazzjoni li ġiet irrapporta fl-Anness 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 10

IL-METODI U L-ISTRUMENTI BIEX JITKEJJEL IL-ĦOSS LI JAGĦMLU L-VETTURI BIL-MUTUR (IL-METODU TA’ KEJL B)

1.   L-ISTRUMENTI TAL-KEJL

1.1.   Il-kejl akustiku

L-apparat li ntuża biex jitkejjel il-livell tal-ħoss irid ikun miter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss jew sistema ta’ kejl ekwivalenti li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-istrumenti tal-Klassi 1 (inkluż il-windskrin rakkomandat, jekk jintuża). Dawn ir-rekwiżiti ġew deskritti fl-“IEC 61672-1:2002:Precision sound level meters” (“IEC 61672-1:2002: Il-miters ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss”), it-tieni edizzjoni, tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC).

Il-qisien għandhom jittieħdu billi tintuża r-reazzjoni “mgħaġġla” ta’ l-istrument tal-kejl akustiku u l-kurva tat-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal “A” li kienet ukoll deskritta fl-“IEC 61672-1:2002”. Meta tintuża sistema li tinkludi monitoraġġ perjodiku tal-livell mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-pressjoni tal-ħoss, għandu jittieħed qari f’intervall ta’ ħin mhux akbar minn 30 ms.

L-istrumenti għandhom jinżammu f’kondizzjoni tajba u jiġu kkalibrati skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur ta’ l-istrument.

1.2.   Il-konformità mar-rekwiżiti

Il-konformità ta’ l-istrumentazzjoni tal-kejl akustiku għandha tkun ivverifikata permezz ta’ l-eżistenza ta’ ċertifikat validu ta’ konformità. Għandu jitqies li dawn iċ-ċertifikati jkunu validi jekk iċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità ma’ l-istandards twettqet fi ħdan it-12-il xahar preċedenti għal strument tal-kalibrazzjoni tal-ħoss u fi ħdan il-perjodu preċedenti ta’ 24 xahar għas-sistema ta’ strumentazzjoni. L-ittestjar għall-konformità kollu jrid jitwettaq minn laboratorju, li huwa awtorizzat biex iwettaq kalibrazzjonijiet traċċabbli għall-istandards xierqa.

1.3.   Il-kalibrazzjoni tas-Sistema ta’ Kejl Akustiku kollha għal Sessjoni ta’ Kejl

Fil-bidu u fi tmiem kull sessjoni ta’ kejl, is-sistema ta’ kejl akustiku kollha għandha tkun ikkontrollata permezz ta’ kalibratur tal-ħoss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kalibraturi tal-ħoss tal-klassi ta’ preċiżjoni 1 skond l-IEC 60942: 2003. Mingħajr l-ebda aġġustament ieħor, id-differenza bejn il-qari għandha tkun inqas minn jew daqs 0,5 dB. Jekk dan il-valur jinqabeż, ir-riżultati tal-kejl miksuba wara l-kontroll sodisfaċenti preċedenti m’għandux jitqies.

1.4.   L-istrumentazzjoni għall-kejl tal-veloċità

Il-veloċità tal-magna għandha titkejjel bi strumentazzjoni li għandha preċiżjoni ta’ ± 2 fil-mija jew aħjar bil-veloċitajiet tal-magna meħtieġa għall-qisien li qed jittieħdu.

Il-veloċità fit-triq tal-vettura għandha titkejjel bi strumentazzjoni li jkollha preċiżjoni ta’ mill-inqas ± 0.5 km/siegħa, meta jintużaw strumenti ta’ kejl kontinwu.

Jekk l-ittestjar juża qisien tal-veloċità indipendenti, din l-istrumentazzjoni trid tissodisfa l-limiti ta’ speċifikazzjoni ta’ mill-inqas ± 0.2 km/siegħa.

1.5.   L-istrumentazzjoni meterjoloġika

L-istrumentazzjoni meterjoloġika li tintuża biex ikunu mmonitorjati l-kondizzjonijiet ambjentali matul it-test għandha tinkludi l-istrumenti li ġejjin, li jissodisfaw għall-inqas il-preċiżjoni mogħtija:

strument għall-kejl tat-temperatura, ± 1 °C,

strument għall-kejl tal-veloċità tar-riħ, ± 1.0 m/s,

strument għall-kejl tal-pressjoni barometrika, ± 5 hPa,

strument għall-kejl ta’ l-umdità relattiva, ± 5 fil-mija.

2.   IL-KONDIZZJONIJIET TAL-KEJL

2.1.   Is-sit tat-test 1 (1) u l-kondizzjonijiet ambjentali

Is-sit tat-test għandu jkun sostanzjalment invell. Is-superfiċje tal-mogħdija tat-test għandha tkun niexfa. Is-sit tat-test għandu jkun tali li meta sors ta’ ħoss omni-direzzjonali jitqiegħed fuq is-superfiċje tiegħu fil-punt ċentrali (l-intersezzjoni tal-linja tal-mikrofonu PP’ u l-linja ċentrali tal-lejn tal-vetturi CC’), id-devjazzjonijiet mid-diverġenza akustika emisferika m’għandhomx jeċċedu ± 1 dB.

Jitqies li din il-kondizzjoni ġiet sodisfatta jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

Fi ħdan radju ta’ 50 m miċ-ċentru tal-mogħdija l-ispazju huwa ħieles minn oġġetti kbar li jirriflettu bħal xtiebi, ġebel, pontijiet jew bini.

Il-mogħdija tat-test u s-superfiċje tat-sit huma niexfa u ħielsa minn materjali assorbenti bħal silġ f’forma ta’ trab, jew fdalijiet mhux kompatti.

Fil-viċinanzi tal-mikrofonu, mhemm l-ebda ostaklu li jista’ jinfluwenza l-kamp akustiku u ma tqiegħdet l-ebda persuna bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter jitqiegħed f’tali pożizzjoni li ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

Il-qisien m’għandhomx jittieħdu f’kondizzjonijiet ħżiena tat-temp. Irid ikun żgurat li r-riżultati ma jkunux affetwati mill-buffuri tar-riħ.

L-istrumentazzjoni meterjoloġika għandha titqiegħed f’pożizzjoni qrib iż-żona tat-test f’għoli ta’ 1,2 m ± 0,02 m. Il-qisien għandhom jittieħdu meta t-temperatura ta’ l-arja ambjentali tkun bejn 5° C u 40° C.

It-testijiet m’għandhomx jitwettqu jekk il-veloċità tar-riħ, inklużi l-buffuri, fl-għoli tal-mikrofonu teċċedi l-5 m/s, matul l-intervall tal-kejl tal-ħoss.

Waqt l-intervall tal-kejl tal-ħoss għandu jkun irreġistrat valur rappreżentattiv tat-temperatura, tal-veloċità u tad-direzzjoni tar-riħ, ta’ l-umdità relattiva, u tal-pressjoni barometrika.

Meta jittieħed il-qari, kwalunkwe livell għoli ferm ta’ ħsejjes li jidher li mhux relatat mal-karatteristiċi tal-livell ġenerali tal-ħsejjes tal-vettura għandu jkun injorat.

Il-ħsejjes fl-isfond għandhom jitkejlu għal 10 sekondi immedjatament qabel u wara serje ta’ testijiet fuq vettura. Il-qisien għandhom jittieħdu bl-istess mikrofoni li ntużaw matul it-test u fil-postijiet fejn tqiegħed il-mikrofonu matul it-test. Il-livell massimu mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun irrapportat.

Il-ħsejjes fl-isfond (inkluż kwalunkwe ħoss minħabba r-riħ) għandu jkun mill-inqas 10 dB taħt il-livell mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-pressjoni tal-ħoss prodott mill-vettura li qed tiġi ttestjata. Jekk id-differenza bejn il-ħoss ambjentali u l-ħoss imkejjel huwa bejn 10 u 15 dB(A), sabiex ikunu kkalkolati r-riżultati tat-test trid titnaqqas il-korrezzjoni xierqa mill-qari fuq il-miter tal-livell tal-ħoss, bħal fit-tabella li ġejja:

Id-differenza bejn il-ħoss ambjentali u l-ħoss li għandu jitkejjel dB(A)

10

11

12

13

14

15

Il-korrezzjoni dB(A)

0,5

0,4

0,3

0,2

0,1

0,0

2.2.   Il-vettura

2.2.1.   Il-vettura ttestjata għandha tingħażel b’mod li l-vetturi kollha ta’ l-istess tip li jitqiegħdu fuq is-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-qisien għandhom jittieħdu mingħajr l-ebda trejler, ħlief fil-każ ta’ vetturi li ma jistgħux jiġu sseparati. Il-qisien għandhom jittieħdu fuq vetturi bil-massa tat-test mt li ġiet speċifikata skond it-tabella li ġejja:

Il-kategorija tal-vettura

Il-massa tat-test tal-vettura

M1

mt = mro

N1

mt = mro

N2, N3

mt = 50 kg għal kull kW ta’ qawwa nominali tal-magna

It-tagħbija żejda biex tintlaħaq il-massa tat-test tal-vettura għandha titqiegħed ’il fuq mill-fus(fisien) ta’ fuq wara. It-tagħbija żejda hija limitata għal 75 fil-mija tal-massa massima permessa għall-fus ta’ wara. Il-massa tat-test trid tinkiseb b’tolleranza ta’ ± 5 fil-mija.

Jekk iċ-ċentru tal-gravità tat-tagħbija żejda ma jistax jiġi allinjat maċ-ċentru tal-fus ta’ wara, il-massa tat-test tal-vettura m’għandhiex teċċedi s-somma tat-tagħbija tal-fus ta’ quddiem u tal-fus ta’ wara f’kondizzjoni mhux mgħobbija flimkien mat-tagħbija żejda.

Il-massa tat-test għall-vetturi b’aktar minn żewġ fisien għandha tkun l-istess vettura b’żewġ fisien.

M2, M3

mt = mro – massa tal-membru ta’ l-ewkipaġġ (jekk ikun applikabbli)

2.2.2.   It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-fus u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Anness 9. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa jew se jkun kummerċjalment disponibbli fuq is-suq fl-istess żmien bħall-vettura. (2) It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur tal-vettura għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers għandu jkollhom il-fond tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer ta’ mill-inqas 80 fil-mija tal-fond kollu tal-wiċċ ta’ barra mfellel tat-tajer.

2.2.3.   Qabel ma jibdew jittieħdu l-qisien, il-magna għandha tinġieb għall-kondizzjonijiet operattivi normali tagħha.

2.2.4.   Jekk il-vettura tingaġġja b’aktar minn żewġ roti, għandha tiġi ttestjata bl-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

2.2.5.   Jekk il-vettura hija mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m’għandhiex tkun imbagħbsa matul il-kejl.

2.2.6.   Skond l-Anness 5, jekk il-vettura hija mgħammra b’sistema ta’ l-egżost li fiha materjali fibrużi, is-sistema ta’ l-egżost għandha tkun ikkondizzjonata qabel it-test.

3.   IL-METODI TA’ L-ITTESTJAR

3.1.   Il-kejl tal-ħoss tal-vetturi li qed jiċċaqilqu

3.1.1.   Il-kondizzjonijiet ġenerali tat-test

Żewġ linji, AA’ u BB’, paralleli għal-linja PP’ u li jinsabu rispettivament 10 m ’il quddiem u 10 m lura mil-linja PP’ għandhom ikunu mmarkati fuq il-korsa tat-test.

Għandhom jittieħdu mill-inqas erba’ qisien fuq kull naħa tal-vettura u għal kull ger. Il-qisien preliminari jistgħu jittieħdu għal finijiet ta’ aġġustament, imma m’għandhomx jitqiesu.

Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 7.5 m ± 0.05 m mil-linja ta’ referenza CC’ tal-mogħdija u 1.2 m ± 0.02 m ’il fuq mill-art.

L-assi ta’ referenza għal kondizzjonijiet ta’ kamp ħieles (ara l-IEC 61672-1:2002) għandu jkun orizzontali u dirett b’mod perpendikulari lejn il-mogħdija tal-linja tal-vettura CC’.

3.1.2.   Il-kondizzjonjiet speċifiċi tat-test għall-vetturi

3.1.2.1.   Il-vetturi tal-kategorija M1, M2 ≤ 3 500 kg, N1

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC’ mill-aktar qrib possibbli matul it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA’ sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’. Jekk il-vettura tingaġġja b’aktar minn żewġ roti, ittestjaha fl-għażla ta’ l-ingaġġ li għalih hija maħsuba għall-użu normali fit-triq.

Jekk il-vettura hija mgħammra bi trażmissjoni manwali awżiljarja jew b’fus b’ħafna gerijiet, għandha tintuża l-pożizzjoni għas-sewqan normali urban. Fil-każi kollha, għandhom ikunu esklużi l-proporzjonijiet tal-gerijiet għal movimenti bil-mod, għall-ipparkjar jew għal meta jintużaw il-brejkijiet.

Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun skond it-tabella tal-paragrafu 2.2.1.

Il-veloċità tat-test vtest hija ta’ 50 km/siegħa ± 1 km/siegħa. Il-veloċità tat-test trid tintlaħaq, meta l-punt ta’ referenza huwa fuq il-linja PP’.

3.1.2.1.1.   L-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR)

Il-PMR jiġi ddefinit kif ġej:

PMR = (Pn / mt) × 1 000 kg/kW

L-indiċi tal-proporzjon tal-qawwa mal-massa (PMR) jintuża biex tkun ikkalkulata l-aċċelerazzjoni.

3.1.2.1.2.   Il-kalkolu ta’ l-aċċelerazzjoni

Il-kalkoli ta’ l-aċċelerazzjoni huma applikabbli għall-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg biss.

L-aċċelerazzjonijiet kollha jiġu kkalkulati billi jintużaw veloċitajiet differenti tal-vettura fuq il-mogħdija tat-test (3). Il-formuli mogħtija jintużaw għall-kalkolu ta’ awot i, awot i+1 u awot test. Il-veloċità jew f’AA’ jew f’PP’ hija ddefinita bħala l-veloċità tal-vettura meta l-punt ta’ referenza jgħaddi AA’ (vAA’) jew PP’ (vPP’). Il-veloċità f’BB’ hija ddefinita meta l-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi BB’ (vBB’). Il-metodu li jintuża għad-determinazzjoni ta’ l-aċċelerazzjoni għandu jkun indikat fir-rapport tat-test.

Minħabba d-definizzjoni tal-punt ta’ referenza għall-vettura, it-tul tal-vettura (lveh) jitqies b’mod differenti fil-formula t’aktar ’l isfel. Jekk il-punt ta’ referenza huwa quddiem il-vettura, mela l = lveh, in-nofs: l = 1/2 lveh u wara: l = 0.

3.1.2.1.2.1.   Il-proċedura ta’ kalkolu għall-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjoni awtomatika, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonjiet bi proporzjonijiet tal-gerijiet li jvarjaw (CVTs) li ġew ittestjati bi proporzjonijiet ta’ gerijiet illokjati:

 

awot test = ((vBB’/3.6)2 – (vAA’/3.6)2) / (2×(20 + l))

 

awot test użata fid-determinazzjoni ta’ l-għażla tal-gerijiet għandha tkun il-medja ta’ l-erba’ awot test, i waqt kull darba li jittieħed qies validu.

Tista’ tintuża l-pre-aċċelerazzjoni. Il-punt ta’ meta jingħafas l-aċċeleratur qabel il-linja AA’ għandu jkun irrapportat fid-data tal-vettura u tat-test (ara l-Anness 9).

3.1.2.1.2.2.   Il-proċedura ta’ kalkolu għall-vetturi bi trażmisjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi u b’CVTs ittestjati bi proporzjonjiet tal-gerijiet mhux illokjati

awot test użata fid-determinazzjoni ta’ l-għażla tal-gerijiet għandha tkun il-medja ta’ erba’ awot test, i waqt kull darba li jittieħed qies validu.

Jekk l-istrumenti jew il-miżuri li ġew deskritti fil-paragrafu 3.1.2.1.4.2., jistgħu jintużaw biex ikun ikkontrollat it-tħaddim tat-trażmissjonijiet sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tat-test, ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:

awot test = ((vBB’/3.6)2 – (vAA’/3.6)2) / (2×(20 + l))

Tista’ tintuża l-pre-aċċelerazzjoni.

Jekk ma jista’ jintuża l-ebda strument jew miżura li ġie deskritt fil-paragrafu 3.1.2.1.4.2., ikkalkula awot test billi tuża l-ekwazzjoni:

awot_testPP-BB = ((vBB’/3.6)2 – (vPP’/3.6)2) / (2×(10 + l))

Tista’ tintuża l-pre-aċċelerazzjoni.

Il-post fejn jingħafas l-aċċeleratur għandu jkun fejn il-punt ta’ referenza tal-vettura jgħaddi l-linja AA’.

3.1.2.1.2.3.   L-aċċelerazzjoni mmirata

L-aċċelerazzjoni mmirata a urban tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni tipika fi traffiku urban u hija derivata minn investigazzjonijiet statistiċi. Hija funzjoni li tiddependi mill-PMR ta’ vettura.

L-aċċelerazzjoni mmirata a urban hija ddefinita permezz ta’:

aurban = 0.63 × log10 (PMR) – 0.09

3.1.2.1.2.4.   L-aċċelerazzjoni ta’ referenza

L-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref tiddefinixxi l-aċċelerazzjoni meħtieġa waqt it-test aċċelerat fuq il-mogħdija tat-test. Hija funzjoni li tiddependi fuq il-proporzjon qawwa mal-massa ta’ vettura. Dik il-funzjoni hija differenti għal kategoriji speċifiċi ta’ vetturi.

L-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref hija ddefinita permezz ta’:

awot ref = 1.59 × log10 (PMR) – 1.41

għal PMR ≥ 25

awot ref = a urban = 0.63 × log10 (PMR) – 0.09

għal PMR < 25

3.1.2.1.3.   Il-fattur parzjali tal-qawwa kP

Il-fattur parzjali tal-qawwa kP (ara l-paragrafu 3.1.3.1.) jintuża għall-kombinazzjoni mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) tar-riżultati tat-testijiet tat-test ta’ aċċelerazzjoni u tat-test tal-veloċità kostanti għall-kategoriji M1 u N1.

F’każijiet għajr għal test b’ger wieħed għandha tintuża awot ref minflok awot test (ara l-paragrafu 3.1.3.1.).

3.1.2.1.4.   L-għażla tal-proporzjon tal-gerijiet

L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test tiddependi mill-potenzjal għall-aċċelerazzjoni speċifiku tagħhom awot meta t-throttle jkun miftuħ kollu, skond l-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref meħtieġa għat-test ta’ l-aċċelerazzjoni bi throttle miftuħ kollu.

Uħud mill-vetturi jista’ jkollhom programmi tas-softwer jew modi għat-trażmissjoni differenti (eż. sportivi, xitwin, adattivi). Jekk il-vettura għandha modi differenti li jwasslu għal aċċelerazzjonijiet validi, il-manifattur tal-vettura għandu jipprova għas-sodisfazzjon tas-servizz tekniku, li l-vettura qed tiġi ttesjata fil-mod li jikseb aċċelerazzjoni li tkun l-eqreb ta’ awot ref.

3.1.2.1.4.1.   Il-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew b’CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet illokjati

Il-kondizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet huma possibbli:

Jekk proporzjon tal-gerijiet wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ± 5 fil-mija ta’ l-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu iż-2.0 m/s2, ittestja b’dak il-proporzjon tal-gerijiet.

Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-gerijiet ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur ta’ l-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-gerijiet ma jeċċedix iż-2.0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) f’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’:

k = (awot ref – awot (i+1))/(awot (i) – awot (i+1))

Jekk il-valur ta’ l-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-gerijiet i jeċċedi ż-2.0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-gerijiet li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 2.0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-gerijiet i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i and i+1 inkluż il-ger i b’aċċelerazzjoni li teċċedi ż-2.0 m/s2. F’każi oħra, m’għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

Jekk il-vettura għandha trażmissjoni fejn hemm għażla waħda għall-proporzjon tal-gerijiet, it-test ta’ aċċelerazzjoni jitwettaq f’din l-għażla tal-gerijiet tal-vettura. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kP imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa minflok awot ref.

Jekk il-veloċità nominali tal-magna tinqabeż fi proporzjon tal-gerijiet qabel ma l-vettura tgħaddi BB’, għandu jintuża l-ogħla ger li jmiss.

3.1.2.1.4.2.   Il-vetturi bi trażmissjoni awtomatika, bi tranżmissjonjiet adattivi u b’CVTs ittestjati bi proporzjonijiet tal-gerijiet mhux illokjati:

 

Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika.

 

Il-valur ta’ aċċelerazzjoni awot test għandu jkun ikkalkulat kif ġie ddefinit fil-paragrafu 3.1.2.1.2.2.

 

Imbagħad, it-test jista’ jinkludi bidla fil-gerijiet għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni ikbar. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhix permessa. Għandha tkun evitata bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li ma jintużax fi traffiku urban.

 

Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi, inklużi pożizzjonijiet alternati tas-selettur tal-gerijiet, biex tkun ipprevenuta waqgħa fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li tipikament ma jintużax fil-kondizzjoni speċifikata tat-test fi traffiku urban.

 

L-aċċelerazzjoni milħuqa awot test għandha tkun ikbar jew daqs aurban.

 

Jekk ikun possibbli, il-manifattur għandu jieħu miżuri biex jevita valur ta’ aċċelerazzjoni awot test li jkun akbar minn 2.0 m/s2.

 

Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-qawwa kp imbagħad tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa awot test (ara l-paragrafu 3.1.2.1.3.) minflok awot ref.

3.1.2.1.5.   It-test ta’ l-aċċelerazzjoni

Il-manifattur għandu jiddefinixxi l-pożizzjoni tal-punt ta’ referenza quddiem il-linja AA’ ta’ meta jingħafas għalkollox l-aċċeleratur. L-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (malajr skond kemm ikun prattiku) meta l-punt ta’ referenza tal-vettura jilħaq il-punt iddefinit. L-aċċeleratur għandu jinżamm magħfus sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tilħaq il-linja BB’. L-aċċeleratur i mbagħad għandu jiġi rilaxxat malajr kemm jista’ jkun. Il-punt ta’ meta l-aċċeleratur jingħafas għalkollox għandu jkun irrapportat fid-data tal-vettura u tat-test (l-Anness 9). Is-servizz tekniku għandu jkollu l-possibbiltà li jagħmel pre-test.

Fil-każ ta’ vetturi artikulati li jikkonsistu f’żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trejler m’għandux jitqies fid-determinazzjoni ta’ meta tinqasam il-linja BB’.

3.1.2.1.6.   It-test tal-veloċità kostanti

It-test tal-veloċità kostanti għandu jitwettaq bl-istess ger(ijiet) li ġie(ġew) speċifikat(i) għat-test ta’ l-aċċelerazzjoni u b’veloċità kostanti ta’ 50 km/siegħa b’tolleranza ta’ ± 1 km/siegħa bejn AA’ u BB’. Waqt it-test tal-veloċità kostanti, il-kontroll ta’ l-aċċelerazzjoni għandu jitqiegħed f’pożizzjoni biex tinżamm veloċità kostanti bejn AA’ u BB’ kif ġie speċifikat. Jekk għat-test ta’ aċċelerazzjoni jiġi llokjat il-ger, l-istess ger għandu jiġi llokjat għat-test tal-veloċità kostanti.

It-test tal-veloċità kostanti mhux meħtieġ għall-vetturi b’PMR < 25.

3.1.2.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

Il-mogħdija tal-linja ċentrali tal-vettura għandha ssegwi l-linja CC’ mill-aktar qrib possibbli waqt it-test kollu, minn meta l-vettura tavviċina l-linja AA’ sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi l-linja BB’. It-test għandu jitwettaq mingħajr trejler jew semi-trejler. Jekk trejler ma jistax jiġi sseparat malajr mill-vettura ta’ l-irmonk, it-trejler għandu jiġi injorat meta jitqies meta qed tinqasam il-linja BB’. Jekk il-vettura tinkorpora tagħmir bħal apparat li jħallat il-konkrit, kompressur, eċċ., dan it-tagħmir m’għandux ikun qed jaħdem waqt it-test. Il-massa tat-test tal-vettura għandha tkun skond it-tabella tal-paragrafu 2.2.1.

Il-kondizzjonijiet immirati tal-kategorija M2 > 3 500 kg, N2:

Meta l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja BB’, il-veloċità tal-magna nBB’ għandha tkun bejn 70 fil-mija u 74 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta’ 35 km/siegħa ± 5 km/siegħa. Għandha tiġi żgurata kondizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli bejn il-linja AA’ u l-linja BB’.

Il-kondizzjonijiet immirati tal-kategoriji M3, N3:

Meta l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja BB’, il-veloċità tal-magna nBB’ għandha tkun bejn 85 fil-mija u 89 fil-mija tal-veloċità S, fejn il-magna tiżviluppa l-qawwa massima nominali tagħha, u l-veloċità tal-vettura għandha tkun ta’ 35 km/siegħa ± 5 km/siegħa. Għandha tkun żgurata kondizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli bejn il-linja AA’ u l-linja BB’.

3.1.2.2.1.   L-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet

3.1.2.2.1.1.   Il-vetturi bi trażmissjonijiet manwali

Għandha tkun żgurata kondizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli. L-għażla tal-gerijiet tiġi ddeterminata mill-kondizzjonijiet immirati. Jekk id-differenza fil-veloċità teċċedi t-tolleranza mogħtija, mela għandhom ikunu ttestjati żewġ gerijiet, waħda ’l fuq u l-oħra taħt il-veloċità mmirata.

Jekk aktar minn ger wieħed jissodisfa l-kondizzjonijiet immirati, agħżel dak il-ger li huwa l-eqreb tal-35 km/siegħa. Jekk l-ebda ger ma jissodisfa l-kondizzjoni mmirata għall-vtest għandhom ikunu ttesjati żewġ gerijiet, wieħed ’il fuq u l-ieħor ’l isfel mill-vtest. Il-veloċità mmirata tal-magna għandha tintlaħaq fi kwalunkwe kondizzjoni.

Għandha tkun żgurata kondizzjoni ta’ aċċelerazzjoni stabbli. Jekk ma tistax tkun żgurata aċċelerazzjoni stabbli, dan il-ger m’għandux jitqies.

3.1.2.2.1.2.   Il-vetturi bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi u bi trażmissjonijiet bi proporzjon varjabbli tal-gerijiet (CVTs)

Għandha tintuża l-pożizzjoni tas-selettur tal-gerijiet għal operazzjoni għalkollox awtomatika. It-test imbagħad jista’ jinkludi bidla fil-gerijiet għal firxa aktar baxxa u aċċelerazzjoni akbar. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar mhumiex permessi. Għandha tkun evitata bidla fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li ma jintużax fi traffiku urban, fil-kondizzjoni tat-test speċifikata. Għalhekk, huwa permess li jiġu stabbiliti u jintużaw strumenti elettroniċi jew mekkaniċi biex tkun ipprevenut waqgħa fil-gerijiet għal proporzjon tal-gerijiet li tipikament ma jintużax fil-kondizzjoni tat-test speċifikata fi traffiku urban.

Jekk il-vettura tinkludi disinn tat-trażmissjoni, li jipprovdi biss għażla waħda ta’ ger (ingaġġ), li tillimita l-veloċità tal-magna waqt it-test, il-vettura għandha tkun ittesjata billi tintuża veloċità mmirata tal-magna. Jekk il-vettura tuża kombinazzjoni ta’ magna u ta’ trażmissjoni li ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-paragrafu 3.1.2.2.1.1., il-vettura għandha tkun ittestjata billi tintuża l-veloċità tal-vettura mmirata biss. Il-veloċità tal-vettura mmirata għat-test hija vBB’ = 35 km/siegħa ± 5km/siegħa. Bidla fil-gerijiet għal firxa ogħla u aċċelerazzjoni iżgħar jiġu permessi wara li l-punt ta’ referenza jgħaddi l-linja PP’. Iridu jitwettqu żewġ testijiet, wieħed bil-veloċità aħħarija ta’ vtest = vBB’ + 5 km/siegħa, u wieħed bil-veloċità aħħarija ta’ vtest = vBB’ – 5 km/siegħa. Il-livell tal-ħoss irrapportat huwa dak ir-riżultat li huwa relatat mat-test bl-akbar veloċità tal-magna milħuqa matul it-test minn AA’ sa BB’.

3.1.2.2.2.   It-test ta’ l-aċċelerazzjoni

Meta l-punt ta’ referenza tal-vettura jilħaq il-linja AA’, il-kontroll ta’l-aċċeleratur għandu jingħafas għalkollox (mingħajr ma titħaddem il-waqgħa awtomatika tal-gerijiet għal firxa aktar baxxa minn dik normalment użata f’sewqan urban) u jinżamm magħfus għalkollox sakemm il-parti ta’ wara tal-vettura tgħaddi BB’, imma l-punt ta’ referenza għandu jkun mill-inqas 5 m wara BB’. Imbagħad għandu jiġi rilaxxat il-kontroll ta’ l-aċċeleratur.

Fil-każ ta’ vetturi artikulati li jikkonsistu f’żewġ unitajiet li ma jistgħux jiġu sseparati li jitqiesu bħala vettura waħda, is-semi-trejler m’għandux jitqies fid-determinazzjoni ta’ meta tinqasam il-linja BB’.

3.1.3.   L-interpretazzjoni tar-riżultati

Għandu jkun innotat il-livell massimu u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-pressjoni tal-ħoss li ġiet indikata waqt kull passaġġ tal-vettura bejn iż-żewġ linji AA’ u BB’. Jekk jiġi osservat livell għoli ferm fil-ħsejjes, li jidher biċ-ċar li ma jaqbilx mal-livell ġenerali tal-pressjoni tal-ħoss, il-qies m’għandux jitqies. Għandhom jittieħdu mill-inqas erba’ qisien għal kull kondizzjoni tat-test fuq kull naħa tal-vettura u għal kull proporzjon tal-gerijiet. Il-naħa xellugija u dik leminija jistgħu jitkejlu fl-istess ħin jew wara xulxin. Għall-kalkolu tar-riżultat finali għal naħa partikolari tal-vettura, għandhom jintużaw l-ewwel erba’ qisien konsekuttivi validi, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (ara l-paragrafu 2.1.). Il-medja tar-riżultati ta’ kull naħa għandha tiġi kkalkualata b’mod separat. Ir-riżultat intermedju huwa l-ogħla valur minn fost iż-żewġ medji li tqarrbu matematikament għall-ewwel post deċimali.

Il-qisien tal-veloċità f’AA’, f’BB’, u f’PP’ għandhom jiġu nnotati u jintużaw fil-kalkoli sa l-ewwel numru sinifikanti wara l-punt deċimali.

L-aċċelerazzjoni kkalkulata awot test għandha tiġi nnotata sat-tieni numru wara l-punt deċimali.

3.1.3.1.   Il-vetturi tal-kategoriji M1, N1 u M2 ≤ 3 500 kg

Il-valuri kkalkulati għat-test ta’ l-aċċelerazzjoni u għat-test tal-veloċità kostanti jingħataw permezz ta’:

 

Lwot rep = Lwot (i+1) + k × (Lwot(i) – Lwot (i+1))

 

Lcrs rep = Lcrs(i+1) + k × (Lcrs (i) – Lcrs (i+1))

 

Fejn k = (awot ref – awot (i+1)) / (awot (i) – awot (i+1))

Fil-każ ta’ test bi proporzjon wieħed tal-gerijiet, il-valuri huma r-riżultat tat-test ta’ kull test.

Ir-riżultat finali jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati Lwot rep u Lcrs rep. L-ekwazzjoni hija:

Lurban = Lwot rep – kP × (Lwot rep – Lcrs rep)

Il-fatturi tat-tagħbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) kP jagħti l-fattur parzjali tal-qawwa għas-sewqan urban. F’każijiet għajr għal test b’ger wieħed kP jiġi kkalkulat permezz ta’:

kP = 1 – (aurban / awot ref)

Jekk għat-test jiġi speċifikat ger wieħed biss, kP jingħata permezz ta’:

kP = 1 – (aurban / awot test)

F’każijiet fejn awot test huwa inqas minn aurban:

kP = 0

3.1.3.2.   Il-vetturi tal-kategoriji M2 > 3 500 kg, M3, N2, N3

Meta ger wieħed jiġi ttestjat, ir-riżultat finali huwa daqs ir-riżultat intermedju. Meta jiġu ttestjati żewġ gerijiet, għandu jiġi kkalkulat il-valur intermedju aritmetiku tar-riżultati intermedji.

3.2.   Il-kejl tal-ħoss emess mill-vetturi wieqfa

3.2.1.   Il-livell tal-ħoss fil-viċinanzi tal-vetturi

Ir-riżultati tal-kejl għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test li jissemma fl-Anness 9.

3.2.2.   Il-kejl akustiku

Għall-qisien għandu jintuża miter ta’ preċiżjoni tal-livell tal-ħoss, jew sistema ta’ kejl ekwivalenti, kif ġie ddefinit fil-paragrafu 1.1. ta’ dan l-Anness.

3.2.3.   Is-sit tat-test – il-kondizzjonijiet lokali (ara l-Figura 1 fl-Appendiċi għall-Anness 3)

3.2.3.1.   Fil-viċinani tal-mikrofonu, m’għandu jkun hemm l-ebda ostaklu li jista’ jinfluwenza l-kamp akustiku u l-ebda persuna m’għandha tibqa’ bejn il-mikrofonu u s-sors tal-ħoss. L-osservatur tal-miter għandu jitqiegħed f’pożizzjoni tali biex ma jinfluwenzax il-qari tal-miter.

3.2.4.   Il-ħsejjes li jfixklu u l-interferenza mir-riħ

Il-qari fuq l-istrumenti tal-kejl prodotti mill-ħsejjes ambjentali u mir-riħ għandhom ikunu għall-inqas 10 dB(A) taħt il-livell tal-ħoss biex jitkejlu. Mal-mikrofonu jista’ jitwaħħal windskrin xieraq sakemm jitqies l-effett tiegħu fuq is-sensittività tal-mikrofonu, (ara l-paragrafu 1.1. ta’ dan l-Anness).

3.2.5.   Il-metodu ta’ kejl

3.2.5.1.   In-natura u n-numru ta’ qisien

Waqt il-perjodu operattiv li jissemma fil-paragrafu 3.2.5.3.2.1, għandu jitkejjel il-livell massimu tal-ħoss espress f’deċibels mgħobbija (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A (dB(A)).

Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien f’kull punt tal-kejl.

3.2.5.2.   It-tqegħid f’pożizzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura

Il-vettura għandha titqiegħed fil-parti ċentrali taż-żona tat-test bis-selettur tal-gerijiet fil-pożizzjoni newtrali u bil-klaċċ ingaġġjat. Jekk id-disinn tal-vettura ma jippermettix dan, il-vettura għandha tiġi ttestjata skond il-preskrizzjonijiet tal-manifattur għall-ittestjar fuq magna wieqfa. Qabel kull sensiela ta’ qisien, il-magna trid tinġieb fil-kondizzjoni operattiva normali tagħha, kif ġie speċifikat mill-manifattur.

Jekk il-vettura hija mgħammra b’fann(ijiet) li jkollhom mekkaniżmu ta’ attwazzjoni awtomatiku, din is-sistema m’għandhiex tkun imbagħbsa matul il-kejl tal-livell tal-ħoss.

Il-kisi jew l-għata tal-kompartiment tal-magna, jekk imwaħħal b’dan il-mod, għandu jingħalaq.

3.2.5.3.   Il-kejl tal-ħoss qrib l-egżost (ara l-Figura 1 fl-Appendiċi għall-Anness 3)

3.2.5.3.1.   Il-pożizzjonijiet tal-mikrofonu

3.2.5.3.1.1.   Il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0.5 m ± 0.01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp ta’ l-egżost li ġie ddefinit fil-Figura 1, f’angolu ta’ 45° (± 5°) għall-assi tal-fluss tar-tarf tal-pajp. Il-mikrofronu għandu jkun fl-għoli tal-punt ta’ referenza, imma mhux inqas minn 0.2 m mis-superfiċje ta’ l-art. L-assi ta’ referenza tal-mikrofonu għandu jkun fi pjan parallel għal mas-superfiċje ta’ l-art u għandu jkun dirett lejn il-punt ta’ referenza fuq l-iżbokk ta’ l-egżost. Jekk huma possibbli żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu, għandu jintuża l-post l-aktar ’il bogħod lateralment mil-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura. Jekk l-assi tal-fluss tal-pajp ta’ żbokk ta’ l-egżost tkun f’angolu ta’ 90° għal-linja ċentrali lonġitudinali tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed f’dak il-punt, li huwa l-aktar ’il bogħod mill-magna.

3.2.5.3.1.2.   Għall-vetturi li jkollhom egżost mogħni bi żbokki li jkollhom bejniethom spazju ta’ 0.3 m, għandhom jittieħdu qisien għal kull żbokk. Għandu jiġi rreġistrat l-ogħla livell.

3.2.5.3.1.3.   Fil-każ ta’ egżost mogħni b’żewġ żbokki jew aktar bi spazju bejniethom ta’ inqas minn 0.3 m u li jkunu konnessi ma’ l-istess sajlenser, jittieħed qies wieħed biss; il-pożizzjoni tal-mikrofonu tkun relatata ma’ l-iżbokk li jkun l-eqreb ta’ tarf estrem wieħed tal-vettura jew, meta żbokk ta’ din ix-xorta ma jkunx jeżisti, ma’ l-iżbokk li jkun l-ogħla ’l fuq mill-art.

3.2.5.3.1.4.   Għall-vetturi b’egżost vertikali (eż. il-vetturi kummerċjali), il-mikrofonu għandu jitqiegħed fl-għoli ta’ l-iżbokk ta’ l-egżost. L-assi tiegħu għandu jkun vertikali u orjentat ’il fuq. Għandu jitqiegħed f’distanza ta’ 0.5 m ± 0.01 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp ta’ l-egżost, imma qatt inqas minn 0.2 m min-naħa tal-vettura li tkun l-eqreb ta’ l-egżost.

3.2.5.3.1.5.   Għall-iżbokki ta’ l-egżost li jinsabu taħt il-bodi tal-vettura, il-mikrofonu għandu jitqiegħed minimu ta’ 0.2 m mill-eqreb parti tal-vettura, f’punt li huwa l-eqreb ta’, imma qatt inqas minn 0.5 m mill-punt ta’ referenza tal-pajp ta’ l-egżost, u f’għoli ta’ 0.2 m ’il fuq mill-art, u mhux f’linja mal-fluss ta’ l-egżost. F’uħud mill-każi, ir-rekwiżit ta’ l-angolarità fil-paragrafu 3.2.5.3.1.2. jista’ ma jkunx sodisfatt.

3.2.5.3.2.   Il-kondizzjonijiet operattivi tal-magna

3.2.5.3.2.1.   Il-veloċità mmirata tal-magna

Il-veloċità mmirata tal-magna tiġi ddefinita bħala:

75 fil-mija tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna ta’ ≤ 5 000 min-1

3 750 min-1 għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna akbar minn 5 000 min-1 u iċken minn 7 500 min-1

50 fil-mija tal-veloċità tal-magna S għall-vetturi b’veloċità nominali tal-magna ta’ ≥ 7 500 min-1.

Jekk il-vettura ma tistax tilħaq il-veloċità tal-magna kif ġie ddikjarat hawn fuq, il-veloċità mmirata tal-magna għandha tkun 5 fil-mija taħt il-veloċità massima possibbli tal-magna għal dak it-test meta l-vettura tkun wieqfa.

3.2.5.3.2.2.   Il-proċedura tat-test

Il-veloċità tal-magna għandha tiżdied b’mod gradwali minn idle għall-veloċità mmirata tal-magna, mingħajr ma tinqabeż faxxa ta’ tolleranza ta’ ± 3 fil-mija tal-veloċità mmirata tal-magna, u għandha tinżamm kostanti. Imbagħad il-kontroll tat-throttle għandu jiġi rilaxxat malajr u l-veloċità tal-magna għandha titreġġa’ għal idle. Il-livell tal-ħoss għandu jitkejjel waqt perjodu ta’ tħaddim li jikkonsisti f’li tinżamm veloċità kostanti tal-magna għal 1 sekonda u matul il-perjodu kollu ta’ deċelerazzjoni, il-qari massimu tal-miter tal-livell tal-ħoss, imqarreb matematikament għall-ewwel post deċimali, jitqies bħala l-valur tat-test.

3.2.5.3.2.3.   Il-validazzjoni tat-test

Il-kejl għandu jitqies bħala validu jekk il-veloċità tat-test tal-magna ma tiddevjax mill-veloċità mmirata tal-magna b’aktar minn ± 3 fil-mija għal mill-inqas sekonda.

3.2.6.   Ir-riżultati

Għandhom jittieħdu mill-inqas tliet qisien għal kull pożizzjoni tat-test. Għandu jiġi rreġistrat il-livell massimu u mgħobbi (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) għal A tal-pressjoni tal-ħoss indikat waqt kull wieħed mit-tliet qisien. L-ewwel tliet riżultati konsekuttivi validi tal-kejl, fi ħdan 2 dB(A), fejn jitħalla spazju għat-taħsir tar-riżultati li ma jkunux validi (ara l-paragrafu 2.1. ħlief l-ispeċifikazzjonijiet tas-sit tat-test), għandhom jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultat finali għall-pożizzjoni partikolari tal-kejl. Il-livell massimu tal-ħoss, għall-pożizzjonijiet tal-kejl kollha, u tat-tliet riżultati tal-kejl, jikkostitwixxi r-riżultat finali.


(1)  Skond l-Anness 8 għal dan ir-Regolament.

(2)  Billi l-kontribuzzjoni tat-tajers għall-emissjoni totali tal-ħoss hija importanti, dan ir-Regolament dwar il-vetturi qies ir-Regolamenti dwar l-emissjoni tal-ħoss tat-tajers/triq. It-tajers għas-silġ u t-tajers speċjali skond ir-Regolament NUKEE Nru 117 għandhom ikunu esklużi waqt il-kejl għall-approvazzjoni tat-tip u għall-COP fuq talba tal-manifattur.

(3)  Ara l-Figura 1 fl-Anness 8