ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
24 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 556/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi oenoloġiċi

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ l-annimali bovini maskili ta’ età żgħira għat-tismin

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 559/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 560/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/350/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2007 li taħtar membru Latvjan u żewġ membri supplenti Latvjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

33

 

 

2007/351/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2007 li taħtar membru supplenti Awstrijaku fil-Kumitat tar-Reġjuni

34

 

 

2007/352/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Mejju 2007 li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol

35

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA Nru 394/06/COL tat-13 ta’ Diċembru 2006 li tapprova l-iskema aġġornata ppreżentata min-Norveġja għall-irtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

36

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 28/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 li tikkonċerna li n-Norveġja hi uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet bovini

38

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 29/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 li tapprova l-pjan imressaq min-Norveġja għat-tilqim preventiv ta’ għasafar li jinżammu fiż-zoos kontra l-influenza tat-tjur b'patoġenija qawwija

40

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 30/07/COL tad-19 ta’ Frar 2007 dwar il-programm nazzjonali Norveġiż għall-kontroll ta’ l-iscrapie u l-garanziji addizzjonali rigward il-kummerċ u l-importazzjoni intra Komunitarji u l-importazzjoni għan-Norveġja

42

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 555/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,1

TR

112,4

ZZ

75,8

0707 00 05

JO

151,2

TR

118,7

ZZ

135,0

0709 90 70

TR

106,6

ZZ

106,6

0805 10 20

EG

35,5

IL

56,8

MA

45,4

ZZ

45,9

0805 50 10

AR

59,5

ZA

67,6

ZZ

63,6

0808 10 80

AR

86,4

BR

78,8

CL

84,1

CN

92,5

NZ

114,5

US

120,8

UY

72,0

ZA

88,8

ZZ

92,2

0809 20 95

TR

658,4

ZZ

658,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 556/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiċi u proċessi oenoloġiċi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness V, paragrafu A, tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 fil-punt 3 tiegħu jipprovdi l-possibbiltà li jkun hemm deroga mill-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit meta l-kundizzjonijiet tal-klima jkunu għamluha meħtieġa.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) jiddefinixxi ċerti regoli dettaljati ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 li jirrigwardaw b'mod partikolari l-kontenuti massimi tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbejjed. B'mod partikolari, l-Artikolu 19(4) jipprovdi dwar id-definizzjoni fl-Anness XIIa tar-Regolament imsemmi ta’ l-elenku tal-każijiet meta l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet klimatiċi, jawtorizzaw li l-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ anqas minn 300 milligramma l-litru jiżdied b'mhux aktar minn 40 milligramma l-litru.

(3)

Permezz ta’ nota ta’ l-1 ta’ Marzu 2007, il-gvern Franċiż talab li, għall-inbejjed tal-vendemmja ta’ l-2006 prodotti fit-territorju tad-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin, jitħalla jawtorizza żieda tal-kontenut massimu ta’ dijossidu tal-kubrit ta’ anqas minn 300 milligramma l-litru b'mhux aktar minn 40 milligramma l-litru, bħala riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi partikolarment diffiċli. Dik it-talba għandha tintlaqa'.

(4)

In-nota teknika maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi turi li l-kwantitajiet ta’ dijossidu tal-kubrit meħtieġa biex jiżguraw sew il-vinifikazzjoni u l-konservazzjoni tajba ta’ l-inbejjed milquta minn dawn il-kundizzjonijiet mhux favorevoli, kif ukoll l-adegwatezza tagħhom għat-tqegħid fis-suq, jeħtiġilhom jiżdiedu mill-kontenut normalment permess. Din il-miżura temporanja hija l-unika għażla disponibbli biex l-għeneb milqut minn dawn il-kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli jkun jista' jintuża għall-produzzjoni ta’ nbejjed li jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Skond il-kalkoli ta’ l-Institut Technique du Vin, huwa stmat li l-inbejjed li tista' tirrigwardahom din id-deroga huma madwar 25 % tal-kwantità totali prodotta f'din iż-żona.

(5)

Ir-Reġolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jkun emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri li jipprovdi dwarhom dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Inbejjed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIIa tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu jinbidel bit-test fl-Anness tar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 389/2007 (ĠU L 97, 12.4.2007, p. 5).


ANNESS

“ANNESS XIIa

Żieda tal-kontenut totali massimu tad-dijossidu tal-kubrit meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jkunu għamluha meħtieġa

(Artikolu 19)

 

Is-sena

L-Istat Membru

Iż-żona/i tad-dwieli ta' l-inbid

L-inbejjed milquta

1.

2000

Il-Ġermanja

Iż-żoni kollha tad-dwieli ta' l-inbid tat-territorju Ġermaniż

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2000

2.

2006

Il-Ġermanja

Iż-żoni tad-dwieli ta' l-inbid ta' Baden Württemberg, Bayern, Hessen u Rheinland-Pfalz

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006

3.

2006

Franza

Iż-żoni tad-dwieli ta' l-inbid tad-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin

L-inbejjed kollha mill-għeneb maħsud matul is-sena 2006”


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 557/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad-19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jistabbilixxi l-ħtiġijiet bażiċi li l-bajd irid jissodisfa qabel ma jitqiegħed fis-suq Komunitarju. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu stipulati regoli ġodda dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd (2), għalhekk għandu jitħassar u jkun sostitwit minn Regolament ġdid.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3) u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4), japplikaw għall-bajd. Għalhekk, għandha ssir referenza kemm jista' jkun għal dawn ir-Regolamenti orizzontali.

(3)

Il-kwalità tal-karattersitiċi għall-bajd tal-Klassi A għandha tkun iffissata sabiex tiggarantixxi li l-kwalità għolja tal-bajd tasal direttament għand il-konsumatur finali u twaqqaf kriterji li jistgħu jkunu vverifikati mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni. Tali karatteristiċi tal-kwalità għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard Nru 42 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd bil-qoxra fil-kummerċ internazzjonali bejn u lill-pajjiżi membri tal-UN/ECE.

(4)

Bajd kiesaħ li imbagħad jitħalla f'temperatura ambjentali jista' jwassal għal kondensazzjoni, li tiffaċilita t-trobbija tal-batterji fuq il-qoxra u li probabbli jidħlu fil-bajda. Għalhekk, il-bajd għandu jkun maħżun u ttrasportat preferibbilment f'temperatura kostanti, u ġeneralment m'għandux jinżamm fil-kesħa qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur finali.

(5)

Ġeneralment, il-bajd m'għandux jinħasel jew jitnaddaf għax tali prattiċi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-qoxra tal-bajd, li huwa ostaklu effettiv biex ma jidħlux batterji, b'xejra sħiħa ta’ karatteristiċi antimikrobiċi għall-bajda. Madankollu, xi prattiċi, bħal per eżempju t-trattament tal-bajd bir-raġġi ultravjola, m'għandhomx ikunu interpretati li huma proċess ta’ tindif. Barra dan, bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel minħabba l-ħsara potenzjali li tista' ssir lill-ostakli fiżiċi, bħall-epiderma, li tista' sseħħ waqt jew wara l-ħasil. Tali ħsara tista' tiffavorixxi kontaminazzjoni li tgħaddi mill-qoxra permezz tal-batterji u telf fl-umdità u b'hekk iżżid ir-riskji għall-konsumaturi, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet tat-tnixxif u tal-ħżin ma jkunux ottimali.

(6)

Madankollu, f'xi Stati Membri jintużaw xi sistemi li jintużaw għall-ħasil tal-bajd li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u li joperaw taħt kundizzjonijiet li jkunu kontrollati bir-reqqa, għandhom riżultati tajbin. Skond l-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel dwar it-talba mill-Kummissjoni relatata mar-riskji Mikrobijoloġiċi tal-ħasil tal-Bajd għall-Ikel adottata fis-7 ta’ Settembru 2005 (5), il-prassi tal-ħasil tal-bajd kif issir f'ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar mill-punt ta’ l-iġjene tista' tkun sostnuta sakemm, fost oħrajn, ikun żviluppat kodiċi ta’ prassi għas-sistemi għall-ħasil tal-bajd.

(7)

Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż, u bħala rekwiżiti minimi tat-tikkettjar għandhom ikunu ffissati għadd limitat ta’ klassifiċi tal-piż u ta’ termini ċari li jikkorrispondu, mingħajr ma jipprojbixxu t-tikkettjar volontarju, u sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (6).

(8)

Huma biss l-impriżi li l-bini u t-tagħmir tekniku tagħhom ikunu adattati għall-iskala u t-tip ta’ l-operazzjonijiet tagħhom, u li għalhekk jippermettu l-maniġġ adegwat tal-bajd li għandhom jiġu awtorizzati biex jagħżlu l-bajd skond il-kwalità u skond il-piż, bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.

(9)

Għandu jkun iffissat żmien massimu stipulat għall-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti sabiex jiffaċilita l-ispezzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

(10)

Barra l-obbligu ġenerali biex tiġi stabbilita t-traċċabilità ta’ l-ikel, l-għalf, l-annimali li jipproduċu l-ikel, u kwalunkwe sustanza oħra intenzjonata biex tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata fl-ikel jew l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, u d-distribuzzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel (7), għandha tkun stabbilita ċertu informazzjoni dwar l-ippakkjar għat-trasport li jkun fihom il-bajd u d-dokumenti li jakkumpanjaw sabiex jitwettqu l-kontrolli.

(11)

Sabiex jitwettqu l-kontrolli b'mod effettiv kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, meta l-bajd jitqassam fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li fis-sit tal-produzzjoni, jsir l-immarkar tal-bajd bil-kodiċi tal-produttur. Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, il-bajd ta’ Klassi B għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur u/jew b'indikazzjoni oħra jekk jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru ieħor. Għandu jkun iċċarat li jekk il-kodiċi tal-produttur waħdu ma jippermettix li ssir distinzjoni ċara tal-klassifikazzjoni tal-kwalità, il-bajd tal-Klassi B għandu jkun immarkat b'indikazzjoni oħra.

(12)

Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tal-produttur għandha tiġi ffissata kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006. Barra dan, għandu jkun iċċarat li tista' ssir eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ l-immarkar bil-kodiċi tal-produttur jekk it-tagħmir tekniku għall-immarkar tal-bajd ma jippermettix li jkun immarkat bajd maqsum jew maħmuġ.

(13)

Għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi ta’ indikazzjonijiet oħra possibbli biex jiġi mmarkat il-bajd tal-Klassi B kif msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

(14)

Skond l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards dwar it-tqegħid fis-suq tal-bajd (8), id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ma applikawx għall-bajd li jasal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel għall-ipproċessar. Sabiex itejbu l-kontrolli f'tali konsenji, l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ l-immarkar biss fuq it-talba ta’ tali operaturi. Madankollu, għandu jkun stipulat perjodu raġjonevoli tranżizzjonali ta’ sena sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu tali eżenzjonijiet.

(15)

Id-Direttiva 2000/13/KE tistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fil-prodotti kollha ta’ l-ikel li jitqiegħdu fis-suq. Madankollu, għandhom ikunu pprovduti rekwiżiti speċifiċi ta’ mmarkar għall-pakketti.

(16)

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/13/KE jiddefinixxi li data minima ta’ kemm iservi l-prodott ta’ l-ikel tkun id-data sakemm il-prodott ta’ l-ikel iżomm il-kwalitajiet speċifiċi tiegħu meta jinħażen kif suppost. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, din id-data għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun nbied.

(17)

Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li turi kemm tkun friska l-bajda. Għal dan l-għan, għandu jkun iffissat limitu ta’ żmien massimu li jiċċara l-użu ta’ tali indikazzjonijiet.

(18)

Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li tenfasizza l-formola ta’ l-għalf li tkun ingħatat lit-tiġieġ tal-bajd. Huwa xieraq li jkunu ffissati rekwiżiti minimi għal tali indikazzjonijiet.

(19)

Meta l-bajd jinbiegħ farrad, ċertu informazzjoni li normalment tkun fuq il-pakkett għandha tkun aċċessibbli lill-konsumatur.

(20)

Minbarra r-rekwiżiti ta’ l-iġjene ġenerali għat-tgeżwir u l-ippakkjar tal-prodotti ta’ l-ikel, għandhom ikunu stipulati xi rekwiżiti oħra sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju ta’ tħassir jew il-kontaminazzjoni tal-bajd matul il-ħżin u t-trasport. Tali livelli għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard tal-UN/ECE Nru 42.

(21)

Il-bajd industrijali mhuwiex tajjeb għall-konsum uman. Għalhekk huwa xieraq li jkunu rikjesti xi strixxi jew tikketti speċjali biex ikun identifikat malajr l-ippakkjar li jkun fih tali bajd.

(22)

Huma biss ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li għandhom il-bini u t-tagħmir tekniku xieraq għall-ippakkjar mill-ġdid tal-bajd. Għalhekk huwa xieraq li kwalunkwe attivitajiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid jiġu limitati għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar.

(23)

L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel huma obbligati li jistabbilixxu t-traċċabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-produtturi, il-kolletturi u ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu obbligati li jżommu rekords addizzjonali speċifiċi sabiex jippermettu li xi servizzi ta’ spezzjoni jiċċekkjaw il-konformità ma’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni.

(24)

Għandhom ikunu stipulati l-metodi u l-kriterji biex jitwettqu l-kontrolli.

(25)

Huwa xieraq li tiġi kkontrollata l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott bħala ħaġa waħda, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott li jinstab li ma jkunx konformi għandu jkun projbit sakemm ma jiġix ippruvat li jkun hemm konformità.

(26)

Għandhom ikunu permessi ċerti tolleranzi meta l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi ċċekkjata. Tali tolleranzi għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti u l-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni.

(27)

Pajjiżi terzi jista' jkollhom rekwiżiti differenti minn dawk iffissati għall-Komunità għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd. Sabiex ikunu ffaċilitati l-esportazzjonijiet, il-bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni għandu jingħata permess li jkun konformi ma’ tali rekwiżiti.

(28)

Għandhom ikunu ffissati d-dettalji dwar il-valutazzjoni ta’ l-ekwivalenza ta’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni f'pajjiżi terzi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni fuq talba ta’ pajjiżi terzi. Għandhom ikunu stipulati ċerti rekwiżiti għall-immarkar u t-tikkettjar għall-bajd importat minn pajjiżi terzi.

(29)

Għall-Kummissjoni huwa bżonnjuż li jkollha d-data disponibbli dwar l-għadd ta’ postijiet li huma reġistrati li fihom it-tiġieġ tal-bajd.

(30)

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ksur sinifikanti ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex l-Istati Membri oħra li jistgħu jkunu effettwati jkunu jistgħu jingħataw twissija b'mod xieraq.

(31)

Il-forniment tal-bajd għan-negozju bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra min-naħa jiddependi fuq il-forniment ta’ bajd mill-kontinent Ewropew. Fid-dawl tad-dewmien tat-trasport u tal-kundizzjonijiet tal-klima, il-preservazzjoni tal-bajd ittrasportat lejn id-dipartimenti Franċiżi ta’ barra tinvolvi t-twettiq ta’ arranġamenti speċifiċi għall-forniment, li jinkludu l-possibbiltà li l-bajd jintbagħat imkessaħ. Dawn l-arranġamenti speċjali jistgħu jkunu ġġustifikati min-nuqqas li hemm bħalissa ta’ kapaċitajiet lokali għall-produzzjoni biżżejjed tal-bajd. Sakemm jinbnew biżżejjed kapaċitiajiet tal-produzzjoni lokali, dawn l-arranġamenti eċċezzjonali għandhom jiġu estiżi għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(32)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jippermetti lil Stati Membri li jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, ċerti tipi ta’ bejgħ dirett ta’ bajd mingħand il-produtturi lill-konsumatur finali. Sabiex ikunu meqjusa l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd f'ċerti reġjuni fil-Finlandja, il-bejgħ mingħand il-produtturi lill-bejjiegħa bl-imnut f'dawk ir-reġjuni għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament.

(33)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta’ gaġeġ mhux modernizzati tkun projbita sa mill-1 ta’ Jannar 2012 skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE (9). Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar volontarju previsti fir-rigward tal-gaġeġ mhux modernizzati qabel dik id-data sabiex teżamina l-bżonn jekk dan it-tikkettjar isirx obbligatorju.

(34)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw kif jixraq.

Barra dan, id-definizzjonijiet ta' l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

(a)

“pakkett” tfisser tgeżwir li jkun fih bajd tal-Klassi A jew B, li jeskludi l-ippakkjar għat-trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali;

(b)

“bejgħ farrad” tfisser l-offerta għall-bejgħ bl-imnut ta’ bajd lill-konsumatur finali, mhux fil-pakketti;

(c)

“kollettur” tfisser kwalunkwe stabbiliment reġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex jiġbor il-bajd mingħand il-produtturi biex jieħdu f'ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel;

(d)

“data sa meta għandu jinbiegħ” tfisser il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e)

“industrija ta’ l-ikel” tfisser kwaunkwe stabbiliment li jipproduċi l-prodotti tal-bajd intenzjonat għal-konsum uman, li jeskludi l-kejterers bil-massa;

(f)

“industrija mhux ta’ l-ikel” tfisser kwalunkwe negozju li jipproduċi l-prodotti ta’ l-ikel li jkun fihom il-bajd li mhumiex intenzjonati għal konsum uman;

(g)

“kejterers” tfisser l-entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2000/13/KE;

(h)

“bajd industrijali” tfisser bajd mhux intenzjonat għall-konsum uman;

(i)

“lott” tfisser il-bajd f'pakketti jew farrad u mill-istess sit ta’ produzzjoni jew ċentru ta’ l-ippakkjar, li jinsab f'post wieħed, fl-istess pakketti jew farrada, bl-istess data ta’ meta jkun nbied il-bajd jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel jew id-data ta’ l-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija, u fil-każ tal-bajd ikklassifikat, l-istess klassifika tal-kwalità u tal-piż;

(j)

“ippakkjar mill-ġdid” tfisser it-trasferiment fiżiku tal-bajd lejn pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li jkun fih il-bajd.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd

1.   Il-bajd tal-Klassi A għandu jkollu dawn il-karattersitiċi minimi li ġejjin:

(a)

il-qoxra u l-epiderma: forma normali, nodfa u mingħajr ħsara;

(b)

il-kobor ta’ l-arja: l-għoli ta’ mhux iżjed minn 6 mm, stazzjonarju; madankollu, għall-bajd li jrid jitqiegħed fis-suq bħala “extra”, ma għandux jaqbeż il-4 mm;

(c)

l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b'mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali;

(d)

l-abjad: trasparenza ċara;

(e)

mikrobu: żvilupp imperċepibbli;

(f)

materja estranja: mhux permissibbli;

(g)

riħa estranja: mhux permissibbli.

2.   Il-bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel jew jitnaddaf, qabel jew wara l-klassifikazzjoni, ħlief kif previst fl-Artikolu 3.

3.   Il-bajd tal-Klassi A m'għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f'bini jew impjanti fejn it-temperatura tinżamm artifiċjalment ta’ l-anqas 5 °C. Madankollu, bajd li jkun inżamm f'temperatura taħt il-5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa jew f'bini tal-bejgħ jew f'bini anċillari tagħhom għal mhux aktar minn 72 siegħa m'għandux jitqies bħala mkessaħ.

4.   Il-bajd tal-Klassi B għandu jkun dak il-bajd li ma jilħaqx il-karatteristiċi ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li m'għadx għandu dawk il-karatteristiċi jista' jitwaqqa' għall-Klassi B.

Artikolu 3

Bajd maħsul

1.   L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jkomplu jawtorizzaw liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd, sakemm dawk iċ-ċentri joperaw skond il-gwidi nazzjonali għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista' jitqiegħed fis-suq f'dawk l-Istati Membri li fihom inħarġu tali awtorizzazzjonijiet.

2.   L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ gwidi nazzjonali għal prassi tajba għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd minn operaturi tan-negozju ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 4

Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż

1.   Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż kif ġej:

(a)

XL-kbir ħafna: piż ≥ 73 g;

(b)

L-kbir: piż ≥ 63 g u < 73 g;

(c)

M-medju: piż ≥ 53 g and < 63 g;

(d)

S-żgħir: piż < 53 g;

2.   Il-klassifika skond il-piż għandha tkun indikata permezz ta’ l-ittri jew it-termini korrispondenti kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew permezz ta’ taħlita tat-tnejn, li tista' tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw indikazzjonijiet oħra addizzjonali, sakemm ma jkunx hemm iċ-ċans li tali indikazzjonijiet ikunu żbaljati ma’ l-ittri jew it-termini definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn il-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jkun ippakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż minimu nett tal-bajd għandu jingħata fi grammi u l-indikazzjoni “Bajd ta’ qisien differenti” jew termini ekwivalenti għandha tidher fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 5

L-awtorizzazzjoni taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.   Huma biss l-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu li għandhom ikunu awtorizzati bħala ċentri għall-ippakkjar fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

2.   L-awtorità kompetenti għandha talloka kodiċi għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, b'kodiċi tal-bidu għall-Istat Membru konċernat kif speċifikat fil-punt 2.2 ta’ l-Anness mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE (10).

3.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom it-tagħmir tekniku neċessarju biex jiżgura li l-bajd jiġi mmaniġġjat sewwa. Dan għandu jinkludi kif jixraq:

(a)

tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati biex jippermetti li l-kwalità ta’ kull bajda tiġi eżaminata għaliha weħidha, jew tagħmir ieħor li jkun jixraq;

(b)

apparati biex ikejlu l-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja;

(c)

tagħmir biex jagħżel il-bajd skond il-piż;

(d)

miżien approvat wieħed jew aktar biex jiżen il-bajd;

(e)

tagħmir biex jimmarka l-bajd.

Artikolu 6

Limitu ta’ żmien għal klassifikazzjoni, l-immarkar, l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti

1.   Il-bajd għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart ijiem wara li jkun inbied.

2.   Il-bajd li jitqiegħed fis-suq skond l-Artikolu 14 għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien erbat ijiem wara li jkun inbied.

3.   Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel msemmija fl-Artikolu 12(1)(d) għandha tkun immarkata waqt l-ippakkjar skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 7

Informazzjoni li tintwera fuq l-ippakkjar għat-trasport

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fis-sit ta’ produzzjoni, kull ippakkjar għat-trasport li jkun fih il-bajd għandu jkun identifikat mill-produttur permezz ta':

(a)

l-isem u l-indirizz tal-produttur;

(b)

il-kodiċi tal-produttur;

(c)

l-għadd tal-bajd u/jew il-piż tiegħu;

(d)

id-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

(e)

id-data ta’ meta ntbagħat.

Fil-każ ta’ ċentri ta’ l-ippakkjar ipprovduti b'bajd mhux ippakkjat mill-entitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinsabu fl-istess post, l-identifikazzjoni fuq il-kontenituri tista' ssir fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun applikata lill-ippakkjar għat-trasport u tkun tinsab fid-dokumenti li jakkumpanjaw. Kopja ta’ dawn id-dokumenti għandha tinżamm minn kwalunkwe operatur li jintervjeni u li għandu jrid jitwassal il-bajd. L-oriġinali tad-dokumenti li jakkumpanjaw għandhom jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jikklassifika l-bajd.

Fejn lottijiet li jaslu għand kollettur jinqasmu mill-ġdid għal tqassim lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkumpanjaw jistgħu jkunu sostitwiti minn tikketti għall-kontenituri tat-trasport xierqa, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 applikata għall-ippakkjar tat-trasport m'għandhiex tinbidel u għandha tibqa' fuq l-ippakkjar għat-trasport sa ma jitneħħa l-bajd sabiex immedjatament ikun ikklassifikat, immarkat u ippakkjat.

Artikolu 8

L-immarkar tal-bajd għal tqassim minn fruntiera għal oħra

1.   Il-bajd li jitqassam minn sit tal-produzzjoni għal kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar, jew industrija li mhijiex ta’ l-ikel li tinsab fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma jħalli s-sit tal-produzzjoni.

2.   Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-sit tal-produzzjoni jista' jagħti eżenzjoni mir-rekwiżit previst fil-paragrafu 1, fejn il-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar fi Stat Membru ieħor li jkun jeħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Tali eżenzjoni tista' tingħata biss fuq it-talba taż-żewġ operaturi konċernati u bi ftehim miktub minn qabel ta’ l-Istat Membru fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F'tali każijiet, kopja tal-kuntratt ta’ konsenja għandu jakkumpanja l-konsenja.

3.   It-tul minimu tal-kuntratti ta’ konsenji msemmija fil-paragrafu 2 ma jistax ikun ta’ anqas minn xahar.

4.   Is-servizzi ta’ spezzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, ta’ l-Istati Membri konċernati, u ta’ kwalunkwe Stati Membri ta’ tranżitu, għandhom ikunu nfurmati qabel ma tingħata eżenzjoni skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Il-bajd tal-Klassi B li jitqiegħed fis-suq fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u, fejn xieraq, ikollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li tkun tista' ssir distinzjoni faċli mill-bajd tal-Klassi A.

Artikolu 9

Il-kodiċi tal-produttur

1.   Il-kodiċi tal-produttur għandu jikkonsisti fil-kodiċi u l-ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan għandu jkun jidher faċilment u jinqara b'mod ċar u jkollu għoli ta’ l-anqas ta’ 2 mm.

2.   Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli li l-bajd maqsum jew maħmuġ ikun immarkat, mhux se jkun obbligatorju li jsiru l-marki bil-kodiċi tal-produttur.

Artikolu 10

Indikazzjonijiet dwar il-bajd tal-Klassi B

L-indikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tkun ċirku b'dijametru ta’ mill-anqas 2 mm madwar l-ittra “B” għolja ta’ l-anqas 5 mm, jew tikka kkulurita li tkun tidher faċilment b'dijametru ta’ mill-anqas 5 mm.

Artikolu 11

L-immarkar tal-bajd li jitwassal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel

1   Sat-30 ta’ Ġunju 2008, l-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 mhux se japplikaw għall-bajd prodott fil-Komunità, li jinġabar mill-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel li hu innifsu huwa approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, direttament mill-fornituri normali tiegħu. F'dak il-każ, il-konsenja tkun taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ l-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel, li b'dan il-mod għandu ukoll r-responsabbiltà li l-bajd jużah biss għall-ipproċessar.

2.   Mill-1 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-operaturi fuq it-talba tagħhom mill-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn il-bajd jitwassal direttament mis-sit ta’ produzzjoni lejn l-industrija ta’ l-ikel.

Artikolu 12

L-immarkar tal-pakketti

1.   Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandu jkollhom:

(a)

il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b)

il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti jistgħu jiġu identifikati jew bil-kliem “Klassi A” jew bl-ittra “A” kemm jekk waħidhom jew flimkien mal-kelma “frisk”;

(c)

il-klassifikazzjoni tal-piż skond l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

il-kliem “bajd maħsul” għal bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

bħala kundizzjoni speċjali skond l-Artikolu 3(1)(6) tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tagħti parir lill-konsumaturi biex iżommu l-bajd imkessaħ wara li jinxtara.

2.   Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u li tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom il-metodu ta’ trobbija.

Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, għandhom jintużaw it-termini li ġejjin biss:

(a)

għaltrobbija konvenzjonali, it-termini stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness I, u biss jekk jitwettqu l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II;

(b)

għalproduzzjoni organika, it-termini stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (11).

It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur għandha tkun spjegata fuq jew fin-naħa ta’ ġewwa tal-pakkett.

Fejn it-tiġieġ tal-bajd jinżammu f'sistemi ta’ produzzjoni skond ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija jista' jkun ikkumplimentat minn wieħed mill-indikazzjonijiet imsemmija fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-paragrafu 2 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness II, li jistgħu jgħoddu biss għal produtturi ta’ l-Istati Membri kkonċernati u bil-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja.

4.   Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi B fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom:

(a)

il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b)

il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti għandhom ikunu identifikati jew bil-kliem “Klassi B” jew bl-ittra “B”;

(c)

id-data ta’ l-ippakkjar;

5.   Għall-pakketti tal-bajd prodott fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li t-tikketti jitwaħħlu b'tali mod sabiex jitqattgħu meta l-pakketti jinfetħu.

Artikolu 13

Indikazzjoni tad-data minima ta’ kemm iservi prodott

Id-data minima ta’ kemm iservi prodott imsemmija fl-Artikolu3(1)(5) tad-Direttiva2000/13/KE għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun inbied. Fejn ikun indikat il-perjodu tal-bidien, id-data minima ta’ kemm iservi prodott għandha tkun determinata mill-ewwel jum ta’ dak il-perjodu.

Artikolu 14

Il-pakketti mmarkati bħala “extra”

1.   Il-kliem “extra” jew “extra fresh” jistgħu jintużaw bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ kwalità fuq il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A sad-disa' jum wara li jinbied il-bajd.

2.   Fejn jintużaw l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, id-data ta’ meta l-bajd ikun inbied u l-limitu ta’ żmien ta’ disat ijiem għandu jintwera fuq il-pakkett b'tali mod li jidher faċilment u jinqara b'mod ċar.

Artikolu 15

Indikazzjoni dwar kif jingħalfu t-tiġieġ tal-bajd

Fejn tintuża indikazzjoni dwar il-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a)

referenza tista' ssir għal ċereali bħala ingredjent ta’ l-għalf biss meta dawn ikunu jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % bil-piż mir-riċetta ta’ l-għalf li tingħata, li minnu mhux aktar minn 15 % ta’ prodotti li joħorġu miċ-ċereali.

(b)

mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % imsemmi fil-punt (a), fejn issir referenza għal ċereali speċifiku, għandu jammonta għal ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Jekk issir referenza speċifika għal aktar minn ċereali wieħed, kull wieħed għandu jammonta għal ta’ l-anqas 5 % tar-riċetta ta’ l-għalf.

Artikolu 16

Informazzjoni li għandha tintwera għal bajd li jinbiegħ farrad

Għal bajd li jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b'tali mod li tkun tidher faċilment u tinqara b'mod ċar mill-konsumatur:

(a)

il-klassifikazzjoni skond il-kwalità;

(b)

il-klassifikazzjoni skond il-piż skond l-Artikolu 4;

(c)

indikazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 12(2);

(d)

spjegazzjoni dwar it-tifsira tal-kodiċi ta’ produzzjoni;

(e)

id-data minima ta’ kemm iservi prodott.

Artikolu 17

Il-kwalità tal-pakketti

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu kontra l-iskossi, xotti, indaf u fi stat tajjeb, u magħmula minn materjali li jipproteġu l-bajd minn irwejjaħ barranin u mir-riskju ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 18

Bajd industrijali

Il-bajd industrijali għandu jitqiegħed fis-suq f'kontenituri għall-ippakkjar bi strixxa jew tikketta ħamra.

Dawn l-istrixxi u tikketti għandhom juru:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li għalihom huwa intenzjonat il-bajd;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd;

(c)

Il-kliem “bajd industrijali” f'ittri majjuskoli b'għoli ta’ 2 mm, u l-kliem “mhux tajbin għal konsum uman” f'ittri b'għoli ta’ mill-anqas 8 mm.

Artikolu 19

L-ippakkjar mill-ġdid

Il-bajd ippakkjat tal-Klassi A jista' jerġa' jkun ippakkjat biss minn ċentri ta’ l-ippakkjar. Kull pakkett għandu jkun fih biss bajd ta’ lott wieħed.

Artikolu 20

Reġistri li jridu jinżammu mill-produtturi

1.   Il-produtturi għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija, u għal kull metodu ta’ trobbija li intuża għandhom jispeċifikaw:

(a)

id-data tat-tqegħid, l-età waqt it-tqegħid u l-għadd tat-tiġieġ tal-bajd;

(b)

id-data tal-qatla u l-għadd ta’ tiġieġ maqtula;

(c)

il-produzzjoni ta’ kuljum ta’ bajd;

(d)

l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li nbiegħ għal kull jum jew li twassal kuljum b'mezzi oħra;

(e)

l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja.

2.   Fejn ikun indikat il-metodu ta’ l-għalf skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fil-parti A.III ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja, u jispeċifikaw għal kull metodu ta’ għalf li ntuża:

(a)

il-kwantità u t-tip ta’ l-għalf provdut u/jew imħallat fil-post;

(b)

id-data meta wasal l-għalf.

3.   Fejn produttur juża metodi ta’ trobbija differenti f'sit wieħed ta’ produzzjoni, l-informazzjoni msemmija f'paragrafi 1 u 2 għandha titqassam skond il-gallinar.

4.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, il-produtturi jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

Artikolu 21

Reġistri li jridu jinżammu mill-kolletturi

1.   Il-kolletturi għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

(a)

il-kwantità ta’ bajd li jiġbru, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

(b)

il-kwantità ta’ bajd imqassma liċ-ċentri rilevanti ta’ l-ippakkjar, skond il-produttur, bl-isem, l-indirizz, l-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd.

2.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, l-entitajiet reponsabbli mill-ġbir jistgħu jżommu fajls ta’ fatturi u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat fil-paragrafu1.

Artikolu 22

Reġistri li jridu jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1.   Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

(a)

il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li jirċievu, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

(b)

wara li l-bajd ikun ikklassifikat, il-kwantitajiet skond il-klassifikazzjoni tal-kwalità u l-piż;

(c)

il-kwantitajiet ta’ bajd ikklassifikat li jirċievu mingħand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott;

(d)

il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikati li jitwasslu għand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, imqassma skond il-produttur, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

(e)

l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li twassal, ikklassifikat skond il-kwalità u l-piż, fil-każ tal-bajd tal-Klassi B id-data ta’ l-ippakkjar jew fil-każ tal-bajd tal-Klassi A d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott, u skond ix-xerrej, bl-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar, ta’ kull ġimgħa, għandhom jaġġornaw ir-reġistru ta’ l-istokk fiżiku.

2.   Fejn il-bajd tal-Klassi A u l-pakketti tagħhom għandhom indikazzjoni dwar kif jintgħalef it-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw tali indikazzjonijiet għandhom iżommu reġistri separati skond il-paragrafu 1.

3.   Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri

Reġistri u fajls imsemmija fl-Artikoli 7(2), 20, 21 u 22 għandhom jinżammu għal ta’ l-anqas tnax-il xahar mid-data ta’ meta nħolqu.

Artikolu 24

1.   Minbarra l-kampjunar aleotorju, l-operaturi għandhom ikunu spezjonati bi frekwenza li għandha tkun determinata mis-servizzi ta’ spezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 li jqisu, ta’ l-anqas:

(a)

ir-riżultati tal-kontrolli ta’ qabel;

(b)

il-kumplessità tal-mezzi għall-kummerċjalizzazzjoni li jgħaddi minnhom il-bajd;

(c)

il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar;

(d)

il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat;

(e)

kwalunkwe tibdil sostanzjali mis-snin ta’ qabel fit-tip ta’ bajd prodott jew ipproċessat jew fil-metodu tal-kummerċjalizzazzjoni.

2.   L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22 għandhom ikunu disponibbli fuq l-ewwel talba għas-servizzi ta’ spezzjoni.

Artikolu 25

Deċiżjonijiet dwar nuqqas ta’ konformità

1.   Deċiżjonijiet mis-servizzi ta’ spezzjoni wara l-ispezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 li jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie ċċekkjat.

2.   Fejn il-grupp ikkontrollat ikun meqjus illi ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ spezzjoni għandu jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, għajr jekk u sakemm tingħata prova illi kienet saret konformi ma’ dan ir-Regolament.

3.   Is-servizz ta’ spezzjoni li jkun għamel il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat kienx qed isir jew qiegħed isir konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Tolleranza lejn id-difetti fil-kwalità

1.   It-tolleranzi li ġejjin se jkunu permessi meta jkunu ċċekjati lottijiet ta’ bajd tal-Klassi A:

(a)

fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, ftit qabel ma jitilqu: 5 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità;

(b)

fl-istadji l-oħra tal-kummerċjalizzazzjoni: 7 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità.

2.   Għal bajd li jitqiegħed fis-suq bħala “extra” jew “extra fresh”, m'hi se tingħata l-ebda tolleranza għall-għoli tal-kobor ta’ l-arja fil-ħin ta’ l-ippakkjar jew ta’ l-importazzjoni.

3.   Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

Artikolu 27

Tolleranza fil-piż tal-bajd

1.   Minbarra fil-każ previst fl-Artikolu 4(3), waqt il-verifika ta’ bajd tal-Klassi A, għandha tingħata tolleranza fir-rigward tal-piż għal kull bajda. Tali lottijiet jista' jkun fihom mhux aktar minn 10 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ piż li jkunu viċin ta’ dak immarkat fuq il-pakkett, iżda mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ bajd inferjuri li jmiss.

2.   Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

Artikolu 28

Tolleranza fl-immarkar tal-bajd

Għandu jkun hemm tolleranza ta’ 20 % għall-bajd b'marki li ma jinqrawx fil-verfika tal-lottijiet u pakketti.

Artikolu 29

Bajd fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

Bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni jista' jsir konformi ma’ rekwiżiti differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwalità, l-immarkar u t-tikkettjar, jew b’rekwiżiti addizzjonali.

Artikolu 30

Bajd importat

1.   Kwalunkwe evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti li jinsabu f'dan ir-Regolament jintlaħqux b'mod effettiv mill-operaturi fil-pajjiżi terzi konċernati. Din għandha tkun aġġornata regolarment.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Il-bajd importat minn pajjiżi terzi għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini skond il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166.

3.   Il-pakketti li jkun fihom il-bajd importat minn pajjiżi li ma joffrux biżżejjed garaniziji fl-ekwivalenza ta’ regoli kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandu jkollhom fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar:

(a)

il-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b)

il-metodu tat-trobbija bħala “standard mhux tal-KE”.

Artikolu 31

Ir-rappurtaġġ

Ta’ kull sena, qabel l-ewwel ta’ April, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, dwar l-għadd ta’ siti ta’ produzzjoni bi tqassim tal-metodi tat-trobbija, u jinkludu l-kapaċità massima ta’ l-istabbiliment fl-għadd ta’ għasafar preżenti f'ħin wieħed.

Artikolu 32

Notifika dwar il-ksur

Permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, dwar kwalunkwe ksur li jkun instab mis-servizzi ta’ spezzjoni, jew kwalunkwe suspett serju dwar dan, li jistgħu jeffettwaw il-kummerċ tal-bajd intra-Komunitarju. Il-kummerċ intra-Komunitarju huwa meqjus li jkun effettwat partikolarment fil-każ ta’ ksur serju minn operaturi li jipproduċu jew iqiegħdu fis-suq bajd biex jinbiegħ fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 33

Eċċezzjonijiet għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(3), il-bajd intenzjonat għal bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra, jista' jintbagħat imkessaħ lejn dawk id-dipartimenti. F'dak il-każ, id-data sa meta għandu jinbiegħ tista' tiġi estiża sa 33 jum.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12 u 16, għandu jkun jidher il-kliem “bajd imkessaħ” u d-dettalji dwar it-tkessiħ għandhom jingħataw fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

Il-marka li tiddistingwi l-“bajd imkessaħ” għandha tkun triangolu ekwilaterali b'kull naħa twila ta’ l-anqas 10 mm.

Artikolu 34

Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja

Il-bajd li jinbiegħ direttament mill-produttur lill-bejjiegħa bl-imnut fir-reġjuni msemmija fl-Anness III għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-metodu ta’ trobbija għandu jkun identifikat kif jixraq skond l-Artikoli 12(2) u 16(c) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

L-evalwazzjoni ta’ prassi rigward ċertu tikkettjar volontarju

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni se tevalwa l-użu li jsir mit-tikkettjar volontarju skond l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2), sabiex, jekk ikun hemm bżonn dan isir obbligatorju.

Artikolu 36

Ir-revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 hu rrevokat b'seħħ mill-1 ta’ Lulju 2007.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 37

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2007.

L-Artiklu 33 għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2001/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 39).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(5)  The EFSA Journal (2005) 269, 1-39.

(6)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

(7)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

(8)  ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament irrevokat bir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 b'effett mill-1 ta’ Lulju 2007.

(9)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(10)  ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

(11)  ĠU L 198, 22. 7.1991, p. 1.


ANNESS I

PARTI A

Termini msemmija fl-Artikolu 12(2) għal punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2):

Kodiċi lingwi

1

2

3

BG

“яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито”

“яйца от кокошки – подово отглеждане”

“яйца от кокошки – клетъчно отглеждане”

ES

“Huevos de gallinas camperas”

“Huevos de gallinas criadas en el suelo”

“Huevos de gallinas criadas en jaula”

CS

“Vejce nosnic ve volném výběhu”

“Vejce nosnic v halách”

“Vejce nosnic v klecích”

DA

“Frilandsæg”

“Skrabeæg”

“Buræg”

DE

“Eier aus Freilandhaltung”

“Eier aus Bodenhaltung”

“Eier aus Käfighaltung”

ET

“Vabalt peetavate kanade munad”

“Õrrekanade munad”

“Puuris peetavate kanade munad”

EL

“Αυγά ελεύθερης βοσκής”

“Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής”

“Αυγά κλωβοστοιχίας”

EN

“Free range eggs”

“Barn eggs”

“Eggs from caged hens”

FR

“Oeufs de poules élevées en plein air”

“Oeufs de poules élevées au sol”

“Oeufs de poules élevées en cage”

GA

“Uibheacha saor-raoin”

“Uibheacha sciobáil”

“Uibheacha ó chearca chúbarnaí”

IT

“Uova da allevamento all'aperto”

“Uova da allevamento a terra”

“Uova da allevamento in gabbie”

LV

“Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas”

“Kūtī dētas olas”

“Sprostos dētas olas”

LT

“Laisvai laikomų vištų kiaušiniai”

“Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai”

“Narvuose laikomų vištų kiaušiniai”

HU

“Szabad tartásban termelt tojás”

“Alternatív tartásban termelt tojás”

“Ketreces tartásból származó tojás”

MT

“Bajd tat-tiġieg imrobbija barra”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’l-art”

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija filgaġeġ”

NL

“Eieren van hennen met vrije uitloop”

“Scharreleieren”

“Kooieieren”

PL

“Jaja z chowu na wolnym wybiegu”

“Jaja z chowu ściółkowego”

“Jaja z chowu klatkowego”

PT

“Ovos de galinhas criadas ao ar livre”

“Ovos de galinhas criadas no solo”

“Ovos de galinhas criadas em gaiolas”

RO

“Ouă de găini crescute în aer liber”

“Ouă de găini crescute în hale la sol”

“Ouă de găini crescute în baterii”

SK

“Vajcia z chovu na voľnom výbehu”

“Vajcia z podostieľkového chovu”

“Vajcia z klietkového chovu”

SL

“Jajca iz proste reje”

“Jajca iz hlevske reje”

“Jajca iz baterijske reje”

FI

“Ulkokanojen munia”

“Lattiakanojen munia”

“Häkkikanojen munia”

SV

“Ägg från utehöns”

“Ägg från frigående höns inomhus”

“Ägg från burhöns”


PARTI B

Termini msemmija fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2)

Il-kodiċi tal-lingwi

 

BG

“уголемени клетки”

ES

“Jaulas acondicionadas”

CS

“Obohacené klece”

DA

“Stimulusberigede bure”

DE

“ausgestalteter Käfig”

ET

“Täiustatud puurid”

EL

“Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί”

EN

“Enriched cages”

FR

“Cages aménagées”

GA

“Cásanna Saibhrithe”

IT

“Gabbie attrezzate”

LV

“Uzlaboti būri”

LT

“Pagerinti narveliai”

HU

“Feljavított ketrecek”

MT

“Gaġġeg arrikkiti”

NL

“Aangepaste kooi” of “Verrijkte kooi”

PL

“Klatki ulepszone”

PT

“Gaiolas melhoradas”

RO

“Cuști îmbunătățite”

SK

“Obohatené klietky”

SL

“Obogatene kletke”

FI

“Varustellut häkit”

SV

“Inredd bur”


ANNESS II

Rekwiżiti minimi għal sistemi ta' produzzjoni għad-diversi metodi ta' produzzjoni tal-bajd

1.

“Bajd tat-tiġieg imrobbija barra” għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE.

Partikolarment iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-tiġieġ għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal biċċiet ta' art fil-beraħ. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jċaħħadx produttur milli jirrestrinġi l-aċċess għal perjodu ta' żmien limitat fis-sigħat ta' filgħodu skond il-prassi tajba tas-soltu għall-biedja, li jinkludu t-trobbija ta' l-annimali.

Fil-każ ta' aktar restrizzjonijiet, li jinkludu restrizzjonijiet veterinarji, adottati taħt id-dritt Komunitarju biex titħares is-saħħa pubblika u ta' l-annimali, li għandhom l-effett li jirrestrinġu l-aċċess tat-tiġieġ għal biċċiet ta' art fil-beraħ, il-bajd jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala “bajd tat-tiġieg imrobbija fil-beraħ” sakemm iddum ir-restrizzjoni, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal aktar minn tnax-il ġimgħa;

(b)

il-biċċiet ta' art fil-beraħ li għalihom it-tiġieġ ikollhom aċċess iridu jkunu miksija l-aktar bil-ħaxix u ma jintużawx għall-ebda skop ieħor għajr bħala ġonna tal-frott, imsaġar u mergħat tal-bhejjem jekk dawn ta' l-aħħar ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti;

(c)

id-densità massima tal-bhejjem għall-biċċiet ta' art fil-beraħ ma tistax tkun ta' aktar minn 2 500 tiġieġa għal kull ettaru ta' art disponibbli għat-tiġieġ jew tiġieġa waħda għal kull 4 m2 il-ħin kollu. Iżda, meta għallinqas 10 m2 għal kull tiġieġa jkunu disponibbli u fejn tintuża r-rotazzjoni u t-tiġieġ jingħataw aċċess indaqs għaż-żona kollha matul il-ħajja tal-qatgħa, kull reċint użat għandu f'kull ħin jiżgura ta' l-anqas 2,5 m2 għal kull tiġieġa;

(d)

il-biċċiet ta' art fil-beraħ ma jistgħux jestendu lil hinn minn raġġ ta' 150 m mill-eqreb fetħa tal-bini. Madankollu estensjoni ta' sa 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini tkun permissibbli sakemm għadd bizzejjed ta' postijiet ta' kenn kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(3)(b)(ii) tad-Direttiva 1999/74/KE ikunu mqassma f'distanzi ndaqs matul il-ftuħ kollu kemm hu b'ta' l-anqas erba' postijiet ta' kenn kull ettaru.

2.

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma' l-art” għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE.

3.

“Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ” għandu jiġi prodott f'azjendi tat-tjur li jissodisfaw ta' l-anqas:

il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE sal-31 ta’ Diċcembru 2011, jew

il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

4.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-punti 1. u 2. ta' dan l-Anness għall-istabbilimenti b'anqas minn 350 tiġieġ tal-bajd jew jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija fir-rigward ta' l-obbligi msemmija fit-tieni sentenza tal-punt 1(d) u fil-punti 1(e), 2, 3(a)(i) u 3(b)(i) ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/74/KE.


ANNESS III

Ir-Reġjuni tal-Finlandja msemmija fl-Artikolu 34

Il-provinċji ta':

Lappi,

Oulu,

ir-reġjuni ta' Karelia ta' Fuq u Savo ta' Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant,

Åland.


ANNESS IV

It-tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 36

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 5

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 6

Artikolu 2(4)

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8(1) sa (4)

Artikolu 6

Artikolu 8(5)

Artikolu 8

Artikolu 8(6)

Artikolu 8(7)

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10

Artikolu 12(4)(c)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 14

Artikolu 13 (1) u (3)

Artikolu 12

Artikolu 13(2)

Artikolu 16

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 30

Artikolu 17

Artikolu 12

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 14

Artikolu 21

Artikolu 19

Artikolu 22

Artikolu 2(4)

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 20

Artikolu 25(1), (2) u (3)

Artikolu 21

Artikolu 25(4)

Artikolu 24

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27

L-Artikoli 7 (2) Artikolu 22

Artikolu 28

Artikolu 29

Artikolu 32

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 32

Artikolu 33

Artikolu 26

Artikolu 34

Artikolu 27

Artikolu 35

Artikolu 4

Artikolu 36

Artikolu 17

Artikolu 37

Artikolu 38

Artikolu 36

Artikolu 39

Artikolu 37

ANNESS I

ANNESS II

ANNESS I

ANNESS III

ANNESS II

ANNESS IV

Artikolu 15

ANNESS V


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 558/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ l-annimali bovini maskili ta’ età żgħira għat-tismin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), partikolarment l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi,

(1)

L-iskeda CXL tal-WTO tirrikjedi illi l-Komunità tiftaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 169 000 annimal bovin maskili għat-tismin. Madankollu, bħala riżultat tan-negozjati li wasslu għall-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-Istati Membri kollha aġġustament ta’ dik il-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għal 24 070 ras.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati għall-ftuħ u l-immaniġġjar ta’ din il-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għall-perjodi li jibdew mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

(3)

Skond l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, l-importazzjonijiet fil-Komunità għandhom ikunu mmanniġġjati permezz tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni. Madankollu, huwa xieraq li l-kwota tiġi mmaniġġjata billi d-drittijiet għall-importazzjoni jiġu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni bħala t-tieni pass, kif previst fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli mmaniġġjati minn sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (4). B'dan il-mod, l-operaturi li kisbu d-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu kapaċi jiddeċiedu, matul il-perjodu tal-kwota, il-waqt meta huma jixtiequ japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, fid-dawl tal-flussi reali tagħhom ta’ kummerċ. F'kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni.

(4)

Għandhom jiġu stipulati regoli dwar is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tingħata fl-applikazzjonijiet u fil-liċenzji, fejn meħtieġ biż-żieda ta’ deroga jew permezz tagħha, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzi ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 (5) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6).

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jistipula b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni, l-istatus ta’ l-applikanti u l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw, mill-1 ta’ Lulju 2007, għal dawk il-liċenzji ta’ l-importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(6)

Bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-kwota għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi sabiex dawn ikunu jistgħu juru li huma ġenwinament jimpurtaw kwantitajiet ta’ skala sinifikanti minn pajjiżi terzi. Fid-dawl ta’ dan u sabiex ikun żgurat immaniġġjar effiċjenti, il-kummerċjanti kkonċernati huma meħtieġa jimpurtaw minimu ta’ 50 annimal matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, peress li konsenja ta’ 50 annimal tista' titqies bħala konsenja vijabbli kummerċjalment. Minbarra dan, għal raġunijiet amministrattivi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jaċċettaw kopji ċċertifikati tad-dokumenti li jippruvaw l-eżistenza tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

(7)

Ukoll bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni, għandha tiġi stabbilita garanzija għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni, għandu jiġi stabbilit li l-liċenzji ta’ l-importazzjoni mhumiex trasferibbli u li l-liċenzji għandhom jinħarġu lil kummerċjanti għall-kwantitajiet li ġew attribwiti bi drittijiet ta’ l-importazzjoni biss.

(8)

Sabiex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni kollha allokati, għandu jiġi stabbilit li l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal liċenzja għall-kwantitajiet allokati tikkostitwixxi, fir-rigward tal-garanzija fuq id-drittijiet ta’ l-importazzjoni, rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (7).

(9)

L-esperjenza turi li l-immaniġġjar xieraq tal-kwota jeħtieġ ukoll illi l-detentur titolari tal-liċenzja jkun importatur ġenwin. Għalhekk, dan l-importatur għandu jipparteċipa b'mod attiv fix-xiri, fit-trasport u fl-importazzjoni ta’ l-annimali kkonċernati. Il-preżentazzjoni tal-prova ta’ dawn l-attivitajiet għandha għalhekk tkun rekwiżit primarju rigward il-garanzija tal-liċenzja, fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

(10)

L-applikazzjoni ta’ din il-kwota tariffarja teħtieġ kontrolli effettivi dwar id-destinazzjoni speċifika ta’ l-annimali impurtati. Għalhekk l-annimali għandhom jiġu msemmnin fl-Istat Membru li jkun alloka d-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

(11)

Għandha tiġi ppreżentata garanzija sabiex jiġi żgurat illi l-annimali jissemmnu ta’ l-inqas għal 120 jum fl-unitajiet magħżula għall-produzzjoni. L-ammont tal-garanzija għandu jkopri d-differenza bejn id-Dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali kkonċernati.

(12)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 24 070 annimal bovin maskili ta’ età żgħira li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 90 05, 0102 90 29 jew 0102 90 49 u li huma maħsuba għat-tismin fil-Komunità qiegħda b'dan tinfetaħ kull sena għal perjodi li jibdew mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara ('perjodi tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni').

Din il-kwota tariffarja għandu jkollha n-numru ta’ l-ordni 09.4005.

2.   Id-dazju tad-dwana fuq l-importazzjoni applikabbli skond il-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 16 % ad valorem flimkien ma’ EUR 582 għal kull tunnellata netta.

Ir-rata tad-dazju prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika bil-kundizzjoni li l-annimali impurtati jiġu msemmnin ta’ l-inqas għal 120 jum fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Artikolu 2

1.   Il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun immaniġġjata billi d-drittijiet ta’ l-importazzjoni jiġu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni bħala t-tieni pass.

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1445/95; Nru 1291/2000 u (KE) Nru 1301/2006, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għandhom jippruvaw li huma impurtaw ta’ l-inqas 50 annimal koperti bil-kodiċi NM 0102 90 matul kull wieħed miż-żewġ perjodi ta’ referenza msemmija f'dak l-Artikolu u li huma kienu kummerċjalment u loġistikament responsabbli għax-xiri, it-trasport u l-approvazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali kkonċernati.

Evidenza għal dawn il-kundizzjonijiet għandha tiġi pprovduta permezz ta':

(a)

kopji tad-dokumenti msemmija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, iċċertifikat kif xieraq mill-awtorità kompetenti;

(b)

il-fattura kummerċjali oriġinali jew kopja awtentika magħmula f'isem id-detentur titolari mill-bejjiegħ jew mir-rappreżentant tiegħu, it-tnejn stabbiliti fil-pajjiż terz ta’ l-esportazzjoni, u prova tal-ħlas mid-detentur titolari jew il-ftuħ mid-detentur titolari ta’ kreditu dokumentarju irrevokabbli favur il-bejjiegħ,

(c)

il-polza tat-tagħbija jew, fejn applikabbli, id-dokument tat-trasport bit-triq jew bl-ajru, maħruġ f'isem id-detentur titolari, għall-annimali kkonċernati.

2.   Kumpanija ffurmata mill-inkorporazzjoni ta’ kumpaniji kull waħda b'importazzjoni ta’ referenza konformi mal-kwantità minima li jirreferi għaliha l-paragrafu 1, tista’ tuża dawk l-importazzjonijiet ta’ referenza bħala prova ta’ kummerċ.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mhux iktar tard mis-13:00, ħin ta’ Brussell, fl-1 ta’ Ġunju ta’ qabel il-perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni kkonċernat.

2.   Garanzija ta’ EUR 3 għal kull ras relatata mad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità kompetenti flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   Mhux iktar tard mill-16:00, ħin ta’ Brussell, fil-ħames jum ta’ xogħol wara tmiem il-perjodu għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet totali ta’ l-applikazzjonijiet.

Artikolu 5

1.   Id-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba' jum ta’ xogħol u mhux iktar tard mis-16-il jum ta’ xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmija fl-Artikolu 4(3).

2.   Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jirreferi għalih l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'inqas allokazzjoni ta’ drittijiet ta’ l-importazzjoni minn kemm ġie applikat għaliha, il-garanzija ddepożitata skond l-Artikolu 4(2) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

Artikolu 6

1.   Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skond il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali allokata. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi rekwiżit primarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni jistgħu jiġu ddepożitati biss ma’ l-Istat Membru fejn l-applikant applika u kiseb drittijiet ta’ l-importazzjoni li jaqgħu taħt il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1).

Kull ħruġ ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet ta’ l-importazzjoni miksuba u l-garanzija ddepożitata skond l-Artikolu 4(2) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

2.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu ma’ l-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni.

3.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

(a)

f’kaxxa 8, il-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b)

f’kaxxa 16, wieħed jew iktar mill-kodiċi NM li ġejjin: 0102 90 05, 0102 90 29 jew 0102 90 49;

(c)

f’kaxxa 20, in-numru ta’ l-ordni tal-kwota (09.4005) u waħda mill-awtorizzazzjonijiet elenkati fl-Anness I.

Artikolu 8

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet derivati mil-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skond dan ir-Regolament m'għandhomx ikunu trasferibbli.

2.   L-għoti tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandha tkun soġġetta għal depożitu ta’ garanzija ta’ EUR 12 ir-ras li l-applikant għandu jiddepożita flimkien ma’ l-applikazzjoni għal-liċenzja.

3.   Permezz ta’ deroga mid-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tiġi rrilaxxata sakemm tiġi ppreżentata prova li d-detentur titolari tal-liċenzja kien responsabbli kummerċjalment u loġistikament mix-xiri, mit-trasport u mill-approvazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-annimali kkonċernati, kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

1.   Mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-importatur għandu jipprovdi prova li jkun:

(a)

ta impenn bil-miktub li jgħarraf fi żmien xahar lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn tinsab l-azjenda, jew l-azjendi, li fiha għandu jsir it-tismin ta’ l-annimali bovini ta’ età żgħira;

(b)

iddepożita garanzija għall-ammont kif stipulat għal kull kodiċi NM eliġibbli fl-Anness II għand l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru. It-tismin ta’ l-annimali impurtati f'dak l-Istat Membru ta’ l-inqas għal 120 jum mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, huwa rekwiżit primarju fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

2.   Minbarra f'każijiet ta’ force majeure, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tiġi rrilaxxata biss jekk tingħata prova lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li l-annimali bovini ta’ età żgħira:

(a)

ġew imsemmnin fl-azjenda, jew azjendi, indikata skond il-paragrafu 1;

(b)

ma ġewx maqtula qabel ma għadda perjodu ta’ 120 jum mid-data ta’ l-importazzjoni; jew

(c)

ġew maqtula għal raġunijiet ta’ saħħa jew mietu b'riżultat ta’ mard jew inċident qabel ma jkun għadda dan il-perjodu.

Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata minnufih wara li tkun ġiet fornita din il-prova.

Madankollu, meta ma jkunx ġie osservat il-limitu taż-żmien msemmi fil-paragrafu 1, il-garanzija li trid tiġi rrilaxxata għandha titnaqqas bi:

15 %, u bi

2 % tal-bqija ta’ l-ammont għal kull estensjoni b'jum tal-limitu taż-żmien.

L-ammonti mhux rilaxxati għandhom jiġu ċeduti.

3.   Jekk il-prova msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix pprovduta fi żmien 180 jum mid-data ta’ l-importazzjoni, il-garanzija għandha tiġi ċeduta.

Madankollu, jekk din il-prova ma tiġix ipprovduta fi żmien 180 jum previsti fl-ewwel subparagrafu imma tiġi pprovduta fi żmien sitt xhur wara dak il-perjodu, l-ammont ċedut, imnaqqas bi 15 % tal-garanzija, għandu jitħallas lura.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet gurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(5)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1965/2006 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 27).

(6)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(7)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006.


ANNESS I

L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3)(c)

:

bil-Bulgaru

:

Живи мъжки животни от рода на едрия рогат добитък с живо тегло ненадвишаващо 300 кг за глава добитък, предназначени за угояване [Регламент (ЕО) № 558/2007]

:

bl-Ispanjol

:

Bovinos machos vivos de peso vivo inferior o igual a 300 kg [Reglamento (CE) no 558/2007]

:

biċ-Ċek

:

Živí býci s živou váhou nepřevyšující 300 kg na kus, na výkrm (Nařízení (ES) č. 558/2007)

:

bid-Daniż

:

Levende ungtyre til opfedning, med en levende vægt på ikke over 300 kg pr. dyr (forordning (EF) nr. 558/2007)

:

bil-Ġermaniż

:

Lebende männliche Rinder mit einem Gewicht von höchstens 300 kg je Tier, zur Mast bestimmt (Verordnung (EG) Nr. 558/2007)

:

bl-Estonjan

:

Elusad isasveised elusmassiga kuni 300 kg, nuumamiseks (määrus (EÜ) nr 558/2007)

:

bil-Grieg

:

Ζώντα βοοειδή με βάρος ζώντος που δεν υπερβαίνει τα 300 kg ανά κεφαλή, προς πάχυνση [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 558/2007]

:

bl-Ingliż

:

Live male bovine animals of a live weight not exceeding 300 kg per head, for fattening (Regulation (EC) No 558/2007)

:

bil-Franċiż

:

Bovins mâles vivants d'un poids vif inférieur ou égal à 300 kg par tête, destinés à l'engraissement [règlement (CE) no 558/2007].

:

bit-Taljan

:

Bovini maschi vivi di peso vivo non superiore a 300 kg per capo, destinati all’ingrasso [regolamento (CE) n. 558/2007]

:

bil-Latvjan

:

Jaunbuļļi nobarošanai, kuru dzīvsvars nepārsniedz 300 kg (Regula (EK) Nr. 558/2007)

:

bil-Litwan

:

Penėjimui skirti gyvi vyriškos lyties galvijai, kurių vieno gyvasis svoris yra ne didesnis kaip 300 kg (Reglamentas (EB) Nr. 558/2007)

:

bl-Ungeriż

:

Legfeljebb 300 kg egyedi élőtömegű élő hím szarvasmarhaféle, hizlalás céljára (558/2007/EK rendelet)

:

bil-Malti

:

Annimali bovini ħajjin tas-sess maskil b'piż ħaj li ma jisboqx it-300 kg kull ras, għat-tismin (ir-Regolament (KE) Nru 558/2007)

:

bl-Olandiż

:

Levende mannelijke mestrunderen met een gewicht van niet meer dan 300 kg per dier (Verordening (EG) nr. 558/2007)

:

bil-Pollakk

:

Żywe młode byki o żywej wadze nieprzekraczającej 300 kg za sztukę bydła, opasowe (rozporządzenie (WE) nr 558/2007)

:

bil-Portugiż

:

Bovinos machos vivos com peso vivo inferior ou igual a 300 kg por cabeça, para engorda [Regulamento (CE) n.o 558/2007]

:

bir-Rumen

:

Masculi vii din specia bovină cu o greutate în viu mai mică sau egală cu 300 kg per cap, destinați îngrășării [Regulamentul (CE) nr. 558/2007]

:

bis-Slovakk

:

Živé býčky so živou hmotnosťou do 300 kg na kus, určené pre ďalší výkrm [nariadenie (ES) č. 558/2007]

:

bis-Sloven

:

Živo moško govedo za pitanje, katerega živa teža ne presega 300 kg na glavo (Uredba (ES) št. 558/2007)

:

bil-Finlandiż

:

Lihotettaviksi tarkoitettuja eläviä urospuolisia nautaeläimiä, elopaino enintään 300 kg/eläin (asetus (EY) N:o 558/2007)

:

bl-Iżvediż

:

Levande handjur av nötkreatur som väger högst 300 kg, för gödning (förordning (EG) nr 558/2007)


ANNESS II

L-ammonti ta' garanzija

L-annimali bovini maskili għat-tismin

(Kodiċi NM)

L-ammont (EUR) għal kull ras

0102 90 05

28

0102 90 29

56

0102 90 49

105


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 559/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju 2007 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-ġimgħa ta' bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju 2007 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4346 (2006-2007).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie iffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju 2007, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178,1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2006/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 95).

(3)  ĠU L 354, 14.12. 2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

0

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

0

Intlaħqu

09.4336

Gujana

0

Intlaħqu

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

0

Intlaħqu

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

100

 

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

100

 


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Innru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Innru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn is-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2006/07

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn ils-14 u d-18 ta’ Mejju 2007 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 560/2007

tat-23 ta’ Mejju 2007

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma' terzi pajjiżi ta' prodotti fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 63(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, safejn ikun meħtieġ biex il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu esportati abbażi tal-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti tal-Ftehimiet konklużi f'konformità ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tiġi koperta minn rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Jistgħu jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni biex ikopru d-differenza bejn l-esportazzjonijiet tal-Komunità u dawk ta' pajjiżi terzi. L-esportazzjonijiet tal-Komunità lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali ta' l-importazzjoni fuq prodotti tal-Komunità, preżentament huma f'pożizzjoni kompetittiva partikulari u favorevoli. Għalhekk, ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni lejn dawk id-destinazzjonijiet għandhom jitneħħew.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV mar-Regolament (KE) Nru 883/2001 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, it-test taħt l-intestaturi ‘żona 3’ u ‘żona 4’ jinbidel b'dan li ġej:

‘Żona 3: l-Ewropa tal-lvant u l-pajjiżi tal-Komunità ta' Stati Indipendenti

L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Ġorġja, il-Każakstan, il-Kirgistan, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Ukraina, l-Użbekistan.

Żona 4: l-Ewropa tal-punent

L-Iżlanda, in-Norveġja’


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Mejju 2007

li taħtar membru Latvjan u żewġ membri supplenti Latvjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/350/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/116/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010.

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Uldis AUGULIS. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni jsir vakanti bil-ħatra tas-Sur Aleksandrs LIELMEŽS bħala membru ta’ dak il-Kumitat. Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Gunārs LAICĀNS,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura, fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Aleksandrs LIELMEŽS, minflok is-Sur Uldis AUGULIS;

(b)

bħala supplenti:

Is-Sinjura Ligita GINTERE, il-President tal-Muniċipalità Lokali ta’ Jaunpils, minflok is-Sur Aleksandrs LIELMEŽS,

Is-Sur Jānis NEIMANIS, il-President tal-Muniċipalità tal-Belt ta’ Grobiņa, minflok is-Sur Gunārs LAICĀNS.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Mejju 2007

li taħtar membru supplenti Awstrijaku fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2007/351/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Awstrijaku,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Sar vakanti post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Andreas SCHIEDER.

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjura Elisabeth VITOUCH, Gemeinderätin der Stadt Wien, hija b’dan maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni, b’sostituzzjoni tas-Sur Andreas SCHIEDER, għall-bqija tal-mandat li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/35


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Mejju 2007

li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol

(2007/352/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta’ l-Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tagħha,

Filwaqt li jaġixxa bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar Deputat Direttur ta’ l-Europol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv,

BILLI:

(1)

Minħabba l-iskadenza tal-ħatra ta’ Deputat Direttur ta’ l-Europol, huwa meħtieġ li jinħatar Deputat Direttur.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati ta’ l-Europol (2), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-għażla tad-Direttur jew ta’ Deputat Direttur ta’ l-Europol.

(3)

Il-Bord Amministrattiv ippreżenta lill-Kunsill b'lista qasira ta’ applikanti adatti għall-ħatra, flimkien ma’ l-inkartament sħiħ ta’ kull wieħed minn dawk l-applikanti, kif ukoll il-lista sħiħa ta’ l-applikanti.

(4)

Abbażi ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord Amministrattiv, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skond il-Kunsill, jissodisfa l-ħtiġiet kollha tal-pożizzjoni vakanti ta’ Deputat Direttur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Eugenio ORLANDI hu b'dan maħtur Deputat Direttur ta’ l-Europol mill-1 ta’ Awissu 2007 sal-31 ta’ Lulju 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.

(2)  Ara l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati ta’ l-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23) kif emendat bl-Att tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2002 (ĠU C 24, 31.1.2003, p. 1).


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/36


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA

Nru 394/06/COL

tat-13 ta’ Diċembru 2006

li tapprova l-iskema aġġornata ppreżentata min-Norveġja għall-irtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-anemija infettiva tas-salamun (ISA)

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-Ftehim taż-ŻEE), partikolarment l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi f'Punt 3.1.7 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I mal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut, kif emendata, kif adattata bil-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, partikolarment l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(a) ta’ dak l-Att,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA Nru 196/04/COL ta’ l-14 ta’ Lulju 2004 dwar l-għoti tas-setgħa lil Membru b'responsabbiltà speċjali għall-moviment ħieles tal-prodotti biex jieħu ċerti deċiżjonijiet u miżuri, u partikolarment il-Punt 1 tiegħu,

BILLI l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 6(a) ta’ l-Att jistipula li, sabiex tkun ikkontrollata l-firxa ta’ l-anemija infettiva tas-salamun (ISA), il-ħut kollu fil-post tat-tkabbir infettat għandu jitneħħa skond skema stabbilita mis-servizz uffiċjali u approvata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA (minn hawn 'il quddiem l-Awtorità).

BILLI l-Att imsemmi f'Punt 3.2.29 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I mal-Ftehim taż-ŻEE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE tat-13 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi kriterji għat-taqsim ta’ territorju f'żoni u għas-sorveljanza uffiċjali wara suspetti jew konferma tal-preżenza ta’ anemija tas-salamun infettiva (ISA) tistabbilixxi l-pjani tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi djanjostiċi għall-iskoperta u l-konferma ta’ l-ISA, u l-kriterji għat-taqsim ta’ territorju f'żoni u għas-sorveljanza uffiċjali wara suspett jew konferma ta’ l-ISA.

BILLI l-Awtorità, bid-Deċiżjoni Nru 226/04/COL tad-9 ta’ Settembru 2004 approvat l-iskema ppreżentata min-Norveġja għall-irtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-ISA.

BILLI n-Norveġja, bl-ittra tagħha tal-21 ta’ Marzu 2006, talbet l-approvazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ ċerti emendi fl-iskema tagħha ta’ rtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-anemija infettiva tas-salamun, kif ġie approvat bid-Deċiżjoni Nru 226/04/COL tad-9 ta’ Settembru 2004.

BILLI l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, eżaminat l-emendi proposti għall-iskema ppreżentata min-Norveġja fid-dawl ta’ l-istat kurrenti ta’ prova xjentifika u teknika.

BILLI l-irtirar tal-ħut għandu jsir b'tali mod li jiġi evitat iktar tixrid tal-marda lill-postijiet oħra tat-tkabbir tal-ħut u lill-popolazzjoni selvaġġa suxxettibbli li tiġi infettata.

BILLI l-irtirar tal-ħut irid ikun ibbażat fuq valutazzjoni każ b'każ tar-riskji ta’ aktar tixrid tal-marda, inklużi l-gravità ta’ l-epidemija u ċirkostanzi oħra li jinfluwenzaw ir-riskji, u għandu jingħata kont ta’ l-esperjenza prattika attwali u tal-provi xjentifiċi.

BILLI l-eżami juri li l-emendi proposti għall-iskema Norveġiża tissodisfa r-rekwiżiti għal tali skema u għalhekk għandha tiġi approvata.

BILLI l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA bid-Deċiżjoni tagħha Nru 314/06/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA.

BILLI kif propost mill-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jiġi inkluż punt ġdid f'din id-Deċiżjoni li jindika li d-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità Nru 226/04/COL tad-9 ta’ Settembru 2004 hija rrevokata.

BILLI l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

L-iskema aġġornata ppreżentata min-Norveġja għall-irtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-anemija infettiva tas-salamun (ISA) hija hawnhekk approvata.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 226/04/COL ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA tad-9 ta’ Settembru 2004 li tapprova l-iskema aġġornata ppreżentata min-Norveġja għall-irtirar tal-ħut kollu fil-postijiet tat-tkabbir tal-ħut Norveġiżi infettati bl-anemija infettiva tas-salamun (ISA) hija hawnhekk irrevokata.

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2006.

(4)

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

(5)

Din id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2006

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Niels FENGER

Direttur


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/38


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 28/07/COL

tad-19 ta’ Frar 2007

li tikkonċerna li n-Norveġja hi uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet bovini

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn issa 'l quddiem il-Ftehim taż-ŻEE), b'mod partikolari l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.1.1 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa li jaffetwaw il-kummerċ intra Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali (1) kif emendata u adottata fil-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari l-Anness A(I)(4), Anness A(II)(7) u Anness D(I)(E) ta’ dak l-Att,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 24/07/COL ta’ l-14 ta’ Frar 2007, fejn il-Membru tal-Kulleġġ kompetenti hu mitlub li jadotta d-Deċiżjoni li tikkonċerna li n-Norveġja hi uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini jekk l-abbozz tad-deċiżjoni hu skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA (EVC),

BILLI d-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li l-Istati taż-ŻEE EFTA jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu ikunu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward ta’ merħliet bovini soġġetti għall-aderenza ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati f' dak l-Att.

BILLI permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ġunju 2004, in-Norveġja bagħtet lill-Awtorità d-dokumenti rilevanti relatati mal-lewkożi bovina enżootika skond l-Anness D(I)(E) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE.

BILLI permezz ta’ ittri ta’ l-14 ta’ Frar 2005, tat-13 ta’ Diċembru 2005 u tas-26 ta’ Ottubru 2006, in-Norveġja bagħtet lill-Awtorità informazzjoni aġġornata relatata mal-lewkożi bovina enżootika kif talbet l-Awtorità wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea.

BILLI l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, eżaminat id-dokumenti kollha mibgħuta min-Norveġja u dan l-eżami juri li l-iskema relatata mal-lewkożi bovina enżootika mibgħuta min-Norveġja hi konformi mal-kondizzjonijiet kollha rilevanti li jinsabu fid-Direttiva 64/432/KEE.

BILLI għalhekk huwa xieraq li n-Norveġja tista' tiġi dikjarata uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovinża enżootika.

BILLI peremezz ta’ Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 66/94/COL u Nru 67/94/COL tas-27 ta’ Ġunju 1994, in-Norveġja ngħatat l-istatus ta’ ħelsien mit-tuberkulożi u l-bruċellożi fil-merħliet bovini, sakemm jintlaqgħu ċerti kondizzjonijiet.

BILLI d-Deċiżjonijiet Nru 66/94/COL u Nru 67/94/COL kienu rispettivament mibdula mid-Deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 227/96/COL u Nru 225/96/COL ta’ l-4 ta’ Diċembru 1996.

BILLI, biex l-affarijiet ikunu ċari, l-istatus fir-rigward tal-mard tat-tuberkulożi, il-bruċellożi u l-lewkożi bovina enżootika, fir-rigward tal-merħliet fin-Norveġja, għandhom jiġu stipulati fl-istess Deċiżjoni.

BILLI, għalhekk, id-Deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 225/96/COL u Nru 227/96/COL għandhom jiġu mibdula ma’ din id-Deċiżjoni.

BILLI l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

Skond id-Direttiva 64/432/KEE, in-Norveġja hi dikjarata uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward tal-merħliet bovini.

(2)

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lin-Norveġja.

(3)

Skond l-Artikolu 109(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tgħaddi din id-Deċiżjoni u kull emenda tagħha lill-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Id-Deċiżjonijiet ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, Nru 227/96/COL u Nru 225/96/COL ta’ l-4 ta’ Diċembru 1996 huma mibdula.

(5)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2007.

(6)

Din id-Deċiżjoni se tkun awtentika fid-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Frar 2007.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Bjørn T. GRYDELAND

President

Niels FENGER

Direttur


(1)  ĠU L 121, 29.7.1964, p. 1977/64.


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/40


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 29/07/COL

tad-19 ta’ Frar 2007

li tapprova l-pjan imressaq min-Norveġja għat-tilqim preventiv ta’ għasafar li jinżammu fiż-zoos kontra l-influenza tat-tjur b'patoġenija qawwija

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 3.1.5 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE) (1), kif adottata fil-Ftehim taż-ŻEE minn Protokoll 1 tiegħu, u b'mod partikolari mill-Artikoli 56(2) and 57(2) tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att applikabbli għan-Norveġja li jsegwi l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 3(b) tal-parti ta’ introduzzjoni ta’ Kapitolu 1 ta’ Anness 1 għall-Ftehim taż-ŻEE, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/474/KE tas-6 ta’ Lulju 2006 dwar il-miżuri biex iwaqqfu t-tixrid ta’ l-influenza tat-tjur b'patoġenija qawwija kkawżata mill-virus ta’ l-influwenza A tas-sottotip H5N1 għall-għasafar miżmuma fiż-żoos u minn korpi, istituti u ċentri approvati fl-Istati Membri u tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/744/KE (2),

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni Nru 22/07/COL ta’ l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA ta’ l-14 ta’ Frar 2007, fejn il-Membru kompetenti tal-Kulleġġ ġie mogħti istruzzjoni biex jadotta d-Deċiżjoni jekk l-abbozz tad-Deċiżjoni jkun skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA (EVC),

BILLI l-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta’ l-irziezet u l-għasafar, li tikkawża mortalità u disturbi li malajr jistgħu jiżviluppaw fi proporzjonijiet epiżootiċi li kapaċi jwasslu għal theddida serja għas-saħħa pubblika u dik ta’ l-annimali u li jnaqqsu sew il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur ta’ l-irziezet.

BILLI, minħabba li huma maqfula, għasafar li jinżammu fiż-zoos u f’korpi, istituti jew ċentri approvati normalment ma jistgħux jiġu f’kuntatt ma’ tjur jew ma’ għasafar selvaġġi u għalhekk ma jippreżentaw ebda riskju ta’ kontaminazzjoni għat-tjur jew għasafar miżmuma mill-bniedem u bil-konsiderazzjoni tal-valur ta’ l-għasafar li jinżammu fiż-zoos, il-vaċċinazzjoni preventiva ta’ tali għasafar tista’ tikkostitwixxi miżura addizzjonali ta’ prevenzjoni xierqa.

BILLI d-Direttiva 2005/94/KE tistipula r-regoli għall-introduzzjoni tat-tilqim preventiv kontra l-influenza tat-tjur, inter alia, ta’ l-għasafar miżmuma mill-bniedem, bħalma huma l-għasafar miżmuma fiż-zoos u tipprovdi għas-sottomissjoni mill-Istati ta’ l-EFTA ŻEE għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA għall-approvazzjoni għat-tilqim preventiv għat-tjur ta’ l-irziezet u għasafar miżmuma mill-bniedem.

BILLI d-Deċiżjoni 2006/474/KE tistipula ċerti ħtiġijiet marbuta ma’ miżuri ta’ bijosigurtà għall-prevenzjoni ta’ l-influwenza tat-tjur b’patoġenija qawwija kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta’ l-influwenza f’għasafar miżmuma fiż-zoos u f’korpi, istituti u ċentri approvati fl-Istati Membri sabiex tiġi mħarsa l-fawna selvaġġa u sabiex il-bijodiversità tiġi kkonservata.

BILLI, id-Deċiżjoni 2006/474/KE wkoll tfassal regoli dwar it-tilqim preventiv ta’ l-għasafar miżmuma fiż-żoos u korpi, istituti u ċentri approvati li għandhom isegwu l-Istati ta’ l-EFTA ŻEE, jekk jikkonsidrawh xieraq li jlaqqmu għasafar bħal dawn, u jipprovdu għas-sottomissjoni mill-Istati taż-ŻEE EFTA lill-Awtorità tas-Sorveljanza dwar il-pjanijiet għat-tilqim ta’ l-għasafar miżmuma fiż-żoos.

BILLI l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, eżaminat il-pjanijiet għat-tilqim preventiv kontra l-influenza tat-tjur imressqa min-Norveġja skond id-Direttiva 2005/94/KE u d-Deċiżjoni 2006/474/KE u għaldaqstant hu xieraq li tipprovdi għall-approvazzjoni tiegħu.

BILLI l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

Il-pjan għat-tilqim preventiv ta’ l-għasafar miżmuma fiż-żoos kontra l-influenza tat-tjur b'patoġenija qawwija mressqa min-Norveġja fil-15 ta’ Mejju 2006 skond l-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2005/94/KE u Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/474/KE hu għaldaqstant approvat.

(2)

Skond l-Artikolu 109(2) tal-ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tgħaddi lill-Kummissjoni Ewropea il-pjan ta’ tilqim preventiv imressaq min-Norveġja u xi emendi tiegħu.

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2007.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2007.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA

Bjørn T. GRYDELAND

President

Niels FENGER

Direttur


(1)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(2)  ĠU L 187, 8.7.2006, p. 37.


24.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 132/42


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 30/07/COL

tad-19 ta’ Frar 2007

dwar il-programm nazzjonali Norveġiż għall-kontroll ta’ l-iscrapie u l-garanziji addizzjonali rigward il-kummerċ u l-importazzjoni intra Komunitarji u l-importazzjoni għan-Norveġja

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u b’mod partikolari l-Artikolu 109 u l-ewwel Protokoll tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 7.1.12 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, ir-Regolament (KE) Nru. 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), kif emendati u adottati għall-Ftehim taż-ZEE minn Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 7.2.27 tal-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE, Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006 tal-31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie u garanziji addizzjonali u li jidderoga minn ċerti kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003 (2), kif adottati mill-Ftehim taż-ZEE mill-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA 21/07/COL ta’ l-14 ta’ Frar 2007, fejn il-Membru kompetenti tal-Kulleġġ hu mitlub li jadotta d-Deċiżjoni li tikkonċerna l-kontroll ta’ l-iscrapie u garanziji addizzjonali tan-Norveġja dwar il-kummerċ u l-importazzjoni intra Komunitarji jekk l-abbozz tad-deċiżjoni hux skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA (EVC).

BILLI r-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprovdi għall-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie ta’ l-Istati ta’ l-EFTA li huma fiż-ŻEE jekk dawn ikunu f’konformità ma’ ċerti kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament.

BILLI r-Regolament (KE) Nru 546/2006 jippovdi għall-garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra Komunitarju u restrizzjonijiet ta’ movimenti uffiċjali marbuta man-nagħaġ u l-mogħoż li jkunu sejrin fl-Istati ta’ l-EFTA li huma fiż-ŻEE li l-programmi nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie kienu ġew approvati mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA.

BILLI permezz ta’ ittra ta’ l-14 ta’ Frar 2006, in-Norvegja bagħtet programm nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA u, fl-20 ta’ Novembru 2006, wara diskussjonijiet waqt il-laqgħa dwar il-pakkett f'Oslo, ċerti emendi għal dak il-programm kif ukoll informazzjoni dettaljata li tiċċara l-firxa tal-programm ġew mibgħuta lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA.

BILLI l-Awtorità tas-sorveljanza ta’ l-EFTA, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, eżaminat il-proposta Norveġiża għall-programm nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie u l-eżami juri li l-programm Norveġiż jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni.

BILLI għalhekk hu xieraq li tiġi stipulata l-approvazzjoni tal-programm nazzjonali għall-kontroll ta’ l-iscrapie mibgħut min-Norveġja skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006.

BILLI l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju ta’ l-EFTA li jassisti l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

(1)

Il-programm nazzjonali Norveġiż għall-kontroll ta’ l-iscrapie u l-garanziji addizzjonali rigward il-kummerċ u l-importazzjoni intra Komunitarji u l-importazzjoni għan-Norveġja ta’ l-14 ta’ Frar 2006 u ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 ġie approvat.

(2)

Skond l-Artikolu 109(2) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tressaq lill-Kummissjoni Ewropea l-programm nazzjonali Norveġiż għall-kontroll ta’ l-iscrapie u l-garanziji addizzjonali rigward il-kummerċ u l-importazzjoni intra Komunitarji u emendi oħra tiegħu lin-Norveġja.

(3)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2007.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Frar 2007.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA

Bjørn T. GRYDELAND

President

Niels FENGER

Direttur


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 1.4.2006, p. 28.