ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2007/335/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2007 Dwar l-iskema ta’ għajnuna C 18/2006 (ex N 524/2005) li l-Italja kienet qed tippjana li timplimenta għal intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1175) ( 1 ) |
|
|
|
2007/336/KE |
|
|
* |
||
|
|
2007/337/KE |
|
|
* |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 534/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
41,9 |
TN |
81,0 |
|
TR |
102,4 |
|
ZZ |
75,1 |
|
0707 00 05 |
JO |
171,8 |
MK |
35,1 |
|
TR |
124,8 |
|
ZZ |
110,6 |
|
0709 90 70 |
TR |
110,7 |
ZZ |
110,7 |
|
0805 10 20 |
EG |
43,3 |
IL |
65,0 |
|
MA |
44,8 |
|
ZZ |
51,0 |
|
0805 50 10 |
AR |
51,4 |
ZZ |
51,4 |
|
0808 10 80 |
AR |
108,9 |
BR |
75,1 |
|
CL |
85,1 |
|
CN |
94,5 |
|
NZ |
119,2 |
|
US |
126,5 |
|
UY |
64,3 |
|
ZA |
86,7 |
|
ZZ |
95,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 535/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta' Mejju 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament. |
(4) |
Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-16 ta’ Mejju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-16 ta’ Mejju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).
ANNESS I
Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2007
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
9,15 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
9,15 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
1.5.-14.5.2007
1. |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
2. |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(*) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(**) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(***) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 536/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-laħam tat-tjur (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim konkluż f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) ta' l-1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea (2), approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3) jipprevedi l-integrazzjoni ta' kwota tariffarja speċifika allokata għall-Istati Uniti għall-importazzjoni ta' 16 665 tunnellata tjur. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni (5) għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1232/2006 tas-16 ta' Awissu 2006 li jiftaħ u jamministra kwota tariffarja ta' importazzjoni għal-laħam tat-tjur allokata għall-Istati Uniti ta' l-Amerika (6) għandu jiġi emendat sostanzjalment. Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 għandu għalhekk jitħassar u jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid. |
(4) |
Sabiex l-importazzjonijiet iżommu pass regolari, jeħtieġ li jinqasam il-perjodu tal-kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva f'bosta subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. |
(5) |
Il-kwoti tariffarji għandhom ikunu amministrati skond liċenzji ta' l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu definiti l-arranġamenti għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet u d-dettalji għandhom jintwerew fuq l-applikazzjoni għal-liċenzja u fuq il-liċenzji stess. |
(6) |
Fid-dawl tar-riskju ta' spekulazzjoni inerenti fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur, għandhom ikunu stabbiliti kundizzjonijiet preċiżi rigward l-aċċess ta' l-operaturi għall-arranġamenti tal-kwota tariffarja. |
(7) |
Bil-għan li tiġi garantita amministrazzjoni xierqa tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-ammont tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni jiġi stabbilit għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma. |
(8) |
Fl-interess ta' l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni, li se jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota suċċessiv skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(9) |
L-aċċess għall-kwota tariffarja għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (7). |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-laħam tat-tjur u l-bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwota tariffarja fl-Anness I hija miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM fl-Anness I.
Il-kwota tariffarja hija miftuħa fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena suċċessiva.
2. Il-kwantitajiet tal-prodotti koperti mill-kwota msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli kif ukoll in-numru ta' l-ordni, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx hemm dispost mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali tinqasam f'erba' subperjodi kif ġej:
(a) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru, |
(b) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, |
(c) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu, |
(d) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju. |
Artikolu 4
1. Għal finijiet ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal liċenzja ta' l-importazzjoni, waqt li jressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti prova li importa jew esporta, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, talanqas 50 tunnellata prodotti koperti mir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.
2. L-applikazzjonijiet għal liċenzja jistgħu jsiru għal bosta prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM differenti u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta' l-Amerika. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxxa 16 u 15, rispettivament, ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzji u tal-liċenzji stess.
L-applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom isiru għal minimu ta' 10 tunnellati u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli matul is-subperjodu kkonċernat.
3. Il-liċenzji jobbligaw importazzjoni mill-Istati Uniti ta' l-Amerika.
L-applikazzjoni għal liċenzji u l-liċenzji stess għandu jkun fihom:
(a) |
fil-kaxxa 8, indikazzjoni tal-pajjiż ta' l-oriġini; |
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti A. |
Fil-kaxxa 24, il-liċenzja għandu jkun fiha waħda mill-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness II, parti B.
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jiġi qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 3.
2. Garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma għandha tkun depożitata flimkien ma' l-applikazzjoni għal liċenzja.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' tmiem il-perjodu tat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba, espressi f'kilogrammi.
4. Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum ta' xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum ta' xogħol wara dak ta' tmiem il-perjodu ta' notifika previst mill-paragrafu 3.
5. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kwantitajiet li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota suċċessiv.
Artikolu 6
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni qabel tmiem l-ewwel xahar tas-subperjodu tal-kwota, il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi li għalihom inħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, il-kwantitajiet effettivament imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni libera skond dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, espressi f'kilogrammi.
3. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni mhux użati jew parzjalment użati, l-ewwel darba flimkien ma' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darb'oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-liċenzji ta' l-importazzjoni huma validi għal mija u ħamsin jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalih inħarġu.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment ta' drittijiet li ġejjin mil-liċenzji huwa limitat għat-trasferiti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibilità stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
L-aċċess għall-kwota tariffarja huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli Komunitarji fis-seħħ.
Artikolu 9
Ir-Regolament (KE) Nru 1232/2006 huwa rrevokat.
Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.
(3) ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.
(4) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(5) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(6) ĠU L 225, 17.8.2006, p. 5.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).
ANNESS I
Numru ta' l-ordni |
Kodiċijiet NM |
Rata applikabbli tad-dazju |
Kwantità totali tal-piż tal-prodott (f'tunnellati) mill-1 ta' Lulju 2006 |
09.4169 |
0207 11 10 |
131 EUR/t |
16 665 |
0207 11 30 |
149 EUR/t |
||
0207 11 90 |
162 EUR/t |
||
0207 12 10 |
149 EUR/t |
||
0207 12 90 |
162 EUR/t |
||
0207 13 10 |
512 EUR/t |
||
0207 13 20 |
179 EUR/t |
||
0207 13 30 |
134 EUR/t |
||
0207 13 40 |
93 EUR/t |
||
0207 13 50 |
301 EUR/t |
||
0207 13 60 |
231 EUR/t |
||
0207 13 70 |
504 EUR/t |
||
0207 14 10 |
795 EUR/t |
||
0207 14 20 |
179 EUR/t |
||
0207 14 30 |
134 EUR/t |
||
0207 14 40 |
93 EUR/t |
||
0207 14 50 |
0 % |
||
0207 14 60 |
231 EUR/t |
||
0207 14 70 |
0 % |
||
0207 24 10 |
170 EUR/t |
||
0207 24 90 |
186 EUR/t |
||
0207 25 10 |
170 EUR/t |
||
0207 25 90 |
186 EUR/t |
||
0207 26 10 |
425 EUR/t |
||
0207 26 20 |
205 EUR/t |
||
0207 26 30 |
134 EUR/t |
||
0207 26 40 |
93 EUR/t |
||
0207 26 50 |
339 EUR/t |
||
0207 26 60 |
127 EUR/t |
||
0207 26 70 |
230 EUR/t |
||
0207 26 80 |
415 EUR/t |
||
0207 27 10 |
0 % |
||
0207 27 20 |
0 % |
||
0207 27 30 |
134 EUR/t |
||
0207 27 40 |
93 EUR/t |
||
0207 27 50 |
339 EUR/t |
||
0207 27 60 |
127 EUR/t |
||
0207 27 70 |
230 EUR/t |
||
0207 27 80 |
0 % |
ANNESS II
A. |
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu, punt (b):
|
B. |
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), it-tielet subparagrafu:
|
ANNESS III
Tabella ta' korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1232/2006 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4(1)(a) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(1)(c) |
Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(e) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(f) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(2) |
— |
Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 5(6) |
— |
Artikolu 5(7) |
— |
Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 5(9) |
— |
Artikolu 5(10) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 6(2) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2 |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II, parti A |
Anness III |
Anness II, parti B |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
— |
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 537/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni għall-prodott ta’ fermentazzjoni Aspergillus oryzae (NRRL 458) (Amaferm) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Din l-applikazzjoni ġiet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni għall-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458 (Amaferm), bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ l-addittivi “addittiv żootekniku”. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2006 li l-prodott tal-fermentazzjoni mill-Aspergillus oryzae NRRL 458(Amaferm) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (2). Ikkonkludiet ukoll li l-prodott mill-fermentazzjoni ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. L-Amaferm wera li jipproduċi effetti pożittivi fuq il-produzzjoni ta’ ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-opinjoni ta’ l-Awtorità tirrakkomanda miżuri adatti għas-sigurtà ta’ l-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi ta’ l-għalf fl-għalf, imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. L-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Amaferm” authorised as a feed additive for dairy cows and cattle for fattening in accordance with Regulation (EC) No 1831/2003. Adopted on 18 March 2006. The EFSA Journal (2006) 337, p. 1-17.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ |
|||||||||||||||||||
4a2 |
Nutrizzjoni Trouw BV |
Prodott tal-fermentazzjoni ta’ Aspergillus oryzae NRRL 458 (Amaferm) |
|
Baqar għall-ħalib |
— |
85 |
300 |
|
5 ta’ Ġunju 2017 |
(1) 1 IU jirreferi għas-cellulase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mill-carboxymethylcellulose f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.
(2) 1 IU jirreferi għall-amylase li jillibera 1 micromole ta’ glukożju fil-minuta mil-lamtu tal-patata f’pH 6,5 u temperatura ta’ 39 °C.
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 538/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ l-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv ta’ l-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri sabiex tingħata tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni hija dwar awtorizzazzjoni għal użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital), bħala addittiv ta’ l-għalf għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna, sabiex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu tal-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) ġiet awtorizzata għal ħnienes u ħnieżer għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 666/2003 (2) li proviżorjament jawtorizza l-użu ta’ ċertu mikro organiżmi fl-għalf tal-bhejjem, għal ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2003 (3) li proviżorjament jawtorizza ċerti mikro organiżmi fl-għalf (Enterococcus faecium u Lactobacillus acidophilus), għal tiġieġ għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 521/2005 (4) li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ ċerti addittivi diġà awtorizzati fl-għalf. |
(5) |
Intbagħat tagħrif ġdid bħala appoġġ għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Jannar 2007 li l-preparazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) m'għandhiex effett avvers fuq is-saħħa ta’ l-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (5). Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni hija effikaċi fit-titjib ta’ parametri tar-rendiment skond id-dożi rrakommandati mill-Awtorità fi ħnienes u ħnieżer għas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ addittivi ta’ l-għalf fl-għalf mibgħut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandha tiġi awtorizzata, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 11.
(3) ĠU L 324, 11.12.2003, p. 11.
(5) Opinion of the Scientific Panel on Additives and Products or Substances used in Animal Feed on the safety and efficacy of the product “Bonvital”, a preparation of Enterococcus faecium as a feed additive for piglets and pigs for fattening. Adottata fit-23 ta’ Jannar 2007. Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2007)440, p. 1-9.
ANNESS
Numru ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
L-isem tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta' l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
CFU /kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta' umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. |
|||||||||||||||||||||||||||
4b1841 |
Lactosan Starterkulturen GmbH & Co KG |
Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) |
|
Ħnienes (miftuma) |
— |
0,5 × 109 |
4 × 109 |
|
5 ta’ Ġunju 2017 |
||||||||||||||||||
ħnieżer għas-simna |
— |
0,2 × 109 |
1 × 109 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 539/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Wara l-kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin [fl-albumina tal-bajd] u l-lactalbumin [l-albumina tal-ħalib] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunità ntrabtet sabiex fil-qafas ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tistabbilixxi kwoti tariffarji għal ċerti prodotti fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-kwoti. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati ta' iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli amministrati minn sistema ta' ċertifikati għall-importazzjoni (4), għandhom japplikaw, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ tariffi fis-settur tal-bajd u għall-abjad tal-bajd [għall-albumina] (5), jeħtieġ li jiġi emendat sostanzjalment. Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 593/2004 jiġi mħassar u sostitwit b'Regolament ġdid. |
(4) |
Sabiex tkun assigurata r-regolarità fl-importazzjoni, jeħtieġ li l-perjodu tariffarju mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena segwenti, jinqasam f'għadd ta' subperjodi. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-perjodu ta' validità tal-liċenzji għall-importazzjoni għall-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja. |
(5) |
Jeħtieġ li tiġi assigurata l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji permezz taċ-ċertifikati għall-importazzjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati għat-tressiq tat-talbiet u l-elementi li jridu jidhru fuq it-talbiet u fuq il-liċenzji. |
(6) |
Ir-riskju ta' spekulazzjoni inerenti għas-sistema kkonċernata fis-settur tal-bajd u ta' l-albumina tal-bajd, iwassal għad-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-aċċess ta' l-operaturi għas-sistema tal-kwota tariffarja. |
(7) |
Biex tiġi assigurata l-amministrazzjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li s-somma tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta' l-importazzjoni tiġi stabbilita għal EUR 20 għal kull 100 kilogramma. |
(8) |
Huwa fl-interess ta' l-operaturi li jiġi adottat provvediment li jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kwantitajiet mhux mitluba li jkunu ser jiżdiedu mas-subperjodu tal-kwota sussegwenti, skond l-Artikolu 7(4), it-tieni inċiż tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006. |
(9) |
Il-miżuri stabbiliti b'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness I huma miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-bajd u ta' l-albumini li jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċijiet NM misjuba fl-Anness I.
Il-kwoti tariffarji jinfetħu kull sena għall-perjodu li jibda mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.
2. Il-kwantità tal-prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, id-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra.
Artikolu 3
1. Għan-numru tal-grupp E1, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali, hija diviża f'erba' subperjodi, kif ġej:
a) |
20 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
b) |
30 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru; |
c) |
30 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
d) |
20 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju. |
2. Għall-gruppi E2 u E3, il-kwantità stabbilita għall-perjodu tal-kwota annwali, hija maqsuma f'erba' subperjodi, kif ġej:
(a) |
25 % mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru; |
(b) |
25 % mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru; |
(c) |
25 % mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu; |
(d) |
25 % mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju. |
3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-konverżjoni tal-piż ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra għandha ssir skond ir-rati tariffarji tad-dħul stabbiliti fl-Anness 69 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 (6).
Artikolu 4
1. Għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant tal-liċenzja għall-importazzjoni, għandu jressaq, flimkien ma' l-ewwel talba tiegħu għall-perjodu tal-kwota partikolari, prova li importa jew esporta, matul kull wieħed mill-perjodi stabbiliti bl-imsemmi Artikolu 5, mill-inqas 50 tunnellata tal-prodotti (ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra) li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75 jew tar-Regolament (KEE) Nru 2783/75 jew li skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 (7), huma meqjusa għall-finijiet tat-trattament tal-prodotti tal-bajd.
2. L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Tista' tkopri għadd ta' prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċijiet NM differenti. F'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha NM u d-deskrizzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati fil-kaxex numru 16 u 15 rispettivament tat-talba għal-liċenzja u tal-liċenzja. Fil-każ tal-gruppi E2 u E3, il-kwantità totali tiġi konvertita fl-ekwivalenti ta' bajd fil-qoxra.
It-talba għal-liċenzja għandha tkopri minimu ta' tunnellata u massimu ta' 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul is-subperjodu partikolari.
3. It-talba għal-liċenzja u l-liċenzji għandu jkun fihom it-tagħrif segwenti:
(a) |
fil-kaxxa 8, l-isem tal-pajjiż ta' l-oriġini. |
(b) |
fil-kaxxa 20, waħda mir-referenzi msemmija fl-Anness II, Parti A. |
Fil-kaxxa 24 tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti B.
Artikolu 5
1. It-talba għal-liċenzja tista' tiġi introdotta biss matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar li jippreċedi kull subperjodu stipulat fl-Artikolu 3.
2. Mat-tressiq ta' l-applikazzjoni għal liċenzja għandha tiġi ddepożitata garanzija ta' EUR 20 għal kull 100 kilogramma.
3. B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, kull applikant jista' jressaq għadd ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tas-serje, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. It-talbiet separati għal kull pajjiż ta' l-oriġini għandhom isiru fl-istess waqt lill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru. Għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda f'dak li jirrigwarda l-massimu stipulat fl-Artikolu 2(2), it-tieni paragrafu ta' dan ir-Regolament.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni sa mhux aktar tard mill-ħames jum wara dak ta' l-għeluq tal-perjodu għat-tressiq tat-talbiet, dwar il-kwantitajiet totali mitluba għal kull grupp, f'kilogrammi (piż ekwivalenti f'bajd fil-qoxra).
5. Il-liċenzji jinħarġu mis-seba' jum tax-xogħol u sa mhux aktar tard mill-ħdax-il jum tax-xogħol wara l-għeluq tal-perjodu għan-notifika stabbilit fil-paragrafu 4.
6. Il-Kummissjoni tiddetermina, jekk ikun meħtieġ, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru l-applikazzjonijiet, li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota.
Artikolu 6
1. B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom, qabel jintemm l-ewwel xahar ta' kull subperjodu tal-kwota, jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali espressi f'kilogrammi (f'piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra) li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ta' l-imsemmi Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu tal-kwota annwali, dwar il-kwantitajiet effettivament kkumerċjalizzati skond dan ir-Regolament, matul il-perjodu kkonċernat għal kull numru tas-serje, skond il-kodiċi NM u skond l-oriġini, espressi f'kilogrammi (piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra).
3. B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni il-kwantitajiet, espressi f'kilogrammi (piż ekwivalenti għall-bajd fil-qoxra), koperti minn liċenzji ta' l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment għall-ewwel darba fl-istess waqt ta' l-applikazzjoni għall-aħħar subperjodu, u darba oħra qabel l-iskadenza tar-raba' xahar wara kull perjodu annwali.
Artikolu 7
1. B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta' l-importazzjoni hija ta' 50 jum mill-ewwel jum tas-subperjodu li għalihom ikunu nħarġu.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mnissla mil-liċenzji huwa limitat għaċ-ċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-eliġibiltà definiti bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Ir-Regolament (KE) Nru 593/2004 huwa abrogat.
Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 282, 1.11.1975, p. 104. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2916/95 (ĠU L 305, 19.12.1995, p. 49).
(3) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
(4) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).
(5) ĠU L 94, 31.3.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1722/2006 (ĠU L 322, 22.11.2006, p. 3).
(6) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(7) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, verżjoni emendata ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.
ANNESS I
(f'tunnellati) |
||||
In-numru tal-grupp |
In-numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Id-dritt tat-tariffa doganali applikabbli f'euro għal kull tunnellata ta' piż tal-prodott |
Kwoti tariffarji annwali |
E1 |
09.4015 |
0407 00 30 |
152 |
135 000 |
E2 |
09.4401 |
0408 11 80 |
711 |
7 000 (1) |
0408 19 81 |
310 |
|||
0408 19 89 |
331 |
|||
0408 91 80 |
687 |
|||
0408 99 80 |
176 |
|||
E3 |
09.4402 |
3502 11 90 |
617 |
15 500 (1) |
3502 19 90 |
83 |
(1) L-ekwivalenti għall-bajd bil-qoxra. Il-konverżjoni skond ir-rati fissi tad-dħul, stipulati fl-Anness 69 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
ANNESS II
A. |
Ir-referenzi misjuba fl-Artikolu 4(3), l-ewwel inċiż, punt b):
|
B. |
Referenzi misjuba fl-Artikolu 4(3), it-tieni inċiż:
|
ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 593/2004 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
— |
Artikolu 4(1) (a) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1)(b) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(1) (c) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(d) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1)(e)) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 5(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
l-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(2) |
— |
Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 5(5) |
— |
Artikolu 5(6) |
Artikolu 5(5) |
Artikolu 5(7) |
— |
Artikolu 5(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(8), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 7, it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
— |
Anness III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
Anness III |
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 540/2007
tal-15 ta’ Mejju 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 fir-rigward tal-kwantitajiet koperti mis-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' l-intervent ta' l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1483/2006 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri. |
(2) |
Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-qamħirrum fil-Komunità u ta' l-iżvilupp tat-talba għaċ-ċereali osservata fir-reġjuni differenti matul dawn l-aħħar ġimgħat, tirriżulta l-ħtieġa li, f'ċerti Stati Membri, isiru disponibbli kwantitajiet ġodda ta' ċereali miżmuma għall-intervent. Għaldaqstant jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' intervent ta' l-Istati Membri jiġu awtorizzati jżidu l-kwantitajiet involuti fis-sejħiet għall-offerti kompetittivi; fil-każ tal-qamħirrum, b'500 000 tunnellata fl-Ungerija. |
(3) |
Huwa f'loku li r-Regolament (KE) Nru 1483/2006 jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1483/2006 għandu jinbidel bit-test anness hawnhekk.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 276, 7.10.2006, p. 58. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 385/2007 (ĠU L 96, 11.4.2007, p. 9).
ANNESS
“ANNESS I
LISTA TAS-SEJĦIET
Stat Membru |
Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (tunnellati) |
Organizzazzjoni ta' intervent Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt |
||||||||||||||
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrum |
Segala |
|||||||||||||
Belgique/België |
51 859 |
6 340 |
— |
— |
|
|||||||||||
БЪЛГАРИЯ |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Česká republika |
0 |
0 |
0 |
— |
|
|||||||||||
Danmark |
174 021 |
28 830 |
— |
— |
|
|||||||||||
Deutschland |
1 948 269 |
767 343 |
— |
432 715 |
|
|||||||||||
Eesti |
0 |
0 |
— |
— |
|
|||||||||||
Eire/Ireland |
— |
0 |
— |
— |
|
|||||||||||
Elláda |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
España |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
France |
28 724 |
318 778 |
— |
— |
|
|||||||||||
Italia |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Kypros/Kibris |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Latvija |
27 020 |
0 |
— |
— |
|
|||||||||||
Lietuva |
0 |
35 492 |
— |
— |
|
|||||||||||
Luxembourg |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Magyarország |
450 000 |
19 011 |
2 400 000 |
— |
|
|||||||||||
Malta |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Nederland |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Österreich |
0 |
22 461 |
0 |
— |
|
|||||||||||
Polska |
44 440 |
41 927 |
0 |
— |
|
|||||||||||
Portugal |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
România |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Slovenija |
— |
— |
— |
— |
|
|||||||||||
Slovensko |
0 |
0 |
227 699 |
— |
|
|||||||||||
Suomi/Finland |
30 000 |
95 332 |
— |
— |
|
|||||||||||
Sverige |
172 272 |
58 004 |
— |
— |
|
|||||||||||
United Kingdom |
— |
24 825 |
— |
— |
|
|||||||||||
Is-simbolu ‘—’ jfisser: l-ebda stokk ta' intervent għal dan iċ-ċereali f'dan l-Istat Membru.” |
DIRETTIVI
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/31 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/27/KE
tal-15 ta’ Mejju 2007
li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għal etoxazole, indoxacarb, mesosulfuron, 1-methylcyclopropene, MCPA u MCPB, tolylfluanid and triticonazole
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi f’oġġetti ta’ l-ikel u fuqhom li ġejjin mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,
Billi:
(1) |
Is-sustanzi attivi eżistenti li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: l-MCPA u l-MCPB bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/57/KE (5), tolylfluanid bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/6/KE (6), triticonazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/39/KE (7). |
(2) |
Is-sustanzi attivi li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: etoxazole bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/34/KE (8), mesosulfuron bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (9), indoxacarb bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/10/KE (10) u 1-methylcyclopropene bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/19/KE (11). |
(3) |
L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-tagħrif ippreżentat dwar l-użu propost. It-tagħrif dwar dan l-użu ġie ppreżentat minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f ta’ din id-Direttiva. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ residwi (LMR). |
(4) |
Meta ma jkun jeżisti l-ebda LMR tal-Komunità jew LMR provviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu LMR provviżorju bi qbil ma’ l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati. |
(5) |
L-LMRs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm għadd ta’ LMRs tal-Codex għal tolylfluanid u dawn tqiesu. L-LMRs ibbażati fuq l-LMRs tal-Codex ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi. Ma ġie identifikat l-ebda riskju mhux aċċettabbli meta ntużaw l-end points tossikoloġiċi bbażati fuq l-istudji disponibbli għall-Kummissjoni. |
(6) |
Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfD) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet ivvalutata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (12) u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (13) dwar il-metodoloġija użata. Il-konklużjoni hija li l-LMRs proposti mhumiex se jwasslu li jinqabżu l-ADIs jew l-ARfD. |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun imħares b’mod xieraq mill-espożizzjoni tar-residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-LMRs provviżorji għandhom jitfasslu għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ prodott/pestiċida fl-iktar livell baxx tad-determinazzjoni analitika. |
(8) |
It-tfassil fil-livell tal-Komunità ta’ LMRs provviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta’ LMRs provviżorji għas-sustanzi kkonċernati skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta’ din id-Direttiva. Huwa kkunsidrat li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-LMR provviżorju għandu mbagħad isir definittiv. |
(9) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-LMRs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista’ jkun hemm sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jitħares il-konsumatur. |
(10) |
Id-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata kif indikat fl-Anness I ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-17 ta’ Novembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Ghall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 26).
(2) ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/11/KE.
(3) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/12/KE (ĠU L 59, 27.2.2007, p. 75).
(4) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).
(5) ĠU L 246, 22.9.2005, p. 14.
(6) ĠU L 12, 18.1.2006, p. 21.
(7) ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30.
(8) ĠU L 125, 18.5.2005, p. 5.
(9) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 41.
(10) ĠU L 25, 28.5.2006, p. 24.
(11) ĠU L 44, 15.2.2006, p. 15.
(12) Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).
(13) L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Ħxejjex dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-emendar ta’ l-Anness tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Ħxejjex, ta’ l-14 ta’ Lulju ta’ l-1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).
ANNESS I
Fil-parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:
“Residwi ta' pestiċidi |
Livelli massimi f’mg/kg |
Etoxazole |
ĊEREALI |
Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R |
ĊEREALI |
MCPA, MCPB inkluż il-melħ tagħhom, esters u konjugati espressi bħala MCPA |
ĊEREALI |
Tolylfluanid (Somma ta' tolylfluanid u dimethylaminosulfotoluidide espressa bħala tolylfluanid) |
ĊEREALI |
Mesosulfuron-methyl espress bħala mesosulfuron |
ĊEREALI |
Triticonazole |
ĊEREALI |
1-methylcyclopropene |
ĊEREALI |
(*) tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika
(p) tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”
ANNESS II
Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE jiżdiedu l-linji li ġejjin:
|
Livelli massimi f’mg/kg |
||
Residwi ta' pestiċidi |
tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 , 0210 , 1601 u 1602 |
għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401 , 0402 , 0405 u 0406 |
ta’ bajd frisk bil-qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408 |
“Indoxacarb bħala s-somma ta' l-iżomeri S u R |
|||
MCPA, MCPB u MCPA thioethyl espressi bħala MCPA |
|||
Tolylfluanid (tolylfluanid analizzat bħala dimethylaminosulfotoluidide u espress bħala tolylfluanid) |
(*) tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika
(p) tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”
ANNESS III
L-Annessi tad-Direttiva 90/642/EE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, fi grupp “2 Ħxejjex, friski jew mhux imsajra, iffriżati jew imnixxfin”, l-intestatura (v) “ħxejjex tal-werqa u ħxejjex aromatiċi friski,”“(a) Ħass u affarijiet simili,” il-frażi “Weraq u zkuk tal-brassika” tinbidel b'“Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra” |
(2) |
Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal etoxazole, indoxacarb, MCPA, MCPB, tepraloxydim, mesosulfuron, tolyfluanid, triticonazole, u 1-methylcyclopropene:
|
(*) tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika
(p) tindika l-livell massimu provviżorju ta’ residwu skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE: sakemm ma jiġix emendat, dan il-livell se jsir definittiv b'effett mill-5 ta’ Ġunju 2011.”
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Marzu 2007
Dwar l-iskema ta’ għajnuna C 18/2006 (ex N 524/2005) li l-Italja kienet qed tippjana li timplimenta għal intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1175)
(Il-verżjoni bit-Taljan biss hija awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/335/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom dwar dawn id-dispożizzjonijiet (1),
Billi:
I. PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2005, l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar din l-iskema ta’ għajnuna. Huma pprovdew lill-Kummissjoni b’aktar tagħrif permezz ta’ ittri ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005, it-13 ta’ Marzu 2006 u s-27 ta’ Marzu 2006. Il-Kummissjoni talbet tagħrif addizzjonali permezz ta’ ittri ta’ l-10 ta’ Novembru 2005 u t-8 ta’ Frar 2006. |
(2) |
Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Mejju 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura ta’ għajnuna. |
(3) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom. |
(4) |
L-Italja ressqet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra fit-23 ta’ Ġunju 2006, li fiha infurmat dwar l-intenzjoni tagħha li tressaq aktar osservazzjonijiet dwar aspett speċifiku. |
(5) |
L-ebda parti interessta ma ressqet kummenti matul il-proċedura. |
(6) |
Il-Kummissjoni talbet għal informazzjoni supplementari permezz ta’ ittri tal-21 ta’ Settembru 2006 u l-10 ta’ Jannar 2007. |
(7) |
Permezz ta’ ittra irreġistrata tat-30 ta’ Jannar 2007, li waslet għand il-Kummissjoni fit-2 ta’ Frar 2007, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li l-miżura nnotifikata kienet ġiet irtirata. |
II. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
(8) |
L-għan tal-miżura kien li jiġi inkoraġġit it-tkabbir ta’ l-intrapriżi ta’ daqs żgħir jew żgħir ħafna, li jkun irriżulta minn proċess ta’ aggregazzjoni (amalgamazzjoni ma’ intrapriżi oħrajn ta’ daqs żgħir jew medju jew l-akkwist tagħhom), permezz ta’ kreditu tat-taxxa. L-infiq previst għal din il-miżura nnotifikata kien ta’ EUR 120 miljun għall-2006, EUR 242 miljun għall-2007 u EUR 122 miljun għall-2008. |
(9) |
Il-bażi legali tal-miżura hija l-Artikolu 2 tad-Digriet-Liġi Nru 106 tas-17 ta’ Ġunju 2005, ikkonvertita f’Liġi Nru 156 tal-31 ta’ Lulju 2005. Din tinkludi standstill clause. L-iskema ta’ għajnuna ma ddaħħlitx fis-seħħ. |
(10) |
L-Italja diġà wettqet miżura simili fl-2005 (3), taħt ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali għall-għajnuna għall-SME (4). Dik il-verżjoni tillimita l-krediti tat-taxxa għal 50 % ta’ l-ispejjeż ta’ konsulenza għal proċess ta’ amalgamazzjoni u akkwist. L-awtoritajiet Taljani indikaw li, minħabba dan il-limitu, l-utilizzazzjoni ta’ din il-miżura kienet limitata, b’132 applikazzjoni għal ammont totali ta’ krediti tat-taxxa ta’ EUR 3 442 261. 46 applikazzjoni biss ġew aċċettati għal ammont totali ta’ krediti tat-taxxa ta’ EUR 415 306. |
III. KUMMENTI MILL-ITALJA
(11) |
Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Jannar 2007, l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-finanzi għal din il-miżura kienu intużaw għal skopijiet oħra u li l-miżura nnotifikata ma kenitx ġiet implimentata għaliex kienet ġiet irtirata. |
IV. EVALWAZZJONI
(12) |
Wara l-irtirar tan-notifika, il-proċedura m’għadx għandha aktar relevanza. |
V. KONKLUŻJONI
(13) |
Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE għaliex din m’għad għandha l-ebda relevanza wara l-irtirar tal-miżura mill-Italja, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Wara l-irtirar tan-notifika mill-Italja, il-proċedura preżenti m’għadx għandha aktar relevanza. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura mibdija taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Italja.
Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 146, 22.6.2006, p. 18.
(2) Ara n-nota 1.
(3) Skond l-Artikolu 9 tal-Liġi-Digriet Nru 35/2005, konvertita f’liġi Nru 80.2005, reġistrata għand il-Kummissjoni fil-21 ta’ April 2005, bin-numru ta’ referenza XS 89.05.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 33).
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Mejju 2007
dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)
(Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2007/336/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa ta’ l-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati huma mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien. |
(3) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali. |
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2007. |
(5) |
Skond dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-Atti li ġejjin:
|
(6) |
L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006. |
(7) |
Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (16), il-qerda tal-mard ta’ l-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 232 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 18 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi tad-deni klassiku tal-majjali.
Artikolu 2
Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 77 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 3
Għall-influwenza tat-tajr, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq l-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq eliġibbli imġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 406 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 4
Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 126 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 5
Għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 274 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 6
Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lid-Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness Ċ tad-Direttiva 93/53/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 7
Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 90 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 8
Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/35/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 98 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 38 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-marda Afrikana taż-żwiemel.
Artikolu 9
Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/75/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 373 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 45 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bluetongue.
Artikolu 10
Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju ta’ l-AFSSA. Nancy, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 11
Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA - Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 250 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.
Artikolu 12
Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrba minn dan iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 120 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 13
Għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-metodi ta’ ttestjar ta’ annimali għat-tgħammir ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina, u l-armonizzazzjoni tal-metodi varji ta’ ttestjar, il-Komunità tagħti assistenza finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja, sabiex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq imġarrab minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 80 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
— |
Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja; |
— |
Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit; |
— |
Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit; |
— |
Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka; |
— |
IFREMER, La Tremblade, Franza; |
— |
Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja; |
— |
Laboratory of the AFSSA, Nancy, Franza; |
— |
AFSSA — Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza; |
— |
Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja. |
— |
INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja. |
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(3) ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.
(4) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(5) ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(6) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(7) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).
(8) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(9) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(10) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(11) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(12) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/60/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).
(13) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(14) ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.
(15) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(16) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta’ Mejju 2007
li tapprova s-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2036)
(It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż biss huma awtentiċi)
(2007/337/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2007 tal-21 ta’ Diċcembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet (stokkijiet) ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), partikolarment punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 41/2007, l-iżvilupp mill-Istati Membri ta’ sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet joħloq kundizzjoni fejn jiżdied in-numru massimu ta’ ġranet li bastiment tas-sajd jista’ jkun preżenti fiż-żona ġeografika definita fl-Anness IIA ta’ dak ir-Regolament matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Frar 2007 u l-31 ta’ Jannar 2008. |
(2) |
Id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet fir-rigward ta’ bastimenti li jġorru abbord l-irkaptu tas-sajd imsemmi fil-punt 4.1.(a)(v) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007, jiġifieri xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi) u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar. |
(3) |
Fid-dawl ta’ dik l-informazzjoni, is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd sottomessi minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu approvati fir-rigward ta’ dawn il-bastimenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sistemi ta’ sospensjoni awtomatika għal-liċenzji tas-sajd fir-rigward ta’ l-infrazzjonijiet, żviluppati mid-Danimarka, mill-Ġermanja u mir-Renju Unit, huma approvati għall-għanijiet ta’ punt 8.1.(h) ta’ l-Anness IIA tar-Regolament (KE) Nru 41/2007 għall-bastimenti li jġorru abbord xbieki tat-tkarkir, tartaruni Daniżi u rkaptu simili, minbarra xbieki tat-tkarkir bit-travu, b’malji ta’ 120 mm jew akbar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali Ġermaniża u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/50 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/338/PESK
ta' l-14 ta’ Mejju 2007
li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) bħala rispons għall-użu ta' forza eċċessiv, sproporzjonat u indiskriminat mill-forzi tas-sigurtà Uzbeki matul l-avvenimenti f'Andijan f'Mejju 2005. Ċerti miżuri restrittivi kienu mġedda bil-Pożizzjoni Komuni 2006/787/PESK tat-13 ta’ Novembru 2006 (2). |
(2) |
Fid-dawl ta' evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill iddeċieda li jġedded il-miżuri restrittivi fuq l-ammissjoni fir-rigward ta' persuni speċifiċi għal perijodu ta' sitt xhur. Matul dan il-perijodu, il-Kunsill ser jirrivedi l-miżuri fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikattiva għas-sitwazzjoni attwali, b'mod partikolari rigward l-elementi deskritti fil-premessa (7) tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-miżuri mniżżlin fl-Artikoli 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK huma b'dan estiżi għal perijodu ta' sitt xhur. Huma japplikaw għall-individwi elenkati fl-Anness għal din il-pożizzjoni komuni, li huma direttament responsabbli għall-użu ta' forza indiskriminat u sproporzjonat f'Andijan u t-tfixkil ta' inkjesta indipendenti.
Artikolu 2
Din il-pożizzjoni komuni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hi għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx sodisfatti.
Artikolu 3
Din il-pożizzjoni komuni għandha tidħol b'effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din il-pożizzjoni komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.
(2) ĠU L 318, 17.11.2006, p. 43.
ANNESS
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1
1. |
Kunjom, Isem: Almatov, Zakirjan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Ministru ta' l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data ta’ twelid: 10 ta’ Ottubru 1949Post ta' twelid: Tashkent, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku) Nazzjonalità: Uzbeka |
2. |
Kunjom, Isem: Mullajonov, Tokhir Okhunovich Psewdonimu: Il-kunjom jista' jinkiteb ukoll: Mullajanov Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Deputat Prim Ministru ta' l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data ta’ twelid: 10 ta’ Ottubru 1950Post ta' twelid: Ferghana, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport nru DA 0003586 (Ppt diplomatiku) jiskadi fil-5 ta’ Novembru 2009 Nazzjonalità: Uzbeka |
3. |
Kunjom, Isem: Mirzaev, Ruslan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ministru tad-Difiża, ex-Konsulent ta’ l-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali |
4. |
Kunjom, Isem: Pavel Islamovich Ergashev Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata Militari “Ċentrali” |
5. |
Kunjom, Isem: Mamo, Vladimir Adolfovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ġeneral Maġġur, Deputat Kmandant, Brigata tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru tad-Difiża |
6. |
Kunjom, Isem: Pak, Gregori Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-brigata ta' reazzjoni rapida tal-Ministeru ta' l-Intern (unità 7332) |
7. |
Kunjom, Isem: Tadzhiev, Valeri Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Forzi Speċjali ta' Stakkament Awtonomu tal-Ministeru ta' l-Intern (unità 7351) |
8. |
Kunjom, Isem: Inoyatov, Rustam Raulovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kap ta' l-SNB (Servizz ta' Sigurtà Nazzjonali) Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data ta’ twelid: 22 ta’ Ġunju 1944Post ta' twelid: Sherabad, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: Passaport Nru DA 0003171 (Ppt diplomatiku); ukoll passaport diplomatiku Nru 0001892 (skadut fil-15 ta’ Settembru 2004) Nazzjonalità: Uzbeka |