ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
11 ta' Mejju 2007


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 511/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

13

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 512/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

15

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 513/2007 tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2007 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 514/2007 ta' l-10 ta’ Mejju 2007 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 515/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 516/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf ( 1 )

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2007 ta’ l-10 ta’ Mejju 2007 li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 518/2007 ta' l-10 ta’ Mejju 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

29

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2007/323/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

30

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

31

 

 

2007/324/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2007 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali bil-ħsieb tan-nomina mill-Kunsill ta' żewġ membri tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għall-azzjoni Komunitarja Kapitali Ewropea tal-Kultura

39

 

 

Kummissjoni

 

 

2007/325/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward ta’ l-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1893)

41

 

 

2007/326/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-infiq ta’ l-aġenziji ta’ ħlas fl-Ungerija u f'Malta dwar in-nefqa ffinanzjata mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), għas-sena finanzjarja 2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1894)

47

 

 

2007/327/KE

 

*

Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2007 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1901)

51

 

 

2007/328/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2007 li tistipula t-tqegħid fis-suq ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1852)  ( 1 )

57

 

 

2007/329/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta’ Helianthus annuus ta’ varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp., minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1822)  ( 1 )

59

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 508/2007

tas-7 ta’ Mejju 2007

li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) jiffissa l-ħtieġa ta’ provvista tradizzjonali għaz-zokkor għar-raffinar għall-Komunità. Din id-dispożizzjoni ġiet emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2011/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea (2), sabiex jiġi provdut għad-distribuzzjoni matul is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 ta’ ħtieġa ta’ provvista tradizzjonali ta’ 198 748 tunnellata għall-Bulgarija u 329 636 tunnellata għar-Rumanija.

(2)

Ir-raffinaturi full-time fil-Bulgarija u r-Rumanija jiddependu għall-biċċa l-kbira fuq importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat minn fornituri tradizzjonali f’ċerti pajjiżi terzi.

(3)

Sabiex jiġi evitat tfixkil tal-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinaturi full-time fil-Bulgarija u r-Rumanija, huwa kkunsidrat meħtieġ li jinfetħu kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet ta’ tali zokkor f’dawk l-Istati Membri minn pajjiżi terzi għal perijodu li jkopri dawk is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom ġew distribwiti fost l-Istati Membri ħtiġiet ta’ provvista tradizzjonali.

(4)

Liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom ikunu riservati għal raffinaturi full-time approvati fil-Bulgarija u r-Rumanija.

(5)

L-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament għandu jiġi ffissat f’livell li jiżgura kompetizzjoni ġusta fis-suq taz-zokkor tal-Komunità, iżda li mhux projbittiv għal importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija. B’kont meħud li l-importazzjonijiet taħt dawn il-kwoti ta’ tariffi jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe pajjiż terz huwa għalhekk xieraq li l-livell tad-dazju fuq l-importazzjoni jiġi ffissat għal EUR 98 għal kull tunnellata, li huwa l-istess livell kif iffissat għaz-zokkor tal-konċessjonijiet CXL taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u ftehim preferenzjali (3),

(6)

Il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-kwoti ta’ tariffi miftuħa minn dan ir-Regolament jistgħu jirrikjedu fi stadju aktar tard l-aġġustament tal-kriterji mniżżla għall-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jsiru l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-kondizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni (4).

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar

1.   Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, għandhom jinfetħu kwoti ta’ tariffi għal total ta’ 396 288 tunnellata f’zokkor abjad ekwivalenti għall-importazzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi CN 1701 11 10 b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Il-kwantità li għandha tiġi importata għandha tiġi distribwita kif ġej:

Il-Bulgarija: 149 061 tunnellata,

Ir-Rumanija: 247 227 tunnellata.

2.   Għal kull waħda mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008 u 2008/2009, għandhom jinfetħu kwoti ta’ tariffi għal total ta’ 528 384 tunnellata f’zokkor abjad ekwivalenti għall-importazzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi CN 1701 11 10 b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.

Il-kwantitajiet li għandhom jiġu importati għandhom jiġu distribwiti kif ġej għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni:

Il-Bulgarija: 198 748 tunnellata,

Ir-Rumanija: 329 636 tunnellata.

3.   Id-dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata previst fil-paragrafi 1 u 2 għandu japplika għal zokkor mhux raffinat ta’ kwalità standard kif definit fl-Anness I, punt III, għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

Fejn il-qari polarimetriku taz-zokkor mhux raffinat importat jibda minn 96 grad, id-dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata għandu jiżdied jew jitnaqqas, kif xieraq, b’ 0,14 % għal kull punt għaxra ta’ grad differenza stabbilita.

4.   Il-kwantitajiet importati taħt il-kwoti ta’ tariffi previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkollhom in-numri ta’ l-ordni li jidhru fl-Anness I.

Artikolu 2

Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Ir-regoli dwar liċenzji ta’ importazzjoni u ħtiġiet ta’ provvista tradizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet taz-zokkor taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Liċenzji ta’ importazzjoni

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija u r-Rumanija kif xieraq.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni jistgħu jiġu sottomessi biss minn raffinaturi full-time li huma stabbiliti fit-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija u li huma approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

3.   Il-liċenzji u l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-kaxxi 17 u 18: il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat, f’ekwivalenza ta’ zokkor abjad, li ma jistgħux jaqbżu l-kwantitajiet għall-Bulgarija u r-Rumanija rispettivament indikati fl-Artikolu 1(1) u (2);

(b)

fil-kaxxa 20: is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha jirrelataw u ta’ l-inqas waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-parti A ta’ l-Anness II;

(ċ)

fil-kaxxa 24 (fil-każ ta’ liċenzji): ta’ l-inqas waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-parti B ta’ l-Anness II.

4.   Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu validi biss għal importazzjonijiet fl-Istat Membru fejn jinħarġu.

Huma għandhom ikunu validi sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.

5.   Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, temenda d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Kumitat ta’ Tmexxija għaz-Zokkor

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaz-Zokkor.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.   Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 tat-2 ta’ April 2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(4)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).


ANNESS I

Numri ta’ l-ordni

Kwoti ta’ importazzjoni għall-importazzjonijiet fi

Numru ta’ l-ordni

Il-Bulgarija

09.4365

Ir-Rumanija

09.4366


ANNESS II

A.

Indikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(3)(b):

:

bil-Bulgaru

:

Преференциална сурова захар, предназначена за рафиниране, внесена съгласно член 1 от Регламент (ЕО) № 508/2007. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Azúcar en bruto preferencial para refinar, importado de acuerdo con el artículo 1, del Reglamento (CE) no 508/2007. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

:

biċ-Ċek

:

Preferenční surový cukr určený k rafinaci, dovezený podle čl. 1 nařízení (ES) č. 508/2007. Pořadové číslo (vloží se pořadové číslo podle přílohy I)

:

bid-Daniż

:

Præferenceråsukker til raffinering, importeret i overensstemmelse med artikel 1 i forordning (EF) nr. 508/2007. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

:

bil-Ġermaniż

:

Präferenzrohzucker zur Raffination, eingeführt gemäß Artikel 1 der Verordnung (EG) Nr. 508/2007. Laufende Nummer (Nummer gemäß Anhang I einzusetzen)

:

bl-Estonjan

:

Sooduskorra alusel määruse (EÜ) nr 508/2007 artikli 1 kohaselt imporditav rafineerimiseks ettenähtud toorsuhkur. Seerianumber … (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Προτιμησιακή ακατέργαστη ζάχαρη για ραφινάρισμα που εισάγεται σύμφωνα με το άρθρο 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 508/2007. Αύξων αριθμός (αύξων αριθμός που παρεμβάλλεται σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

:

bl-Ingliż

:

Preferential raw sugar for refining, imported in accordance with Article 1 of Regulation (EC) No 508/2007. Order No (insert order number as referred to in Annex I)

:

bil-Franċiż

:

Sucre brut préférentiel destiné au raffinage, importé conformément à l’article 1er du règlement (CE) no 508/2007. Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I)

:

bit-Taljan

:

Zucchero greggio preferenziale destinato alla raffinazione, importato conformemente all’articolo 1 del regolamento (CE) n. 508/2007. Numero d’ordine (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Rafinēšanai paredzēts preferences jēlcukurs, kas ievests saskaņā ar Regulas (EK) Nr. 508/2007 1. pantu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar I pielikumu)

:

bil-Litwan

:

Rafinuoti skirtas žaliavinis cukrus, lengvatinėmis sąlygomis įvežtas pagal Reglamento (EB) Nr. 508/2007 1 straipsnį. Eilės numeris (eilės numeris įrašomas pagal I priedą)

:

bl-Ungeriż

:

Finomításra szánt preferenciális nyerscukor az 508/2007/EK rendelet 1. cikkével összhangban importálva. Tételszám (az I. mellékletnek megfelelő tételszámot kell beilleszteni)

:

bil-Malti

:

Zokkor preferenzjali mhux maħdum għar-raffinar, importat skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007. Nru. tas-Serje (daħħal in-numru tas-serje kif imsemmi fl-Anness I)

:

bl-Olandiż

:

Preferentiële ruwe suiker voor raffinage, ingevoerd overeenkomstig artikel 1 van Verordening (EG) nr. 508/2007. Volgnummer (het volgnummer invullen in overeenstemming met bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Preferencyjny cukier surowy do rafinacji, przywieziony zgodnie z art. 1 rozporządzenia (WE) nr 508/2007. Nr porządkowy (zgodnie z załącznikiem I)

:

bil-Portugiż

:

Açúcar bruto preferencial para refinação, importado em conformidade com o artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 508/2007. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

:

bir-Rumen

:

Zahăr brut preferențial destinat rafinării, importat în conformitate cu articolul 1 din Regulamentul (CE) nr. 508/2007. Nr. de serie (numărul de serie se va introduce conform anexei I)

:

bis-Slovakk

:

Preferenčný surový cukor určený na rafináciu dovezený v súlade s článkom 1 nariadenia (ES) č. 508/2007. Poradové číslo (poradové číslo treba vložiť v súlade s prílohou I)

:

bis-Sloven

:

Preferenčni surovi sladkor za prečiščevanje, uvožen v skladu s členom 1 Uredbe (ES) št. 508/2007. Zaporedna št. (zaporedna številka se vnese v skladu s Prilogo I)

:

bil-Finlandiż

:

Etuuskohteluun oikeutettu, puhdistettavaksi tarkoitettu raakasokeri, tuotu asetuksen (EY) N:o 508/2007 1 artiklan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään liitteessä I esitetty järjestysnumero)

:

bl-Iżvediż

:

Förmånsråsocker för raffinering importerat i enlighet med artikel 1 i förordning (EG) nr 508/2007. Löpnummer (löpnummer skall anges enligt bilaga I)

B.

Indikazjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(3)(ċ):

:

bil-Bulgaru

:

Внос при мито от 98 EUR за тон сурова захар със стандартно качество съгласно член 1 от Регламент (ЕО) № 508/2007. Пореден номер на квотата (да бъде вписан съгласно Приложение I)

:

bl-Ispanjol

:

Importación sujeta a un derecho de 98 EUR por tonelada de azúcar en bruto de la calidad tipo en aplicación del artículo 1 del Reglamento (CE) no 508/2007. Número de orden (insértese con arreglo al anexo I)

:

biċ-Ċek

:

Dovezeno s celní sazbou ve výši 98 EUR za tunu surového cukru standardní jakosti podle čl. 1 nařízení (ES) č. 508/2007. Pořadové číslo (vloží se pořadové číslo podle přílohy I)

:

bid-Daniż

:

Import til en told på 98 EUR pr. ton råsukker af standardkvalitet i overensstemmelse med artikel 1 i forordning (EF) nr. 508/2007. Løbenummer (løbenummer indsættes ifølge bilag I)

:

bil-Ġermaniż

:

Einfuhr zum Zollsatz von 98 EUR je Tonne Rohzucker der Standardqualität gemäß Artikel 1 der Verordnung (EG) Nr. 508/2007. Laufende Nummer (Nummer gemäß Anhang I einzusetzen)

:

bl-Estonjan

:

Vastavalt määruse (EÜ) nr 508/2007 artikli 1 tollimaksumääraga 98 eurot tonni kohta imporditud standardkvaliteediga toorsuhkur. Seerianumber … (märgitakse vastavalt I lisale)

:

bil-Grieg

:

Δασμός 98 ευρώ ανά τόνο ακατέργαστης ζάχαρης ποιοτικού τύπου σύμφωνα με το άρθρο 1 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 508/2007. Αύξων αριθμός (αύξων αριθμός που παρεμβάλλεται σύμφωνα με το παράρτημα Ι)

:

bl-Ingliż

:

Import at a duty of EUR 98 per tonne of standard-quality raw sugar in accordance with Article 1 of Regulation (EC) No 508/2007. Order No (insert order number as referred to in Annex I)

:

bil-Franċiż

:

Importation à droit de 98 EUR par tonne de sucre brut de la qualité type en application de l’article 1er du règlement (CE) no 508/2007. Numéro d’ordre (numéro d’ordre à insérer conformément à l’annexe I)

:

bit-Taljan

:

Importazione a un dazio di 98 EUR/t di zucchero greggio della qualità tipo conformemente all’articolo 1 del regolamento (CE) n. 508/2007. Numero d’ordine (inserire in base all’allegato I)

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 508/2007 1. panta definētā standarta kvalitātes jēlcukura ievešana, piemērojot nodokļa likmi EUR 98 par tonnu. Kārtas Nr. (kārtas numuru ieraksta saskaņā ar I pielikumu)

:

bil-Litwan

:

Standartinės kokybės žaliavinio cukraus importas pagal Reglamento (EB) Nr. 508/2007 1 straipsnį taikant 98 EUR už toną importo muitą. Eilės numeris (eilės numeris įrašomas pagal I priedą)

:

bl-Ungeriż

:

Standard minőségű nyerscukor 98 euro/tonna vámtételen történő importja az 508/2007/EK rendelet 1. cikkével összhangban. Tételszám (az I. mellékletnek megfelelő tételszámot kell beilleszteni)

:

bil-Malti

:

Importazzjoni ta’ zokkor mhux maħdum ta’ kwalità standard bid-dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007. Nru ta’ l-ordni (in-numru ta’ l-ordni jiddaħħal skond l-Anness I)

:

bl-Olandiż

:

Invoer tegen een recht van 98 euro per ton ruwe suiker van de standaardkwaliteit overeenkomstig artikel 1 van Verordening (EG) nr. 508/2007. Volgnummer (het volgnummer invullen in overeenstemming met bijlage I)

:

bil-Pollakk

:

Przywóz po stawce celnej 98 EUR za tonę cukru surowego o standardowej jakości zgodnie z art. 1 rozporządzenia (WE) nr 508/2007. Nr porządkowy (zgodnie z załącznikiem I)

:

bil-Portugiż

:

Importação com direito de 98 EUR por tonelada de açúcar bruto da qualidade-tipo, em aplicação do artigo 1.o do Regulamento (CE) n.o 508/2007. Número de ordem (número de ordem a inserir de acordo com o anexo I)

:

bir-Rumen

:

Importat la o taxă de 98 EUR per tona de zahăr brut de calitate standard în conformitate cu articolul 1 din Regulamentul (CE) nr. 508/2007. Nr. de serie (numărul de serie se va introduce conform anexei I)

:

bis-Slovakk

:

Dovoz s clom 98 EUR na tonu surového cukru štandardnej kvality v súlade s článkom 1 nariadenia (ES) č. 508/2007. Poradové číslo (poradové číslo treba vložiť v súlade s prílohou I)

:

bis-Sloven

:

Uvoz po dajatvi 98 EUR na tono surovega sladkorja standardne kakovosti v skladu s členom 1 Uredbe (ES) št. 508/2007. Zaporedna št. (zaporedna številka se vnese v skladu s Prilogo I)

:

bil-Finlandiż

:

Vakiolaatuisen raakasokerin tuonti, johon sovelletaan 98 euroa tonnilta olevaa tullia asetuksen (EY) N:o 508/2007 1 artiklan mukaisesti. Järjestysnumero (lisätään liitteessä I esitetty järjestysnumero)

:

bl-Iżvediż

:

Import till en tullsats av 98 euro per ton råsocker av standardkvalitet med tillämpning av artikel 1 i förordning (EG) nr 508/2007. Löpnummer (ange löpnummer enligt bilaga I)


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2007

tas-7 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażniet tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Konsulenza xjentifika reċenti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indikat li l-ħażna tal-lingwata fid-Diviżjonijiet VIIe ta’ l-ICES ġiet soġġetta għal livelli ta’ mortalità mis-sajd li naqqsu l-kwantitajiet ta’ ħut matur fil-baħar sal-punt li jista’ jiġri li l-ħażniet ma jkunux kapaċi jerġgħu jirkupraw permezz tar-riproduzzjoni u li l-ħażniet huma għalhekk mhedda milli jiġu eżawriti.

(2)

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-ġestjoni tas-sajd tal-ħażna tal-lingwata fil-Fliegu tal-Punent.

(3)

L-objettiv tal-pjan huwa li jiġi żgurat sfruttament tal-ħażna tal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent li jipprovdi kondizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) jirrikjedi inter alia li sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Komunità għandha tapplika l-approċċ prekawzjonali meta jettieħdu l- miżuri li jipproteġu u jikkonservaw il-ħażna, li jipprovdu għall-isfruttament sostenibbli tagħha u li jimminimizzaw l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar. Il-Komunità għandha timmira lejn implementazzjoni progressiva ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, u hija għandha tikkontribwixxi għal attivitajiet tas-sajd effiċjenti fi ħdan l-industrija tas-sajd ekonomikament vijabbli u kompetittiva, filwaqt li tipprovdi standard ġust u tqis l-interessi tal-konsumaturi.

(5)

Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv il-ħażna tal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent trid tinġieb f’limiti bioloġikament siguri billi jitnaqqsu r-rati ta’ mortalità mis-sajd u trid tiġi ġestita b’tali mod li tinżamm il-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-ħażna u jittieħed ħsieb ta’ produzzjoni għolja fit-tul.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd irrikkmanda li mortalità mis-sajd ta’ 0.27 hija konsistenti ma’ produzzjoni għolja fit-tul u mal-kisba ta’ riskju baxx għall-qerda tal-potenzjal produttiv tal-ħażna.

(7)

Tali kontroll tar-rati ta’ mortalità mis-sajd jista’ jinkiseb permezz ta’ l-istabbiliment ta’ metodu adegwat għall-iffissar tal-livell tal-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs), u b’sistema li biha l-isforzi tas-sajd għal dawn il-ħażniet jiġu ristretti għal livelli li mhux probabbli li jeċċedu t-TACs.

(8)

Jeħtieġ li jiġu inklużi miżuri ta’ kontroll flimkien ma’ dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni (3), sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9)

Matul l-ewwel stadju fis-snin 2007, 2008 u 2009, il-pjan pluriennali għandu jitqies bħala pjan ta’ rkupru u sussegwentement pjan ta’ ġestjoni fis-sens ta’ l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U OBJETTIVI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għall-isfruttament sostenibbli tal-ħażna tal-lingwata li tgħix fil-Fliegu tal-Punent (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “lingwata tal-Fliegu tal-Punent”).

2.   Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “Fliegu tal-Punent” tfisser iż-żona tal-baħar ddelinjata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) bħala d-Diviżjoni VIIe.

Artikolu 2

Objettiv

1.   Il-pjan pluriennali għandu jiżgura l-isfruttament sostenibbli tal-ħażna tal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent.

2.   Dan l-objettiv għandu jintlaħaq billi tinkiseb u tinżamm il-mortalità mis-sajd bir-rata ta’ 0.27 fi gruppi ta’ età xierqa.

KAPITOLU II

QABDIET TOTALI PERMISSIBBLI

Artikolu 3

Proċedura biex jiġu stabbiliti l-Qabdiet Totali Permissibbli

1.   Għas-snin 2007, 2008 u 2009 l-Kunsill għandu kull sena jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar il-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) għal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent fil-livell ta’ qabdiet li, skond il-valutazzjoni xjentifika li saret mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), huwa l-ogħla minn:

(a)

dik it-TAC li meta applikata tirriżulta fi tnaqqis ta’ 20 % fir-rata ta’ mortalità mis-sajd fl-2007 meta mqabbla mar-rata medja ta’ mortalità mis-sajd fis-snin 2003, 2004 u 2005 kif stmata l-aktar reċentement mill-STECF;

(b)

dik it-TAC li meta applikata tirriżulta fir-rata ta’ mortalità mis-sajd speċifikata fl-Artikolu 2(2).

2.   Għas-snin 2010, 2011 u 2012 il-Kunsill għandu kull sena jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar it-TACs għal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent fil-livell ta’ qabdiet li, skond valutazzjoni xjentifika li ssir mill-STECF, huwa l-ogħla minn:

(a)

dik it-TAC li meta applikata tirriżulta fi tnaqqis ta’ 15 % fir-rata ta’ mortalità mis-sajd fl-2010 meta mqabbla mar-rata medja ta’ mortalità mis-sajd fis-snin 2007, 2008 u 2009 kif stmata l-aktar reċentement mill-STECF;

(b)

dik it-TAC li meta applikata tirriżulta fir-rata ta’ mortalità mis-sajd speċifikata fl-Artikolu 2(2).

3.   Għall-2013 u għas-snin ta’ wara, il-Kunsill għandu kull sena jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar it-TACs għal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent fil-livell ta’ qabdiet li, skond valutazzjoni xjentifika li ssir mill-STECF, jirriżulta fir-rata ta’ mortalità mis-sajd speċifikata fl-Artikolu 2(2).

4.   Minkejja l-paragrafu 3, jekk l-STECF jirrikmanda li r-rata ta’ mortalità mis-sajd speċifikata fl-Artikolu 2(2) ma ntlaħqitx sal-31 ta’ Diċembru 2012, il-paragrafu 2 għandu japplika, mutatis mutandis, għall-2013, l-2014 u l-2015 u l-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis mill-2016.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet fil-varjazzjoni fit-TACs

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw mill-ewwel sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament:

(a)

fejn l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tirriżulta f’TAC li teċċedi t-TAC tas-sena ta’ qabel b’iżjed minn 15 %, il-Kunsill għandu jadotta TAC li ma jkunx aktar minn 15 % akbar mit-TAC ta’ dik is-sena;

(b)

fejn l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tirriżulta f’TAC li hija inqas mit-TAC tas-sena ta’ qabel b’aktar minn 15 %, il-Kunsill għandu jadotta TAC li mhix aktar minn 15 % inqas mit-TAC ta’ dik is-sena.

KAPITOLU III

LIMITAZZJONI TA’ L-ISFORZ TAS-SAJD

Artikolu 5

Limitazzjoni ta’ l-isforz

1.   It-TACs imsemmija fil-Kapitolu II għandhom jiġu kkompletati b’sistema ta’ limitazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd ibbażata fuq iż-żona ġeografika u gruppi ta’ l-irkaptu tas-sajd, u l-kondizzjonijiet għall-użu ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd assoċjati speċifikati fl-Anness IIċ għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 41/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (4).

2.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, dwar in-numru massimu ta’ ġranet fuq il-baħar disponibbli għal bastimenti preżenti fil-Fliegu tal-Punent u li jużaw xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji li huma 80 mm jew aktar u għal bastimenti fil-Fliegu tal-Punent li jużaw xbieki statiċi b’malji li huma 220 mm jew anqas.

3.   In-numru massimu tal-ġranet fuq il-baħar imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi aġġustat bl-istess proporzjon bħall-aġġustament fil-mortalità mis-sajd previst fl-Artikolu 3.

4.   Minkejja l-paragrafu 3, il-livell ta’ sforz tas-sajd li għandu jiġi stabbilit kull sena fl-2008 u fl-2009 għandu jinżamm fil-livell stabbilit għall-2007.

KAPITOLU IV

MONITORAĠĠ, SPEZZJONI U SORVELJANZA

Artikolu 6

Marġini ta’ tolleranza

B’deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut ta’ l-Istati Membri (5), il-marġini ta’ tolleranza permessa fil-kalkoli ta’ kwantitajiet, f’kilogrammi ta’ piż ħaj ta’ lingwata tal-Fliegu tal-Punent miżmuma abbord bastimenti għandu jkun ta’ 8 % tal-figura fil-ġurnal ta’ abbord. Jekk ma jiġux stabbiliti fatturi ta’ konverżjoni fil-leġislazzjoni Komunitarja, għandu jiġi applikat il-fattur ta’ konverżjoni adottat mill-Istat Membru li jkollu l-bandiera tiegħu tittajjar fuq il-bastiment.

Artikolu 7

Notifika minn qabel

Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li kien preżenti fil-Fliegu tal-Punent jew ir-rappreżentant tiegħu li jixtieq jittrasborda kwalunkwe kwantità ta’ lingwata li nżammet abbord jew jiżbarka kwalunkwe kwantità ta’ lingwata f’port jew f’post ta’ żbark ta’ pajjiż terz għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru tal-bandiera, mill-inqas 24 siegħa qabel it-trasbord jew l-iżbark, bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem tal-port jew tal-lok ta’ l-iżbark;

(b)

il-ħin previst tal-wasla f’dak il-port jew lok ta’ żbark,

(ċ)

il-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ piż naturali ta’ l-ispeċi kollha li tagħhom jinżammu abbord iktar minn 50 kg.

Artikolu 8

Stivar separat tal-lingwata komuni

1.   Għandu jkun projbit li tinżamm abbord bastiment tas-sajd Komunitarju fi kwalunkwe kontenitur individwali kwalunkwe kwantità ta’ lingwata komuni mħallta ma’ kwalunkwe speċi oħra ta’ organiżmi tal-baħar.

2.   Il-kaptani ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jipprovdu lill-ispetturi ta’ l-Istati Membri bl-assistenza li tkun tippermetti l-verifika tal-kwantitajiet dikjarati fil-ġurnal ta’ abbord u li jiġu ċċekkjati l-qabdiet ta’ lingwata komuni miżmuma abbord.

Artikolu 9

Trasport tal-lingwata komuni

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jesiġu li kwalunkwe kwantità ta’ lingwata komuni li taqbeż it-300 kg maqbuda fil-Fliegu tal-Punent u li titniżżel l-art l-ewwel f’dak l-Istat Membru tintiżen fil-preżenza tal-kontrolluri qabel ma tiġi trasportata x’imkien ieħor mill-port ta’ l-ewwel żbark.

2.   B’deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kwantitajiet ta’ lingwata komuni ikbar minn 300 kg li jiġu trasportati lejn post ieħor li mhux il-post ta’ żbark jew ta’ importazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja ta’ waħda mid-dikjarazzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 dwar il-kwantitajiet ta’ lingwata trasportati. M'għandhiex tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13(4)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

Artikolu 10

Programm speċifiku ta’ monitoraġġ

B’deroga mill-Artikolu 34ċ(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-programm speċifiku ta’ monitoraġġ għall-ħażniet tal-lingwata kkonċernati jista’ jdum għal aktar minn sentejn.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Evalwazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni

Il-Kummissjoni għandha tfittex parir xjentifiku mill-STECF dwar ir-rata ta’ progress lejn il-miri tal-pjan ta’ ġestjoni fit-tielet sena ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u kull tielet sena wara l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tipproponi miżuri rilevanti, u l-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata dwar miżuri alternattivi sabiex jinkiseb l-objettiv speċifikat fl-Artikolu 2. B’mod partikolari, il-Kunsill jista’ jemenda r-rata ta’ mortalità mis-sajd speċifikata fl-Artikolu 2(2) b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Ċirkustanzi speċjali

Fil-każ li l-STECF jirrikkmanda li d-daqs tal-ħażna ta’ riproduzzjoni tal-lingwata tal-Fliegu tal-Punent ikun qiegħed ibati minn kapaċità mnaqqsa ta’ riproduttività, il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni dwar TAC li jkun aktar baxx minn dak previst fl-Artikoli 3 u 4, u dwar miżuri ta’ kontroll ta’ l-isforz barra minn dawk previsti fl-Artikolu 5.

Artikolu 13

Fond Ewropew għas-Sajd

Skond l-Artikolu 3(1), il-pjan pluriennali għandu jitqies bħala pjan ta’ rkupru fis-sens ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 fis-snin 2007, 2008 u 2009, u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (6). Sussegwentement, il-pjan pluriennali għandu jitqies, bħala pjan ta’ ġestjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u għall-finijiet ta’ l-Artikolu 21 (a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU C 33 E, 9.2.2006, p. 495.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

(4)  ĠU L 15, 20.1.2007, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 22).

(5)  ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

(6)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 510/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-10 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,5

TN

110,8

TR

147,6

ZZ

99,3

0707 00 05

JO

171,8

MK

35,1

TR

130,5

ZZ

112,5

0709 90 70

TR

109,1

ZZ

109,1

0805 10 20

EG

45,4

IL

37,6

MA

42,8

ZZ

41,9

0805 50 10

AR

37,5

ZZ

37,5

0808 10 80

AR

81,9

BR

76,4

CL

83,6

CN

101,8

NZ

122,0

US

127,8

UY

88,5

ZA

85,2

ZZ

95,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 511/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2006/2007 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2006 (3). Dawn il-prezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 237/2007 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1002/2006 għas-sena tas-suq 2006/2007, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2031/2006 (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 43).

(3)  ĠU L 179, 1.7.2006, p. 36.

(4)  ĠU L 110, 27.4.2007, p. 11.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 99 applikabbli mill-11 ta’ Mejju 2007 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

18,87

6,87

1701 11 90  (1)

18,87

12,74

1701 12 10  (1)

18,87

6,68

1701 12 90  (1)

18,87

12,22

1701 91 00  (2)

24,06

13,56

1701 99 10  (2)

24,06

8,68

1701 99 90  (2)

24,06

8,68

1702 90 99  (3)

0,24

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 512/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-11 ta’ Mejju 2007 (1)

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

27,68  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

27,67  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

27,68  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

27,67  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3009

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

30,09

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

30,09

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

30,09

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,3009

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

:

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr l-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, il-Kososvo, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, Andorra, Ġibiltà, Ceuta, Melilla, is-Santa Sede (il-belt tal-Vatikan), Liechtenstein il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja, Heligoland, Greenland, il-Gżejjer Faroe u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.


(1)  Ir-rati definiti f'dan l-Anness mhumiex applikabbli mill-1 ta' Frar 2005, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/45/KE tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-konklużjoni u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti agrikoli proċessati (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 17).

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendimant taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 513/2007 TAL-KUMMISSJONI

ta' l-10 ta' Mejju 2007

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 958/2006

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 958/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2006/2007 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-10 ta’ Mejju 2007, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-10 ta’ Mejju 2007, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 958/2006 huwa ffissat għal 35,085 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 49. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 203/2007 (ĠU L 61, 28.2.2007, p. 3).


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) NRU 514/2007

ta' l-10 ta’ Mejju 2007

li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti.

(2)

Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fit-8 ta’ Mejju 2007.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm fit-8 ta’ Mejju 2007, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 276/2007 (ĠU L 76, 16.3.2007, p. 16).

(3)  ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 515/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u partikolarment l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross (2), u partikolarment l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, id-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fuq is-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu ffissati billi jitqiesu s-sitwazzjoni u t-tendenzi tal-futur, minn naħa, id-disponibbiltà ta' ċereali, ross u ross miksur kif ukoll prezzhom fuq is-suq tal-Komunità u, min-naħa l-oħra, il-prezzijiet taċ-ċereali, ross, ross miksur u prodotti tas-suq taċ-ċereali fuq is-suq dinji. Skond dawn l-istess artikoli, huwa importanti wkoll li s-swieq taċ-ċereali u tar-ross jkunilhom garantit ekwilibriju u żvilupp naturali għal dak li għandu x'jaqsam ma' prezzijiet u kummerċ u, minbarra dan, li jitqies l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti u li ma jkunx hemm tfixkil fis-suq tal-Komunità.

(3)

L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 (3) dwar is-sistema ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni ta' prodotti pproċessati miċ-ċereali u mir-ross, iddefinixxa l-kriterji speċfiċi li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tar-rifużjoni għal dawn il-prodotti.

(4)

Ir-rifużjoni li għandha tingħata fir-rigward ta' ċerti prodotti pproċessati għandha tvarja skond il-kontenut ta' rmied, fibra nejja, tegument, proteini, xaħam u kontenut ta' lamtu tal-prodott individwali kkonċernat, dan il-kontenut jkun indikatur partikolarment tajjeb tal-kwantità ta' bażi effettivament inkorporata fil-prodott ipproċessat.

(5)

Fil-preżent, mhemmx bżonn li tiġi stabbilita rifużjoni fuq l-esportazzjoni għall-majokk u għeruq u tuberi tropikali oħra jew dqiq miksuba minnhom, meta tikkonsidra l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta u b'mod partikolari in-natura u l-oriġini ta' dawn il-prodotti. Għal ċerti prodotti pproċessati abbażi ta' ċereali, il-parteċipazzjoni insinifikanti tal-Komunità fil-kummerċ dinji ma tagħmilhiex neċessarja li attwalment tiġi ffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

(6)

Is-sitwazzjoni tas-suq dinji u r-rekwiżiti speċifiċi ta' ċerti swieq jistgħu jeħtieġu li tkun varjata r-rifużjoni għal ċerti prodotti, skond għal fejn huma ddestinati.

(7)

Ir-rifużjoni għandha tiġi ffissata darba fix-xahar. Din tista' tinbidel matul dan il-perjodu.

(8)

Ċerti prodotti pproċessati mill-qamħirrum jistgħu jgħaddu minn trattament termiku u wara dan it-trattament tista' tingħata rifużjoni li ma tikkorrispondix mal-kwalità tal-prodott. Għalhekk, għandu jkun speċifikat li fuq dawk il-prodotti li jkollhom lamtu ġelatinizzat minn qabel, l-ebda rifużjoni fuq l-esportazzjoni ma għandha tingħata.

(9)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1518/95 huma ffissati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 13).

(3)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55. Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2993/95 (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 25).


ANNESS

tar-Regolament tal-Kummissjoni ta' l-10 Mejju 2007 li jiffissa r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti pproċessati minn ċereali u ross

Kodiċi tal-prodott

Destinazzjoni

Unità ta' kejl

Ammont tar-rifużjonijiet

1102 20 10 9200  (1)

C10

EUR/t

9,41

1102 20 10 9400  (1)

C10

EUR/t

8,06

1102 20 90 9200  (1)

C10

EUR/t

8,06

1102 90 10 9100

C10

EUR/t

0,00

1102 90 10 9900

C10

EUR/t

0,00

1102 90 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 19 40 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 13 10 9100  (1)

C10

EUR/t

12,10

1103 13 10 9300  (1)

C10

EUR/t

9,41

1103 13 10 9500  (1)

C10

EUR/t

8,06

1103 13 90 9100  (1)

C10

EUR/t

8,06

1103 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 19 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1103 20 60 9000

C10

EUR/t

0,00

1103 20 20 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 69 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 12 90 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 19 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 19 50 9110

C10

EUR/t

10,75

1104 19 50 9130

C10

EUR/t

8,74

1104 29 01 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 03 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 29 05 9300

C10

EUR/t

0,00

1104 22 20 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 22 30 9100

C10

EUR/t

0,00

1104 23 10 9100

C10

EUR/t

10,08

1104 23 10 9300

C10

EUR/t

7,73

1104 29 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 51 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 29 55 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 10 9000

C10

EUR/t

0,00

1104 30 90 9000

C10

EUR/t

1,68

1107 10 11 9000

C10

EUR/t

0,00

1107 10 91 9000

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 11 00 9300

C10

EUR/t

0,00

1108 12 00 9200

C10

EUR/t

10,75

1108 12 00 9300

C10

EUR/t

10,75

1108 13 00 9200

C10

EUR/t

10,75

1108 13 00 9300

C10

EUR/t

10,75

1108 19 10 9200

C10

EUR/t

0,00

1108 19 10 9300

C10

EUR/t

0,00

1109 00 00 9100

C10

EUR/t

0,00

1702 30 51 9000  (2)

C10

EUR/t

10,53

1702 30 59 9000  (2)

C10

EUR/t

8,06

1702 30 91 9000

C10

EUR/t

10,53

1702 30 99 9000

C10

EUR/t

8,06

1702 40 90 9000

C10

EUR/t

8,06

1702 90 50 9100

C10

EUR/t

10,53

1702 90 50 9900

C10

EUR/t

8,06

1702 90 75 9000

C10

EUR/t

11,04

1702 90 79 9000

C10

EUR/t

7,66

2106 90 55 9000

C14

EUR/t

8,06


(1)  Ma għandha tingħata ebda rifużjoni fuq prodotti li jingħataw trattament termiku li jwasslu għal ġelatinizzazzjoni minn qabel tal-lamtu.

(2)  Ir-rifużjonijiet jingħataw b'mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 (ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20), kif emendat.

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.

Il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet numeriċi huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2081/2003 (ĠU L 313, 28.11.2003, p. 11).

Id-destinazzjonijiet l-oħrajn huma definiti kif ġej:

C10

:

Id-destinazzjonijiet kollha.

C14

:

Id-destinazzjonijiet kollha, ħlief l-Iżvizzera u l-Liechtenstein.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 516/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittiv fl-għalf

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (1), u partikolarment l-Artikoli 3 u 9d(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali.

(2)

L-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-miżuri ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi ta’ l-għalf mibgħuta skond id-Direttiva 70/524/KEE qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv imniżżel fl-Anness ta’ dan ir-Regolament intbagħtet qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Kummenti tal-bidu dwar dawk l-applikazzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/524/KEE, tressqu lill-Kummissjoni qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Dawk l-applikazzjonijiet għalhekk għandhom jibqgħu jitqiesu skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 70/524/KEE.

(5)

L-użu ta’ endo-1,4-beta-xylanase KE 3.2.1.8 prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) ġie awtorizzat provviżorjament għall-ewwel darba għall-ħnieżer tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 261/2003 (3) u għad-dundjani tas-simna mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2188/2002 (4). Data ġdida tressqet b'appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien ta’ dik il-preparazzjoni ta’ enżimi. Il-valutazzjoni turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE għall-awtorizzazzjoni bħal din huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni ta’ enżimi, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din l-applikazzjoni turi li ċerti proċeduri għandhom ikunu meħtieġa sabiex il-ħaddiema jkunu protetti mill-espożizzjoni għall-addittivi elenkati fl-Anness. Protezzjoni bħal din għandha tkun żgurata permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5).

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni li tagħmel parti mill-grupp “Enżimi”, kif speċifikat fl-Anness, hija awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien bħala addittiv fin-nutriment ta’ l-annimali skond il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1800/2004 (ĠU L 317, 16.10.2004, p. 37).

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  ĠU L 37, 13.3.2003, p. 12.

(4)  ĠU L 333, 10.12.2002, p. 5.

(5)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Nru KE

Addittiv

Formula kimika, deskrizzjoni

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ

Enżimi

E 1606

Endo-1,4-beta-xylanase

EC 3.2.1.8

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-xylanase prodotta mill- Bacillus subtilis (LMG S-15136) li għandha attivitajiet minimi ta':

Solida u likwida:

endo-1,4-beta-xylanase: 100 IU (1)/g or ml

Ħnieżer għat-tismin

10 IU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 10 IU

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna arabinoksilan eż. minimu ta' 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien

Dundjani għat-tismin

10 IU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u l-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Doża rakkomandata għal kull kg ta' għalf sħiħ: 10 IU

3.

Għall-użu f'għalf kompost li fih ħafna arabinoksilan eż. minimu ta' 40 % qamħ.

Mingħajr limitu ta’ żmien


(1)  1 IU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromole ta' reducing sugars (ekwivalent ta' ksilożju) minn xylan ta' l-injam tal-betula fil-minuta f'pH ta' 4.5 u 30° C.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 517/2007

ta’ l-10 ta’ Mejju 2007

li jistipula r-rati tar-rifużjonijiet applikabbli għal ċertu ċereali u prodotti tar-ross esportati f’forma ta’ prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1), b’mod partikolari l-Artikolu13(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (2), b’mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 jipprovdu li d-differenza bejn kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ta’ kull wieħed minn dawn ir-Regolamenti u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġi koperti b’rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 tat-30 Ġunju 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 dwar is-sistema għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerti prodotti agrikoli esportati bħala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (3), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1785/2003 kif xieraq.

(3)

Bi qbil ma’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 , ir-rata tar-rifużjoni għal kull 100 kilogramm għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi inkwistjoni rid tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-obbligi li għandhom x’jaqsmu mar-rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mhux koperti bl-Anness I għat-Trattat jistgħu jkunu fil-perikolu jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta’ rifużjoni. Għalhekk huwa neċessarju li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni f’sitwazzjonijiet bħal dawn mingħajr, madankollu, ma titfixkel il-konklużjoni tal-kuntratti tat-tul. L-istipular ta’ rata ta’ rifużjoni speċifika għall-istipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-oġġettivi varji.

(5)

Jekk jittieħed inkonsiderazzjoni il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika fuq l-esportazzjoni komunitarja ta’ prodotti ta’ l-għaġin għall-Istati Uniti, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/482/KEE (4), huwa meħtieg li tinħoloq differenza bejn ir-rifużjonijiet fuq prodotti li jaqgħu taħt kodiċi NM 1902 11 00 u 1902 19 skond id-destinazzjoni tagħhom.

(6)

Insegwitu għall-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, rata mnaqqsa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni trid tiġi stipulata, billi tieħu inkonsiderazzjoni l-ammont tar-rifużjoni applikabbli, insegwitu għar-regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1722/93 (5), fuq il-prodott bażiku inkwistjoni, użat waqt il-perjodu assumat tal-manifattura tal-prodotti.

(7)

L-ispirti huma kkunsidrati inqas sensittivi għall-prezz taċ-ċereali użati fil-manifattura tagħhom. Madankollu, il-Protokoll 19 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka jipprovdi li l-miżuri neċessarji jridu jiġu deċiżi biex jiffaċilitaw l-użu taċ-ċereali tal-Komunità fil-manifattura ta’ l-ispirti miksuba miċ-ċereali. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi adottata r-rata ta’ rifużjoni applikata għaċ-ċereali esportati bħala spirti.

(8)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-ċereali għadu ma tax opinjoni fiż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati tar-rifużjoni applikabbli għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, u esportati f’forma ta’ prodotti elenkati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 rispettivament, huma stipulati kif inhu maħsub fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p 96. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/2007 (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 31).

(4)  ĠU L 275, 29.9.1987, p. 36.

(5)  ĠU L 159, 1.7.1993, p. 112. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1584/2004 (ĠU L 280, 31.8.2004, p. 11).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-11 ta’ Mejju 2007 għal ċerti ċereali u prodotti tar-ross esportati bhala prodotti mhux koperti bl-Anness I tat-Trattat (*)

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti (1)

Rata tar-rifużjoni għal kull 100 kg ta’ prodott bażiku

Fil-każ ta’ stipular bil-quddiem tar-rifużjonijiet

Oħrajn

1001 10 00

Qamħ Durum:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta' l-Amerika

– f’każijiet oħra

1001 90 99

Qamħ komuni u meslin:

 

 

– fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 1902 11 u 1902 19 għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

– f’każijiet oħra:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

– – fejn jiġu esportati l-prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

1002 00 00

Segala

1003 00 90

Xgħir

 

 

– fejn jiġu esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitoli 2208 (3)

– f’każijiet oħra

1004 00 00

Ħafur

1005 90 00

Qamħirrum (corn) użat fil-forma ta’:

 

 

– lamtu:

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,672

0,672

– – fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– – f’każijiet oħra

0,672

0,672

– glukożju, ġulepp tal-glukożju, maltodextrine, ġulepp tal-maltodextrine tal-Kodiċi NM 1702 30 51 , 1702 30 59 , 1702 30 91 , 1702 30 99 , 1702 40 90 , 1702 90 50 , 1702 90 75 , 1702 90 79 , 2106 90 55  (4):

 

 

– – fejn japplika l-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,504

0,504

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– – f’każijiet oħra

0,504

0,504

– – fejn prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3) huma esportati

– oħrajn (li jinkludu dawk li mhumiex ipproċessati)

0,672

0,672

Lamtu tal-patata tal-Kodiċi NM 1108 13 00 simili ta’ prodott miksub minn qamħirrun ipproċessat:

 

 

– fejn japplika Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 (2)

0,672

0,672

– fejn huma esportati prodotti li jaqgħu taħt subtitolu 2208 (3)

– f’każijiet oħra

0,672

0,672

ex 1006 30

Ross mitħun għal kollox:

 

 

– qamħa tonda

– qamħa medja

– qamħa twila

1006 40 00

Ross imkisser

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, li mhuwiex ibridu, għaż-żrigħ


(*)  Ir-rati stabbiliti f’dan l-anness m'humiex applikabbli għall-esportazzjoni mill- u għall-prodotti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll Nru 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lejn il-Konfederazzjoni Żvizzera jew lejn il-Prinċipalità ta’ Liechtenstein.

(1)  Safejn prodotti agrikoli miksuba mill-ipproċessar ta’ prodott bażiku jew/u prodotti assimilati huma kkonċernati, il-koeffiċjent li hemm fl-Anness E tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 huwa applikabbli.

(2)  Il-prodotti kkonċernati jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 10 50.

(3)  Prodotti mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jew fejn hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2825/93 (ĠU L 258, 16.10.1993, p. 6).

(4)  Għall-ġuleppi tal-Kodiċi NM 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 60 90, miksuba mit-taħlit tal-ġulepp tal-glukożju u l-fruttożju, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni tista' tingħata biss għall-ġulepp tal-glukożju.


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 518/2007

ta' l-10 ta’ Mejju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni fid-9 ta' Mejju 2007 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-30 ta' Ġunju 2007, għaż-żoni ta' destinazzjoni 1) l-Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal-Lvant, 4) L-Ewropa tal-Punent, stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet mressqa mill-1 sa l-2 ta' Mejju 2007 –8 ta' Mejju 2007 u li sas-1 ta' Lilju 2007 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu mill-1 sa l-2 ta' Mejju 2007 –8 ta' Mejju 2007 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 20,42 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika, sal-limitu ta' 35,14 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 2) l-Asja, sal-limitu ta' 30,30 % tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant u sal-limitu ta' 8,76% tal-kwantitajiet mitluba, għaż-żona 4) l-Ewropa tal-Punent.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mill-9 ta' Mejju 2007 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mit-11 ta' Mejju 2007 huma sospiżi għaż-żoni 1) Afrika, 2) l-Asja, 3) l-Ewropa tal- Lvant u 4) l-Ewropa tal-Punent, sas-1 ta' Lilju 2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2005 (ĠU L 333, 20.12.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2165/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 1).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Settembru 2006

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2007/323/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim.

Artikolu 3

Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-PARAGWAJ

min-naħa l-oħra

(minn hawn ‘il quddiem msejħa “l-Partijiet”)

JINNUTAW li ġew konklużi ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea,

JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

JIKKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ tali pajjiżi terzi li jakkwistaw sehem fi trasportaturi bl-ajru liċenzjati konformement mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, għandhom jinġiebu konformi ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj u sabiex tiġi ppreżervata l-kontinwità ta’ tali servizzi ta’ l-ajru,

JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj, li jiġi milqut il-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u trasportaturi bl-ajru tar-Repubblika tal-Paragwaj, jew li jiġu negozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti dwar servizzi ta’ l-ajru fir-rigward ta’ drittijiet tat-traffiku.

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim “Stati Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, “l-Istati Membri tal-LACAC” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Kummissjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili ta’ l-Amerika Latina.

2.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għal ċittadini ta’ l-Istat Membru li jkun Parti għall-ftehim konċernat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3.   Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għal trasportaturi bl-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li jkun Parti għall-ftehim konċernat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għat-trasportaturi bl-ajru jew linji ta’ l-ajru nominati minn dak l-Istat Membru.

Artikolu 2

Nomina, Awtorizzazzjoni u Revoka

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, relattivament għan-nomina ta’ trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, għall-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika tal-Paragwaj, u relattivament għar-rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.

Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II (a) u (b) rispettivament, relattivament għan-nomina ta’ trasportatur bl-ajru mir-Repubblika tal-Paragwaj, għall-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Istat Membru, u relattivament għar-rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament.

2.   Malli tirċievi nomina mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Paragwaj għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(i)

it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru nominanti u jkollu Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; u

(ii)

ikun eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur ta’ l-Ajru u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata biċ-ċar fin-nomina; u

(iii)

it-trasportatur bl-ajru jkun il-proprjetà ta’, direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja, u jkun effettivament kontrollat mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra.

3.   Ir-Repubblika tal-Paragwaj tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur bl-ajru nominat minn Stat Membru fejn:

(i)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru nominanti jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

(ii)

ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur ta’ l-Ajru, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fin-nomina; jew

(iii)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ u ma jkunx effettivament kontrollat direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini ta’ Stati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta’ tali Stati oħra; jew

(iv)

it-trasportatur bl-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera taħt ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u Stat Membru ieħor u r-Repubblika tal-Paragwaj turi li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet fuq it-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

(v)

it-trasportatur bl-ajru jkollu Ċertifikat ta’ Operatur ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun jeżisti ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u dak l-Istat Membru, u lit-trasportatur bl-ajru nominat mir-Repubblika tal-Paragwaj jkunu ġew miċhuda d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru.

Bl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Paragawaj ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi bl-ajru Komunitarji abbażi tan-nazzjonalità.

4.   Malli jirċievi nomina mingħand ir-Repubblika tal-Paragwaj, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi adegwati bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

(i)

it-trasportatur bl-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Paragwaj; u

(ii)

ir-Repubblika tal-Paragwaj ikollha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru u tkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operatur ta’ l-Ajru; u

(iii)

it-trasportatur bl-ajru jkun il-proprjetà ta’ u jkun effettivament kontrollat direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja mill-Istati Membri tal-LACAC u/jew minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-LACAC.

5.   Stat Membru jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ trasportatur bl-ajru mir-Repubblika tal-Paragwaj fejn:

(i)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit fir-Repubblika tal-Paragwaj; jew

(ii)

il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx eżerċitat jew miżmum mir-Repubblika tal-Paragwaj jew ir-Repubblika tal-Paragwaj ma tkunx responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tiegħu ta’ Operaturi ta’ l-Ajru; jew

(iii)

it-trasportatur bl-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ u ma jkunx effettivament kontrollat direttament jew permezz ta’ maġġoranza azzjonarja mill-Istati Membri tal-LACAC u/jew minn ċittadini ta’ Stati Membri tal-LACAC; jew

(iv)

it-trasportatur bl-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera taħt ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor tal-LACAC, u l-Istat Membru juri li, bl-eżerċizzju tad-drittijiet fuq it-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru ieħor tal-LACAC, dan jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor.

Artikolu 3

Sigurtà

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(ċ).

2.   Fejn Stat Membru jkun innomina trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu ikun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Paragwaj taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li nnomina t-trasportatur bl-ajru u r-Repubblika tal-Paragwaj għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta’ l-istandards ta’ sigurtà minn dak l-Istat Membru ieħor u fir-rispett ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur bl-ajru.

Artikolu 4

It-tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness II(d).

2.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) m’għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f’vettura ta’ l-ajru ta’ trasportatur bl-ajru nominat tar-Repubblika tal-Paragwaj li jopera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

3.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness II(d) m’għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’vettura ta’ l-ajru ta’ trasportatur bl-ajru nominat ta’ Stat Membru li jopera bejn punt fit-territorju tar-Repubblika tal-Paragwaj u punt ieħor fit-territorju tar-Repubblika tal-Paragwaj jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-LACAC.

Artikolu 5

Tariffi għat-trasport

1.   Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness II(e).

2.   It-tariffi li jiġu imposti mit-trasportatur jew trasportaturi bl-ajru nominati mir-Repubblika tal-Paragwaj taħt xi ftehim elenkat fl-Anness I li jkun jinkludi dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal trasport li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Il-liġi tal-Komunità Ewropea għandha tiġi applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

3.   It-tariffi li jiġu imposti mit-trasportatur jew trasportaturi bl-ajru nominati minn Stat Membru taħt xi ftehim elenkat fl-Anness I li jkun jinkludi dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal trasport bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u xi Stat Membru ieħor tal-LACAC għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Paragwajana fir-rigward tal-price leadership. Il-liġi Paragwajana għandha tiġi applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

Artikolu 6

Kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu:

(i)

jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni,

(ii)

isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dawn; jew

(iii)

jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2.   Id-dispożizzjonijiet kontenuti fil-ftehim elenkati fl-Anness I li jkunu inkompatibbli mal-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu applikati.

Artikolu 7

Annessi ma’ dan il-ftehim

L-Annessi ma’ dan il-Ftehim għandhom jifformaw parti integranti minnu.

Artikolu 8

Reviżjonijiet jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li jkunu meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3.   Dawk il-ftehim u arranġamenti oħra bejn Stati Membri u r-Repubblika tal-Paragwaj li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qegħdin jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim japplika għal kull tali ftehim u arranġament mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu.

Artikolu 10

Terminazzjoni

1.   Fejn jiġi tterminat xi wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim relattivi għall-ftehim konċernat elenkat f’dak l-Anness għandhom jintemmu fl-istess waqt.

2.   Fil-każ li l-ftehim kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess waqt.

B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, duplikatament, fit-tnejn u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u sebgħa, fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża. F’każ ta’ diverġenza, it-test bl-Ispanjol għandu jipprevalixxi fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

Image

За Република Парагвай

Por la República del Paraguay

Za Paraguayskou republiku

For Republikken Paraguay

Für die Republik Paraguay

Paraguay Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Παραγoυάης

For the Republic of Paraguay

Pour la République du Paraguay

Per la Repubblica del Paraguay

Paragvajas Republikas vārdā

Paragvajaus Respublikos vardu

A Paraguayi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika tal-Paragwaj

Voor de Republiek Paraguay

W imieniu Republiki Paragwaju

Pela República do Paraguai

Pentru Republica Paraguay

Za Paraguajskú republiku

Za Republiko Paragvaj

Paraguayn tasavallan puolesta

För Republiken Paraguay

Image

ANNESS I

Lista ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

(a)

Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qegħdin jiġu applikati provviżorjament

Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat f’Bonn nhar is-26 ta’ Novembru 1974, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj – Ġermanja” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Renju tal-Belġju dwar it-trasport bl-ajru skedat, iffirmat f’Asuncion nhar l-1 ta’ Settembru 1972, kif modifikat permezz tan-Nota Miftiehma iffirmata fi Brussel fit-3 ta’ Settembru 1982, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Belġju” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Paragwaj u l-Gvern ta’ Spanja dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f’Madrid nhar it-12 ta’ Mejju 1976, kif supplimentat permezz tan-Nota Miftiehma iffirmata f’Asuncion nhar it-2 ta’ Novembru 1978, permezz tan-Nota Miftiehma iffirmata f’Asuncion nhar l-1 ta’ Settembru 1985, permezz tan-Nota Miftiehma iffirmata f’Madrid nhar is-6 ta’ Ottubru 1992, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Spanja” fl-Anness II;

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Renju ta’ l-Olanda dwar it-trasport bl-ajru skedat, iffirmat fl-Aja nhar is-7 ta’ Frar 1974, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Olanda” fl-Anness II.

(b)

Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhumiex qegħdin jiġu applikati provviżorjament.

L-abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Paragwaj u l-Gvern tar-Repubblika Taljana dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat f’Ruma fit-18 ta’ Lulju 1985 bħala Anness man-Nota Miftiehma dwar il-Konsultazzjonijiet, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja” fl-Anness II;

L-abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Paragwaj u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq dwar servizzi ta’ l-ajru, inizjalat f’Asuncion nhar it-28 ta’ Awwissu 1998 bħala Anness B mal-Protokoll Miftiehem bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tar-Repubblika tal-Paragwaj u tar-Renju Unit, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit” fl-Anness II.

ANNESS II

Lista ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-ftehim

(a)

Nomina:

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj – Ġermanja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj – Belġju;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj – Spanja;

l-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja;

l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj – Olanda;

l-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

(b)

Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj – Ġermanja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj – Belġju;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj – Spanja;

l-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja;

l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj – Olanda;

l-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

(ċ)

Kontroll regolatorju:

l-Artikolu 10 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja;

l-Artikolu 14 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit;

(d)

It-Tassazzjoni tal-Karburant ta’ l-Avjazzjoni:

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Paragwaj – Ġermanja;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj – Belġju;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj – Spanja;

l-Artikolu 6 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja;

l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj – Olanda;

l-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit.

(e)

Tariffi għat-Trasport fi ħdan il-Komunità Ewropea:

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj – Ġermanja;

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj – Belġju;

l-Artikolu 6 tal-Ftehim Paragwaj – Spanja;

l-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Italja;

l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj – Olanda;

l-Artikolu 7 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

ANNESS III

Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim

(a)

Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b)

Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(ċ)

Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d)

Il-Konfederazzjoni Żvizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru).


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Mejju 2007

dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali bil-ħsieb tan-nomina mill-Kunsill ta' żewġ membri tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għall-azzjoni Komunitarja “Kapitali Ewropea tal-Kultura”

(2007/324/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sa l-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 10 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikoli 6 u 10 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE jipprovdu li għandhom jiġu stabbiliti bord ta' l-għażla u bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni u li dawn il-bordijiet għandhom jinkludu seba' membri nominati mill-istituzzjonijiet Ewropej, li minnhom tnejn għandhom jiġu nominati mill-Kunsill.

(2)

Huwa xieraq għall-Kunsill li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għan-nomina taż-żewġ membri tal-Kunsill fuq dawn il-bordijiet.

(3)

Hawn l-arranġamenti għandhom ikunu ġusti, mhux diskriminatorji u trasparenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar in-nomina ta' żewġ membri għall-bord ta' l-għażla u għall-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni skond l-arranġamenti prattiċi u proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 2.

Artikolu 2

1.   Għandu jiġi organizzat tlugħ bix-xorti fost l-Istati Membri kollha. Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri fit-tlugħ bix-xorti għandha tkun volontarja. Madankollu, biex ir-riskju ta' kunflitt ta' interess ikun minimizzat, l-Istati Membri li jkunu qed jospitaw Kapitali Ewropea tal-Kultura li tkun ser tiġi magħżula jew immonitorjata matul it-terminu ta' ħidma tal-membri tal-bord għandhom ikunu esklużi mit-tlugħ bix-xorti. Lista ta' l-Istati Membri konċernati, ibbażata fuq l-ordni tad-dritt għan-nomina għal Kapitali Ewropea tal-Kultura skond l-Anness għad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE, qed tiġi stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Barra minn dan, biex tkun żgurata l-aktar distribuzzjoni ġeografika wiesgħa possibbli ta' Stati Membri li jirrakkomandaw esperti, l-Istati Membri li jirrakkomandaw esperti għall-perijodu preċedenti, għandhom jiġu esklużi mit-tlugħ bix-xorti.

2.   L-ewwel żewġ Stati Membri li jitilgħu għandhom jintgħażlu. Kull wieħed miż-żewġ Stati Membri għandu jirrakkomanda n-nomina ta' espert indipendenti b'esperjenza u kompetenza sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali ta' l-ibliet jew fl-organizzazzjoni ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura.

3.   Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ Stati Membri magħżula u wara skrutinju debitu tal-kandidati rakkomandati, il-Kunsill għandu jinnomina ż-żewġ esperti li għandhom jifformaw parti mill-bord ta' l-għażla u l-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għal perijodu ta' tliet snin.

4.   Fil-każ ta' mewt jew ta' riżenja ta' espert tal-bord, l-Istat Membru li jkun irrakkomanda lill-espert għandu jirrakkomanda sostitut għall-bqija tat-terminu. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

H. SEEHOFER


(1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.


ANNESS

Laqgħat previsti tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni

 

Laqgħat tal-bord ta' l-għażla (1)

Laqgħat tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni (2)

BORD 2007-2009

Finlandja (2011)

Estonja (2011) (3)

Franza (2013)

Slovakkja (2013)

Portugall (2012)

Slovenja (2012)

Żvezja (2014)

Latvja (2014)

Belġju (2015)

Repubblika Ċeka (2015)

Ġermanja (2010)

Ungerija (2010)

Finlandja (2011)

Estonja (2011)

Portugall (2012)

Slovenja (2012)

BORD 2010-2012

Belġju (2015)

Repubblika Ċeka (2015)

Spanja (2016)

Polonja (2016)

Danimarka (2017)

Ċipru (2017)

Olanda (2018)

Malta (2018)

Finlandja (2011)

Estonja (2011)

Portugall (2012)

Slovenja (2012)

Franza (2013)

Slovakkja (2013)

Żvezja (2014)

Latvja (2014)

Belġju (2015)

Repubblika Ċeka (2015)

BORD 2013-2015

Italja (2019)

Bulgarija (2019) (4)

Żvezja (2014)

Latvja (2014)

Belġju (2015)

Repubblika Ċeka (2015)

Spanja (2016)

Polonja (2016)

Danimarka (2017)

Ċipru (2017)

Olanda (2018)

Malta (2018)


(1)  Żewġ laqgħat ta' l-għażla għal kull pajjiż: il-pre-selezzjoni mhux aktar tard minn 5 snin qabel l-avveniment, is-selezzjoni finali 9 xhur wara.

(2)  Żewġ laqgħat ta' monitoraġġ għal kull pajjiż: mhux aktar tard minn sentejn qabel l-avveniment, mhux aktar tard minn 8 xhur qabel l-avveniment.

(3)  L-esperti tal-Kunsill għall-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2011 kienu maħtura mill-Kunsill fit-13 ta' Novembru 2006 skond id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.

(4)  L-ordni tad-dritt wara l-2019 mhux magħruf.


Kummissjoni

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2007

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward ta’ l-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1893)

(It-testi biċ-Ċek, Estonjan, Ingliż, Latvjan, Litwan, Pollakk, Slovakk, Sloven u Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2007/325/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward ta’ l-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati akkompanjati mill-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet trażmessi fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

(2)

Il-limiti ta’ żmien konċessi lir-Repubblika Ċeka, lill-Estonja, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lil Malta, lill-Polonja, lis-Slovenja u s-Slovakkja għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta’ Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG (2) issa skadew.

(3)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni mressqa u kkomunikat lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja qabel il-31 ta’ Marzu 2007 s-sejbiet tagħha, flimkien ma’ l-emendi meħtieġa.

(4)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali, kopert mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (3), ir-riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni għandu jitnaqqas minn jew jiżdied ma’ ħlasijiet sussegwenti li tagħmel il-Kummissjoni.

(5)

Fid-dawl tal-verifiki li twettqu, il-kontijiet annwali u d-dokument anċillari jippermetti lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqa. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport Sommarju li tressaq lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif li ressqu ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ investigazzjoni ulterjuri u l-kontijiet tagħhom għalhekk ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali kopert bir-Regolament (KE) Nru 27/2004, l-ammonti li jistgħu jiġu irkuprati jew li għandhom jitħallsu skond id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandhom jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ ħlasijiet sussegwenti.

(8)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kumissjoni li jeskludu mill-finanzjament Komunitarju infiq li ma jsirx skond ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, l-ammonti li jistgħu jiġu irkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru skond din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja huma stipulati fl-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2006, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru skond din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja stipulati fl-Anness III, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika tas-Slovenja u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 465/2005 (ĠU L 77, 23.3.2005, p. 6).

(3)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

Sena Finanzjarja 2006 – Nefqa fuq l-Iżvilupp Rurali fl-Istati Membri l-Ġodda

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru

MS

 

Nefqa għall-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Ħlasijiet Interim rifużi lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru

approvati

mifruda

= nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= total tal-Ħlasijiet Interim rifużi lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

CY

EUR

24 796 690,13

0,00

24 796 690,13

0,00

24 796 690,13

24 797 284,89

– 594,76

CZ

EUR

176 491 761,34

0,00

176 491 761,34

–10 444,11

176 481 317,23

176 353 014,70

128 302,53

EE

EUR

42 423 603,39

0,00

42 423 603,39

–15 231,72

42 408 371,67

42 408 371,67

0,00

HU

EUR

296 033 597,90

0,00

296 033 597,90

–9 339,13

296 024 258,77

296 024 258,77

0,00

LT

EUR

0,00

140 016 475,42

140 016 475,42

0,00

140 016 475,42

140 016 475,42

0,00

LV

EUR

95 213 650,83

0,00

95 213 650,83

0,00

95 213 650,83

95 213 651,75

–0,92

MT

EUR

7 944 230,12

0,00

7 944 230,12

–4 618,97

7 939 611,15

7 939 611,15

0,00

PL

EUR

1 149 569 960,50

0,00

1 149 569 960,50

–13 069,51

1 149 556 890,99

1 149 556 398,09

492,90

SI

EUR

118 941 385,27

0,00

118 941 385,27

0,00

118 941 385,27

118 942 873,75

–1 488,48

SK

EUR

0,00

117 783 440,91

117 783 440,91

0,00

117 783 440,91

117 783 440,91

0,00


MS

 

Ħlasijiet bil-quddiem li diġà saru iżda li għad iridu jiġu approvati għall-implimentazzjoni tal-programm [Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999].

CZ

EUR

86 848 000,00

CY

EUR

11 968 000,00

EE

EUR

24 080 000,00

HU

EUR

96 368 000,00

LT

EUR

78 320 000,00

LV

EUR

52 496 000,00

MT

EUR

4 304 000,00

PL

EUR

458 624 000,00

SI

EUR

45 056 000,00

SK

EUR

63 536 000,00


ANNESS II

NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA GĦALL-IŻVILUPP RURALI GĦALL-EŻERĊIZZJU 2006

Differenzi bejn il-kontijiet annwali u d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa

Ċipru

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Appoġġ għal investimenti għall-ġestjoni ta' l-iskart mill-Annimali

9 443 852,29

0,00

9 443 852,29

2

Inċentiv għat-titjib u l-iżvilupp

1 239 312,75

0,00

1 239 312,75

3

Inċentiv għall-istabbiliment ta' għelejjel tal-produtturi

0,00

0,00

0,00

4

Promozzjoni ta' taħriġ vokazzjonali għall-bdiewa

0,00

0,00

0,00

5

Servizz tekniku u konsultattiv għall-bdiewa

0,00

0,00

0,00

6

Irtirar qabel iż-żmien

486 308,23

0,00

486 308,23

7

Appoġġ għall-istabbiliment ta' bdiewa żgħażagħ

1 275 250,49

0,00

1 275 250,49

8

Biex jintlaħqu l-istandards ta' l-UE

1 360 168,93

0,00

1 360 168,93

9

Adozzjoni ta' miżuri agri-ambjentali

4 130 349,24

0,00

4 130 349,24

10

Azzjonijiet agri-ambjentali għall-ħarsien tal-valur naturali

556 903,68

0,00

556 903,68

11

Afforestazzjoni

13 952,08

0,00

13 952,08

12

Titjib ta' l-infrastruttura għall-iżvilupp tal-bhejjem

192 901,09

0,00

192 901,09

13

Żoni Anqas Favoriti

4 881 517,45

0,00

4 881 517,45

14

Appoġġ għal skemi ta' kwalità

0,00

0,00

0,00

15

Appoġġ għal proċessar fuq skala żgħira, tradizzjonali

209 556,17

0,00

209 556,17

16

Ħarsien ta' pajsaġġi agrikoli u tradizzjonali

696 713,67

0,00

696 713,67

17

Ħarsien minn nirien forestali u diżastri naturali oħra

200 764,44

0,00

200 764,44

18

Afforestazzjoni ta' art mhux agrikola

55 636,33

0,00

55 636,33

19

Titjib tal-proċess tal-ħsad

53 503,29

0,00

53 503,29

20

Appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni, monitoraġġ

0,00

0,00

0,00

21

Appoġġ tekniku ta' inizjattivi kollettivi fuq il-livell lokali

0,00

0,00

0,00

 

TOTAL

24 796 690,13

0,00

24 796 690,13


Ir-Repubblika Ċeka

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Irtirar qabel iż-żmien

545 103,99

0,00

545 103,99

2

Żoni Anqas Favoriti

76 534 949,79

–10 115,18

76 524 834,61

3

Agri-ambjent

88 959 922,46

– 178,10

88 959 744,36

4

Foresterija

2 707 601,06

– 150,83

2 707 450,23

5

Gruppi ta' produtturi

1 687 004,62

0,00

1 687 004,62

6

Għajnuna teknika

0,00

0,00

0,00

7

Sapard

0,00

0,00

0,00

700

Investimenti fi stabbilimenti agrikoli, R. 1268/1999

351 123,76

0,00

351 123,76

701

Proċessar u tqegħid fis-suq R. 1268/1999

1 641 034,72

0,00

1 641 034,72

702

Ħsara mill-għargħar 1

0,00

0,00

0,00

703

Titjib ta' l-istrutturi għall-kwalità

847 428,46

0,00

847 428,46

704

Titjib ta' l-art u tqassim mill-ġdid

683 889,73

0,00

683 889,73

705

Tiġdid u żvilupp ta' l-irħula

634 488,40

0,00

634 488,40

706

Ħsara mill-għargħar 2

110 168,00

0,00

110 168,00

707

Żvilupp ta' l-infrastruttura rurali

464 428,01

0,00

464 428,01

708

Żvilupp u diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet

1 024 762,25

0,00

1 024 762,25

709

Għall-ħarsien tal-metodi ta' produzzjoni agrikoli

241 255,09

0,00

241 255,09

710

Titjib tat-taħriġ vokazzjonali

47 031,42

0,00

47 031,42

711

Għajnuna teknika SAPARD

11 569,58

0,00

11 569,58

 

TOTAL

176 491 761,34

–10 444,11

176 481 317,23


L-Estonja

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Żoni Anqas Favoriti

6 350 920,66

–1 226,94

6 349 693,72

2

Agri-ambjent

18 368 083,98

–9 000,91

18 359 083,07

3

Afforestazzjoni ta' l-art agrikola

1 102 043,43

–51,36

1 101 992,07

4

Stabbilimenti semi-sussistenti taħt ristrutturazzjoni

2 273 812,97

– 612,11

2 273 200,86

5

L-ilħuq ta' l-istandards

5 826 010,68

–2 488,11

5 823 522,57

6

Komplementi fi ħlasijiet diretti

7 422 630,38

0,00

7 422 630,38

7

Għajnuna teknika

1 080 101,29

–1 852,29

1 078 249,00

8

Sapard

0,00

0,00

0,00

9

Appoġġ għal żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

0,00

0,00

0,00

 

TOTAL

42 423 603,39

–15 231,72

42 408 371,67


L-Ungerija

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Agri-ambjent

227 833 992,16

0,00

227 833 992,16

2

L-ilħuq ta' l-istandards

1 595 755,18

–0,03

1 595 755,15

3

Afforestazzjoni

22 153 089,37

0,00

22 153 089,37

4

Apoġġ għal stabbilimenti semi-sussistenti

502 022,58

– 135,83

501 886,75

5

Gruppi ta' produtturi

7 202 971,57

0,01

7 202 971,58

6

Irtirar qabel iż-żmien

0,00

0,00

0,00

7

Żoni Anqas Favoriti

6 402 140,63

– 799,99

6 401 340,64

8

Għajnuna teknika

15 153 476,83

0,00

15 153 476,83

9

Proġetti approvati taħt Reg. (EC) No 1268/1999

14 999 999,74

–8 403,29

14 991 596,45

10

Ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

190 149,84

0,00

190 149,84

 

TOTAL

296 033 597,90

–9 339,13

296 024 258,77


il-Latvja

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Irtirar qabel iż-żmien

114 610,00

0,00

114 610,00

2

Gruppi ta' produtturi

778 930,76

0,00

778 930,76

3

Apoġġ għal stabbilimenti semi-sussistenti

13 140 756,56

0,00

13 140 756,56

4

L-ilħuq ta' l-istandards

16 269 647,82

0,00

16 269 647,82

5

Agri-ambjent

11 920 958,74

0,00

11 920 958,74

6

Żoni Anqas Favoriti

41 850 749,84

0,00

41 850 749,84

7

Għajnuna teknika

991 731,69

0,00

991 731,69

8

Obbligi ttrasferiti mill-perjodu ta' pprogrammar preċedenti

0,00

0,00

0,00

9

Allokazzjonijiet ta' riżorsi għal ħlasijiet lil żona waħda

10 146 265,42

0,00

10 146 265,42

 

TOTAL

95 213 650,83

0,00

95 213 650,83


Malta

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Żoni Anqas Favoriti

1 593 569,29

681,16

1 594 250,45

2

Agri-ambjent

385 505,60

–4 335,34

381 170,26

3

L-ilħuq ta' l-istandards

307 772,98

0,00

307 772,98

4

Gruppi ta' produtturi

0,00

 

0,00

5

Għajnuna teknika

0,00

 

0,00

6

Għajnuna komplementari mill-Istat

3 760 000,00

0,00

3 760 000,00

7

Miżura Ad hoc

1 897 382,26

– 964,80

1 896 417,46

 

TOTAL

7 944 230,12

–4 618,97

7 939 611,15


Il-Polonja

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Irtirar qabel iż-żmien

140 747 510,60

0,00

140 747 510,60

2

Apoġġ għal stabbilimenti semi-sussistenti

105 651 252,73

–9 615,14

105 641 637,59

3

Gruppi ta' produtturi

1 039 815,80

0,00

1 039 815,80

4

Żoni Anqas Favoriti

261 975 568,73

– 238,56

261 975 330,17

5

Impriżi ta' agri-ambjent u l-benesseri ta' l-annimali

54 365 171,48

– 421,86

54 364 749,62

6

Afforestazzjoni

27 182 933,10

– 457,96

27 182 475,14

7

Ilħuq ta' l-istandards ta' l-UE

279 345 058,83

– 188,51

279 344 870,32

8

Għajnuna teknika

474 369,94

– 954,75

473 415,19

9

Komplementi għall-ħlasijiet diretti

189 369 013,75

–1 191,12

189 367 822,63

10

Proġetti approvati taħt ir-Reg. (EC) No 1268/1999

89 419 265,54

–1,61

89 419 263,93

 

TOTAL

1 149 569 960,50

–13 069,51

1 149 556 890,99


Is-Slovenja

Nru.

Miżura

Nefqa 2006

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat 2006

Anness I kolonna “e”

1

Żoni Anqas Favoriti

32 537 794,40

0,00

32 537 794,40

2

Agri-ambjent

36 334 012,75

0,00

36 334 012,75

3

Irtirar qabel iż-żmien

1 695 055,58

0,00

1 695 055,58

4

L-ilħuq ta' l-istandards

36 789 386,23

0,00

36 789 386,23

5

Għajnuna teknika

257 731,75

0,00

257 731,75

6

Programm SAPARD

1 235 224,98

0,00

1 235 224,98

7

Komplementi għall-ħlasijiet diretti

10 092 179,58

0,00

10 092 179,58

 

TOTAL

118 941 385,27

0,00

118 941 385,27


ANNESS III

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

Sena finanzjarja 2006 – Infiq fuq l-Iżvilupp Rurali

Lista ta' Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet huma mifruda u huma soġġetti għal deċiżjoni ulterjuri dwar il-likwidazzjoni

Stat Membru

Aġenzija tal-ħlas

Litwanja

NMA

Slovakkja

APA


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2007

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-infiq ta’ l-aġenziji ta’ ħlas fl-Ungerija u f'Malta dwar in-nefqa ffinanzjata mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), għas-sena finanzjarja 2005

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1894)

(It-test Ingliż u Ungeriż biss huma awtentiċi)

(2007/326/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/322/KE (2) għas-sena finanzjarja ta’ l-2005, approvat il-kontijiet kollha ta’ l-aġenziji ta’ ħlas ħlief l-aġenzija ta’ ħlas Ġermaniża “Bayern-Umwelt”, l-aġenzija ta’ ħlas Taljana “AGEA”, l-aġenzija ta’ ħlas Lussemburgiża “Ministère de l'Agriculture”, l-aġenzija ta’ ħlas Ungeriża “ARDA”, l-aġenzija ta’ ħlas Portugiża “IFADAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Maltija “MRAE”.

(2)

Wara li l-Ungerija u Malta ttrażmettew informazzjoni ġdida, u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tista' tieħu deċiżjoni dwar l-integrità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta’ ħlas Ungeriża “ARDA” u l-aġenzija ta’ ħlas Maltija “MRAE”.

(3)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet adottati sussegwentement mill-Kummissjoni ħlief min-nefqa tal-finanzjament tal-Komunità li ma tiġix effettwata skond ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet ta’ l-aġenzija ta’ ħlas Ungeriża “ARDA” u ta’ l-aġenzija ta’ ħlas Maltija “MRAE” dwar in-nefqa ffinanzjata mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF), għas-sena finanzjarja 2005 huma hawnhekk iċċarati.

L-ammonti li huma rikoverabbli minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati skond din id-Deċiżjoni huma stipulati f'Anness I.

L-ammonti li huma rikoverabbli minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati skond din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali li japplikaw fl-Ungerija u f'Malta huma stipulati f'Anness II u f'Anness III.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Ungerija u lir-Repubblika ta’ Malta.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 118, 3.5.2006, p. 20.


ANNESS I

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TA' ĦLAS

Is-sena finanzjarja 2005

L-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jitħallas lill-Istat Membru

MS

 

2005 – In-nefqa għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa

It-total li jinkludi s-sospensjonijiet u t-tnaqqis

Is-self antiċipat imħallas lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

L-ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*)

approvati

esklużi

= in-nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= it-total tan-nefqa fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

HU

HUF

127 456 066 798,00

0,00

127 456 066 798,00

–10 699 420,33

127 445 367 377,67

127 427 318 113,67

18 049 264,00

MT

MTL

372 669,93

0,00

372 669,93

0,00

372 669,93

372 670,01

–0,08


(*)  Ir-rata ta' kambju applikabbli: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru. 883/2006.

1)

Biex jiġi kkalkolat l-ammont li jrid jiġi rkuprat minn jew jitħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a).

2)

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tas-self antiċipat, li magħha jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett tad-dati ta' skadenza biex isiru l-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2005.

MS

 

05070106 (ex-1a)

05070108 (ex-1b)

Total (= g)

 

 

h

i

j = h + i

HU

HUF

18 049 264,00

0,00

18 049 264,00

MT

MTL

–0,08

0,00

–0,08

3)

Nomenklatura 2007: 05070106, 05070108


ANNESS II

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TA' ĦLAS

Is-sena finanzjarja 2005 – In-nefqa għall-lżvilupp Rural fI-Istati Membri

L-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew jitħallas lill-Istat Membru

MS

 

In-nefqa għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Il-Ħlasijiet Interim imħallsa lura lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

L-ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*)

approvati

esklużi

= in-nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= it-total tan-nefqa fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e – f

HU

EUR

37 272 434,19

0,00

37 272 434,19

0,00

37 272 434,19

0,00

37 272 434,19

MT

EUR

6 464 227,06

0,00

6 464 227,06

0,00

6 464 227,06

6 295 789,00

168 438,06


MS

Is-self antiċipat li tħallas iżda li għad irid jiġi approvat għall-implimentazzjoni tal-programm

(Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999).

HU

EUR

96 368 000,00

MT

EUR

4 304 000,00


(*)  

HU

:

L-ammont diġà tħallas fit-13/12/2005 bħala parti mill-ewwel ħlas interim (GFO.1514)

MT

:

L-ammont li diġà tħallas fil-25 ta' Novembru 2005 bħala t-tielet ħlas interim (GFO.1471) u fit-23 ta' Ottubru 2006 bħala r-raba' ħlas interim (GFO.1890).


ANNESS III

IN-NEFQA APPROVATA MILL-MIŻURA TA' L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-EŻERĊIZZJU 2005

Id-differenzi bejn il-kontijiet annwali u d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa

L-UNGERIJA

Nru

Il-miżura

In-nefqa 2005

Anness II kolonna “a”

It-tnaqqis

Anness II kolonna “d”

L-ammont approvat 2005

Anness II kolonna “e”

1

L-agri-ambjent

0,00

0,00

0,00

2

Il-ksib ta’ l-istandards

0,00

0,00

0,00

3

L-afforestazzjoni

4 343 744,56

0,00

4 343 744,56

4

L-appoġġ għall-irziezet semi-substance

564 667,97

0,00

564 667,97

5

Il-gruppi tal-produtturi

354 984,16

0,00

354 984,16

6

L-irtirar kmieni

0,00

0,00

0,00

7

Iż-żoni l-anqas favoriti

0,00

0,00

0,00

8

L-għajnuna teknika

846 976,51

0,00

846 976,51

9

Proġett approvat skond Reg. (KE) Nru 1268/1999

0,00

0,00

0,00

10

Il-ħlasijiet diretti nazzjonali komplementari

31 162 060,99

0,00

31 162 060,99

 

Total

37 272 434,19

0,00

37 272 434,19


MALTA

Nru

Il-miżura

In-nefqa 2005

Anness II kolonna “a”

It-tnaqqis

Anness II kolonna “d”

L-ammont approvat 2005

Anness II kolonna “e”

1

Iż-żoni l-anqas favoriti

1 778 458,24

0,00

1 778 458,24

2

L-agri-ambjent

523 444,29

0,00

523 444,29

3

Il-ksib ta’ l-istandards

153 708,96

0,00

153 708,96

4

Il-gruppi tal-produtturi

0,00

0,00

0,00

5

L-għajnuna teknika

4 795,27

0,00

4 795,27

6

Għajnuna Statali komplementari

1 620 000,00

0,00

1 620 000,00

7

Miżura ad hoc

2 383 820,30

0,00

2 383 820,30

 

Total

6 464 227,06

0,00

6 464 227,06


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2007

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1901)

(2007/327/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

(2)

Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta’ kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF) (3), għandu jittieħed kont tas-sena finanzjarja 2006 ta’ l-infiq mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2005 u l-15 ta’ Ottubru 2006.

(3)

It-terminu mogħti lill-Istati Membri għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta’ Lulju 1995 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima tal-Garanziji ta’ l-EAGGF (4), skada.

(4)

Il-Kummissjoni ivverifikat it-tagħrif sottomess u kkomunikat lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2007 ir-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien ma’ l-emendi meħtieġa.

(5)

Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 tiddetermina, bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentament skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament, l-ammont tan-nefqa effetwata f'kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata, rikonoxxuta bħala waħda li għandha titħallas mit-Taqsima tal-Garanziji ta’ l-EAGGF, abbażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/99 u t-tnaqqis u s-sospensjonijiet fl-avvanzi għas-sena finanzjarja kkonċernata, flimkien mat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 296/96. Skond l-Artikolu 154 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (5), ir-riżultat tad-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni, jiġifieri kwalunkwe diskrepanza li jista' jkun hemm bejn in-nefqa totali rreġistrata fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skond l-Artikolu 151(1) u l-Artikolu 152 ta’ dak ir-Regolament u n-nefqa totali kkunsidrata mill-Kummissjoni fid-deċizjoni ta’ l-approvazzjoni, għandu jiġi rreġistrat, taħt artikolu wieħed, bħala nefqa addizzjonali jew tnaqqis fin-nefqa.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċertu aġenziji tal-ħlas, dwar l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport fil-Qosor ippreżentat lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ aktar inkjesti u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni.

(8)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 296/96 jistipula li l-ħlasijiet li ma sarux skond il-prenotazzjoni għandhom jitnaqqsu min-nefqa mwettqa mill-Istati Membri wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti fih, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 tas-26 ta’ Settembru 2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (6). Madankollu, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 296/96, kwalunkwe skadenza ta’ termini matul Awissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għajr fejn tkun ġiet innotata qabel l-aħħar deċiżjoni tas-sena finanzjarja li jkollha x'taqsam ma’ l-avvanzi. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul il-perjodu msemmi aktar kmieni saret wara l-iskadenza tat-termini u għal ċerti miżuri l-Kummissjoni ma aċċettat l-ebda ċirkustanza ta’ skuża. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti. Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, ser tittieħed deciżjoni aktar tard, li tiffissa definittivament in-nefqa li għaliha ma jingħatax finanzjament Komunitarju rigward dak it-tnaqqis u kwalunkwe nefqa oħra li jista' jinstab li setgħet saret wara l-iskadenza tat-termini stipulati.

(9)

Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000 u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 296/96, diġà naqqset jew issospendiet numru ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet ta’ l-infiq għas-sena finanzjarja 2006. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar kmieni, biex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew sempliċiment temporanja ta’ l-ammonti kkonċernati, m'għandhomx jiġu rikonoxxuti f'din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għal verifiki ulterjuri skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

(10)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skond id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-avvanzi mħallsa matul is-sena finanzjarja kkonċernata i.e. 2006, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skond l-ewwel subparagrafu. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu, jew jiżdiedu, ma’ l-avvanzi skond in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(11)

Skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ l-irregolaritajiet għandhom jiġu sofferti mill-Istat Membru kkonċernat u 50 % mill-baġit Komunitarju jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mill-ewwel deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) ta’ l-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri ta’ l-irkupru meħuda b'rispons għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ l-obbligazzjoni li għandhom l-Istati Membri biex iħejju rapport ta’ l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward ta’ l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-EAGF u l-EAFR (7). L-Anness III ta’ l-imsemmi Regolament jipprovdi mudelli ta’ tabelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2007. Abbażi tat-tabelli kompluti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’, tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(12)

Skond l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-infiq li sar diġà jew li aktarx ser jeċċedi l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba falliment, irreġistrat u rikonoxxut skond il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mill-ewwel deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ l-irkupru għandu jaqa’ fuq il-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti m'għandhomx jiġu sofferti mill-Istati Membri kkonċernati u għalhekk għandhom jaqgħu fuq il-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(13)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, din id-Deċiżjoni, ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentament mill-Kummissjoni li teskludi mill-iffinanzjar Komunitarju in-nefqa li mhix effettwata skond ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ebda preġudizzju għall-Artikolu 2, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru skond din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness 1.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2006, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-EAGGF, Taqsima tal-Garanziji, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1607/2005 (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 12).

(4)  ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 465/2005 (ĠU L 77, 23.3.2005, p. 6).

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(6)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.

(7)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.


ANNESS I

L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TA' ĦLAS

Is-sena finanzjarja 2006

L-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jitħallas lill-Istat Membru

MS

 

2006 – In-nefqa għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa

It-tnaqqis skond l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005

It-total li jinkludi s-sospensjonijiet u t-tnaqqis

Is-self antiċipat imħallas lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

L-ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*)

approvati

esklużi

= in-nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali

= it-total tan-nefqa fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

AT

EUR

1 272 218 690,48

0,00

1 272 218 690,48

– 720 696,92

– 934 054,01

1 270 563 939,56

1 271 497 993,56

– 934 054,01

BE

EUR

943 472 441,56

0,00

943 472 441,56

–98 742,45

–6 414 268,02

936 959 431,09

943 682 307,83

–6 722 876,74

CY

CYP

13 627 679,88

0,00

13 627 679,88

–94 034,40

0,00

13 533 645,48

13 627 667,74

–94 022,26

CZ

CZK

9 180 125 085,10

0,00

9 180 125 085,10

– 988 549,22

0,00

9 179 136 535,88

9 179 215 406,94

–78 871,06

DE

EUR

6 012 234 211,79

531 119 845,88

6 543 354 057,67

–15 751,26

–22 008 515,16

6 521 329 791,25

6 543 392 477,21

–22 062 685,96

DK

DKK

8 677 766 491,83

0,00

8 677 766 491,83

–8 739 275,54

– 914 374,77

8 668 112 841,53

8 669 027 216,29

– 914 374,76

EE

EEK

515 003 672,26

0,00

515 003 672,26

0,00

0,00

515 003 672,26

515 003 672,26

0,00

EL

EUR

3 083 191 733,23

0,00

3 083 191 733,23

–13 300 023,18

–9 633 330,59

3 060 258 379,47

3 070 588 054,20

–10 329 674,73

ES

EUR

6 656 127 478,21

0,00

6 656 127 478,21

–3 456 465,10

–31 933 778,17

6 620 737 234,95

6 654 482 221,80

–33 744 986,86

FI

EUR

824 384 717,40

0,00

824 384 717,40

–7 324 545,62

–36 369,64

817 023 802,14

817 062 742,40

–38 940,26

FR

EUR

10 052 531 541,28

0,00

10 052 531 541,28

–1 022 072,06

–14 538 679,01

10 036 970 790,22

10 044 585 121,49

–7 614 331,27

HU

HUF

156 223 736 012,00

0,00

156 223 736 012,00

– 328 047 257,76

0,00

155 895 688 754,24

155 582 374 744,24

313 314 010,00

IE

EUR

1 723 895 609,19

0,00

1 723 895 609,19

– 742 710,48

–3 565 118,69

1 719 587 780,02

1 723 233 630,73

–3 645 850,71

IT

EUR

2 037 869 034,52

3 431 558 788,09

5 469 427 822,61

–8 480 189,12

–24 749 262,64

5 436 198 370,85

5 460 957 034,26

–24 758 663,41

LT

LTL

580 165 313,52

0,00

580 165 313,52

0,00

0,00

580 165 313,52

580 207 561,22

–42 247,70

LU

EUR

46 948 099,71

0,00

46 948 099,71

–1 121 758,30

–2 642,83

45 823 698,59

44 715 528,83

1 108 169,76

LV

LVL

28 790 647,32

0,00

28 790 647,32

0,00

0,00

28 790 647,32

28 790 647,32

0,00

MT

MTL

594 647,99

0,00

594 647,99

–14,88

0,00

594 633,11

597 022,13

–2 389,02

NL

EUR

1 216 585 474,61

0,00

1 216 585 474,61

–4 520 243,99

–6 314 761,59

1 205 750 469,03

1 209 644 112,63

–3 893 643,60

PL

PLN

3 875 928 681,11

0,00

3 875 928 681,11

0,00

0,00

3 875 928 681,11

3 874 808 252,95

1 120 428,16

PT

EUR

879 836 307,88

68 449 778,75

948 286 086,63

–79 408,17

–1 060 501,87

947 146 176,59

946 441 751,51

704 425,08

SE

SEK

8 573 330 655,24

0,00

8 573 330 655,24

–4 593 248,44

–1 145 188,47

8 567 592 218,34

8 568 737 406,80

–1 145 188,47

SI

SIT

9 618 462 851,76

0,00

9 618 462 851,76

0,00

0,00

9 618 462 851,76

9 618 464 857,04

–2 005,28

SK

SKK

0,00

5 605 953 347,87

5 605 953 347,87

0,00

0,00

5 605 953 347,87

5 605 953 347,87

0,00

UK

GBP

2 945 567 925,93

0,00

2 945 567 925,93

–6 937 613,08

–7 019 902,22

2 931 610 410,63

2 941 158 497,68

–9 548 087,05


(*)  Ir-rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

1)

Biex jiġi kkalkolat l-ammont li jrid jiġi rkuprat minn jew jitħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa eskluża (kol.b).

2)

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tas-self antiċipat, li magħha jiżdiedu partikolament il-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett tad-dati ta' skadenza biex isiru l-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2006.

MS

 

6702 Artikolu 32 (= e)

05070106 (ex-1a)

05070108 (ex-1b)

Total (= h)

 

 

i

j

k

l = i + j + k

AT

EUR

– 934 054,01

0,00

0,00

– 934 054,01

BE

EUR

–6 414 268,02

0,00

– 308 608,72

–6 722 876,74

CY

CYP

0,00

–94 022,26

0,00

–94 022,26

CZ

CZK

0,00

–78 871,06

0,00

–78 871,06

DE

EUR

–22 008 515,16

–54 170,80

0,00

–22 062 685,96

DK

DKK

– 914 374,77

0,00

0,00

– 914 374,76

EE

EEK

0,00

0,00

0,00

0,00

EL

EUR

–9 633 330,59

– 696 344,15

0,00

–10 329 674,73

ES

EUR

–31 933 778,17

–1 266 832,26

– 544 376,43

–33 744 986,86

FI

EUR

–36 369,64

– 403,15

–2 167,47

–38 940,26

FR

EUR

–14 538 679,01

6 924 347,73

0,00

–7 614 331,27

HU

HUF

0,00

313 314 010,00

0,00

313 314 010,00

IE

EUR

–3 565 118,69

–80 964,07

232,05

–3 645 850,71

IT

EUR

–24 749 262,64

0,00

–9 400,77

–24 758 663,41

LT

LTL

0,00

–42 247,70

0,00

–42 247,70

LU

EUR

–2 642,83

–14 516,49

1 125 329,07

1 108 169,76

LV

LVL

0,00

0,00

0,00

0,00

MT

MTL

0,00

–2 389,02

0,00

–2 389,02

NL

EUR

–6 314 761,59

46 993,52

2 374 124,47

–3 893 643,60

PL

PLN

0,00

1 120 428,16

0,00

1 120 428,16

PT

EUR

–1 060 501,87

1 237 784,12

527 142,83

704 425,08

SE

SEK

–1 145 188,47

0,00

0,00

–1 145 188,47

SI

SIT

0,00

–2 005,28

0,00

–2 005,28

SK

SKK

0,00

0,00

0,00

0,00

UK

GBP

–7 019 902,22

–2 568 654,93

40 470,12

–9 548 087,05

3)

Nomenklatura 2007: 05070106, 05070108


ANNESS II

L-Istat Membru

L-Aġenzija tal-Ħlas

Ġermanja

Baden-Württemberg

Bayern Umwelt

Italja

AGEA

ARBEA

Portugall

IFADAP

Slovakkja

APA


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2007

li tistipula t-tqegħid fis-suq ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1852)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/328/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-Iżvezja, il-kwantità ta’ patata taż-żerriegħa disponibbli tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” li hija tajba għall-kondizzjonijiet ambjentali nazzjonali u li tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/56/KE rigward l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti mhix biżżejjed u għalhekk mhix tajba biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dak l-Istat Membru.

(2)

Mhux possibbli li tintlaħaq id-domanda għall-patata taż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE.

(3)

Minħabba f’hekk, l-Iżvezja għandha tkun awtorizzata tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa bil-kundizzjoni ta’ rekwiżiti inqas stretti għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra, li jinsabu f’pożizzjoni li jipprovdu lill-Iżvezja b’patata taż-żerriegħa irrispettivament minn jekk il-patata taż-żerriegħa nħasditx fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, għandhom ikunu awtorizzati jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa ta’ din ix-xorta.

(5)

Huwa xieraq li l-Iżvezja taġixxi bħala koordinatur sabiex tiżgura li l-ammont totali ta’ patata taż-żerriegħa awtorizzat skond din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tqegħid fis-suq fil-Komunità ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE fir-rigward ta’ l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti għandhom ikunu permessi, għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007, skond it-termini stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” ma teċċedix il-persentaġġ stabbilit fl-Anness,

(b)

it-tikketta uffiċjali tistqarr li l-persentaġġ ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” aċċertata fl-eżami uffiċjali skond l-Artikolu 2(c)(iv) tad-Direttiva 2002/56/KE,

(ċ)

il-patata taż-żerriegħa tkun tqiegħdet fis-suq skond l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kull fornitur tal-patata li jkun jixtieq iqiegħed fis-suq patata taż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1, għandu japplika għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru li huwa jkun stabbilit jew qed jimporta fih.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza lill-fornitur biex iqiegħed dik il-patata taż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

(a)

ikun hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur ikunx kapaċi li jqiegħed fis-suq l-ammont ta’ patata taż-żerriegħa li jkun applika għal awtorizzazzjoni għaliha; jew

(b)

il-kwantità totali awtorizzata biex titqiegħed fis-suq skond id-deroga kkonċernata taqbeż il-kwantità massima speċifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin b’mod amministrattiv fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Iżvezja għandha taġixxi bħala Stat Membru koordinatur biex tiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Kwalunkwe Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 2 għandu jinnotifika minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jinforma lill-Istat Membru li qed jinnotifika minnufih dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tagħhom skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/908/KE (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 37).


ANNESS

L-ispeċi

It-tip tal-varjetà

Kwantità Massima

(tunnellati)

Għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti (%)

Patata

(varjetajiet bikrin u bikrin ħafna)

Early Puritan

100

20

(varjetajiet tal-lamtu)

Seresta

400


11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Mejju 2007

li tistabbilixxi miżuri transitorji li jidderogaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta’ Helianthus annuus ta’ varjetajiet li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp., minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1822)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/329/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), iż-żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli aċċettati f’konformità ma’ dik id-Direttiva jew skond il-prinċipji li jikkorrispondu għal dawk ta’ dik id-Direttiva, f’dak li jirrigwarda t-tqegħid fis-suq tagħhom, mhumiex suġġetti għal xi restrizzjonijiet. Il-varjetajiet ta’ dan it-tip huma ppubblikati f’katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ ‘il-katalgu komuni’, li huwa kkumpilat fuq il-bażi tal-katalgi nazzjonali ta’ l-Istati Membri.

(2)

Ir-reżistenza għal Orobanche spp. ta’ varjetajiet ta’ Helianthus annuus tirrappreżenta fattur importanti għall-kultivazzjoni ta’ din l-ispeċi fil-Bulgarija u varjetajiet li m’humiex reżistenti m’għandhomx jitqiesu bħala adattati. Madankollu, m’huwiex magħruf jekk il-varjetajiet li huma aċċettati mill-Istati Membri l-oħra għall-inklużjoni fil-katalgi nazzjonali tagħhom humiex reżistenti għal Orobanche spp.

(3)

Għalhekk il-Bulgarija għandha tiġi awtorizzata li tipprojbixxi fit-territorju tagħha, sal-31 ta’ Diċembru 2009, it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ ta’ varjetajiet imniżżla fil-katalgu komuni li ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp. Dan il-perjodu għandu jippermetti lill-Bulgarija li tivvaluta, permezz ta’ testijiet u l-ġbir ta’ tagħrif, jekk il-varjetatjiet ta’ Helianthus annuus elenkati fil-katalgu komuni humiex reżistenti għal Orobanche spp., u jekk ikun meħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa skond id-Direttiva 2002/53/KE.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B’deroga mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, il-Bulgarija tista’ tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħha, sal-31 ta’ Diċembru 2009, ta’ żrieragħ ta’ varjetajiet ta’ Helianthus annuus imniżżla fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli li, fil-qafas ta’ l-ammissjoni tal-varjetà għall-katalgu nazzjonali, ma ġewx ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ varjetajiet li ġew hekk ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp. lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 20 jum wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jaġġornaw dik il-lista b’mod regolari.

Il-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli għandu jindika l-varjetajiet ta’ Helianthus annuus li kienu ġew hekk ivvalutati bħala reżistenti għal Orobanche spp.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).