|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
|
2007/263/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/210/KE li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent ( 1 ) |
|
|
|
|
2007/264/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ April 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/30/KE fir-rigward ta’ miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti tal-ħalib miksuba fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1787) ( 1 ) |
|
|
|
|
2007/265/KE |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2007 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE biex tinkludi miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj, u sabiex taġġorna l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1811) ( 1 ) |
|
|
|
|
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri |
|
|
|
|
2007/266/KE, Euratom |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2007/267/KE, Euratom |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 484/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3223/94 ta' l-21 ta' Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-arranġamenti dwar l-importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 3223/94 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
|
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 3223/94 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
ANNESS
tar-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2007 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
57,6 |
|
TN |
139,0 |
|
|
TR |
145,7 |
|
|
ZZ |
114,1 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
196,3 |
|
MA |
69,3 |
|
|
TR |
109,8 |
|
|
ZZ |
125,1 |
|
|
0709 90 70 |
TR |
110,2 |
|
ZZ |
110,2 |
|
|
0805 10 20 |
CU |
41,3 |
|
EG |
44,1 |
|
|
IL |
69,5 |
|
|
MA |
48,8 |
|
|
TN |
50,1 |
|
|
ZZ |
50,8 |
|
|
0805 50 10 |
IL |
61,4 |
|
ZZ |
61,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
84,5 |
|
BR |
76,5 |
|
|
CA |
99,8 |
|
|
CL |
92,1 |
|
|
CN |
91,2 |
|
|
NZ |
123,5 |
|
|
US |
135,5 |
|
|
UY |
69,1 |
|
|
ZA |
79,5 |
|
|
ZZ |
94,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 485/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jistipula l-għajnuna kompensatorja għal banana mkabbra u mqiegħda fis-suq fil-Komunità fl-2006
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, għajnuna kompensatorja lill-produtturi Komunitarji għal kwalunkwe telf ta' dħul hija kkalkulata fuq il-bażi tad-differenza bejn id-dħul ta' referenza b'rata uniformi u d-dħul medju mill-produzzjoni tal-banana mkabbra u mqiegħda fis-suq fil-Komunità matul is-sena kkonċernata. |
|
(2) |
Mill-1 ta' Jannar 2007, ir-Regolament (KEE) Nru 404/93 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 m'għadux jipprovdi għall-iskema ta' għajnuna kompensatorja għal banana. Madankollu, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2013/2006, l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għadu japplika għall-iskema ta' għajnuna kompensatorja tas-sena 2006. |
|
(3) |
L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1858/93 tad-9 ta' Lulju 1993 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 rigward l-iskema ta' għajnuna għall-kompens ta' telf ta' dħul mit-tqegħid fis-suq tas-settur tal-banana (2) jistipula d-dħul ta' referenza b'rata uniformi għal EUR 64,03 kull 100 kilogramma piż nett ta' banana ħadra fil-ħruġ mit-tinda ta' l-ippakkjar. |
|
(4) |
Fl-2006, id-dħul medju mill-produzzjoni, ikkalkulat fuq il-bażi tal-medja tal-prezzijiet tal-banana mqiegħda fis-swieq barra mir-reġjuni tat-tkabbir fl-istadju tal-kunsinja fl-ewwel port tal-ħatt (oġġetti mhux maħtuta), minn naħa, u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-swieq lokali tal-banana mqiegħda fis-suq tar-reġjun tat-tkabbir, min-naħa l-oħra, u jitnaqqsu l-ammonti b'rata uniformi stipulata fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93, kien inqas mid-dħul ta' referenza b'rata uniformi ffissat għas-sena 2006. L-għajnuna kompensatorja li għandha tingħata għas-sena 2006 għandha tiġi stabbilita skond dan. |
|
(5) |
Skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, għajnuna supplimentari tingħata f'reġjun tat-tkabbir jew aktar, meta d-dħul medju mit-tkabbir huwa ferm anqas mill-medja Komunitarja. |
|
(6) |
Id-dħul medju annwali mit-tkabbir u t-tqegħid fis-suq ta' banana mkabbra fil-Martinique, il-Gwadalupe u Kreta u l-Lakonja wera li huwa ferm iktar baxx mill-medja Komunitarja matul l-2006. B'riżultat ta' dan, għajnuna supplimentari għandha tingħata lir-reġjuni ta' tkabbir ta' Martinique, il-Gwadalupe u Kreta u l-Lakonja. Peress li d-dejta għall-2006 turi kundizzjonijiet diffiċli ta' tqegħid fis-suq, għandha tiġi stipulata għajnuna supplimentari li tkopri 75 % tad-differenza bejn id-dħul medju Komunitarju u d-dħul medju rreġistrat fil-bejgħ ta' prodotti f'dawk ir-reġjuni. |
|
(7) |
Billi mhux id-dejta kollha meħtieġa kienet disponibbli, s'issa għadu ma kienx possibbli li tiġi determinata l-għajnuna kompensatorja għas-sena 2006. Għandha tiddaħħal dispożizzjoni għall-bilanċ ta' l-għajnuna għall-2006 li jrid jitħallas fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-frott u l-ħaxix frisk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-għajnuna kompensatorja prevista fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għal banana friska li taqa' taħt il-kodiċi NM ex 0803 , eskluż il-banana pjantaġġini, imkabbra u mqiegħda fis-suq Komunitarju matul l-2006 għandha tkun EUR 18,56 kull 100 kilogramma.
2. L-għajnuna stipulata fil-paragrafu 1 għandha tiżdied bi EUR 13,95 kull 100 kilogramma għall-banana mkabbra fil-Martinique, bi EUR 15,42 kull 100 kilogramma għall-banana mkabbra fil-Gwadalupe u bi EUR 3,58 kull 100 kilogramma għall-banana mkabbra fil-Kreta u l-Lakonja.
Artikolu 2
B'deroga għall-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1858/93, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ ta' għajnuna kompensatorja dovuta għas-sena 2006 fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, wara l-verifiki previsti f'dak l-Artikolu 10.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 47, 25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).
(2) ĠU L 170, 13.7.1993, p.5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 486/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta' Mejju 2007
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament. |
|
(4) |
Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mis-1 ta' Mejju 2007 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mis-1 ta' Mejju 2007 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2007.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).
ANNESS I
Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2007
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
14,52 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
14,52 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
16-27 ta' April 2007
|
1. |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(*1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(*3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 487/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 29(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 (2), il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi biss għall-kodiċi tal-prodott li jidher fuqhom. L-importazzjoni skond il-kwoti tista' taffronta diffikultajiet fejn il-koeffiċjenti ta' l-allokazzjoni għal kull kodiċi ta' prodott inaqqsu l-kwantitajiet li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għal liċenzji. Biex jitħaffef il-kummerċ u biex jiġi ottimizat l-użu tal-kwoti ta' l-importazzjoni, huwa f'loku li l-liċenzji ta' l-importazzjoni jkunu wkoll validi għal kodiċijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm ikunu suġġetti għall-istess dazju ta' l-importazzjoni. Ġaladarba d-dispożizzjonijiet attwali jistgħu jkollhom l-effett li ma jintużawx kwantitajiet ta' liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa f'Jannar 2007, huwa f'loku li jsir provvediment għall-applikazzjoni retroattiva tad-dispożizzjonijiet il-ġodda. |
|
(2) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli (3), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom (4), minn hawn 'il quddiem il-“Ftehim ma' l-Iżvizzera”), jinkludi l-ftuħ ta' kwoti u t-tnaqqis fid-dazji doganali fuq ċerti prodotti tal-ħalib li joriġinaw fl-Iżvizzera. Fl-Anness 3 tiegħu, dwar konċessjonijiet rigward ġobnijiet, il-punt 1 jipprovdi għal-liberalizzazzjoni sħiħa tal-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 'l quddiem, wara perjodu tranżitorju ta' ħames snin. |
|
(3) |
Il-Ftehim ma' l-Iżvizzera għandu l-għan li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ta' kummerċ liberu bejn il-Partijiet billi gradwalment jelimina l-ostakli li jaffettwaw il-parti l-kbira tal-kummerċ bejniethom. Il-kummerċ bilaterali fil-ġobnijiet mill-1 ta' Ġunju 2007 mhu se jibqa' suġġett għall-ebda kwota. Għaldaqstant, u ġaladarba l-kummerċ fil-ġobnijiet bejn il-Komunità u l-Iżvizzera jinvolvi kwantitajiet kbar u valur kummerċjali għoli, huwa f'loku li l-garanzija fuq il-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-ġobnijiet li joriġinaw fl-Iżvizzera titnaqqas sostanzjalment. |
|
(4) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5), tħassru l-kodiċijiet tan-NM 0406 90 02 sa 0406 90 06 . L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għaldaqstant safa żejjed, u għandu jitħassar ukoll. |
|
(5) |
L-Anness II tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli li sar abbażi ta' l-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (6), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/138/KE (7), jipprovdi għall-ftuħ ta' kwota tat-tariffi annwali għal ċerti prodotti tal-ħalib. Għandhom jiġu adattati skond dan il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u l-Anness I tiegħu. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Madankollu, fejn il-liċenzji jinħarġu taħt kwoti tat-tariffi ta' l-importazzjoni msemmija fil-Kapitolu I u s-Sezzjoni 2 tal-Kapitolu III tat-Titolu 2, għandhom ikunu validi għall-kodiċijiet kollha tan-NM li jaqgħu taħt l-istess numru tal-kwota, sakemm id-dazju ta' l-importazzjoni applikat ikun identiku.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, għandu jitħassar il-paragrafu (3); |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Madankollu, fil-każ tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 5(c) sa (f), (h) u (i), l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jinvolvu talanqas 10 tunnellati, u mhux aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perjodu.” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-punt (h) li ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Anness II.D għandu jinbidel bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2007.
Madankollu, l-Artikolu 1(1) għandu japplika għal-liċenzji maħruġa mill-1 ta' Jannar 2007, u l-Artikolu 1(3)(b), (4), (5) u (7)(b) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).
(2) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2020/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 54).
(3) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(4) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
ANNESS I
“I.F
KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
|
Kwota numru |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali |
Kwota Mill-1 ta' Lulju sa-30 ta' Ġunju f'tunnellati |
|
09.4155 |
ex 0401 30 |
Krema, ta' kontenut xaħmi ta' piż li jaqbeż is-6 % |
eżenzjoni |
2 000 ” |
|
ex 0403 10 |
Yoghurt – bla togħma miżjuda, u mingħajr frott jew kawkaw miżjud |
ANNESS II
“I.I
KWOTI TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM MA' L-IŻLANDA APPROVAT BID-DEĊIŻJONI 2007/138/KE
Kwota annwali mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju
|
Numru tal-kwota |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni (*1) |
Dazju applikabbli (% ta' l-MFN) |
Kwantitajiet (tunnellati) |
||
|
Kwantità annwali |
Mill-1.7.2007 sal-31.12.2007 |
Kwantità kull semestru mill-1.1.2008 |
||||
|
09.4205 |
0405 10 11 0405 10 19 |
Butir naturali |
Eżenzjoni |
350 |
262 |
175 |
|
09.4206 |
ex 0406 10 20 (*2) |
“Skyr” |
Eżenzjoni |
380 |
285 |
190 |
(*1) Minkejja r-regoli ta' l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-diċitura tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies li għandha valur indikattiv biss, ġaladarba, fil-kuntest ta' dan l-Anness, l-arranġamenti preferenzjali għandhom jiġu ddeterminati mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Fejn hemm referenza għall-kodiċijiet tan-NM, l-applikabbiltà ta' l-arranġamenti preferenzjali tiġi ddeterminata abbażi tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi għaliha, meħudin flimkien.
(*2) Il-kodiċi tan-NM hija suġġetta għat-tibdil, fl-istennija tal-konferma tal-klassifika tal-prodott”
ANNESS III
“II. D
DAZJU MNAQQAS SKOND L-ANNESSI II U III TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali (EUR/100 kg piż nett) mill-1 ta’ Ġunju 2007 |
|
0402 29 11 ex 0404 90 83 |
Ħalib speċjali, għat-trabi (1), f'kontenituri ermetikament issiġillati, ta' kontenut nett li ma jaqbiżx 500 g, b'kontenut ta' xaħam, bil-piż, li jeċċedi l-10 % |
43,80 |
|
0406 |
Ġobon u baqta |
eżenzjoni |
(1) ‘Ħalib speċjali għat-trabi’ tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeniċi u li fihom anqas minn 10 000 batterji aerobiċi u anqas minn żewġ batterji koliformi kull gramma”
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2007
tat-30 ta’ April 2007
li jikkoreġi l-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża tar-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 13(1) tiegħu,
Billi:
Wara l-emenda li saret fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 327/98 (2) bir-Regolament (KE) Nru 2019/2006, sar żball fil-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża. Biex tiġi assigurata l-applikazzjoni korretta ta’ din id-dispożizzjoni, huwa f'loku li dawn il-verżjonijiet lingwistiċi jiġu kkoreġuti kif meħtieġ.
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan jikkonċerna biss il-verżjonijiet Daniża, Finlandiża u Żvediża.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 797/2006 (ĠU L 144, 31.5.2006, p. 1).
(2) ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2079/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 48.).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ April 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2004/210/KE li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/263/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 152 u 153 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (1) tipprevedi t-twaqqif tal-Kumitat Xjentifiku dwar Prodotti tal-Konsumatur (“l-SCCP”), il-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Sanitarji u Ambjentali (“l-SCHER”), u l-Kumitat Xjentifiku dwar Riskji Sanitarji Emerġenti u dawk li ġew Identifikati Reċentament (“l-SCENIHR”) (“il-Kumitati Xjentifiċi”). Il-Kumitati Xjentifiċi huma magħmula minn membri li nħatru mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Skond l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva, it-terminu tal-kariga tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku huwa limitat għal tliet snin u t-terminu tal-membri kurrenti għandu jiskadi fl-24 ta’ Lulju 2007. |
|
(3) |
Huma mistennija żviluppi ġodda matul is-sentejn li jmiss li għandu jkollhom konsegwenzi sinifikanti għall-ħtiġijiet tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ konsulenza għall-Kummissjoni dwar valutazzjoni tar-riskji u għall-istruttura u l-kompetenzi tal-Kumitati Xjentifiċi. B’mod partikolari, it-twaqqif fl-2008 ta’ Aġenzija Ewropea tal-Kimika (ECHA), li timplimenta r-Reġistrazzjoni, l-Awtorizzazzjoni ta’ Valutazzjoni u Restrizzjonijiet tal-Kimika (REACH) skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandu jeħtieġ definizzjoni ġdida ta’ l-objettivi ta’ l-SCHER. |
|
(4) |
Sabiex tinkiseb viżjoni aħjar ta’ l-objettivi fil-ġejjieni tal-Kumitati Xjentifiċi u biex iħejju għal struttura ta’ parir xjentifiku u kompożizzjoni li tkun adattata aktar għall-ħtiġijiet fil-futur, filwaqt li tkun aċċertata il-proviżjoni ta’ parir xjentifiku neċessarju sakemm jitwaqqaf l-EHCA, jixraq li tiġi permessa l-prolongazzjoni taż-żmien fil-kariga tal-membri tal-Kumitati Xjentiċi, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, sa perjodu li ma jaqbiżx it-18-il xahar. |
|
(5) |
Aktar minn hekk, jixraq ukoll li ssir proviżjoni tal-possibbiltà li jiġu appuntati membri ġodda fil-Kumitati Xjentifiċi wara l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal turija ta’ interess, jekk l-esperjenza meħtieġa ma tkunx disponibbli fuq il-lista ta’ riserva. |
|
(6) |
Huwa urġenti, fid-dawl ta’ l-esperjenza operattiva u sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet immedjati, li jiżdiedu n-numru tal-membri ta’ l-SCENIHR. |
|
(7) |
Id-Deċiżjoni 2004/210/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Id-Deċiżjoni 2004/210/KE qed tkun emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza hi ssostitwita b’dan li ġej: “L-SCENHIR għandu jikkonsisti minn massimu ta’ 17-il membru”. |
|
(2) |
L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 7 Il-mandat 1. 1. Il-Membri għandhom jinħatru fuq il-Kumitati Xjentifiċi għal tliet snin, u ma jistgħux iservu għal aktar minn tliet termini konsekuttivi. Sabiex tissalvagwardja l-kontinwità ta’ l-esperjenza, il-Kummissjoni tista’, f’ċirkostanza eċċezzjonali, iġġedded it-terminu ta’ żmien ta’ kariga tal-membri ta’ Kumitat Xjentifiku għal perjodu ta’ mhux iktar minn 18-il xahar. Il-Membri għandhom iżommu l-kariga sakemm jinbidlu jew jiġġeddu l-ħatriet tagħhom. Il-membri li għadhom kemm lestew tliet termini konsekuttivi għandhom ikunu eleġibbli ghal sħubija ta’ Kumitat Xjentifiku ieħor. 2. Meta jinsab li membru ma jipparteċipax fix-xogħol ta’ Kumitat Xjentifiku jew jixtieq jirreżenja, il-Kummissjoni tista’ ttemm is-sħubija tal-membru u taħtar sostitut mil-lista ta’ riżervi prevista fl-Artikolu 4 jew, għal raġunijiet iġġustifikati, wara sejħa għal turija ta’ interess.” |
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ April 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/30/KE fir-rigward ta’ miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti tal-ħalib miksuba fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1787)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/264/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/30/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 li tistipula miżuri tranżitorji għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali miksuba fi stabbilimenti fil-Bulgarija u r-Rumanija (1) tistipula ċerti miżuri tranżitorji għal prodotti li jiġu mill-annimali li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2) u miksuba fi stabbilimenti fil-Bulgarija u r-Rumanija sal-31 ta’ Diċembru 2006. |
|
(2) |
Il-Bulgarija issa talbet il-possibilità li tesporta lejn pajjiżi terzi ċerti prodotti tal-ħalib miksuba fi stabbilimenti f'dak l-Istat Membru qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 li jaqgħu fl-ambitu tad-Deċiżjoni 2007/30/KE. |
|
(3) |
Din it-talba tista’ tingħata bis-saħħa tal-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 (1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). F’dan il-qafas, il-Bulgarija pprovdiet it-tagħrif meħtieġ dwar il-ftehim tal-pajjiżi ta’ destinazzjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2007/30/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2007/30/KE jiżdied is-sottoparagrafu li ġej:
“Barra minn hekk, il-prodotti tal-ħalib miksuba fi stabbilimenti fil-Bulgarija jistgħu jiġu esportati lejn pajjiżi terzi sal-31 ta’ Diċembru 2007 sakemm l-esportazzjoni titwettaq skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 365, 20.12.2006, p. 1).
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' April 2007
li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE biex tinkludi miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj, u sabiex taġġorna l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1811)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/265/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-mudell taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju tan-naħal ħaj (Apis mellifera) hu stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. F’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa, m’hemm l-ebda rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal (Aethina tumida) jew it-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp.), peress li dawn l-impestazzjonijiet qatt ma ġew irreġistrati fil-Komunità. |
|
(2) |
Madankollu, sabiex tiġi riflessa t-theddida potenzjali ta’ dawn l-annimali ta’ ħsara, il-preżenza tagħhom hi issa suġġetta għal notifika ta’ l-OIE obbligatorja (l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku) u ġew stipulati miżuri ta’ ħarsien dwar l-importazzjoni ta’ naħal ħaj minn pajjiżi terżi fid-Deċiżjoni 2003/881/KE (2). |
|
(3) |
Minkejja dawn il-miżuri, jekk dawn l-annimali ta’ ħsara jiddaħħlu fil-Komunità, jeħtieġ li jitwaqqfu miżuri ta’ ħarsien supplimentari sabiex jillimitaw il-firxa tal-mard mal-Komunità kollha. Għalhekk jeħtieġ li ċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju għal naħal ħaj u naħal bagħal jiġi vverifikat sabiex jintroduċi rekwiżiti għas-saħħa ta’ l-annimali rigward l-impestazzjonijiet tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal u t-Tropilaelaps mite. |
|
(4) |
Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-movimenti tan-naħal ħaj (Apis mellifera) u n-naħal bagħal (Bombus spp.) miż-żoni infettati. B’kunsiderazzjoni tal-ħila tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal u t-Tropilaelaps mite li jinfirxu malajr, iż-żona li għandha titqies taħt restrizzjoni fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda għandha tkun mill-inqas 100 kilometru ‘l bogħod mill-post infettat. |
|
(5) |
Barra minn hekk, Sistema Esperta tal-Kontroll tal-Kummerċ (Traces), sistema veterinarja kompjuterizzata integrata, twaqqfet skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE (3). Sabiex Traces taħdem b’mod effettiv kemm jista’ jkun, il-mudelli għaċ-ċertifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom ikunu kompatibbli ma’ din is-sistema elettronika. |
|
(6) |
Għalhekk, iċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom ikunu emendati sabiex iħaffu l-operazzjoni ta’ Traces, u ċ-ċertifikat tas-saħħa fil-Parti 2 ta’ l-Anness E, barra minn hekk, għandu jkun emendat biex jinkludi l-miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj u n-naħal bagħal. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness E għad-Direttiva 92/65/KEE huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).
(2) ĠU L 328, 17.12.2003, p. 26. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/60/KE (ĠU L 25, 28.1.2005, p. 64).
ANNESS
“ANNESS
L-ewwel Parti – Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ ta’ l-annimali mill-irziezet
Il-Parti 2 – Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ tal-kolonji tan-naħal/irġejjen tan-naħal u tan-naħal bagħal
Il-Parti 3 – Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta’ l-annimali, sperma, embrijuni jew ova minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati
Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/26 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tal-25 ta’ April 2007
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2007/266/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi:
Skond l-Artikoli 5 u 7, flimkien ma' l-Artikolu 47 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Bo Vesterdorf, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perjodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sal-31 ta' Awissu 2010,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Sten Frimodt Nielsen qed jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-17 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awissu 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ April 2007.
Il-President
W. SCHÖNFELDER
|
1.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 114/27 |
DEĊIZJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
tal-25 ta’ April 2007
li taħtar imħallfin fil-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej
(2007/267/KE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 224 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, partikolarment l-Artikolu 140 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati tas-Sinjuri Jörg. PIRRUNG, Hubert LEGAL, John D. COOKE, Rafael GARCÍA-VALDECASAS, Nicholas James FORWOOD, tas-Sinjuri Ena CREMONA u Irena PELIKÁNOVÁ, tas-Sinjur Vilenas VADAPALAS, tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA u tas-Sinjuri Enzo MOAVERO MILANESI, Nils WAHL, M. PREK u tas-Sinjur Theodore CHIPEV, imħallfin fil-Qorti tal-Prim' Istanza, ser jiskadi fil-31 ta' Awissu 2007. |
|
(2) |
Jaqbel li wieħed jipproċedi għal rinnovament parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Prim' Istanza għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awissu 2013; madankollu, minħabba nuqqas ta' proposta, il-ħatra ta' imħallef ma tkunx tista' ssir ħlief f'data iktar tard, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Qed jiġu maħtura bħala imħallfin fil-Qorti tal-Prim' Istanza għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2007 sal-31 ta' Awissu 2013:
|
|
Is-Sinjur Theodore CHIPEV |
|
|
Is-Sinjur John D. COOKE |
|
|
Is-Sinjura Ena CREMONA |
|
|
Is-Sinjur Alfred DITTRICH |
|
|
Is-Sinjur Nicholas James FORWOOD |
|
|
Is-Sinjura Ingrīda LABUCKA |
|
|
Is-Sinjur Enzo MOAVERO MILANESI |
|
|
Is-Sinjura Irena PELIKÁNOVÁ |
|
|
Is-Sinjur Miro PREK |
|
|
Is-Sinjur Laurent TRUCHOT |
|
|
Is-Sinjur Vilenas VADAPALAS |
|
|
Is-Sinjur Nils WAHL |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni qed tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussel, 25 ta’ April 2007.
Il-President
W. SCHÖNFELDER