ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
24 ta' Frar 2007


Werrej

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2007/124/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi ''Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà'' u Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja

1

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2007/125/ĠAI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2007 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet

7

 

 

2007/126/ĠAI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku Ġustizzja Kriminali bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja

13

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 58.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

24.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Frar 2007

li tistabbilixxi l-programmi speċifiċi “Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà” u “Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja

(2007/124/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà huma aspetti essenzjali tal-protezzjoni tal-persuni u l-infrastruttura kritika fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2)

Il-Pjan ta' Azzjoni rivedut ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu kif adottat mill-Kunsill Ewropew tas-17-18 ta' Ġunju 2004, identifika bħala kwistjonijiet ta' prijorità, fost oħrajn, il-prevenzjoni u l-maniġġar tal-konsegwenzi ta' attakki terroristiċi, u l-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi.

(3)

Fit-2 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Programm ta' Solidarjetà rivedut ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-Konsegwenzi ta' Theddid u Attakki Terroristiċi, b'enfasi fuq l-importanza tal-valutazzjonijiet tar-riskju u t-theddid, il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, il-mekkaniżmi għall-kxif u l-identifikazzjoni ta' theddid terroristiku, u l-istat ta' tħejjija politiku u operattiv u l-kapaċità għall-maniġġar tal-konsegwenzi.

(4)

F'Diċembru 2005 l-Kunsill iddeċieda li l-Programm Ewropew għall-Protezzjoni ta' Infrastruttura Kritika (PEPIK) ser ikun ibbażat fuq approċċ li jikkunsidra l-perikoli kollha filwaqt li l-ġlieda kontra theddid mit-terroriżmu hija meqjusa bħala prijorità. Strateġija Ġdida ta' Kontra t-Terroriżmu li fiha erba' linji: Prevenzjoni, protezzjoni, insegwiment u rispons, kienet ukoll adottata fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005.

(5)

Il-mekkaniżmu tal-Komunità għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa f'interventi ta' assistenza għall-protezzjoni ċivili stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 (2), jindirizza rispons immedjat għall-emerġenzi prinċipali kollha, iżda ma kienx maħsub speċifikament għall-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi ta' attakki terroristiċi.

(6)

Il-Programm ta' l-Aja (3) stabbilit mill-Kunsill Ewropew f'Novembru 2004, appella għal maniġġar integrat u kkoordinat ta' kriżijiet fl-UE b'effetti transkonfinali.

(7)

Fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tagħha l-Komunità għandha tikkontribwixxi għat-teħid tal-miżuri meħtieġa biex it-terroristi jiġu miżmuma lura milli jattakkaw il-valuri tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, is-soċjetà miftuħa u l-libertà taċ-ċittadini u s-soċjetajiet tagħna, u sabiex jiġu limitati l-konsegwenzi ta' kwalunkwe attakk kull fejn ikun possibbli.

(8)

Fl-interess ta' l-effikaċja, l-effiċjenza a paragun tan-nefqa u t-trasparenza, l-isforzi speċifiċi għall-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu għandhom ikunu simplifikati u ffinanzjati minn programm wieħed uniku.

(9)

Fir-rigward taċ-ċertezza u l-koerenza legali, u l-komplementarjetà ma' programmi finanzjarji oħra, it-termini “prevenzjoni u ta' stat ta' tħejjija”, “maniġġar ta' konsegwenzi” u “infrastruttura kritika” għandhom ikunu definiti.

(10)

Ir-responsabbiltà primarja għall-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi taqa' fuq l-Istati Membri, is-sidien, l-operaturi u l-utenti (l-utenti definiti bħala organizzazzjonijiet li jabbużaw u jużaw l-infrastruttura għal għanijiet ta' kummerċ u proviżjoni ta' servizz). L-awtoritajiet ta' l-Istati Membri ser jipprovdu tmexxija u koordinazzjoni fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' approċċ konsistenti nazzjonali għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika fil-ġurisdizzjoni tagħhom b'kont meħud tal-kompetenzi Komunitarji eżistenti. Ir-responsabbiltà għat-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju u tat-theddid għalhekk hija primarjament ta' l-Istati Membri.

(11)

Azzjonijiet tal-Kummissjoni, flimkien ma' proġetti transnazzjonali fejn ikun il-każ, huma essenzjali għall-kisba ta' approċċ Komunitarju integrat u kkoordinat. Barra minn hekk, huwa utli u adatt li jiġu appoġġati proġetti fl-Istati Membri sal-punt li jkunu jistgħu jipprovdu esperjenza u għarfien utli għal azzjonijiet ulterjuri fil-livell Komunitarju, b'mod partikolari valutazzjonijiet ta' riskji u theddid. F'dan ir-rigward hu xieraq li jiġi adottat approċċ għall-perikoli kollha waqt li t-theddida tat-terroriżmu tkun ikkunsidrata bħala prijorità.

(12)

Huwa wkoll xieraq li jsir provvediment għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fi proġetti transnazzjonali.

(13)

Jeħtieġ li tkun żgurata l-komplementarjetà ma' programmi oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni bħall-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istrument Finanzjarju ta' Protezzjoni Ċivili, il-mekkaniżmu tal-Komunità għall-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa f'interventi ta' assistenza għall-protezzjoni ċivili, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Demostrazzjoni u l-Fondi Strutturali.

(14)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-programm, jinkisbu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(15)

In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mal-limitu taħt l-Intestatura 3 tal-qafas finanzjarju. Jeħtieġ li tkun prevista flessibbiltà fid-definizzjoni tal-programm sabiex jitħalla post għal aġġustamenti eventwali fi kwalunkwe azzjoni prevista, sabiex ikun hemm risposta għall-evoluzzjoni ta' ħtiġijiet matul il-perijodu 2007-2013. Id-deċiżjoni għandha, għalhekk, tkun limitata għad-definizzjoni ġenerika ta' azzjonijiet previsti u l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji rispettivi tagħhom.

(16)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa b'mod mhux dovut jew użati ħażin b'mod konformi mar-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni (5) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (6).

(17)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (8), li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, japplikaw b'kont meħud tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, limitazzjoni fuq in-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv marbut ma' l-użu tagħhom.

(18)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (9) filwaqt li ssir distinzjoni bejn dawk il-miżuri li huma soġġetti għall-proċedura tal-kumitat amministrattiv u dawk li huma soġġetti għall-proċedura tal-kumitat konsultattiv, fejn f'ċerti każijiet u bil-ħsieb ta' effiċenzja akbar, din ta' l-aħħar tkun l-aktar adatta.

(19)

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ma jipprovdux setgħat speċifiċi għall-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni għajr dawk taħt l-Artikoli 308 u 203, rispettivament.

(20)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu. (10)

(21)

Sabiex ikun żgurat l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-programm, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm Speċifiku “Prevenzjoni, Stat ta' Tħejjija u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà”, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Programm”, sabiex isir kontribut għall-appoġġ ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri sabiex jipprevjenu, iħejju għal, u jipproteġu lill-persuni u l-infrastruttura kritika kontra riskji marbuta ma' attakki terroristiċi u riskji oħra relatati mas-sigurtà, bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u Salvagwardja tal-Libertajiet.

2.   Il-Programm għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

3.   Din id-Deċiżjoni m' għandhiex tapplika għal kwistjonijiet li huma koperti mill-Istrument Finanzjarju ta' Protezzjoni Ċivili.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“prevenzjoni u stat ta' tħejjija” tirreferi għal miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni u/jew (i)t-tnaqqis ta' riskji marbuta mat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà;

(b)

“maniġġar tal-konsegwenzi” tirreferi għall-koordinazzjoni ta' miżuri meħuda sabiex ikun hemm reazzjoni għal, u jiġi mnaqqas, l-impatt ta' l-effetti ta' inċident relatat mas-sigurtà, b'mod partikolari inċident li jirriżulta minn attakki terroristiċi sabiex tkun żgurata l-koordinazzjoni mingħajr xkiel ta' maniġġar ta' kriżijiet u azzjonijiet ta' sigurtà;

(ċ)

“infrastruttura kritika” tinkludi b'mod partikolari dawk ir-riżorsi fiżiċi, is-servizzi, il-faċilitajiet ta' teknoloġija ta' l-informatika, netwerks u assi ta' infrastruttura li, jekk imfixkla jew meqruda, ikollhom impatt serju fuq il-funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà, inkluża l-katina tal-provvista, is-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-benesseri ekonomiku u soċjali tal-persuni jew tal-funzjonament tal-Komunità jew l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Għanijiet ġenerali

1.   Dan il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ ta' l-isforzi ta' l-Istati Membri għall-prevenzjoni, it-tħejjija għal, u l-protezzjoni ta' persuni u infrastruttura kritika kontra attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà.

2.   Il-Programm huwa maħsub sabiex jikkontribwixxi għall-iżgurar tal-protezzjoni f'oqsma bħall-kriżi, maniġġar, ambjent, is-saħħa pubblika, it-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u l-koeżjoni ekonomika u soċjali, fil-qasam tat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

Artikolu 4

Għanijiet speċifiċi

1.   Fi ħdan l-għanijiet ġenerali, u dment li ma jkunx kopert minn strumenti finanzjarji oħra, il-Programm għandu jistimula, jippromwovi u jiżviluppa miżuri dwar il-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-maniġġar tal-konsegwenzi abbażi, fost l-oħrajn, ta' valutazzjonijiet komprensivi tat-theddid u tar-riskju, soġġetti għas-superviżjoni mill-Istati Membri u b'kont dovut għall-kompetenza Komunitarja eżistenti f'dik il-materja, u bil-għan tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta' riskji marbuta mat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà.

2.   Fir-rigward ta' prevenzjoni u stat ta' tħejjija ta' riskji konnessi mat-terroriżmu u riskji oħra relatati tas-sigurtà l-Programm jimmira għall-protezzjoni tan-nies u ta' l-infrastruttura kritika, b'mod partikolari billi:

(a)

jistimula, jippromwovi, u jappoġġa valutazzjonijiet tar-riskju dwar infrastruttura kritika, sabiex titjieb is-sigurtà.

(b)

jistimula, jippromwovi, u jappoġġa l-iżvilupp ta' metodoloġiji għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika, b'mod partikolari metodoloġiji ta' valutazzjoni tar-riskju.

(ċ)

jippromwovi u jappoġġa miżuri operattivi kondiviżi għat-titjib tas-sigurtà f'katini tal-provvista transkonfinali, dment li r-regoli tal-kompetizzjoni fis-suq intern ma jkunux imfixkla.

(d)

jippromwovi u jappoġġa l-iżvilupp ta' standards tas-sigurtà, u skambju ta' ħila u esperjenza dwar protezzjoni tan-nies u ta' infrastruttura kritika;

(e)

jippromwovi u jappoġġa l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Komunità kollha dwar il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika.

3.   Fir-rigward ta' maniġġar tal-konsegwenzi l-Programm għandu l-għan li:

(a)

jistimula, jippromwovi u jappoġġa skambju ta' ħila u esperjenza, sabiex tiġi stabbilita l-aħjar prattika bil-ħsieb tal-koordinazzjoni ta' miżuri ta' rispons u sabiex tinkiseb kooperazzjoni bejn diversi atturi ta' maniġġar ta' kriżijiet u azzjonijiet ta' sigurtà;

(b)

jippromwovi eżerċizzji konġunti u xenarji prattiċi li jinkludu komponenti ta' sigurtà u sikurezza, sabiex isaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn atturi rilevanti fil-livell Ewropew ;

Artikolu 5

Azzjonijiet Eliġibbli

1.   Bil-ħsieb li jiġu persegwiti l-għanijiet ġenerali u speċifiċi mniżżla fl-Artikoli 3 u 4, il-programm għandu jipprovdi taħt il-kundizzjonijiet li jidhru fil-Programm ta' ħidma annwali appoġġ finanzjarju għat-tipi ta' azzjoni li ġejjin:

(a)

proġetti mibdija u amministrati mill-Kummissjoni b'dimensjoni Ewropea;

(b)

proġetti transnazzjonali, li għandhom jinvolvu sħab f'mill-inqas żewġ Stati Membri, jew ta' l-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat;

(ċ)

proġetti nazzjonali fl-Istati Membri, li

(i)

iħejju proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet Komunitarji (“miżuri ta' avvjament”),

(ii)

jħejju proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet Komunitarji (“miżuri komplementarji”),

(iii)

jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' metodi innovattivi u/jew teknoloġiji b'potenzjal għal transferibbiltà għal azzjonijiet fil-livell Komunitarju, jew jiżviluppaw tali metodi jew teknoloġiji bil-ħsieb li jiġu trasferiti lill-Istati Membri l-oħra u/jew lil pajjiż ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat.

2.   B'mod partikolari, appoġġ finanzjarju jista' jkun ipprovdut għal

(a)

azzjonijiet dwar kooperazzjoni u koordinazzjoni operattivi (tisħiħ tan-netwerking, kunfidenza u ftehim reċiproku, żvilupp ta' pjanijiet ta' kontinġenza, skambju u tixrid ta' informazzjoni, esperjenza u l-aħjar prattika)

(b)

attivitajiet analitiċi, ta' monitoraġġ, ta' evalwazzjoni u ta' verifika,

(ċ)

żvilupp u trasferiment ta' teknoloġija u metodoloġija, b'mod partikolari fir-rigward ta' kondiviżjoni ta' informazzjoni u interoperabbiltà,

(d)

taħriġ, skambju ta' persunal u esperti; u

(e)

attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u tixrid.

Artikolu 6

Aċċess għall-Programm

1.   Aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal korpi u organizzazzjonijiet b'personalità ġuridika stabbilti fl-Istati Membri. Korpi u organizzazzjonijiet li huma orjentati għall-profitt għandu jkollhom aċċess għall-għotjiet biss flimkien ma' organizzazzjonijiet bla profitt jew statali. Organizzazzjonijiet mhux governattivi jistgħu japplikaw għall-finanzjament tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 5(2) dment li jiżguraw livell suffiċjenti ta' konfidenzjalità.

2.   Fir-rigward ta' proġetti transnazzjonali, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jieħdu sehem bħala sħab iżda ma jistgħux jissottomettu proġetti.

Artikolu 7

Tipi ta' intervent

1.   Appoġġ finanzjarju Komunitarju jista' jieħu l-forom legali li ġejjin:

(a)

għotjiet,

(b)

kuntratti ta' akkwist pubbliku.

2.   Għotjiet Komunitarji għandhom jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta' emerġenza ssostanzjati kif dovut jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikolari, u għandhom jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jispeċifika r-rata minima tan-nefqa annwali li għandha tingħata għall-għotjiet. Din ir-rata minima għandha tkun mill-anqas ta' 65 %.

Ir-rata massima ta' kofinanzjament ta' l-ispejjeż tal-proġetti għandha tiġi speċifikata fil-programm ta' ħidma annwali.

3.   Hija prevista nefqa għal miżuri ta' akkumpanjament, permezz ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, f'liema każ fondi Komunitarji għandhom ikopru x-xiri ta' servizzi u merkanzija. Dan għandu jkopri, inter alia, nefqa fuq informazzjoni u komunikazzjoni, tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, ikkontrollar u evalwazzjoni ta' proġetti, linja politiċi, programmi u leġiżlazzjoni.

Artikolu 8

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju Komunitarju skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”.

2.   Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3, tadotta programm ta' ħidma annwali, sa' l-aħħar ta' Settembru li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi tagħha, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti fl-Artikolu 7(3) u jekk ikun meħtieġ lista ta' azzjonijiet oħrajn.

Il-programm ta' ħidma annwali għall-2007 għandu jiġi adottat tliet xhur wara li jkollha effett din id-Deċiżjoni.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3).

4.   Il-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' għoti relatati ma' għotjiet għal azzjonijiet għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-konformità mal-programm ta' ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikat fl-Artikolu 3 u miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5;

(b)

il-kwalità ta' l-azzjoni proposta fir-rigward tal-konċepiment, l-organizzazzjoni u l-preżentazzjoni tagħha u r-riżultati mistennija minnha;

(ċ)

l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u kemm hu xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija;

(d)

l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 3 u fuq il-miżuri li ttieħdu fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5.

5.   Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 5(1)(a) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 9(3). Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 5(1)(b) u (ċ) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2).

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għotjiet li jinvolvu korpi jew organizzazjonijiet orjentati lejn il-profitt għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 9(3).

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 3 xhur.

4.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 10

Komplementarjetà

1.   Għandhom ikunu mfittxija sinerġiji, konsistenza u komplementarjetà ma' strumenti ta' l-Unjoni u Komunitarji oħra, inter alia mal-programmi speċifiċi ”Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” u ”Ġustizzja Kriminali”, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimonstrazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istrument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili.

2.   Il-Programm jista' jikkondividi riżorsi ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni, b'mod partikolari l-Programm dwar il-Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jissodisfaw l-għanijiet kemm tal-Programm kif ukoll ta' strumenti oħra Komunitarji/ta' l-Unjoni.

3.   Operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni m' għandhomx jirċievu appoġġ finanzjarju għall-istess għan minn strumenti finanzjarji oħra Komunitarji jew ta' l-Unjoni. Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji tal-Programm għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar finanzjament irċevut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u minn sorsi oħra, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għal finanzjament.

Artikolu 11

Riżorsi tal-Baġit

Ir-riżorsi tal-baġit allokati għall-azzjonijiet previsti f'dan il-Programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 12

Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-Programm, il-benefiċjarju jissottometti rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma u li rapport finali jiġi sottomess fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-istruttura tar-rapporti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm jipprevedu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ permezz ta' kontrolli fuq il-post, inkluż kontrolli ta' kampjuni, u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal perijodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta' l-appoġġ finanzjarju Komunitarju għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ fir-rigward tan-nefqa fuq l-azzjoni.

4.   Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura, jekk meħtieġ, li l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju approvati oriġinarjament kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-pagamenti jiġu aġġustati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu tajjeb u jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni preżenti jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz ta' l-irkupru ta' l-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, u (KE) Nru 1073/1999.

2.   Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni ta' liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-Programm, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'punt ta' nefqa mhux ġustifikat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ammont ta' assistenza finanzjarja mogħti għal azzjoni jiġi mnaqqas, sospiż jew irkuprat, jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-proġett.

4.   Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-appoġġ finanzjarju allokat tkun iġġustifikata bil-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jiġi mitlub jissottometti osservazzjonijiet f'perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ finanzjarju li jkun fadal jista' jiġi kkanċellat u li jiġi mitlub il-ħlas lura ta' somom diġà mħallsa.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe pagament imħallas mhux kif dovut jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma' kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Evalwazzjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat regolarment sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta' attivitajiet imwettqa taħt dan.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-Programm.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a)

preżentazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm

(b)

rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2010;

(ċ)

komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta' dan il-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010;

(d)

rapport ta' evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni ta' proġetti

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.

Artikolu 16

Effett u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007

Magħmul fi Brussel, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.

(3)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999 p. 1.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(10)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 63.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

24.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Frar 2007

li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku “Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità” għall-Perijodu 2007-2013 bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet

(2007/125/ĠAI)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 30, 31 u 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-għan ta' l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurtà fiż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jintlaħaq, kif previst fir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 2, u fl-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, permezz tal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le.

(2)

Għall-protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà taċ-ċittadini u s-soċjetà tagħna minn attivitajiet kriminali, l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tipprevjeni, tikxef, tinvestiga, u tipproċessa l-forom kollha ta' kriminalità b'mod effiċjenti u effettiv, b'mod partikolari ħafna f'każijiet b'element transkonfinali.

(3)

Bi tkomplija fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere ta' Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-prijorità li tiġi żviluppata ż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja – u b'mod partikolari li jiġu protetti ċ-ċittadini minn diversi attivitajiet kriminali permezz tal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità – mill-Programm ta' l-Aja ta' Novembru 2004, id-dikjarazzjonijiet dwar it-terroriżmu ta' Settembru 2001 u ta' Marzu 2004 (2) u l-istrateġija Ewropea dwar id-Drogi f'Diċembru 2004.

(4)

Sabiex tkun provduta l-esperjenza fl-iżvilupp ta' diversi aspetti ta' prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea u jiġu appoġġati attivitajiet għall-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell lokali u dak nazzjonali, in-Netwerk Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/427/ĠAI tat-28 ta' Mejju 2001 (3).

(5)

Il-programm kwadru dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (AGIS) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/630/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2002 (4), ikkontribwixxa b'mod konsiderevoli għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u aġenziji oħra ta' l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura fl-Istati Membri u għat-titjib tal-ftehim u l-fiduċja reċiproċi bejn is-sistemi tal-pulizija, ġudizzjarji, legali u amministrattivi tagħhom.

(6)

Hu meħtieġ u jixraq li jiġu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament ta' miżuri mmirati lejn il-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u sabiex jiġu riveduti l-modalitajiet fl-interess ta' l-effikaċja, il-kost-effiċjenza u t-trasparenza.

(7)

Il-programm kwadru għandu l-għan li jiffaċilita l-appoġġ effettiv u l-protezzjoni ta' l-interessi tax-xiehda tal-kriminalità. Il-Programm jissottolinja wkoll l-importanza tal-protezzjoni tal-vittmi ta' kriminalità. Biex juri l-prijorità ta' l-appoġġ tal-vittmi l-Programm Speċifiku dwar il-Ġustizzja Kriminali jenfasizza l-assistenza soċjali u legali lill-vittmi.

(8)

Azzjonijiet tal-Kummissjoni u proġetti transnazzjonali jibqgħu importanti sabiex jinkisbu kooperazzjoni u koordinazzjoni eqreb u aħjar fost l-Istati Membri. Barra minn hekk, huwa utli u xieraq li jiġu appoġġati proġetti fl-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jipprovdu esperjenza u ħila utli għal azzjonijiet ulterjuri fil-livell ta' l-Unjoni.

(9)

Peress li l-kriminalità taqsam il-fruntieri, jixraq li pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jitħallew jieħdu sehem fi proġetti transnazzjonali.

(10)

Jeħtieġ li tkun żgurata l-komplementarjetà ma' programmi oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni bħall-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istrument Finanzjarju ta' Protezzjoni Ċivili, is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Demostrazzjoni u l-Fondi Strutturali.

(11)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari l-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u transkonfinali, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-programm, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea magħmula applikabbli għall-Unjoni mill-Artikolu 2 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(12)

Skond l-Artikolu 41(3) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, in-nefqa operattiva għandha tiġi ffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea taħt Titolu VI.

(13)

In-nefqa tal-programm għandha tkun kompatibbli mal-limitu taħt l-Intestatura 3 tal-qafas finanzjarju. Jeħtieġ li tkun prevista flessibbiltà fid-definizzjoni tal-programm sabiex jitħalla post għal aġġustamenti eventwali fi kwalunkwe azzjoni prevista, sabiex ikun hemm risposta għall-evoluzzjoni ta' ħtiġijiet matul il-perijodu 2007-2013. Id-deċiżjoni għandha, għalhekk, tkun limitata għad-definizzjoni ġenerika ta' azzjonijiet previsti u l-arranġamenti amministrattivi u finanzjarji rispettivi tagħhom.

(14)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fiha, bl-assistenza ta' kumitat.

(15)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa b'mod mhux dovut jew użati ħażin skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni (6) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (7).

(16)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002 (9), li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, japplikaw b'kont meħud tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, limitazzjoni fuq in-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma' l-użu tagħhom.

(17)

Huwa xieraq li tiġi sostitwita d-Deċiżjoni 2002/630/ĠAI mill-1 ta' Jannar 2007 b'din id-Deċiżjoni u b' Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm Speċifiku ”Ġustizzja Kriminali”.

(18)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-programm, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm Speċifiku ”Prevenzjoni ta' u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità”, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Programm”, bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet sabiex isir kontribut għat-tisħiħ taż-żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

2.   Il-Programm għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

1.   Dan il-Programm għandu jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini permezz tal-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, b'mod partikolari t-terroriżmu, it-traffikar ta' persuni u reati kontra t-tfal, it-traffikar illeċitu ta' drogi u t-traffikar illeċitu ta' armi, korruzzjoni u frodi.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-għanijiet u s-setgħat tal-Komunità Ewropea, l-għanijiet ġenerali tal-Programm jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika ta' l-Unjoni u tal-Komunità.

Artikolu 3

Temi u għanijiet speċifiċi

1.   Il-Programm għandu jikkonsisti f'erba' temi:

(a)

prevenzjoni tal-kriminalità u kriminoloġija,

(b)

infurzar tal-liġi,

(ċ)

protezzjoni u appoġġ għal xhieda

(d)

protezzjoni tal-vittmi,

2.   Fl-għanijiet ġenerali, il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jistimula, jippromwovi u jiżviluppa metodi u għodda orizzontali meħtieġa għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra, b'mod strateġiku, il-kriminalità u għall-garanzija tas-sigurtà u l-ordni pubblika bħall-ħidma mwettqa fis-sħubiji pubbliċi-privati tan-Netwerk ta' l-Unjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità, l-aħjar prattika fil-prevenzjoni tal-kriminalità, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata u approċċ imtejjeb lejn delinkwenti żgħar fl-età;

(b)

li jippromwovi u jiżviluppa koordinazzjoni, kooperazzjoni u ftehim reċiproku fost l-aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi, awtoritajiet nazzjonali oħra u korpi relatati ta' l-Unjoni fir-rigward tal-prijoritajiet identifikati mill-Kunsill b'mod partikolari kif stabbilit mill-Valutazzjoni tat-Theddid mill-Kriminalità Organizzata ta' l-Europol (VTKO); u

(ċ)

li jippromwovi u jiżviluppa l-aħjar prattika għall-protezzjoni u jappoġġa x-xhieda; u

(d)

li jippromwovi u jiżviluppa l-aħjar prattika għall-protezzjoni ta' vittmi tal-kriminalità.

3.   Il-Programm ma jittrattax mal-kooperazzjoni ġudizzjarja. Madankollu, huwa jista' jkopri azzjonijiet li għandhom l-għan li jħeġġu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi.

Artikolu 4

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Bil-ħsieb li jiġu persegwiti l-għanijiet ġenerali u speċifiċi mniżżla fl-Artikoli 2 u 3, il-Programm għandu jipprovdi taħt il-kondizzjonijiet li jidhru fil-programm ta' ħidma annwali appoġġ finanzjarju għat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

(a)

Proġetti mibdija u amministrati mill-Kummissjoni b'dimensjoni Ewropea;

(b)

Proġetti transnazzjonali, li għandhom jinvolvu sħab f'mill-inqas żewġ Stati Membri, jew ta' l-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat;

(ċ)

Proġetti nazzjonali fi Stati Membri, li

(i)

jħejju proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet ta' l-Unjoni (“miżuri ta' avvjament”),

(ii)

jikkomplementaw proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet ta' l-Unjoni (“miżuri komplementarji”),

(iii)

jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' metodi innovattivi u/jew ta' teknoloġiji b'potenzjal għal trasferibbiltà għal azzjonijiet fil-livell ta' l-Unjoni, jew jiżviluppaw tali metodi jew teknoloġiji bil-ħsieb li jittrasferuhom lil Stati Membri oħra u/jew lil pajjiż ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat;

(d)

Għotjiet operattivi għal organizzazzjonijiet mhux governattivi li jsegwu, fuq bażi mhux għall-profitt, l-għanijiet tal-Programm fuq dimensjoni Ewropea.

2.   B'mod partikolari, appoġġ finanzjarju jista' jkun ipprovdut għal

(a)

azzjonijiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni operattiva (tisħiħ tan-netwerking, tal-konfidenza u tal-ftehim reċiproku, l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattika).

(b)

attivitajiet analitiċi, ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni,

(ċ)

żvilupp u trasferiment ta' teknoloġija u metodoloġija,

(d)

taħriġ, skambju ta' persunal u esperti, u

(e)

attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u tixrid.

Artikolu 5

Aċċess għall-Programm

1.   Il-Programm huwa ddestinat għal aġenziji ta' l-infurzar tal-liġi, korpi oħra pubbliċi u/jew privati, atturi u istituzzjonijiet, inklużi awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, sħab soċjali, universitajiet, uffiċċji ta' l-istatistika, organizzazzjonijiet mhux governattivi, sħubiji pubbliċi-privati u korpi internazzjonali rilevanti.

2.   Aċċess għal dan il-Programm għandu jkun miftuħ għal korpi u organizzazzjonijiet b'personalità ġuridika stabbiliti fl-Istati Membri. Korpi u organizzazzjonijiet li huma orjentati għall-profitt għandu jkollhom aċċess għall-għotjiet biss flimkien ma' organizzazzjonijiet bla profitt jew statali.

3.   Fir-rigward ta' proġetti transnazzjonali, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jieħdu sehem bħala sħab iżda ma jistgħux jissottomettu proġetti.

Artikolu 6

Tipi ta' intervent

1.   Appoġġ finanzjarju ta' l-Unjoni jista' jieħu l-forom legali li ġejjin:

(a)

Għotjiet,

(b)

Kuntratti ta' akkwist pubbliku.

2.   Għotjiet ta' l-Unjoni għandhom jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta' emerġenza ssostanzjati kif dovut jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikolari, u għandhom jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jispeċifika r-rata minima tan-nefqa annwali li għandha tingħata għall-għotjiet. Din ir-rata minima għandha tkun mill-anqas ta' 65 %.

Ir-rata massima ta' kofinanzjament ta' l-ispejjeż tal-proġetti għandha tiġi speċifikata fil-programm ta' ħidma annwali.

3.   Hija prevista nefqa għal miżuri ta' akkumpanjament, permezz ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, f'liema każ fondi ta' l-Unjoni għandhom ikopru x-xiri ta' servizzi u merkanzija. Dan għandu jkopri, inter alia, nefqa fuq informazzjoni u komunikazzjoni, tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, ikkontrollar u evalwazzjoni ta' proġetti, linji politiċi, programmi u leġiżlazzjoni.

Artikolu 7

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju ta' l-Unjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”.

2.   Sabiex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 2, tadotta rogramm ta' ħidma annwali sa' l-aħħar ta' Settembru li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi tagħha, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti fl-Artikolu 6(3) u jekk ikun meħtieġ lista ta' azzjonijiet oħrajn.

Il-programm ta' ħidma annwali għall-2007 għandu jiġi adottat tliet xhur wara li jkollha effett din id-Deċiżjoni.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 10.

4.   Il-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' għoti relatati ma' għotjietet għal azzjonijiet għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-konformità mal-programm ta' ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikati fl-Artikolu 2 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikoli 3 u 4;

(b)

il-kwalità ta' l-azzjoni proposta fir-rigward tal-konċepiment, l-organizzazzjoni, il-preżentazzjoni u r-riżultati mistennija u t-tixrid tagħhom;

(ċ)

l-ammont mitlub għal appoġġ finanzjarju ta' l-Unjoni u kemm hu xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija;

(d)

l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 2 u fuq il-miżuri li ttieħdu fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 3 u 4.

5.   L-applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(1)(d), għandhom jiġu vvalutati, inter alia, fid-dawl ta':

(a)

il-konsistenza ma' l-għanijiet tal-Programm;

(b)

il-kwalità ta' l-attivitajiet ippjanati;

(ċ)

l-effett multiplikatur probabbli ta' dawn l-attivitajiet fuq il-pubbliku;

(d)

l-impatt ġeografiku ta' l-attivitajiet imwettqa;

(e)

il-proporzjon tal-kost/benefiċċju ta' l-attività proposta.

6.   Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 4(1)(a) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 10. Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 4(1) (b), (ċ) u (d) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 9.

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għotjiet li jinvolvu korpi jew organizzazjonijiet orjentati lejn il-profitt għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 10.

Artikolu 8

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti mill-pajjiżi applikanti għal laqgħat ta' informazzjoni wara l-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 9

Proċedura konsultattiva

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni, jekk meħtieġ permezz ta' votazzjoni.

2.   L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; kull Stat Membru jista' jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tiġi rreġistrata fil-minuti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont possibbli ta' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hija għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod ta' kif ittieħed kont ta' l-opinjoni.

Artikolu 10

Proċedura amministrattiva

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'terminu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill għandu jadotta dwar proposta mill-Kummissjoni, l-opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jiġu ppeżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Madankollu, jekk il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, huma għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill immedjatament. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għal perijodu ta' tliet xhur mid-data ta' tali komunikazzjoni.

3.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perijodu previst mill-paragrafu 2.

Artikolu 11

Komplementarjetà

1.   Għandhom ikunu mfittxija sinerġiji, konsistenza u komplementarjetà ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni, inter alia mal-programmi speċifiċi “il-Prevenzjoni, l-Istat ta' Tħejjija u l-Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u riskji oħra relatati mas-Sigurtà”, u “Ġustizzja Kriminali”, il-Programmi Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni, il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea, u l-Istrument Finanzjarju tal-Protezzjoni Ċivili.

2.   Il-Programm jista' jikkondividi riżorsi ma' strumenti oħra Komunitarji u ta' l-Unjoni, b'mod partikolari l-Programm dwar il-Prevenzjoni, l-Istat ta' Tħejjija u l-Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u Theddid ieħor relatat mas-Sigurta', sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jissodisfaw l-għanijiet kemm tal-Programm kif ukoll ta' l-istrument(i) oħra Komunitarji jew ta' l-Unjoni.

3.   Operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu appoġġ finanzjarju għall-istess għan minn strumenti finanzjarji oħra Komunitarji jew ta' l-Unjoni. Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji tal-programm għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar finanzjament irċevut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u minn sorsi oħra, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għal finanzjament.

Artikolu 12

Riżorsi tal-Baġit

Ir-riżorsi tal-baġit allokati għall-azzjonijiet previsti f'dan il-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 13

Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-Programm, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma u li rapport finali għandu jiġi sottomess fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-istruttura tar-rapporti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm jipprevedu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ permezz ta' kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli ta' kampjuni, u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal perijodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta' l-appoġġ finanzjarju għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ fir-rigward tan-nefqa fuq l-azzjoni.

4.   Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura, jekk meħtieġ, li l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-appoġġ finanzjarju approvati oriġinarjament kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-pagamenti għandhom jiġu aġġustati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu sew u ser jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 14

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni preżenti jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz ta' l-irkupru ta' l-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (Euratom, KE) Nru 2185/96, u (KE) Nru 1073/1999.

2.   Għall-azzjonijiet ta' l-Unjoni ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inklużi ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-Programm, li jirriżultaw minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew li jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'nefqa mhux iġġustifikata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ammont ta' assistenza finanzjarja għal azzjoni jiġi mnaqqas, sospiż jew irkuprat, jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-proġett.

4.   Jekk il-limiti ta' żmien ma jkunux ġew osservati jew jekk parti biss mill-appoġġ finanzjarju allokat tkun iġġustifikata bil-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju ser jiġi mitlub jissottometti osservazzjonijiet fi żmien perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ finanzjarju li jkun fadal jista' jiġi kkanċellat u li jiġi mitlub il-ħlas lura ta' somom diġà mħallsa.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe pagament imħallas mhux kif dovut għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma' kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 15

Evalwazzjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat b'mod regolari sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqin taħtu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-Programm.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a)

preżentazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm

(b)

rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2010;

(ċ)

Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010;

(d)

rapport ta' evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015.

Artikolu 16

Pubblikazzjoni ta' proġetti

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet transitorji

1.   Din id-Deċiżjoni għandha, mill-1 ta' Jannar 2007, tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni 2002/630/ĠAI.

2.   Azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta' Diċembru 2006 skond id-Deċiżjoni 2002/630/ĠAI għandhom ikomplu jiġu irregolati, sat-tlestija tagħhom, minn dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 18

Effett u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Magħmul fi Brussel, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 153, 8.6.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 5.

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(7)  ĠU L 136, 31.05.1999 p. 1.

(8)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(9)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).


24.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Frar

li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Ġustizzja Kriminali” bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja

(2007/126/ĠAI)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-għan ta' l-Unjoni huwa li tipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurtà f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi tiżviluppa azzjoni komuni fost l-Istati Membri fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali.

(2)

Skond l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, azzjoni komuni f'materji kriminali għandha tinkludi, b'mod partikolari, kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri.

(3)

Waqt li jibni fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere, il-Programm ta' l-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew f'Novembru 2004, jafferma mill-ġdid il-prijorità li jissaħħu l-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari billi tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.

(4)

Il-programm kwadru stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/630/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi programm kwadru dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (AGIS) (2) ikkontribwixxa b'mod konsiderevoli għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u aġenziji oħra ta' l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura fl-Istati Membri u għat-titjib tal-ftehim u l-fiduċja reċiproċi bejn is-sistemi tal-pulizija, ġudizzjarji, legali u amministrattivi tagħhom.

(5)

L-għanijiet ambizzjużi stabbiliti mit-Trattat u l-Programm ta' l-Aja għandhom jiġu realizzati permezz ta' l-istabbiliment ta' programm flessibbli u effettiv li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni.

(6)

Il-Programm għandu jtejjeb il-kunfidenza reċiproka fost il-ġudikatura. Il-kunfidenza reċiproka, skond il-Programm ta' l-Aja, għandha tiġi msaħħa billi jiġu żviluppati netwerks ta' organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ġudizzjarji, billi jiġi mtejjeb it-taħriġ fil-professjonijiet ġudizzjarji, billi tiġi żviluppata l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-UE fil-qasam tal-ġustizzja, filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-indipendenza tal-ġudikatura, permezz taż-żieda tar-riċerka fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, u billi jiġu ffaċilitati proġetti operattivi fost l-Istati Membri li għandhom l-għan li jimmodernizzaw il-ġustizzja.

(7)

Il-Programm għandu jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku permezz tat-titjib ta' l-għarfien reċiproku dwar kundanni preċedenti mogħtija fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' sistema kompjuterizzata ta' skambju ta' informazzjoni dwar rekords kriminali.

(8)

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju stabbilit minn istituzzjonijiet speċifikament responsabbli għat-taħriġ tal-ġudikatura professjonali ta' l-Istati Membri kollha jippromwovi programm ta' taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi b'dimensjoni Ewropea ġenwina. Dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kunfidenza reċiproka u jtejjeb il-ftehim reċiproku bejn awtoritajiet ġudizzjarji u sistemi legali differenti.

(9)

Ladarba l-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-programm, jinkisbu aħjar fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li sar applikabbli għall-Unjoni mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(10)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), minn issa 'l quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (4) tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002, li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Komunità, japplika b'kont meħud tal-prinċipji tas-sempliċità u l-konsistenza fl-għażla ta' l-istrumenti tal-baġit, limitazzjoni fuq in-numru ta' każijiet fejn il-Kummissjoni żżomm ir-responsabbiltà diretta għall-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom, u l-proporzjonalità meħtieġa bejn l-ammont ta' riżorsi u l-piż amministrattiv relatat ma' l-użu tagħhom.

(11)

Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta' irregolaritajiet u frodi, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa b'mod mhux dovut jew użati ħażin skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5), (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni (6) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (7).

(12)

Ir-Regolament Finanzjarju jirrikjedi li jiġi adottat att bażiku biex ikopri għotjiet operattivi.

(13)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri stabbiliti fiha, bl-assistenza ta' kumitat.

(14)

Huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2002/630/ĠAI tiġi sostitwita mill-1 ta' Jannar 2007 b'din id-Deċiżjoni u b' Deċiżjoni li tistabbilixxi Programm Speċifiku ''il-Prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-kriminalità''.

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u fil-ħin tal-programm, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-programm speċifiku dwar il-ġustizzja kriminali, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-programm” bħala parti mill-programm ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, sabiex jikkontribwixxi għat-tisħiħ taż-żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

2.   Il-programm għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Artikolu 2

Għanijiet ġenerali

1.   Il-programm għandu jkollu dawn l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

Li jippromwovi l-kooperazzjoni ġudizzjarja bl-għan li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' żona Ewropea ġenwina tal-ġustizzja f'materji kriminali bbażata fuq rikonoxximent u kunfidenza reċiproċi;

(b)

Li jippromwovi l-kompatibbiltà fir-regoli applikabbli fl-Istati Membri kif jista' jkun meħtieġ biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja. Li jippromwovi tnaqqis f'ostakoli legali eżistenti għall-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-koordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u ż-żieda tal-kompatibbiltà tas-sistemi ġudizzjarji eżistenti fl-Istati Membri ma' l-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jiġi provdut segwitu adegwat għal investigazzjonijiet ta' l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri;

(ċ)

Li jtejjeb il-kuntatti u l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi u l-professjonijiet legali: avukati u professjonisti oħra involuti fil-ħidma tal-ġudikatura, u li jrawwem it-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura, bil-ħsieb tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka.

(d)

Li jtejjeb ulterjorment il-fiduċja reċiproka bil-ħsieb li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet ta' vittmi u ta' akkużati.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-għanijiet u s-setgħat tal-Komunità Ewropea, l-għanijiet ġenerali tal-Programm jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika komunitarja, u b'mod aktar speċifiku għall-ħolqien ta' żona ġudizzjarja.

Artikolu 3

Għanijiet speċifiċi

Il-Programm għandu jkollu dawn l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

Li jrawwem kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali bl-għan li:

(i)

jippromwovi r-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji;

(ii)

jelimina ostakoli maħluqa minn disparitajiet bejn is-sistemi ġudizzjarji ta' l-Istati Membri u jippromwovi l-approssimazzjoni meħtieġa ta' liġi kriminali sostantiva dwar kriminalità gravi, b'mod partikolari b'dimensjoni transkonfinali;

(iii)

jsaħħaħ aktar l-istabbiliment ta' regoli minimi dwar aspetti ta' liġi kriminali proċedurali bil-ħsieb tal-promozzjoni ta' l-aspetti prattiċi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja;

(iv)

jiggarantixxi amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja billi jevita l-konflitti ta' ġurisdizzjoni;

(v)

jtejjeb l-iskambju ta' informazzjoni, permezz ta' l-użu ta' sistemi kompjuterizzati, b'mod partikolari informazzjoni meħuda minn rekords kriminali nazzjonali;

(vi)

jippromwovi d-drittijiet ta' l-akkużati kif ukoll l-assistenza soċjali u legali għall-vittmi.

(vii)

iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni ma' l-Eurojust fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transkonfinali u kriminalità gravi oħra;

(viii)

Jippromwovi miżuri bil-għan ta' soċjalizzazzjoni mill-ġdid effettiva ta' delinkwenti, b'mod partikolari delinkwenti żgħar fl-età.

(b)

Li jtejjeb l-għarfien reċiproku tas-sistemi legali u ġudizzjarji ta' l-Istati Membri f'materji kriminali u li jippromwovi u jsaħħaħ in-netwerking, il-kooperazzjoni reċiproka, l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni, esperjenzi u ta' l-aħjar prattiki.

(ċ)

Li jiżgura l-implimentazzjoni tajba, l-applikazzjoni korretta u konkreta u l-evalwazzjoni ta' strumenti ta' l-Unjoni fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali;

(d)

Li jtejjeb l-informazzjoni dwar is-sistemi legali fl-Istati Membri u l-aċċess għall-ġustizzja;

(e)

Li jippromwovi t-taħriġ fil-liġi Komunitarja u ta' l-Unjoni għall-ġudikatura, l-avukati u professjonisti oħra involuti fil-ħidma tal-ġudikatura;

(f)

Li jevalwa l-kondizzjonijiet ġenerali meħtieġa għall-iżvilupp ta' kunfidenza reċiproka permezz tat-titjib ta' ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u sistemi legali differenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-politika ta' l-UE fil-qasam tal-ġustizzja;

(g)

Li jiżviluppa u jimplimenta sistema kompjuterizzata ta' skambju ta' informazzjoni dwar rekords kriminali u li jappoġġa studji għall-iżvilupp ta' tipi oħra ta' skambju ta' informazzjoni.

Artikolu 4

Azzjonijiet eleġibbli

Bil-ħsieb li jiġu persegwiti l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3, dan il-programm għandu jappoġġa taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-Programm ta' ħidma annwali t-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

(a)

azzjonijiet speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, bħal studji u riċerka, ħolqien u implimentazzjoni ta' proġetti speċifiċi bħall-ħolqien ta' sistema kompjuterizzata ta' skambju ta' informazzjoni dwar rekords kriminali, stħarriġ ta' l-opinjoni pubblika u servejs, tfassil ta' indikaturi u metodoloġiji komuni, ġbir, żvilupp u tixrid ta' data u ta' statistika, seminars, konferenzi u laqgħat ta' esperti, organizzazzjoni ta' kampanji u avvenimenti pubbliċi, żvilupp u manutenzjoni ta' websites, preparazzjoni u tixrid ta' materjali ta' informazzjoni, appoġġ lil u żvilupp ta' netwerks ta' esperti nazzjonali, attivitajiet analitiċi, ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni; jew

(b)

proġetti transnazzjonali speċifiċi ta' interess ta' l-Unjoni ppreżentati minn ta' l-inqas żewġ Stati Membri jew minn ta' l-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat taħt il-kondizzjonijiet li jidhru fil-programmi ta' ħidma annwali; jew

(ċ)

appoġġ għall-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi jew entitajiet oħra li għandhom l-għan ta' interess Ewropew ġenerali skond l-għanijiet ġenerali tal-programm taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali; jew;

(d)

għotja operattiva biex tiġi kofinanzjata n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tan-Netwerk Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju li għandha l-għan ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura.

(e)

Proġetti nazzjonali fi Stati Membri, li

(i)

jħejju proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet ta' l-Unjoni (“miżuri ta' avvjament”),

(ii)

jikkomplementaw proġetti transnazzjonali u/jew azzjonijiet ta' l-Unjoni (“miżuri komplementarji”),

(iii)

jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' metodi innovattivi u/jew ta' teknoloġiji b'potenzjal għal trasferibbiltà għal azzjonijiet fil-livell ta' l-Unjoni, jew jiżviluppaw tali metodi jew teknoloġiji bil-ħsieb li jittrasferuhom lil Stati Membri oħra u/jew lil stat ieħor li jista' jkun pajjiż aderenti jew pajjiż kandidat,

Artikolu 5

Gruppi ta' Mira

Il-programm huwa ddestinat għal inter alia, prattikanti legali, rappreżentanti ta' servizzi ta' assistenza għall-vittmi, u professjonisti oħra involuti fil-ħidma tal-ġudikatura, l-awtoritajiet nazzjonali u ċ-ċittadini ta' l-Unjoni b'mod ġenerali.

Artikolu 6

Aċċess għall-Programm

1.   L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, inklużi organizzazzjonijiet professjonali, universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka, u istituzzjonijiet ta' taħriġ legali jew ġudizzjarju jew ta' taħriġ ulterjuri għal prattikanti legali, organizzazzjonijiet mhux governattivi ta' l-Istati Membri. Korpi u organizzazzjonijiet li huma orjentati għall-profitt għandu jkollhom aċċess għal Programm biss flimkien ma' organizzazzjonijiet bla profitt jew statali.

“Prattikanti legali” tfisser, inter alia, imħallfin, prosekuturi, avukati, konsulenti legali, uffiċjali tal-ministeri, uffiċjali tal-qorti, bailiffs, interpreti tal-qorti u professjonisti oħra involuti fix-xogħol tal-ġudikatura fil-qasam tal-liġi kriminali.

2.   Ma jistgħux jiġu ppreżentati proġetti minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali iżda dawn jistgħu jieħdu sehem bħala msieħba.

Artikolu 7

Tipi ta' intervent

1.   Il-finanzjament Komunitarju jista' jieħu l-forom legali li ġejjin:

(a)

għotjiet,

(b)

kuntratti ta' akkwist pubbliku.

2.   Għotjiet Komunitarji għandhom normalment jingħataw wara sejħiet għal proposti, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ta' emerġenza ssostanzjati kif dovut jew fejn il-karatteristiċi tal-benefiċjarju ma jħallu l-ebda għażla oħra għal azzjoni partikolari, u għandhom jiġu pprovduti permezz ta' għotjiet operattivi u għotjiet għal azzjonijiet.

Il-programm ta' ħidma annwali għandu jispeċifika r-rata minima tan-nefqa annwali li għandha tingħata għall-għotjiet. Din ir-rata minima għandha tkun mill-anqas ta' 65 %.

Ir-rata massima ta' kofinanzjament ta' l-ispejjeż tal-proġetti għandha tiġi speċifikata fil-programm ta' ħidma annwali.

3.   Barra minn hekk, huwa previst infiq għal miżuri ta' akkumpanjament, permezz ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku, f'liema każ il-fondi Komunitarji għandhom ikopru x-xiri ta' servizzi u merkanzija. Dan għandu jkopri, inter alia, nefqa fuq informazzjoni u komunikazzjoni, tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ, ikkontrollar u evalwazzjoni ta' proġetti, politika, programmi u leġiżlazzjoni.

Artikolu 8

Miżuri implimentattivi

1.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-appoġġ finanzjarju Komunitarju skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, hawn aktar il' quddiem imsejjaħ ''ir-Regolament Finanzjarju'' .

2.   Biex timplimenta l-Programm, il-Kummissjoni għandha, fil-limiti ta' l-għanijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 2, tadotta programm ta' ħidma annwali, sa' l-aħħar ta' Settembru li jispeċifika l-għanijiet speċifiċi, il-prijoritajiet tematiċi, deskrizzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti fl-Artikolu 7(3) u, jekk ikun meħtieġ, lista ta' azzjonijiet oħrajn.

Il-programm ta' ħidma annwali għall-2007 għandu jiġi adottat tliet xhur wara li jkollha effett din id-Deċiżjoni.

3.   Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 11.

4.   Il-proċeduri ta' evalwazzjoni u ta' għoti relatati ma' għotjiet għal azzjonijiet għandhom jieħdu kont, inter alia, tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-konformità mal-programm ta' ħidma annwali, l-għanijiet ġenerali kif speċifikati fl-Artikolu 2 u l-miżuri meħuda fl-oqsma differenti kif speċifikati fl-Artikoli 3 u 4;

(b)

il-kwalità ta' l-azzjoni proposta fir-rigward tal-konċepiment, l-organizzazzjoni u l-preżentazzjoni tagħha u r-riżultati mistennija minnha;

(ċ)

l-ammont mitlub għall-finanzjament Komunitarju u kemm hu xieraq meta jitqiesu r-riżultati mistennija;

(d)

l-impatt tar-riżultati mistennija fuq l-għanijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 2 u fuq il-miżuri li ttieħdu fl-oqsma differenti kif speċifikat fl-Artikoli 3 u 4.

5.   L-applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(ċ) u (d), għandhom jiġu valutati fid-dawl ta':

(a)

il-konsistenza ma' l-għanijiet tal-Programm;

(b)

il-kwalità ta' l-attivitajiet ippjanati;

(ċ)

l-effett multiplikatur probabbli ta' dawn l-attivitajiet fuq il-pubbliku;

(d)

l-impatt ġeografiku ta' l-attivitajiet imwettqa;

(e)

l-involviment taċ-ċittadini fl-organizzazzjoni tal-korpi kkonċernati;

(f)

il-proporzjon tal-kost/benefiċċju ta' l-attività proposta.

6.   Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 4(1)(a) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 11. Deċiżjonijiet relatati ma' azzjonijiet sottomessi taħt l-Artikolu 4(1)(b),(ċ),(d) u (e) għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikolu 10.

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal għotjiet li jinvolvu korpi jew organizzazjonijiet orjentati lejn il-profitt għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 11.

7.   Skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipju ta' tnaqqis gradwali ma għandux japplika għall-għotja operattiva mogħtija lin-Netwerk Ewropea għat-Taħriġ Ġudizzjarju ladarba għandha objettiv ta' interess ġenerali Ewropew.

Artikolu 9

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, kompost minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

2.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni tista' tistieden rappreżentanti mill-pajjiżi applikanti għal laqgħat ta' informazzjoni wara l-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 10

Proċedura konsultattiva

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'limitu ta' żmien li l-president jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni, jekk meħtieġ permezz ta' votazzjoni.

2.   L-opinjoni għandha tiġi rreġistrata fil-minuti; kull Stat Membru jista' jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tiġi rreġistrata fil-minuti.

3.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-akbar kont possibbli ta' l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat. Hija għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-mod ta' kif ittieħed kont ta' l-opinjoni.

Artikolu 11

Proċedura amministrattiva

1.   Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz, f'terminu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill għandu jadotta dwar proposta mill-Kummissjoni, l-opinjoni għandha tiġi mogħtija mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom jiġu ppeżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-President ma għandux jivvota.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih. Madankollu, jekk il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, huma għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill immedjatament. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tista' tiddeferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għal perijodu ta' tliet xhur mid-data ta' tali komunikazzjoni.

3.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-perijodu previst mill-paragrafu 2.

Artikolu 12

Komplementarjetà

1.   Għandhom ikunu mfittxija sinerġiji u komplementarjetà ma' strumenti Komunitarji u ta' l-Unjoni oħra, inter alia mal-programm speċifiku ''Ġustizzja Ċivili'' bħala parti mill-programm ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, u l-Programmi Ġenerali dwar is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet u s-Solidarjetà u l-Maniġġar ta' Flussi ta' Migrazzjoni. L-element statistiku ta' l-informazzjoni dwar il-ġustizzja kriminali għandu jiġi żviluppat b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, bl-użu, skond kif ikun meħtieġ, tal-Programm Statistiku Komunitarju.

2.   Il-Programm jista' jikkondividi r-riżorsi ma' strumenti Komunitarji u ta' l-Unjoni oħra, b'mod partikolari l-programm speċifiku ''Ġustizzja Ċivili'' bħala parti mill-Programm Ġenerali dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jissodisfaw l-għanijiet taż-żewġ programmi.

3.   Operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni ma għandhomx jirċievu assistenza għall-istess għan minn strumenti finanzjarji Komunitarji u ta' l-Unjoni oħra. Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji ta' din id-Deċiżjoni għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar finanzjament irċevut mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u minn sorsi oħra, kif ukoll informazzjoni dwar applikazzjonijiet kurrenti għal finanzjament.

Artikolu 13

Riżorsi tal-Baġit

Ir-riżorsi tal-baġit allokati għall-azzjonijiet previsti fil-programm għandhom jiddaħħlu fl-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet annwali disponibbli għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 14

Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal kwalunkwe azzjoni ffinanzjata mill-Programm, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tal-ħidma u li rapport finali għandu jiġi sottomess fi żmien tliet xhur mit-tlestija ta' l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-forma u l-istruttura tar-rapporti.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti u l-ftehim li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Programm jipprevedu b'mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha), jekk meħtieġ permezz ta' kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli ta' kampjuni, u verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li għal perijodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta' assistenza finanzjarja għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' appoġġ fir-rigward tan-nefqa fuq l-azzjoni.

4.   Abbażi tar-riżultati tar-rapporti u l-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura, jekk meħtieġ, li l-iskala jew il-kondizzjonijiet ta' l-allokazzjoni ta' l-assistenza finanzjarja oriġinarjament approvata, kif ukoll l-iskeda ta' żmien għall-pagamenti jiġu aġġustati.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu sew u jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 15

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati taħt id-Deċiżjoni preżenti jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji Komunitarji jkunu protetti bl-applikazzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz ta' l-irkupru ta' l-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, jekk jiġu individwati irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95, (Euratom, KE) Nru 2185/96, u (KE) Nru 1073/1999.

2.   Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 għandhom japplikaw għal kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja, inkluż ksur ta' obbligu kuntrattwali stipulat abbażi tal-Programm, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku, li għandu, jew ikollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha b'nefqa mhux iġġustifikata.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ammont ta' assistenza finanzjarja għal azzjoni jiġi mnaqqas, sospiż jew irkuprat, jekk issib irregolaritajiet, inkluż nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew id-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt jew il-ftehim li jagħtu l-appoġġ finanzjarju in kwistjoni, jew jekk jirriżulta li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni tkun għaddiet minn tibdil li jmur kontra n-natura jew il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-proġett.

4.   Jekk il-limiti ta' żmien ma ġewx osservati jew jekk parti biss mill-assistenza finanzjarja allokata hija ġustifikata bil-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' l-azzjoni, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jiġi mitlub biex jissottometti osservazzjonijiet fi żmien perijodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-appoġġ finanzjarju li jkun fadal jista' jiġi kkanċellat u ħlas lura ta' somom diġà mħallsa jiġi mitlub.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe pagament imħallas mhux kif dovut għandu jitħallas lura lill-Kummissjoni. Għandhom jiżdiedu l-interessi ma' kwalunkwe somma mhux imħallsa lura f'waqtha taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 16

Evalwazzjoni

1.   Il-Programm għandu għandu jiġi mmonitorjat regolarment sabiex tkun segwita l-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-Programm.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a)

preżentazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm;

(b)

rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta' l-implimentazzjoni tal-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2011;

(ċ)

Komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-Programm sa mhux aktar tard mit-30 ta' Awwissu 2012;

(d)

rapport ta' evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni ta' proġetti

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm b'deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.

Artikolu 18

Miżuri tranżitorji

Din id-Deċiżjoni għandha, mill-1 ta' Jannar 2007, tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Deċiżjoni2002/630/ĠAI.

Azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta' Diċembru 2006 skond id-Deċiżjoni 2002/630/ĠAI għandhom ikomplu jiġu irregolati, sat-tlestija tagħhom, minn dik id-Deċiżjoni. Il-Kumitat previst fl-Artikolu 7 għandu għalhekk jiġi ssostitwit minn dak previst fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 19

Effett u applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Magħmul fi Brussel, 12 ta' Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 2006 (għadha mhux pubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU L 203, 1.8.2002, p. 5.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).

(5)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(6)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(7)  ĠU L 136, 31.5.1999 p. 1.