ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 50
3 ta' Frar 2007


Werrej

 

Paġna

 

*

Avviż lill-qarrejja

1

 

 

Corrigenda

 

*

Korriġendum għar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )

3

 

*

Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )

10

 

*

Korriġenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1933/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jirrevoka temporanjament l-aċċess għall-preferenzi tariffarji ġeneralizzati għar-Repubblika tal-Belarus ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )

14

 

*

Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )

16

 

*

Korriġendum għall-azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' diċembru 2006 li temenda l-azzjoni konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea ( ĠU L 405 tat-30.12.2006 )

23

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 29.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


AVVIŻ LILL-QARREJJA

BG:

Настоящият брой на Официален вестник е публикуван на испански, чешки, датски, немски, естонски, гръцки, английски, френски, италиански, латвийски, литовски, унгарски, малтийски, нидерландски, полски, португалски, словашки, словенски, фински и шведски език.

Поправката, включена в него, се отнася до актове, публикувани преди разширяването на Европейския съюз от 1 януари 2007 г.

CS:

Tento Úřední věstník se vydává ve španělštině, češtině, dánštině, němčině, estonštině, řečtině, angličtině, francouzštině, italštině, lotyštině, litevštině, maďarštině, maltštině, nizozemštině, polštině, portugalštině, slovenštině, slovinštině, finštině a švédštině.

Oprava zde uvedená se vztahuje na akty uveřejněné před rozšířením Evropské unie dne 1. ledna 2007.

DA:

Denne EU-Tidende offentliggøres på dansk, engelsk, estisk, finsk, fransk, græsk, italiensk, lettisk, litauisk, maltesisk, nederlandsk, polsk, portugisisk, slovakisk, slovensk, spansk, svensk, tjekkisk, tysk og ungarsk.

Berigtigelserne heri henviser til retsakter, som blev offentliggjort før udvidelsen af Den Europæiske Union den 1. januar 2007.

DE:

Dieses Amtsblatt wird in Spanisch, Tschechisch, Dänisch, Deutsch, Estnisch, Griechisch, Englisch, Französisch, Italienisch, Lettisch, Litauisch, Ungarisch, Maltesisch, Niederländisch, Polnisch, Portugiesisch, Slowakisch, Slowenisch, Finnisch und Schwedisch veröffentlicht.

Die darin enthaltenen Berichtigungen beziehen sich auf Rechtsakte, die vor der Erweiterung der Europäischen Union am 1. Januar 2007 veröffentlicht wurden.

EL:

Η παρούσα Επίσημη Εφημερίδα δημοσιεύεται στην ισπανική, τσεχική, δανική, γερμανική, εσθονική, ελληνική, αγγλική, γαλλική, ιταλική, λεττονική, λιθουανική, ουγγρική, μαλτέζικη, ολλανδική, πολωνική, πορτογαλική, σλοβακική, σλοβενική, φινλανδική και σουηδική γλώσσα.

Τα διορθωτικά που περιλαμβάνει αναφέρονται σε πράξεις που δημοσιεύθηκαν πριν από τη διεύρυνση της Ευρωπαϊκής Ένωσης την 1η Ιανουαρίου 2007.

EN:

This Official Journal is published in Spanish, Czech, Danish, German, Estonian, Greek, English, French, Italian, Latvian, Lithuanian, Hungarian, Maltese, Dutch, Polish, Portuguese, Slovak, Slovenian, Finnish and Swedish.

The corrigenda contained herein refer to acts published prior to enlargement of the European Union on 1 January 2007.

ES:

El presente Diario Oficial se publica en español, checo, danés, alemán, estonio, griego, inglés, francés, italiano, letón, lituano, húngaro, maltés, neerlandés, polaco, portugués, eslovaco, esloveno, finés y sueco.

Las correcciones de errores que contiene se refieren a los actos publicados con anterioridad a la ampliación de la Unión Europea del 1 de enero de 2007.

ET:

Käesolev Euroopa Liidu Teataja ilmub hispaania, tšehhi, taani, saksa, eesti, kreeka, inglise, prantsuse, itaalia, läti, leedu, ungari, malta, hollandi, poola, portugali, slovaki, sloveeni, soome ja rootsi keeles.

Selle parandustega viidatakse aktidele, mis on avaldatud enne Euroopa Liidu laienemist 1. jaanuaril 2007.

FI:

Tämä virallinen lehti on julkaistu espanjan, tšekin, tanskan, saksan, viron, kreikan, englannin, ranskan, italian, latvian, liettuan, unkarin, maltan, hollannin, puolan, portugalin, slovakin, sloveenin, suomen ja ruotsin kielellä.

Lehden sisältämät oikaisut liittyvät ennen Euroopan unionin laajentumista 1. tammikuuta 2007 julkaistuihin säädöksiin.

FR:

Le présent Journal officiel est publié dans les langues espagnole, tchèque, danoise, allemande, estonienne, grecque, anglaise, française, italienne, lettone, lituanienne, hongroise, maltaise, néerlandaise, polonaise, portugaise, slovaque, slovène, finnoise et suédoise.

Les rectificatifs qu'il contient se rapportent à des actes publiés antérieurement à l'élargissement de l'Union européenne du 1er janvier 2007.

HU:

Ez a Hivatalos Lap spanyol, cseh, dán, német, észt, görög, angol, francia, olasz, lett, litván, magyar, máltai, holland, lengyel, portugál, szlovák, szlovén, finn és svéd nyelven jelenik meg.

Az itt megjelent helyesbítések elsősorban a 2007. január 1-jei európai uniós bővítéssel kapcsolatos jogszabályokra vonatkoznak.

IT:

La presente Gazzetta ufficiale è pubblicata nelle lingue spagnola, ceca, danese, tedesca, estone, greca, inglese, francese, italiana, lettone, lituana, ungherese, maltese, olandese, polacca, portoghese, slovacca, slovena, finlandese e svedese.

Le rettifiche che essa contiene si riferiscono ad atti pubblicati anteriormente all'allargamento dell'Unione europea del 1o gennaio 2007.

LT:

Šis Oficialusis leidinys išleistas ispanų, čekų, danų, vokiečių, estų, graikų, anglų, prancūzų, italų, latvių, lietuvių, vengrų, maltiečių, olandų, lenkų, portugalų, slovakų, slovėnų, suomių ir švedų kalbomis.

Čia išspausdintas teisės aktų, paskelbtų iki Europos Sąjungos plėtros 2007 m. sausio 1 d., klaidų ištaisymas.

LV:

Šis Oficiālais Vēstnesis publicēts spāņu, čehu, dāņu, vācu, igauņu, grieķu, angļu, franču, itāļu, latviešu, lietuviešu, ungāru, maltiešu, holandiešu, poļu, portugāļu, slovāku, slovēņu, somu un zviedru valodā.

Šeit minētie labojumi attiecas uz tiesību aktiem, kas publicēti pirms Eiropas Savienības paplašināšanās 2007. gada 1. janvārī.

MT:

Dan il-Ġurnal Uffiċjali hu ppubblikat fil-ligwa Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Finlandiża u Żvediża.

Il-corrigenda li tinstab hawnhekk tirreferi għal atti ppubblikati qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007.

NL:

Dit Publicatieblad wordt uitgegeven in de Spaanse, de Tsjechische, de Deense, de Duitse, de Estse, de Griekse, de Engelse, de Franse, de Italiaanse, de Letse, de Litouwse, de Hongaarse, de Maltese, de Nederlandse, de Poolse, de Portugese, de Slowaakse, de Sloveense, de Finse en de Zweedse taal.

De rectificaties in dit Publicatieblad hebben betrekking op besluiten die vóór de uitbreiding van de Europese Unie op 1 januari 2007 zijn gepubliceerd.

PL:

Niniejszy Dziennik Urzędowy jest wydawany w językach: hiszpańskim, czeskim, duńskim, niemieckim, estońskim, greckim, angielskim, francuskim, włoskim, łotewskim, litewskim, węgierskim, maltańskim, niderlandzkim, polskim, portugalskim, słowackim, słoweńskim, fińskim i szwedzkim.

Sprostowania zawierają odniesienia do aktów opublikowanych przed rozszerzeniem Unii Europejskiej dnia 1 stycznia 2007 r.

PT:

O presente Jornal Oficial é publicado nas línguas espanhola, checa, dinamarquesa, alemã, estónia, grega, inglesa, francesa, italiana, letã, lituana, húngara, maltesa, neerlandesa, polaca, portuguesa, eslovaca, eslovena, finlandesa e sueca.

As rectificações publicadas neste Jornal Oficial referem-se a actos publicados antes do alargamento da União Europeia de 1 de Janeiro de 2007.

RO:

Prezentul Jurnal Oficial este publicat în limbile spaniolă, cehă, daneză, germană, estonă, greacă, engleză, franceză, italiană, letonă, lituaniană, maghiară, malteză, olandeză, polonă, portugheză, slovacă, slovenă, finlandeză şi suedeză.

Rectificările conţinute în acest Jurnal Oficial se referă la acte publicate anterior extinderii Uniunii Europene din 1 ianuarie 2007.

SK:

Tento úradný vestník vychádza v španielskom, českom, dánskom, nemeckom, estónskom, gréckom, anglickom, francúzskom, talianskom, lotyšskom, litovskom, maďarskom, maltskom, holandskom, poľskom, portugalskom, slovenskom, slovinskom, fínskom a švédskom jazyku.

Korigendá, ktoré obsahuje, odkazujú na akty uverejnené pred rozšírením Európskej únie 1. januára 2007.

SL:

Ta Uradni list je objavljen v španskem, češkem, danskem, nemškem, estonskem, grškem, angleškem, francoskem, italijanskem, latvijskem, litovskem, madžarskem, malteškem, nizozemskem, poljskem, portugalskem, slovaškem, slovenskem, finskem in švedskem jeziku.

Vsebovani popravki se nanašajo na akte, objavljene pred širitvijo Evropske unije 1. januarja 2007.

SV:

Denna utgåva av Europeiska unionens officiella tidning publiceras på spanska, tjeckiska, danska, tyska, estniska, grekiska, engelska, franska, italienska, lettiska, litauiska, ungerska, maltesiska, nederländska, polska, portugisiska, slovakiska, slovenska, finska och svenska.

Rättelserna som den innehåller avser rättsakter som publicerades före utvidgningen av Europeiska unionen den 1 januari 2007.


Corrigenda

3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


Korriġendum għar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006 )

Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 għandu jaqra hekk:

REGOLAMENT (KE) Nru 1931/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi r-regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn immaniġġjar integrat tal-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea” ġiet sottolinejata l-ħtieġa li jkunu żviluppati regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera sabiex ikun konsolidat il-qafas legali tal-Komunità dwar il-fruntieri esterni. Din il-ħtieġa ġiet konfermata mill-Kunsill fit-13 ta' Ġunju 2002, bl-approvazzjoni tal-“Pjan għall-immaniġġjar tal-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea”, sussegwentement appoġġjata mill-Kunsill Ewropew f’Sivilja fil-21 u t-22 ta' Ġunju 2002.

(2)

Huwa fl-interess tal-Komunità mkabbra li tiżgura li l-fruntieri mal-ġirien tagħha ma' jkunux ostaklu għall-kummerċ, għall-iskambji soċjali u kulturali jew għall-kooperazzjoni reġjonali. Għandha għalhekk tiġi żviluppata sistema għat-traffiku lokali tal-fruntiera.

(3)

Is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera tikkostitwixxi deroga mir-regoli ġenerali dwar il-kontroll fil-fruntiera ta' persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2).

(4)

Il-Komunità għandha għalhekk tħejji l-kriterji u l-kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati meta jiġi faċilitat il-qsim tal-fruntieri esterni fuq l-art ta’ l-Istati Membri lir-residenti tal-fruntiera taħt ir-reġim tat-traffiku lokali tal-fruntiera. Tali kriterji u kondizzjonijiet għandhom jiżguraw bilanċ bejn fuq naħa waħda l-iffaċilitar tal-qsim tal-fruntiera għar-residenti bona fide li jkollhom raġunijiet leġittimi biex jaqsmu ta’ spiss il-fruntiera esterna fuq l-art ta’ l-Istati Membri u, fuq in-naħa l-oħra, il-ħtieġa li tkun prevenuta l-immigrazzjoni illegali kif ukoll it-theddid potenzjali għas-sigurtà li jqajjmu l-attivitajiet kriminali.

(5)

Bħala regola ġenerali, biex jiġi evitat l-abbuż, permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jinħareġ biss lil persuni li jkunu ilhom mill-inqas sena joqogħdu leġittimament fiż-żona ta' mal-fruntiera. Ftehim bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien jistgħu jipprovdu għal perjodu itwal ta' residenza. F'każi eċċezzjonali u debitament ġustifikati, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu ma' minuri, bidliet fl-istat ċivili jew wirt ta' art, dawk il-Ftehim bilaterali jistgħu wkoll jipprovdu għal perjodu iqsar ta' residenza.

(6)

Il-permess għat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jinħareġ lil residenti tal-fruntiera indipendentement minn jekk ikunux suġġetti għar-rekwiżit ta' viża skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (3). Minħabba f'hekk, dan ir-Regolament għandu jittieħed flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 (4) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001, li għandu l-għan li jeżenta lil residenti tal-fruntiera li jibbenefikaw mis-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera stabbilita f'dan ir-Regolament mill-obbligu tal-viża. B'konsegwenza, dan ir-Regolament jista' jidħol fis-seħħ biss flimkien mad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament emendatorju.

(7)

Il-Komunità għandha tistabbilixxi kriterji u kundizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għal residenti tal-fruntiera. Dawn il-kriterji u l-kundizzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-kundizzjonijiet tad-dħul imposti fuq ir-residenti tal-fruntiera, li jaqsmu fruntiera esterna fuq l-art taħt ir-reġim tat-traffiku lokali tal-fruntiera.

(8)

Id-dritt tal-moviment liberu li jgawdu ċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom, u d-drittijiet ekwivalenti li jgawdu ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-familji tagħhom li bis-saħħa ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda u l-pajjiżi terzi konċernati, fuq in-naħa l-oħra, m'għandhomx ikunu affettwati mit-twaqqif ta’ regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-livell tal-Komunità. Madanakollu, meta l-qsim tal-fruntiera ikun faċilitat taħt sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera lil residenti tal-fruntiera u dan iwassal għall-kontroll anqas sistematiku, il-qsim tal-fruntiera għandu, bħala regola, jiġi faċilitat ukoll għal kull persuna li tgawdi mid-dritt Komunitarju tal-libertà tal-moviment li tkun residenti fiż-żona tal-fruntiera.

(9)

Għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera, l-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu jew jikkonkludu, jekk ikun hemm bżonn b'mod bilaterali, Ftehim ma’ pajjiżi terzi ġirien dejjem jekk tali Ftehim iżommu mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(10)

Dan ir-Regolament ma jaffettwax l-arranġamenti speċifiċi applikati f’Ceuta u Melilla, kif imsemmija fid-Dikjarazzjoni mir-Renju ta’ Spanja dwar l-ibliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990 (5).

(11)

Għandhom jiġu imposti penali kif previst fil-liġi nazzjonali, mill-Istati Membri fuq ir-residenti tal-fruntiera li jabbużaw mis-sistema ta' traffiku lokali tal-fruntiera kif stabbilita minn dan ir-Regolament.

(12)

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-Rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi.

(13)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fudamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(14)

Peress illi l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment tar-regoli dwar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta’ l-Istati Membri, jaffettwaw direttament l-acquis tal-Komunità dwar il-fruntieri esterni u ma jistgħux għaldaqstant jinkisbu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, u jistgħu għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan il-għan.

(15)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress illi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropew, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' dakil-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara d-data ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament jekk hix ser timplementah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(16)

Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta' Schengen skond it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma' l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (6), li huma fl-ambitu imsemmi fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (7).

(17)

Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta' Schengen, li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq sabiex jieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta’ Schengen (8). Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu, u mhux marbut bih jew suġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(18)

Dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-diżpożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tipparteċipax, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda sabiex tieħu sehem f’ċerti dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (9). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(19)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament huwa żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 punt A tad-Deċiżjoni 1999/437/KE meħud flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2004/849/KE (10) u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2004/860/KE (11).

(20)

L-Artikoli 4(b) u 9(ċ) ta' dan ir-Regolament huma dispożizzjonijiet li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma marbuta b’xi mod ieħor miegħu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni fuq l-art ta’ l-Istati Membri u jintroduċi permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għal dak il-għan.

2.   Dan ir-Regolament jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jikkonkludu jew iżommu Ftehim bilaterali ma’ pajjiżi terzi ġirien għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera stabbilita b'dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja u nazzjonali applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi dwar:

(a)

soġġorni fit-tul;

(b)

aċċess għal u eżerċizzju ta’ attività ekonomika;

(ċ)

aspetti doganali u taxxa.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzonijiet li ġejjin:

1)

‘fruntiera esterna fuq l-art’ tfisser fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u pajjiż terz ġar miegħu;

2)

‘żona tal-fruntiera’ tfisser żona li ma testendix aktar minn 30 kilometru mill-fruntiera. Id-distretti amministrattivi lokali li għandhom jitqiesu bħala ż-żona tal-fruntiera għandhom jiġu speċifikati mill-Istati konċernati fil-Ftehim bilaterali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 13. Jekk parti minn tali distrett tkun tinsab aktar minn 30 kilometru bogħod mil-linja tal-fruntiera, iżda mhux aktar minn 50, għandha xorta waħda titqies bħala parti miż-żona tal-fruntiera;

3)

‘traffiku lokali tal-fruntiera’ tfisser il-qsim regolari tal-fruntiera esterna fuq l-art ta' Stat Membru minn persuni residenti fil-fruntiera, għal soġġorn fiż-żona tal-fruntiera għal, per eżempju, raġunijiet soċjali jew kulturali jew raġunijiet ekonomiċippruvati, jew għal raġunijiet familjari, għal perjodu ta' mhux aktar mil-limiti ta' żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament;

4)

‘persuni li jgawdu mid-dritt Komunitarju tal-moviment liberu’ tfisser:

(i)

ċittadini ta’ l-Unjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ l-Unjoni u li jeżerċita d-dritt tal-moviment liberu li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE (12);

(ii)

ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, li bis-saħħa ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa waħda, u dawk il-pajjiżi terzi, fuq in-naħa l-oħra, jgawdu d-drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għad-dritt ta' ċittadini ta’ l-Unjoni.

5)

‘ċittadin ta' pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe persuna li mhix ċittadin ta' l-Unjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 17(1) tat-Trattat KE u li m'hix koperta mill-punt 4;

6)

‘residenti tal-fruntiera’ tfisser ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ilhom residenti legalment fiż-żona tal-fruntiera ta' pajjiż ġar ta’ Stat Membru għal perjodu speċifikat fil-Ftehim bilaterali msemmija fl-Artikolu 13, li għandu jkun mill-inqas sena. F'każi eċċezzjonali u debitament ġustifikati speċifikati fil-Ftehim bilaterali, perjodu ta' residenza ta' inqas minn sena jista' wkoll ikun ikkunsidrat biżżejjed;

7)

‘permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera’ tfisser dokument speċifiku kif introdott mill-Kapitolu III, li jintitola lil residenti tal-fruntiera li jaqsmu fruntiera esterna fuq l-art taħt is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera;

8)

‘il-Konvenzjoni ta’ Schengen’ tfisser il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom (13).

KAPITOLU II

SISTEMA TA’ TRAFFIKU LOKALI TAL-FRUNTIERA

Artikolu 4

Kundizzjonijiet tad-dħul

Ir-residenti tal-fruntiera jistgħu jaqsmu l-fruntiera esterna fuq l-art ta’ Stat Membru ġar taħt ir-reġim tat-traffiku lokali tal-fruntiera, sakemm dawn:

(a)

ikollhom fil-pussess tagħhom permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera u, jekk ikun meħtieġ mill-Ftehim bilaterali relevanti msemmija fl-Artikolu 13, dokument jew dokumenti validi ta' l-ivvjaġġar;

(b)

ma jkunux persuni li fir-rigward tagħhom tkun introdotta twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul;

(ċ)

ma jkunux meqjusa bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fejn ma tkun ġiet introdotta l-ebda twissija fid-database nazzjonali ta' Stat Membru għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet.

Artikolu 5

Tul ta' żmien tas-soġġorn fiż-żona tal-fruntiera

Il-Ftehim bilaterali msemmija fl-Artikolu 13 għandhom jispeċifikaw it-tul massimu permissibbli ta' kull soġġorn bla interruzzjoni skond is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera, li m'għandux ikun ta' aktar minn tliet xhur.

Artikolu 6

Kontrolli tad-dħul u l-ħruġ

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tad-dħul u tal-ħruġ fuq residenti tal-fruntiera biex jiżguraw li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

2.   M'għandu jsir l-ebda timbru tad-dħul u tal-ħruġ fuq il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera bħala parti mis-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 15.

KAPITOLU III

PERMESS TAT-TRAFFIKU LOKALI TAL-FRUNTIERA

Artikolu 7

Introduzzjoni ta' Permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera

1.   Qiegħed jiġi hawn introdott permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera.

2.   Il-validità territorjali tal-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandha tkun limitata għaż-żona tal-fruntiera ta' l-Istat Membru li jkun ħarġu.

3.   Il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jkollu fuqu r-ritratt tal-persuna li f'isimha jkun maħruġ il-permess u għandu jkun fih għall-inqas it-tagħrif li ġej:

(a)

l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid, in-nazzjonalità u l-post tar-residenza tal-persuna li f'isimha jkun maħruġ il-permess;

(b)

l-awtorità li tkun ħarġitu, id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità;

(ċ)

iż-żona tal-fruntiera li fiha tkun awtorizzata li tiċċaqlaq il-persuna li f'isimha jkun maħruġ il-permess;

(d)

in-numru(i) tad-dokument jew dokumenti validi ta' l-ivvjaġġar li jawtorizzaw lill-persuna li f'isimha jkunu maħruġa biex taqsam il-fruntieri esterni, kif ipprovdut fl-Artikolu 9(a).

Għandu juri b'mod ċar li l-persuna li f'isimha jkun maħruġ m'hix awtorizzata li tiċċaqlaq barra miż-żona tal-fruntiera u li kwalunkwe abbuż ikun soġġett għal penali previsti fl-Artikolu 17.

Artikolu 8

Karatteristiċi ta' sigurtà u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera

1.   Il-karatteristiċi ta' sigurtà u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi tar-residenza għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (14).

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kampjun tal-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera imfassal skond paragrafu 1.

Artikolu 9

Kundizzjonijiet tal-ħruġ

Il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera jista' jinħareġ lil residenti tal-fruntiera li:

(a)

għandhom fil-pussess tagħhom dokument jew dokumenti ta' l-ivvjaġġar validi, kif imsemmi fl-Artikolu 17(3)(a) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, li jintitolhom jaqsmu l-fruntieri esterni;

(b)

jippreżentaw dokumenti li jippruvaw l-istat tagħhom ta' residenti tal-fruntiera, u li jippruvaw l-eżistenza ta' raġunijiet leġittimi biex jaqsmu l-fruntiera esterna fuq l-art ta' spiss taħt ir-reġim tat-traffiku lokali tal-fruntiera;

(ċ)

m'humiex persuni li dwarhom ġiet introdotta twissija għall-iskopijiet ta' ċaħda tad-dħul fis-SIS;

(d)

ma jkunux meqjusa bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi wieħed mill-Istati Membri, u partikolarment fil-każi fejn ma ġiet introdotta l-ebda twissija fid-database nazzjonali ta' Stat Membru għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet.

Artikolu 10

Validità

Il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jkun validu għal perjodu minimu ta’ sena u għal perjodu massimu ta’ ħames snin.

Artikolu 11

Ħlasijiet tal-ħruġ

Il-ħlasijiet li jikkorrispondu ma' l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera m'għandhomx jaqbżu l-ħlasijiet mitluba għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viżi ta' aktar minn dħul wieħed li jinħarġu għal perjodu qasir.

Il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera jista' jinħareġ bla ħlas.

Artikolu 12

Arranġamenti tal-ħruġ

1.   Il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera jista' jinħareġ jew mill-konsolati jew minn kwalunkwe awtorità amministrattiva ta' l-Istati Membri indikata fil-Ftehim bilaterali msemmija fl-Artikolu 13.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu reġistru ċentrali tal-permessi tat-traffiku lokali tal-fruntiera li jkunu saru applikazzjonijiet għalihom, dawk li jkunu nħarġu, dawk li tkun imtawwla il-validità tagħhom, dawk kanċellati u dawk mħassra u għandhom jindikaw punt ta' kuntatt nazzjonali li jkun responsabbli biex jipprovdi mingħajr dewmien, fuq talba minn Stati Membri oħra, tagħrif dwar il-permessi mdaħħla f'dak ir-reġistru.

KAPITOLU IV

IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ TRAFFIKU LOKALI TAL-FRUNTIERA

Artikolu 13

Ftehim bilaterali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi ġara

1.   Għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jikkonkludu Ftehim bilaterali ma' pajjiżi terzi ġirien skond ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu wkoll iżommu l-Ftehim bilaterali eżistenti ma’ pajjiżi terzi ġirien dwar traffiku lokali tal-fruntiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jemendaw il-Ftehim, safejn dawn ikunu inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament, b'tali mod illi jeliminaw l-inkompatibbiltajiet stabbiliti.

2.   L-Istati Membri konċernati għandhom jikkonsultaw il-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà tal-Ftehim ma’ dan ir-Regolament qabel jikkonkludu jew jemendaw xi Ftehim bilaterali dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera ma’ pajjiżi terzi ġirien.

Jekk il-Kummissjoni tqis il-Ftehim inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Istat Membru konċernat. L-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa biex jemenda l-Ftehim fuq tul ta' żmien raġonevoli b’tali mod illi jelimina l-inkompatibbiltajiet stabbiliti.

3.   Fejn il-Komunità jew l-Istat Membru konċernat ma jkunux ikkonkludew Ftehim ġenerali ma' pajjiż terz dwar dħul mill-ġdid, il-Ftehim bilaterali dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera ma' dak il-pajjiż terz għandhom ikunu jinkludu dispożizzjonijiet biex jiffaċilitaw id-dħul mill-ġdid ta' persuni li jinstab li jagħmlu użu abbużiv mis-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera kif stabbilit minn dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Trattament paragunabbli

Fil-Ftehim bilaterali tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-pajjiżi terzi jagħtu, lil persuni li jgawdu d-dritt Komunitarju tal-moviment liberu u lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti b'mod leġittimu fiż-żona tal-fruntiera ta’ l-Istat Membru konċenat, trattament mill-inqas paragunabbli għal dak mogħti lil residenti tal-fruntiera tal-pajjiż terz konċernat.

Artikolu 15

Faċilitazzjoni tal-qsim tal-fruntiera

1.   Il-Ftehim bilaterali msemmija fl-Artikoli 13 jista' jkun fihom dispożizzjonijiet għall-iffaċilitar tal-qsim tal-fruntiera li bihom l-Istati Membri:

(a)

jistabbilixxu postijiet speċifiċi ta’ qsim tal-fruntiera miftuħa biss għar-residenti tal-fruntiera;

(b)

jirriservaw korsiji speċifiċi għar-residenti tal-fruntiera fil-postijiet ordinarji ta’ qsim tal-fruntiera; jew

(ċ)

b'kont meħud taċ-ċirkustanzi lokali, u fejn eċċezzjonalment ikun hemm rekwiżit ta’ natura speċjali, jawtorizzaw lir-residenti tal-fruntiera biex jaqsmu l-fruntiera esterna fuq l-art f'postijiet oħra definiti li mhumiex postijiet ta' qsim awtorizzati, u barra l-ħinijiet stabbiliti.

2.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jiffaċilita l-qsim tal-fruntiera għar-residenti tal-fruntiera skond il-paragrafu 1, tali tħaffif għandu jkun bħala regola estiż għal kull persuna li tgawdi d-dritt Komunitarju għall-moviment liberu, li hi residenti fiż-żona tal-fruntiera.

3.   Fil-postijiet ta' qsim tal-fruntiera msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, kif ukoll fil-korsiji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, persuni li jaqsmu l-fruntiera esterna fuq l-art ta' spiss u li jkunu magħrufa mal-gwardjani tal-fruntiera minħabba li jaqsmu regolarment il-fruntiera għandhom normalment ikunu suġġetti biss għal spezzjonijiet saltwarji.

Minn żmien għal żmien għandhom isiru fuq dawn il-persuni kontrolli bir-reqqa, mingħajr ma jkunu avżati u f'intervalli irregolari.

4.   Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jiffaċilità l-qsim tal-fruntiera għal residenti tal-fruntiera skond kif jitlob il-paragrafu 1 (ċ):

(a)

flimkien mat-tagħrif mitlub minn Artikolu 7(3), il-permess tat-traffiku lokali tal-fruntiera għandu jkun fih dettalji tal-post u ċ-ċirkustanzi li fihom tista' tinqasam il-fruntiera esterna fuq l-art;

(b)

l-Istat Membru inkwistjoni għandu jagħmel kontrolli saltwarji u jagħmel sorvejlanza regolari bil-għan li jevita qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16

Ceuta u Melilla

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx jaffettwaw l-arranġamenti speċifiċi li japplikaw għall-ibliet ta’ Ceuta u Melilla, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni mir-Renju ta’ Spanja dwar l-ibliet ta’ Ceuta u Melilla fl-Att Finali tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja mal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen.

Artikoli 17

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull użu ħażin tas-sistema ta’ traffiku lokali tal-fruntiera, kif stabbilit b’dan ir-Regolament u kif implementat bil-Ftehim bilaterali msemmija fl-Artikoli 13, jkun soġġett għall-penali kif previst fil-liġi nazzjonali.

2.   Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jinkludu l-possibbiltà ta’ kanċellazzjoni jew revoka tal-permessi tat-traffiku lokali tal-fruntiera.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu nota ta' kull każ ta' abbuż mis-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera u tal-penali imposti skond il-paragrafu 1. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat kull sitt xhur lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Artikolu 18

Rapport dwar is-sistema tat-traffiku lokali tal-fruntiera

Sad-19 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-ħidma tas-sistemi ta’ traffiku lokali tal-fruntiera, kif stabbilit f'dan ir-Regolament u implimentat mill-Ftehim bilaterali konklużi skond ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi xierqa, skond il-każ.

Artikolu 19

Notifika ta' Ftehim bilaterali

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-Ftehim kollha msemmija fl-Artikolu 13 kif ukoll bi kwalunkwe denunzja jew emendi għal, dawk il-ftehim.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel it-tagħrif notifikat skond il-paragrafu 1 disponibbli għall-Istati Membri u għall-pubbliku billi tippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea jew permezz ta' kwalunkwe mezzi xierqa oħra.

Artikolu 20

Emendi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 136(3) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“3.

Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għal Ftehim bilaterali dwar traffiku lokali tal-fruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-traffiku lokali tal-fruntiera fil-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (*).

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih ikun ġie pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta' Frar 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ottubru 2006.

(2)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3).

(4)  Ara paġna 10 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 69.

(6)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(7)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(8)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2004/926/KE (ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70).

(9)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).

(12)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom sabiex jiċċaqalqu u joqogħdu liberament fit-territorji ta' l-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(13)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18).

(14)  ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1.


3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006 )

Ir-Regolament (KE) Nru 1932/2006 għandu jaqra hekk:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1932/2006

tal-21 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(2)(b)(i) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-kompożizzjoni tal-listi ta’ pajjiżi terzi fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 (1) għandhom ikunu, u għandhom jibqgħu, konsistenti mal-kriterji stabbiliti fil-premessa (5) tiegħu. Xi pajjiżi terzi għandhom jiġu trasferiti minn Anness għall-ieħor, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-immigrazzjoni illegali u l-politika pubblika.

(2)

Il-Bolivja għandha tiġi trasferita għal Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Id-data ta’ l-applikazzjoni tal-ħtieġa tal-viża għal ċittadini tal-Bolivja għandha tkun b’mod li tippermetti lill-Istati Membri jirrevokaw il-ftehim bilaterali mal-Bolivja f'ħin debitu u biex jieħdu l-miżuri amministrattivi u organizzattivi kollha meħtieġa biex jintroduċu l-ħtieġa tal-viża konċernata.

(3)

L-Antigua u Barbuda, il-Bahamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis, u s-Seychelles għandhom jiġu trasferiti għall-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.

L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ dawk il-pajjiżi m’għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma jiġi konkluż ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiż konċernat.

(4)

Iż-żewġ Annessi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandhom ikunu eżawrjenti. Għal dak il-għan, ma' kull wieħed mill-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandha tiżdied intestatura li tagħmilha possibbli li jiġu stabbiliti l-arranġamenti tal-viża li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri għall-kategoriji ta’ persuni magħmula soġġetti għall-ħtieġa tal-viża minn ċerti Stati Membri u eżentati minnha minn oħrajn. Kategoriji varji ta’ persuni “Brittaniċi” li m’humiex ċittadini tar-Renju Unit fit-tifsira tad-dritt Komunitarju għandhom jiżdiedu ma' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u ċ-Ċittadini Brittaniċi (Overseas) għandhom jiżdiedu ma' l-Anness II.

(5)

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta’ ċerti passaporti minbarra passaporti ordinarji. L-għażla ta' dawn il-passaporti teħtieġ kjarifika. Fir-Regolament (KE) Nru 539/2001 jeħtieġ li ssir referenza wkoll għall-proċeduri applikabbli fejn isir rikors għal tali eżenzjonijiet.

(6)

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħtieġa tal-viża refuġjati rikonoxxuti, il-persuni mingħajr stat kollha, kemm dawk taħt il-Konvenzjoni dwar l-istatus ta' persuni mingħajr stat tat-28 ta' Settembru 1954 kif ukoll dawk barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik il-Konvenzjoni, u tfal ta' l-iskola li jivjaġġaw f'ħarġiet ta' l-iskola fejn il-persuni ta' dawn il-kategoriji jkunu joqogħdu f'pajjiż terz elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001.

Eżenzjoni sħiħa mill-ħtieġa tal-viża diġà teżisti għal dawn it-tliet kategoriji ta' persuni li joqogħdu fiż-żona ta' Schengen meta huma jidħlu jew jidħlu mill-ġdid f'dik iż-żona; eżenzjoni ġenerali għandha tiġi introdotta għal persuni ta' dawk il-kategoriji li joqogħdu fi Stat Membru li ma ngħaqadx jew li għadu ma ngħaqadx maż-żona ta' Schengen, safejn huwa konċernat id-dħul (mill-ġdid) tagħhom fit-territorju ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor marbut mill-acquis ta' Schengen.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1931/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar traffiku tal-fruntiera lokali fil-fruntieri ta' l-art esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (2) jagħmilha meħtieġa li jkun hemm dispożizzjoni għal eżenzjoni ġdida mill-ħtieġa tal-viża għal detenturi ta' kard tat-traffiku tal-fruntiera lokali.

(8)

L-arranġamenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet għall-ħtieġa tal-viża għandhom jirriflettu bis-sħiħ il-prattiki attwali. Ċerti Stati Membri jagħtu eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 li huma membri tal-forzi armati li jkunu qed jivjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawn l-eżenzjonijiet, li huma bbażati fuq obbligi internazzjonali esterni għad-dritt Komunitarju, għandhom madankollu jissemmew f'dak ir-Regolament.

(9)

Minħabba l-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 539/2001, hu meħtieġ li l-istruttura tiegħu titjieb u ssir eħfef għall-qari, u għalhekk għandu jitfassal mill-ġdid aktar tard.

(10)

Rigward l-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkonsisti fi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (3), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 (B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (4).

(11)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda m'humiex marbuta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001. Għaldaqstant huma m'humiex qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u m'humiex marbuta bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu.

(12)

Fir-rigward ta’ l-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkonsisti fi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen, fit-tifsira tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (5).

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b' dan emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-sub-paragrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 1:

“Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.”

(b)

Is-sub-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud mal-paragrafu 2:

“Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:

iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ karta tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-Traffiku tal-Fruntieri Lokali fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen (*) meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;

tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru (**) u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

(*)  ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1."

(**)  ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.”"

2)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 għandu jkun imħassar.

3)

L-Artikolu 4 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafu (1)(a) għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

‘(a)

id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (***)."

(***)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).’"

(b)

Il-Paragrafu 2 għandu jkun sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:

(a)

tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(b)

refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

(ċ)

membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom.”

4)

L-Anness 1 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

f'parti 1:

(i)

tiddaħħal referenza għall-Bolivja bejn il-”Bhutan” u l-”Bosnja u Herzegovina”;

(ii)

ir-referenzi għal Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis, u s-Seychelles għandhom jitħassru;

(iii)

ir-referenza għal “Timor tal-Lvant” għandha tiġi sostitwita b'referenza għal “Timor-Leste”, bejn “il-Komoros” u “Togo”;

(iv)

ir-referenza għar-“Repubblika Federali tal-Jugoslavja” għandha tiġi sostitwita b'referenzi għas- “Serbja” bejn “Senegal” u “Seychelles” u “Montenegro” bejn “Mongolja” u “Marokk” ;

(v)

ir-referenza għal “Samoa tal-Punent” għandha tiġi sostitwita b'“Samoa”;

(b)

tiżdied il-parti li ġejja:

“3.

ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

 

Ċittadini ta' Territorji Brittaniċi Overseas li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

 

Ċittadini Britanniċi Overseas

 

Suġġetti Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

 

Persuni Britanniċi Protetti”;

5)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

f'Parti 1:

(i)

titħassar r-referenza għall-Bolivja;

(ii)

jiddaħħlu r-referenzi li ġejjin:

 

“Antigwa u Barbuda(*)

 

Baħamas(*)

 

Barbados(*)

 

Mawrizju(*)

 

Saint Kitts u Nevis(*)

 

Seychelles(*)”

(iii)

tiddaħħal in-nota li ġejja:

“(*)

L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ser tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità Ewropea.”

(iv)

ir-referenza għal “Brunei” għandha tiġi sostitwita b’referenza għal “Brunei Daussalam”

(b)

tiżdied il-parti li ġejja:

“3.

ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini Britanniċi (Overseas)”.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini tal-Bolivja b’effett mill-1 ta' April 2007.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Mawrizju, Saint Kitts u Nevis u s-Seychelles mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ ftehim dwar eżenzjonijiet mill-viża li għandu jiġi konkluż mill-Komunità Ewropea mall-pajjiż terz konċernat.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament 851/2005 (ĠU L 141, 4.6.2005, p. 3).

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.

(5)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78.


3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

14


Korriġenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1933/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jirrevoka temporanjament l-aċċess għall-preferenzi tariffarji ġeneralizzati għar-Repubblika tal-Belarus

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006 )

Regolament (KE) Nru 1933/2006 għandu jinqara hekk:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1933/2006

tal-21 ta’ Diċembru 2006

li jirrevoka temporanjament l-aċċess għall-preferenzi tariffarji ġeneralizzati għar-Repubblika tal-Belarus

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 r-Repubblika tal-Belarus (minn hawn 'il quddiem “il-Belarus”) huwa pajjiż benefiċjarju ta’ l-iskema tal-Komunità ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati.

(2)

Fid-29 ta’ Jannar 2003, il-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions (ICFTU), il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC) u l-Konfederazzjoni Dinjija tax-Xogħol (WCL) għamlu talba konġunta lill-Kummissjoni għal investigazzjoni skond l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2004 – Stqarriji dwar Regolament tal-Kunsill li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2002 sal-31 ta' Diċembru 2004 (2) ta’ ksur allegat tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u tad-dritt għal negozjar kollettiv fil-Belarus.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat it-talba, b’konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Preferenzi Ġeneralizzati u ddeċidiet, b’Deċiżjoni tad-29 ta’ Diċembru 2003 (3), li tagħti bidu għal investigazzjoni. Intalbet l-informazzjoni mill-partijiet interessati, permezz ta’ avviż pubblikat (4).

(4)

L-awtoritajiet tal-Belarus kienu avżati formalment bil-ftuħ ta’ l-investigazzjoni. Huma ċaħdu li kien hemm xi ksur tal-Konvenzjoniiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 87 (li tirrigwarda l-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Ħarsien tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni) u Nru 98 (li tirrigwarda l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u ta’ Negozjar Kollettiv).

(5)

L-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni tul il-kors ta’ l-investigazzjoni mmexxija b’konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Preferenzi Ġeneralizzati iżda kkoroborat l-eżistenza ta’ ksur serju u sistematiku tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt ta' negozjar kollettiv skond il-Konvenzjonijiet ta’ l-ILO Nru 87 u 98. Fost ħwejjeġ oħra, il-Kummissjoni saret taf li l-ILO eżaminat il-qagħda fil-Belarus għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ konvenzjonijiet u bdiet l-investigazzjoni rispettiva tagħha stess f'Novembru 2003. Ir-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta li rriżulta ta' Lulju 2004 kien fih 12-il rakkomandazzjoni biex jittieħdu miżuri speċifiċi biex titjieb il-qagħda fil-Belarus. Il-Belarus kien imħeġġeġ jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet sa l-1 ta' Ġunju 2005, iżda dan ma seħħx. Fuq il-bażi ta' dan it-tagħrif u mill-analiżi tagħha stess, il-Kummissjoni qieset li r-revoka temporanja ta’ l-arranġament preferenzjali kienet ġustifikata.

(6)

Fis-17 ta’ Awwissu 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissorvelja u tivvaluta l-qagħda tad-drittijiet tax-xogħol fil-Belarus (5). It-tħabbir tal-bidu tal-perjodu ta’ sitt xhur ta' sorveljanza u valutazzjoni (6) kien fih stqarrija dwar il-ħsieb tal-Kummissjoni li tibgħat proposta lill-Kunsill għar-revoka temporanja tal-preferenzi kummerċjali, sakemm, qabel tmiem dan il-perjodu, il-Belarus ma jkunx ta impenn li jwettaq il-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mal-prinċipji msemmija fl-Istqarrija ta’ l-ILO ta’ l-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, kif jinsab fit-tnax-il rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta ta’ Lulju 2004. L-awtoritajiet tal-Belarus kienu avżati uffiċjalment bid-deċiżjoni u bit-tħabbira.

(7)

Il-Belarus ma tax l-impenn meħtieġ fi żmien il-perjodu ta' sitt xhur ta' sorveljanza u valutazzjoni u lanqas kif deskritt hawn taħt, matul ix-xhur ta' wara. Minflok, fit-30 ta' Marzu, l-awtoritajiet tal-Belarus ippreżentaw lill-Kummissjoni sottomissjoni dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Belarus. Il-Kummissjoni analizzat din is-sottomissjoni iżda kkonkludiet li ma pprovdietx biżżejjed evidenza ta' impenn.

(8)

Sadanitant, il-Korp ta' Tmexxija ta' l-ILO adotta r-rapport ta' segwitu tal-Kumitat dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni (Committee on Freedom of Association (CFA)) f'Marzu 2006, li fih is-CFA ġibed l-attenzjoni dwar kemm il-qagħda tad-drittijiet tat-trejdjunjins attwalment marret għall-agħar fil-Belarus u ħeġġeġ l-awtoritajiet tal-Belarus jieħdu minnufih miżuri konkreti.

(9)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet komunikazzjoni, bid-data tas-16 ta' Mejju 2006, mill-awtoritajiet tal-Belarus dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-libertà ta' assoċjazzjoni fil-Belarus. Bħal ma ġara bis-sottomissjoni tat-30 ta' Marzu 2006, wara analiżi bir-reqqa l-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li din is-sottomissjoni ma pprovdietx ebda sinjal ta' impenn jew xi ħjiel konvinċenti li l-qagħda tjiebet. Din il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni fil-Belarus dehret ukoll fir-rapport tal-Kumitat ta' l-ILO f'Ġunju ta' l-2006 dwar l-Applikazzjoni ta' l-Istandards tal-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol, li ddeplorat in-nuqqas issoktat mill-Gvern tal-Belarus li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet u enfażizza l-ħtieġa ta' azzjonijiet rapidi sabiex jista' jiġi nnutat xi progress reali u konkret. Barra minn hekk, il-Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol ta' Ġunju 2006, organizzata taħt l-awspiċi ta' l-ILO, ikklassifikat in-nuqqas ta' implimentazzjoni tat-12-ir rakkomandazzjoni, li l-Belarus baqa' jinjora minn Lulju ta' l-2004, bħala każ ta' nuqqas issoktat. Din il-klassifikazzjoni eċċezzjonali tintuża biss għal każijiet serji ħafna u sistematiċi ta' non-konformità ma' konvenzjoni ratifikata.

(10)

Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa l-iżviluppi reċenti fil-Belarus, inkluża ittra mill-Belarus bid-data ta' l-14 ta' Ottubru 2006 u mibgħuta lill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2006. Minflok ma pproduċiet xi impenn effettiv jew evidenza ċara li s-sitwazzjoni merret għall-aħjar, din l-ittra, għal darb'oħra, tippreżenta intenzjonijiet possibbli iżda hija nieqsa minn xi ħjiel ta' implimentazzjoni effettiva tal-prinċipji tal-Konvenzjonijiet Nru 87 u Nru 98 ta' l-ILO. Il-vjolazzjonijiet tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet Nru 87 u 98 ta' l-ILO jissoktaw jeżistu.

(11)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq l-arranġament preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw fil-Belarus għandhom jiġu revokati temporanjament, sakemm jiġi deċiż li r-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-revoka temporanja ma jgħoddux aktar.

(12)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu, sakemm ma jiġix deċiż li r-raġunijiet li jiġġustifikawh ma jgħoddux aktar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-arranġament preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw fil-Belarus stipulat fir-Regolament (KE) Nru 980/2005 għandu jkun revokat temporanjament.

Artikolu 2

Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi mill-ġdid l-arranġament preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw fil-Belarus, jekk il-ksur tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u d-dritt ta’ negozjar kollettiv fil-Belarus ma jibqax jeżisti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-21 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 346, 31.12.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 980/2005.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/23/KE tad-29 ta' Diċembru 2003 li tipprovdi għall-bidu ta' investigazzjoni skond l-Artikolu 27(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 fir-rigward tal-ksur tal-liberta' ta' assoċjazzjoni fil-Belarus (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 90).

(4)  ĠU C 40, 14.2.2004, p. 4.

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/616/KE tas-17 ta' Awwissu 2005 dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol fil-Belarus għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tan-negozju (ĠU L 213, 18.8.2005, p. 16.)

(6)  ĠU C 240, 30.9.2005, p. 41.


3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

16


Korriġendum għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

( Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta’ Diċembru 2006 )

Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu jaqra hekk:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1934/2006

tal-21 ta' Diċembru 2006

li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Tul dawn l-aħħar għaxar snin, il-Komunità saħħet konsistentement ir-relazzjonijiet bilaterali tagħha ma' firxa wiesgħa ta' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli tul reġjuni differenti tad-dinja, primarjament fl-Amerika ta' Fuq, l-Asja tal-Lvant u l-Awstralasja, iżda wkoll fl-Asja tax-Xlokk u r-reġjun tal-Golf. Barra minn hekk, dawn ir-relazzjonijiet żviluppaw biex iħaddnu varjetà ta' suġġetti u oqsma li qed titwessa' fl-isfera ekonomika u lil hinn minnha.

(2)

Huwa l-interess tal-Komunità biex issaħħaħ aktar ir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati li magħhom sikwit taqsam strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili u li huma msieħba bilaterali politiċi u kummerċjali importanti kif ukoll atturi fil-fora multilaterali u fil-governanza globali. Dan ser ikun fattur importanti fit-tisħiħ tar-rwol u l-post ta' l-Unjoni Ewropea fid-dinja, fil-konsolidazzjoni ta' l-istituzzjonijiet multilaterali u fil-kontribuzzjoni għall-bilanċ u l-iżvilupp ta' l-ekonomija dinjija u s-sistema internazzjonali.

(3)

L-Unjoni Ewropea u pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli qablu li jsaħħu r-relazzjoni tagħhom u li jikkooperaw tul l-oqsma li fihom għandhom interessi kondiviżi permezz ta' varjetà ta' strumenti bilaterali bħal ftehim, dikjarazzjonijiet, pjanijiet ta' azzjoni u dokumenti simili oħrajn.

(4)

Skond il-prinċipji stabbiliti f'dawk l-istrumenti bilaterali, il-Komunità timplimenta politika ta' kooperazzjoni mmirata lejn il-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi t-tfittxija u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tagħha ma' dawk il-pajjiżi u territorji. L-attivitajiet ta' kooperazzjoni ser jgħinu biex tissaħħaħ il-preżenza u l-viżibbiltà ta' l-Ewropa f'dawn il-pajjiżi u biex jinkoraġġixxu skambji u interazzjoni ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, kulturali u oħrajn bejn firxa diversifikata ta' atturi fuq kull naħa.

(5)

L-Unjoni Ewropea hija mibnija fuq il-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Azzjoni Komunitarja taħt dan ir-Regolament għandha tikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali li tiżviluppa u tikkonsolida dawn il-prinċipji f'pajjiżi u reġjuni msieħba permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni.

(6)

Il-promozzjoni ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni bilaterali diversifikati ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli fi ħdan strument uniku ser tippermetti ekonomiji ta' skala, effetti ta' sinerġija, aktar effettività u viżibbiltà għall-azzjoni Komunitarja.

(7)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġi segwit approċċ divrenzjat u li titfassal kooperazzjoni ma' pajjiżi msieħba b'kont meħud tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom kif ukoll ta' l-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Komunità.

(8)

Dan ir-Regolament jeħtieġ it-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 382/2001 tas-26 ta' Frar 2001 rigward l-implimentazzjoni ta' proġetti li jippromwovu kooperazzjoni u relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi industrijalizzati ta' l-Amerika ta' Fuq, il-Lvant Imbiegħed u l-Awstralasja u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1035/1999 (1).

(9)

Peress illi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, prinċipalment il-promozzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Komunità u pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk minħabba fl-iskala ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(10)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2).

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

1.   Il-finanzjament Komunitarju għandu jsostni kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u forom oħrajn ta' kooperazzjoni li jaqgħu fi ħdan l-isferi ta' kompetenza tagħha, ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli.

2.   L-għan primarju ta' kooperazzjoni ma' dawn il-pajjiżi u territorji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li jipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet u li jkun hemm impenn aktar magħhom fuq bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq ambjent aktar favorevoli għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Komunità ma' dawn il-pajjiżi u territorji u jiġi inkoraġġut id-djalogu waqt li jiġu promossi l-interessi Komunitarji.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territiorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli hija mmirata biex isir impenn ma' msieħba li jaqsmu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili għall-Komunità u li huma msieħba u atturi bilaterali importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll pajjiżi u territorji reċentement industrijalizzati jew bi dħul għoli li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku li tippromwovi rabtiet.

2.   Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli għandhom jinkludu pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness I u huma minn hawn 'il quddiem imsejħa “pajjiżi msieħba”. Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tkun qed tadotta l-programmi ta' azzjoni msemmija fl-artikolu 6 li pajjiżi mhux elenkati fl-Anness I huma eliġibbli, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew trans-konfini. Jistgħu jsiru dispożizzjonijiet għal dan fil-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista fl-Anness I skond reviżjonijiet regolari ta' l-OECD/DAC tal-Lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u tinforma lill-Kunsill b'dan.

Artikolu 3

Prinċipji ġenerali

1.   L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt u tfittex li tippromwovi l-impenn għal dawn il-prinċipji fil-pajjiżi msieħba permezz tad-djalogu u l-kooperazzjoni.

2.   Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi segwit, fejn hu xieraq, approċċ differenzjat fit-tfassil tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi msieħba biex jittieħed kont tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u politiċi tagħhom kif ukoll ta' l-interessi, l-istrateġiji u l-prijoritajiet speċifiċi tal-Komunità.

3.   Miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom ikopru oqsma ta' kooperazzjoni mniżżla partikolarment fl-istrumenti, fil-ftehim, fid-dikjarazzjonijiet u fil-pjanijiet ta' azzjoni, bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba kif ukoll oqsma li jappartjenu għall-interessi speċifiċi tal-Komunità.

4.   Għall-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-Komunità għandha timmira li tiżgura koerenza ma' oqsma oħra ta' l-azzjoni esterna tagħha kif ukoll ma' linji ta' politika rilevanti oħra tal-Komunità. Dan għandu jiġi żgurat bil-formulazzjoni tal-politika, ta' l-ippjanar strateġiku u l-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' miżuri.

5.   Miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jikkumplimentaw, u jġibu valur miżjud lill-isforzi meħuda mill-Istati Membri u korpi pubbliċi Komunitarji, inkluż fil-qasam tar-relazzjonijiet kummerċjali.

Artikolu 4

Oqsma ta' kooperazzjoni

Il-finanzjament Komunitarju għandu jappoġġa azzjonijiet ta' kooperazzjoni skond l-Artikolu 1 u għandu jkun konsistenti ma' l-iskop ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi u l-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni speċifika għal azzjonijiet, li jistgħu jinkludu dimensjoni reġjonali, fl-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:

1)

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni, sħubiji u intrapriżi konġunti bejn atturi ekonomiċi, akkademiċi u xjentifiċi fil-Komunità u l-pajjiżi msieħba;

2)

l-istimolu ta' kummerċ bilaterali, flussi ta' investiment u sħubijiet ekonomiċi;

3)

il-promozzjoni ta' djalogi bejn l-atturi politiċi, ekonomiċi u soċjali u organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi f'setturi rilevanti fil-Komunità u f'pajjiżi msieħba;

4)

il-promozzjoni ta' rabtiet bejn persuna u oħra, programmi ta' edukazzjoni u taħriġ u skambji intelletwali u t-tisħiħ ta' għarfien reċiproku bejn kulturi u ċivilizzazzjonijiet;

5)

il-promozzjoni ta' proġetti ta' kooperazzjoni f'oqsma bħar-riċerka, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-enerġija, kwistjonjiet ta' trasport u ambjent – inkluż il-bidla fil-klima, id-dwana kwistjonijiet finanzjarji u kwalunkwe kwistjoni oħra ta' interess reċiproku bejn il-Komunità u l-pajjiżi msieħba;

6)

it-tisħiħ ta' kuxjenza dwar u fehim ta' l-Unjoni Ewropea u tal-viżibbiltà tagħha f'pajjiżi msieħba;

7)

l-appoġġ għal inizjattivi speċifiċi, inkluż xogħol ta' riċerka, studji, skemi pilota jew proġetti konġunti destinati li jirrispondu b'manjiera effettiva u flessibbli għall-objettivi ta' kooperazzjoni li joħorġu minn żviluppi fir-relazzjoni bilaterali tal-Komunità mal-pajjiżi msieħba jew li jimmiraw li jipprovdu impetu għal aktar tisħiħ u twessiegħ tar-relazzjonijiet bilaterali magħhom.

Artikolu 5

Programmar u allokazzjoni ta' fondi

1.   L-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fil-qafas ta' programmi ta' kooperazzjoni pluriennali li jkopru kooperazzjoni mal-pajjiżi msieħba kollha jew ma' selezzjoni minnhom. Il-Kummissjoni għandha tfassal il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali u tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

2.   Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali m'għandhomx ikopru aktar mill-perijodu ta' validità ta' dan ir-Regolament. Huma għandhom jistabbilixxu l-interessi strateġiċi u l-prijoritajiet, l-objettivi ġenerali u r-riżultati mistennija tal-Komunità. Huma għandhom jistabbilixxu wkoll l-oqsma magħżula għall-finanzjament mill-Komunità u jiddiskrivu fil-qosor l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva ta' fondi, globalment, għal kull qasam ta' prijorità u għal kull pajjiż imsieħeb jew grupp ta' pajjiżi msieħba għall-perijodu kkonċernat. Fejn xieraq dan jista' jingħata fil-forma ta' marġni. Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali għandhom jiġu riveduti f'nofs it-terminu, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

3.   Il-programmi ta' kooperazzjoni pluriennali u kwalunkwe reviżjoni tagħhom għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 6

Implimentazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' azzjoni annwali bbażati fuq il-programmi ta' kooperazjoni pluriennali msemmija fl-Artikolu 5.

2.   Il-programmi annwali ta' azzjoni għandhom jispeċifikaw, għall-pajjiżi msieħba kollha jew selezzjoni minnhom, l-objettivi li jridu jintlaħqu, l-oqsma ta' intervent, ir-riżultati mistennija, il-proċeduri ta' ġestjoni u l-ammont totali ta' finanzjament ippjanat. Huma għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' l-operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni ta' l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni.

3.   Il-programmi ta' azzjoni annwali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15(2). Din il-proċedura m'għandhiex għalfejn tintuża għal emendi għall-programmi ta' azzjoni, bħal dawk li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, li jestendu l-perijodu ta' implimentazzjoni, li jassenjaw mill-ġdid fondi bejn l-operazzjonijiet ippjanati fi ħdan il-baġit imbassar, jew li jżidu jew inaqqsu d-daqs tal-baġit b'anqas minn 20 % tal-baġit inizjali, sakemm dawn l-emendi huma konsistenti ma' l-objettivi inizjali mniżżla fil-programmi ta' azzjoni.

Artikolu 7

Eliġibbiltà

L-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt dan ir-Regolament għall-finijiet ta' implimentazzjoni tal-programmi ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 6:

(a)

L-entitajiet u l-korpi li ġejjin fl-Istati Membri u fil-pajjiżi msieħba:

(i)

il-korpi pubbliċi jew parastatali, l-awtoritajiet lokali u l-konsorzji tagħhom;

(ii)

il-kumpanniji, id-ditti u organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn;

(iii)

l-organizzazzjonijiet mhux governattivi; il-gruppi taċ-ċittadini u organizzazzjonijiet settorjali bħas-sindakati, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur; l-organizzazzjonijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ; l-organizzazzjonijiet tat-tagħlim, tat-taħriġ, kulturali, tal-medja, tar-riċerka u dawk xjentifiċi; l-universitajiet u istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni oħrajn;

(b)

Il-pajjiżi msieħba u r-reġjuni, l-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati tagħhom;

(ċ)

L-organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi l-organizzazzjonijiet reġjonali, sakemm dawn jikkontribwixxu għall-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(d)

Il-persuni fiżiċi ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi msieħba jew pajjiżi terzi oħrajn sakemm dawn jikkontribwixxu għall-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(e)

Il-korpi konġunti stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni msieħba u l-Komunità;

(f)

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, safejn dawn jimplimentaw il-miżuri ta' appoġġ speċifikati fl-artikolu 9;

(g)

L-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea;

Artikolu 8

Tipi ta' finanzjament

1.   Il-finanzjament ta' proġetti u programmi ta' kooperazzjoni ser jkun finanzjat mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew fit-totalità tiegħu jew f'forma ta' ko-finanzjament ma' sorsi oħra kif speċifikat fl-Artikolu 10.

2.   Il-finanzjament għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' azzjoni jista' b'mod partikolari jieħu waħda minn dawn il-forom legali li ġejjin:

(a)

Ftehim ta' għotja (inklużi boroż ta' studju);

(b)

Kuntratti ta' appalt;

(ċ)

Kuntratti ta' impjieg;

(d)

Ftehim ta' finanzjament.

3.   Fejn l-implimentazzjoni ta' programmi ta' azzjoni tieħu l-forma ta' ftehim ta' finanzjament ma' pajjiżi msieħba, għandu jiġi stabbilit li finanzjament Komunitarju m'għandux jintuża biex jiffinanzja taxxi, dazji doganali u ħlasijiet fiskali oħrajn fil-pajjiżi msieħba.

Artikolu 9

Miżuri ta' appoġġ

1.   Il-finanzjament Komunitarju jista' jkopri nfiq assoċjat mal-preparazzjoni, is-segwitu, il-monitoraġġ, il-verifika u l-attivitajiet ta' evalwazzjoni meħtieġa direttament għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-kisba ta' l-objettivi tiegħu, u kwalunkwe nfiq ta' assistenza amministrattiva jew teknika li l-Kummissjoni, inkluż fid-Delegazzjonijiet tagħha fil-pajjiżi msieħba, tista' tħallas għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament.

2.   Dawn il-miżuri ta' appoġġ mhumiex koperti neċessarjament minn programmi pluriennali u jistgħu għalhekk ikunu ffinanzjati barra mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' appoġġ mhux koperti mill-programmi pluriennali u għandha tinforma l-Istati Membri b'dan.

Artikolu 10

Ko-finanzjament

1.   Il-miżuri għandhom ikunu eliġibbli għall-ko-finanzjament inter alia ma':

(a)

L-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom, u b'mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;

(b)

Il-pajjiżi msieħba, u b'mod partikolari l-aġenziji pubbliċi u parastatali tagħhom;

(ċ)

L-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-organizzazzjonijiet reġjonali, inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u reġjonali;

(d)

Il-kumpanniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, u atturi oħrajn mhux statali;

(e)

Il-pajjiżi msieħba li jirċievu finanzjament, u korpi oħrajn eliġibbli għal finanzjament taħt l-Artikolu 7.

2.   Fil-każ ta' ko-finanzjament parallel, il-proġett jew il-programm għandu jinqasam f'għadd ta' operazzjonijiet identifikabbli b'mod ċar, li kull wieħed minnhom hu ffinanzjat mill-imsieħba differenti li jipprovdu l-ko-finanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jibqa' dejjem identifikabbli.

3.   Fil-każ ta' ko-finanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' proġett jew programm għandha tkun kondiviża bejn l-imsieħba li jipprovdu l-ko-finanzjament u r-riżorsi jinġabru flimkien b'tali mod li ma tkunx possibbli l-identifikazzjoni tas-sors ta' finanzjament għal kwalunkwe attività speċifika meħuda bħala parti mill-proġett jew mill-programm.

4.   Il-Kummissjoni tista' tirċievi u tmexxi fondi għall-proġetti ta' ko-finanzjati f'isem il-korpi msemmija fil-paragrafu 1(a) (b) u (ċ) għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tal-miżuri konġunti. Fondi bħal dawn għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3).

Artikolu 11

Proċeduri ta' ġestjoni

1.   Il-mizuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b'mod partikolari l-Parti Tnejn, Titolu IV tiegħu.

2.   Il-Kummissjoni tista' tafda l-kompiti ta' awtorità pubblika, u b'mod partikolari l-kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2) (a) u (ċ) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Il-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2) (ċ) ta' dak ir-Regolament jistgħu jiġu fdati b'kompiti ta' awtorità pubblika jekk dawn ikollhom pożizzjoni internazzjonali rikonoxxuta, ikunu konformi ma' sistemi ta' ġestjoni u kontroll rikonoxxuti internazzjonalment, u huma ssorveljati minn awtorità pubblika.

Artikolu 12

Protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità

1.   Kwalunkwe ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, b'mod partikolari fir-rigward ta' irregolaritajiet, frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (4), u (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħrajn (5) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (6).

2.   Il-ftehim għandhom espressament jintitolaw lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex iwettqu verifiki, inklużi verifiki tad-dokumenti jew verifiki fuq il-post ta' kwalunkwe kuntrattur jew sub-kuntrattur li jkun irċieva fondi Komunitarji. Huma għandhom ukoll jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni sabiex twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skond ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/1996.

3.   Il-kuntratti kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta' l-Awdituri skond il-paragrafu 2 matul u wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, fejn hu xieraq permezz ta' evalwazzjonijiet esterni indipendenti, biex taċċerta jekk l-objettivi ġewx milħuqa u biex tkun tista' tifformula rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu operazzjonijet futuri. Ir-riżultati għandhom iwasslu għad-disinn ta' programmi u l-allokazzjoni ta' riżorsi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta' evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15 għall-informazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tassoċja l-partijiet interessati rilevanti, inklużi atturi mhux statali, fil-fażi ta' evalwazzjoni tal-kooperazzjoni Komunitarja prevista taħt dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Rapport annwali

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jniżżel ir-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-baġit u jippreżenta l-azzjonijiet u l-programmi ffinanzjati, u safejn hu possibbli, iniżżel l-eżiti u l-impatti ewlenin ta' l-azzjonijiet u l-programmi ta' kooperazzjoni.

Artikolu 15

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 30 jum.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu mill-2007 sal-2013 għandu jkun ta' EUR 172 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 17

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 382/2001 għandu jitħassar l-aktar tard sad-dati li ġejjin:

l-1 ta' Jannar 2007.

id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Ir-Regolament imħassar għandu jkompli japplika għall-atti u l-impenji legali tas-snin baġitarji ta' qabel is-sena 2007. Kwalunkwe referenza għar-Regolament imħassar għandha tiġi meqjusa bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18

Reviżjoni

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin ma', jekk xieraq, proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA

ANNESS

Lista ta' pajjiżi u territorji koperti

(1)

Awstralja

(2)

Baħrajn

(3)

Brunej

(4)

Kanada

(5)

Tajpej Ċiniż (7)

(6)

Hong Kong

(7)

Ġappun

(8)

Repubblika tal-Korea

(9)

Kuwajt

(10)

Makaw

(11)

New Zealand

(12)

Oman

(13)

Qatar

(14)

Għarabja Sawdita

(15)

Singapor

(16)

Emirati Għarab Magħquda

(17)

Stati Uniti


(1)  ĠU L 57, 27.2.2001, p. 10. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1900/2005 (ĠU L 303, 22.11.2005, p. 22).

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

(7)  Għalkemm m'hemm l-ebda relazzjoni diplomatika jew politika mat-Tajpej Ċiniż, fil-fatt iseħħu kuntatti intensivi u dawn għandhom jitkomplew fl-oqsma ta' l-ekonomija, il-kummerċ, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-istandards u n-normi u dwar għadd ta' suġġetti oħra.


3.2.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

23


Korriġendum għall-azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' diċembru 2006 li temenda l-azzjoni konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006 )

L-Azzjoni Konġunta 2006/998/PESK għandha taqra hekk:

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2006/998/PESK

tal-21 ta' Diċembru 2006

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14, tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Lulju 2001, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea (1).

(2)

Fit-28 ta' Lulju 2006, is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, konformement ma' l-Artikolu 22 ta' dik l-Azzjoni Konġunta, ippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta bil-ħsieb ta' reviżjoni possibbli tagħha.

(3)

Fit-22 ta' Settembru 2006 l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), fir-rwol tiegħu li jeżerċita superviżjoni politika fuq l-attivitajiet taċ-Ċentru, ħa nota ta' dak ir-rapport u rrakkomanda li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta kif xieraq fid-dawl tar-rapport.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Missjoni

1.   Iċ-Ċentru għandu, b'koerenza ma' l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà (*), jappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, inklużi l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet, billi jipprovdi, kif xieraq, prodotti li jirriżultaw mill-analiżi ta' xbihat satelletari u data kollaterali, inkluż xbihat mill-ajru u servizzi relatati, skond l-Artikoli 3 u 4.

2.   Fil-qafas ta' din il-missjoni, is-Segretarju-Ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli, sejjer, ma talba korrispondenti u jekk il-kapaċità taċ-Ċentru hekk tippermetti, jiddirieġi ċ-Ċentru sabiex jipprovdi prodotti jew servizzi għal:

(i)

Stat Membru jew il-Kummissjoni;

(ii)

Stati Terzi li qablu mad-Dispożizzjonijiet imniżżla fl-anness dwar l-assoċjazzjoni ma' l-attivitajiet taċ-Ċentru;

(iii)

jekk it-talba tkun rilevanti fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku (NATO).

(*)  Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar – l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, approvata mill-Kunsill Ewropew, Brussel, it-12 ta' Diċembru 2003.”;"

2)

L-Artikolu 8 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Id-Direttur għandu jaħtar Viċi Direttur taċ-Ċentru wara approvazzjoni mill-Bord. Il-Viċi Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta' tliet snin, bl-estensjoni possibbli ta' terminu wieħed ta' tliet snin. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mir-reklutaġġ tal-persunal l-ieħor kollu taċ-Ċentru.”;

3)

L-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 11

Programm ta' ħidma

1.   Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jistabbilixxi abbozz ta' programm ta' ħidma għas-sena ta' wara akkumpanjat minn abbozz ta' programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul li jkun fih perspettivi indikattivi għal sentejn addizzjonali, u għandu jippreżentah lill-Bord.

2.   Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-programm ta' ħidma annwali u dak għall-perjodu fit-tul.”;

4)

L-Artikolu 12 (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Id-dħul taċ-Ċentru għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri minbarra d-Danimarka skond l-iskala tad-dħul gross domestiku (GNI), il-pagamenti jitwettqu bħala ħlas għal servizzi mogħtija u dħul ieħor.”;

5)

L-Artikolu 12 (4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“4.   It-talbiet għat-twettiq ta' kompiti mwettqa skond l-Artikolu 2(2) jistgħu jkunu soġġetti għal ħlasijiet ta' rkupru ta' speejjeż skond il-linji gwida stabbiliti fir-Regoli Finanzjarji taċ-Ċentru msemmija fl-Artikolu 15.”;

6)

L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 13

Il-proċedura baġitarja

1.   Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Bord abbozz ta' baġit annwali għaċ-Ċentru li jkopri nfiq amministrattiv, infiq operattiv u dħul mistenni għas-sena finanzjarja li jkun imiss kif ukoll estimi indikattivi għall-perjodu fit-tul dwar infiq u dħul bil-ħsieb ta' l-abbozz tal-programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul.

2.   Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-baġit annwali taċ-Ċentru b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

3.   Fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, id-Direttur jista' jipproponi lill-Bord abbozz ta' baġit emendatorju. Il-Bord, bil-konsiderazzjoni dovuta ta' kwalunkwe emerġenza, għandu japprova l-baġit emendatorju b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.”;

7)

L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Sekondar

1.   Bi ftehim mad-Direttur, jistgħu jiġu ssekondati għaċ-Ċentru, esperti minn Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll uffiċjali mill-istituzzjonijiet jew l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea, għal perjodu fiss jew għal postijiet fl-istruttura organizzattiva taċ-Ċentru u/jew għal kompiti u proġetti speċifiċi.

2.   Fil-każ ta' kriżi, iċ-Ċentru jista' jiġi riinfurzat minn persunal speċjalizzat, issekondat mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni jew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-ħtieġa għal, u t-tul ta', tali sekondar għandhom jiġu ddeterminati mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mad-Direttur taċ-Ċentru.

3.   Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sekondar għandhom jiġu adottati mill-Bord fuq proposta mid-Direttur.

4.   Il-membri tal-persunal jistgħu jiġu ssekondati għal perjodu fiss fl-interess tas-servizz għal post barra ċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet relatati mal-persunal taċ-Ċentru.”;

8)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 20 a

Assoċjazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata bis-sħiħ mal-ħidma taċ-Ċentru. Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi mal-Kummissjoni l-arranġamenti amministrattivi u r-relazzjonijiet ta' ħidma meħtieġa, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn bl-iskambju ta' kompetenzi u pariri f'dawk l-oqsma fejn l-attivitajiet tal-Komunità għandhom influwenza fuq il-missjoni taċ-Ċentru u fejn l-attivitajiet taċ-Ċentru huma rilevanti għal dawk tal-Komunità.”;

9)

L-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 22

Ir-rappurtar

Sal-31 ta' Lulju 2011, is-Segretarjat-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar it-tħaddim taċ-Ċentru akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb ta' aktar żvilupp tiegħu.”;

10)

L-Artikolu 1(3), it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 9(1), l-Artikoli 12(5) u 23(1), (2), (4), (5) u (6) għandhom jiġu mħassra.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5