ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 50 |
Werrej |
|
Paġna |
|
|
* |
|
|
Rettifikazzjonijiet |
|
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 12. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
18.1.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
AVVIŻ LILL-QARREJJA
BG |
: |
Настоящият брой на Официален вестник е публикуван на испански, чешки, датски, немски, естонски, гръцки, английски, френски, италиански, латвийски, литовски, унгарски, малтийски, нидерландски, полски, португалски, словашки, словенски, фински и шведски език. Поправката, включена в него, се отнася до актове, публикувани преди разширяването на Европейския съюз от 1 януари 2007 г. |
ES |
: |
El presente Diario Oficial se publica en español, checo, danés, alemán, estonio, griego, inglés, francés, italiano, letón, lituano, húngaro, maltés, neerlandés, polaco, portugués, eslovaco, esloveno, finés y sueco. Las correcciones de errores que contiene se refieren a los actos publicados con anterioridad a la ampliación de la Unión Europea del 1 de enero de 2007. |
CS |
: |
Tento Úřední věstník se vydává ve španělštině, češtině, dánštině, němčině, estonštině, řečtině, angličtině, francouzštině, italštině, lotyštině, litevštině, maďarštině, maltštině, nizozemštině, polštině, portugalštině, slovenštině, slovinštině, finštině a švédštině. Oprava zde uvedená se vztahuje na akty uveřejněné před rozšířením Evropské unie dne 1. ledna 2007. |
DA |
: |
Denne EU-Tidende offentliggøres på dansk, engelsk, estisk, finsk, fransk, græsk, italiensk, lettisk, litauisk, maltesisk, nederlandsk, polsk, portugisisk, slovakisk, slovensk, spansk, svensk, tjekkisk, tysk og ungarsk Berigtigelserne heri henviser til retsakter, som blev offentliggjort før udvidelsen af Den Europæiske Union den 1. januar 2007. |
DE |
: |
Dieses Amtsblatt wird in Spanisch, Tschechisch, Dänisch, Deutsch, Estnisch, Griechisch, Englisch, Französisch, Italienisch, Lettisch, Litauisch, Ungarisch, Maltesisch, Niederländisch, Polnisch, Portugiesisch, Slowakisch, Slowenisch, Finnisch und Schwedisch veröffentlicht. Die darin enthaltenen Berichtigungen beziehen sich auf Rechtsakte, die vor der Erweiterung der Europäischen Union am 1. Januar 2007 veröffentlicht wurden. |
ET |
: |
Käesolev Euroopa Liidu Teataja ilmub hispaania, tšehhi, taani, saksa, eesti, kreeka, inglise, prantsuse, itaalia, läti, leedu, ungari, malta, hollandi, poola, portugali, slovaki, sloveeni, soome ja rootsi keeles. Selle parandusega viidatakse aktidele, mis on avaldatud enne Euroopa Liidu laienemist 1. jaanuaril 2007. |
EL |
: |
Η παρούσα Επίσημη Εφημερίδα δημοσιεύεται στην ισπανική, τσεχική, δανική, γερμανική, εσθονική, ελληνική, αγγλική, γαλλική, ιταλική, λεττονική, λιθουανική, ουγγρική, μαλτέζικη, ολλανδική, πολωνική, πορτογαλική, σλοβακική, σλοβενική, φινλανδική και σουηδική γλώσσα. Τα διορθωτικά που περιλαμβάνει αναφέρονται σε πράξεις που δημοσιεύθηκαν πριν από τη διεύρυνση της Ευρωπαϊκής Ένωσης την 1η Ιανουαρίου 2007. |
EN |
: |
This Official Journal is published in Spanish, Czech, Danish, German, Estonian, Greek, English, French, Italian, Latvian, Lithuanian, Hungarian, Maltese, Dutch, Polish, Portuguese, Slovak, Slovenian, Finnish and Swedish. The corrigenda contained herein refer to acts published prior to enlargement of the European Union on 1 January 2007. |
FR |
: |
Le présent Journal officiel est publié dans les langues espagnole, tchèque, danoise, allemande, estonienne, grecque, anglaise, française, italienne, lettone, lituanienne, hongroise, maltaise, néerlandaise, polonaise, portugaise, slovaque, slovène, finnoise et suédoise. Les rectificatifs qu'il contient se rapportent à des actes publiés antérieurement à l'élargissement de l'Union européenne du 1er janvier 2007. |
IT |
: |
La presente Gazzetta ufficiale è pubblicata nelle lingue spagnola, ceca, danese, tedesca, estone, greca, inglese, francese, italiana, lettone, lituana, ungherese, maltese, olandese, polacca, portoghese, slovacca, slovena, finlandese e svedese. Le rettifiche che essa contiene si riferiscono ad atti pubblicati anteriormente all'allargamento dell'Unione europea del 1o gennaio 2007. |
LV |
: |
Šis Oficiālais Vēstnesis publicēts spāņu, čehu, dāņu, vācu, igauņu, grieķu, angļu, franču, itāļu, latviešu, lietuviešu, ungāru, maltiešu, holandiešu, poļu, portugāļu, slovāku, slovēņu, somu un zviedru valodā. Šeit minētie labojumi attiecas uz tiesību aktiem, kas publicēti pirms Eiropas Savienības paplašināšanās 2007. gada 1. janvārī. |
LT |
: |
Šis Oficialusis leidinys išleistas ispanų, čekų, danų, vokiečių, estų, graikų, anglų, prancūzų, italų, latvių, lietuvių, vengrų, maltiečių, olandų, lenkų, portugalų, slovakų, slovėnų, suomių ir švedų kalbomis. Čia išspausdintas teisės aktų, paskelbtų iki Europos Sąjungos plėtros 2007 m. sausio 1 d., klaidų ištaisymas. |
HU |
: |
Ez a Hivatalos Lap spanyol, cseh, dán, német, észt, görög, angol, francia, olasz, lett, litván, magyar, máltai, holland, lengyel, portugál, szlovák, szlovén, finn és svéd nyelven jelenik meg. Az itt megjelent helyesbítések elsősorban a 2007. január 1-jei európai uniós bővítéssel kapcsolatos jogszabályokra vonatkoznak. |
MT |
: |
Dan il-Ġurnal Uffiċjali hu ppubblikat fil-ligwa Spanjola, Ċeka, Daniża, Ġermaniża, Estonjana, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Finlandiża uvediża. Il-corrigenda li tinstab hawnhekk tirreferi għal atti ppubblikati qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. |
NL |
: |
Dit Publicatieblad wordt uitgegeven in de Spaanse, de Tsjechische, de Deense, de Duitse, de Estse, de Griekse, de Engelse, de Franse, de Italiaanse, de Letse, de Litouwse, de Hongaarse, de Maltese, de Nederlandse, de Poolse, de Portugese, de Slowaakse, de Sloveense, de Finse en de Zweedse taal. De rectificaties in dit Publicatieblad hebben betrekking op besluiten die vóór de uitbreiding van de Europese Unie op 1 januari 2007 zijn gepubliceerd. |
PL |
: |
Niniejszy Dziennik Urzędowy jest wydawany w językach: hiszpańskim, czeskim, duńskim, niemieckim, estońskim, greckim, angielskim, francuskim, włoskim, łotewskim, litewskim, węgierskim, maltańskim, niderlandzkim, polskim, portugalskim, słowackim, słoweńskim, fińskim i szwedzkim. Sprostowania zawierają odniesienia do aktów opublikowanych przed rozszerzeniem Unii Europejskiej dnia 1 stycznia 2007 r. |
PT |
: |
O presente Jornal Oficial é publicado nas línguas espanhola, checa, dinamarquesa, alemã, estónia, grega, inglesa, francesa, italiana, letã, lituana, húngara, maltesa, neerlandesa, polaca, portuguesa, eslovaca, eslovena, finlandesa e sueca. As rectificações publicadas neste Jornal Oficial referem-se a actos publicados antes do alargamento da União Europeia de 1 de Janeiro de 2007. |
RO |
: |
Prezentul Jurnal Oficial este publicat în limbile spaniolă, cehă, daneză, germană, estonă, greacă, engleză, franceză, italiană, letonă, lituaniană, maghiară, malteză, olandeză, polonă, portugheză, slovacă, slovenă, finlandeză şi suedeză. Rectificările conţinute în acest Jurnal Oficial se referă la acte publicate anterior extinderii Uniunii Europene din 1 ianuarie 2007. |
SK |
: |
Tento úradný vestník vychádza v španielskom, českom, dánskom, nemeckom, estónskom, gréckom, anglickom, francúzskom, talianskom, lotyšskom, litovskom, maďarskom, maltskom, holandskom, poľskom, portugalskom, slovenskom, slovinskom, fínskom a švédskom jazyku. Korigendá, ktoré obsahuje, odkazujú na akty uverejnené pred rozšírením Európskej únie 1. mája 2007. |
SL |
: |
Ta Uradni list je objavljen v španskem, češkem, danskem, nemškem, estonskem, grškem, angleškem, francoskem, italijanskem, latvijskem, litovskem, madžarskem, malteškem, nizozemskem, poljskem, portugalskem, slovaškem, slovenskem, finskem in švedskem jeziku. Vsebovani popravki se nanašajo na akte objavljene pred širitvijo Evropske unije 1. januarja 2007. |
FI |
: |
Tämä virallinen lehti on julkaistu espanjan, tšekin, tanskan, saksan, viron, kreikan, englannin, ranskan, italian, latvian, liettuan, unkarin, maltan, hollannin, puolan, portugalin, slovakin, sloveenin, suomen ja ruotsin kielellä. Lehden sisältämät oikaisut liittyvät ennen Euroopan unionin laajentumista 1. tammikuuta 2007 julkaistuihin säädöksiin. |
SV |
: |
Denna utgåva av Europeiska unionens officiella tidning publiceras på spanska, tjeckiska, danska, tyska, estniska, grekiska, engelska, franska, italienska, lettiska, litauiska, ungerska, maltesiska, nederländska, polska, portugisiska, slovakiska, slovenska, finska och svenska. Rättelserna som den innehåller avser rättsakter som publicerades före utvidgningen av Europeiska unionen den 1 januari 2007. |
Rettifikazzjonijiet
18.1.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
3 |
Korriġendum għar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 404 tat-30 ta' Diċembru 2006 )
Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandu jaqra hekk:
REGOLAMENT (KE) NRU 1924/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Diċembru 2006
dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Numru dejjem jikber ta' ikel li qed jiġi ttikkettat u rriklamat fil-Komunità qed ikollu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u biex tiġi ffaċilitata l-għażla tagħhom, il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq inklużi dawk importati, għandhom ikunu siguri u ttikkettati b'mod xieraq. Dieta varjata u bbilanċjata hija prerekwiżit għas-saħħa u prodotti individwali għandhom importanza relattiva fil-kuntest tad-dieta kollha. |
(2) |
Id-differenzi bejn id-disposizzjonijiet nazzjonali dwar tali indikazzjonijiet jistgħu jxekklu l-moviment liberu ta' l-ikel u joħolqu kondizzjonijiet mhux ugwali ta' kompetizzjoni. Għalhekk huma għandhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern. Għaldaqstant hemm bżonn li jiġu adottati regoli Komunitarji dwar l-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq l-ikel. |
(3) |
Disposizzjonijiet ġenerali għall-ittikkettar jinsabu fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' tikkettjar, preżentazzjoni uriklamar ta' oġġetti ta' l-ikel (3). B'mod ġenerali, id-Direttiva 2000/13/KE tipprojbixxi l-użu ta' informazzjoni li tista' tqarraq lix-xerrej jew li tista' tattribwixxi kwalitajiet mediċinali lill-ikel. Dan ir-Regolament għandu jikkomplementa l-prinċipji ġenerali stabbiliti fid-Direttiva 2000/13/KE u għandu jistabbilixxi disposizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa dwar ikel li jitwassal bħala tali lill-konsumatur. |
(4) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-indikazzjonijiet kollha dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmula f'komunikazzjonijiet kummerċjali, inklużi inter alia, reklamar ġeneriku ta' l-ikel u kampanji promozzjonali, bħal dawk appoġġati totalment jew parzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa m'għandux japplika għal indikazzjonijiet li jsiru f'komunikazzjonijiet mhux kummerċjali, bħal linji gwida dwar dieta jew pariri maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi tas-saħħa pubblika, jew komunikazzjonijiet u informazzjoni mhux kummerċjali fil-ġurnali u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal trade-marks u marki oħrajn tad-ditta li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa. |
(5) |
Deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) li tradizzjonalment intużaw biex jindikaw kwalità ta' kategorija ta' ikel jew xorb li tista' timplika effett fuq is-saħħa tal-bniedem, bħal “diġestiv” jew “ħelu għas-sogħla”, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li ma jkunux ta' benefiċċju m'humiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; l-Istati Membri li għandhom il-ħsieb jintroduċu skemi nazzjonali relatati ma' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li mhumiex ta' benefiċċju għandhom jinnotifikaw tali skemi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (4). |
(7) |
Fuq livell internazzjonali l-Codex Alimentarius adotta Linji Gwida Ġenerali dwar Indikazzjonijiet fl-1991 u Linji Gwida għall-Użu ta' Indikazzjonijiet dwar in-Nutrizzjoni fl-1997. Emenda għal dan ta' l-aħħar ġiet adottata mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius fl-2004. Dik l-emenda tittratta l-inklużjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa fil-Linji Gwida ta' l-1997. Id-definizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-Codex jingħataw konsiderazzjoni xierqa |
(8) |
Il-possibbiltà li tintuża l-indikazzjoni “kontenut baxx ta' xaħam” għax-xaħmijiet li jindilku previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2991/94 tal-5 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi standards għal xaħmijiet li jindilku (5) għandha tiġi adattata għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kemm jista' jkun malajr. Sadattant, ir-Regolament (KE) Nru 2991/94 japplika għall-prodotti koperti minnu. |
(9) |
Hemm firxa kbira ta' nutrijenti u sustanzi oħrajn li jinkludu, iżda mhux limitati għal, vitamini, minerali li jinkludu oligo-elementi, aċidi amino, aċidi tax-xaħam essenzjali, fibra, pjanti diversi u estratti ta' ħxejjex b'effett nutrittiv jew fiżjoloġiku li jistgħu jkunu preżenti f'ikel u jkunu s-suġġett ta' xi indikazzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali li japplikaw għall-indikazzjonijiet kollha magħmula fuq l-ikel sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, sabiex lill-konsumatur tingħatalu l-informazzjoni meħtieġa biex l-għażliet tiegħu jagħmilhom b'għarfien sħiħ tal-fatti, kif ukoll biex jinħolqu kondizzjonijiet indaqs għall-kompetizzjoni fl-industrija ta' l-ikel. |
(10) |
F'għajnejn il-konsumatur, ikel li jiġi promoss permezz ta' indikazzjonijiet jista' jidher li għandu vantaġġ nutrittiv, fiżjoloġiku jew vantaġġ ieħor ta' saħħa fuq prodotti simili jew prodotti oħrajn li m'għandhomx dawn in-nutrijenti u sustanzi oħra miżjuda. Dan jista' jħeġġeġ lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet li jinfluwenzaw direttament il-konsum totali tagħhom ta' nutrijenti individwali jew ta' sustanzi oħra b'mod li jmur kontra l-parir xjentifiku. Sabiex wieħed jilqa' għal dan l-effett potenzjali mhux mixtieq, huwa xieraq li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fir-rigward ta' prodotti li juru indikazzjonijiet. F'dan il-kuntest, fatturi bħall-preżenza ta' ċerti sustanzi jew il-profil nutrittiv ta' prodott, huma kriterji adatti biex wieħed jistabbilixxi jekk il-prodott jistax ikollu indikazzjonijiet. L-użu ta' dawn il-kriterji fil-livell nazzjonali, filwaqt li ġġustifikat għall-għan li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet nutrittivi infurmati, x'aktarx jirriżulta f'ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għalhekk għandu jiġi armonizzat fuq livell Komunitarju. L-informazzjoni dwar is-saħħa u komunikazzjonijiet li jappoġġjaw messaġġi ta' awtorità nazzjonali jew tal-Komunità dwar il-perikli ta' l-abbuż mill-alkoħol m'għandhomx jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(11) |
L-applikazzjoni tal-profili nutrittivi bħala kriterju timmira li tevita sitwazzjoni fejn indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jaħbu l-istatus nutrittiv ġenerali ta' prodott ta' ikel, li jista' jqarraq lill-konsumatur meta dan ikun qed jipprova jagħmel għażliet sani fil-kuntest ta' dieta bilanċjata. Profili nutrittivi kif previsti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu maħsuba għall-għan uniku li jirregolaw iċ-ċirkostanzi li fihom jistgħu jsiru indikazzjonijiet. Hemm bżonn li jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika ġeneralment aċċettata relattiva għaar-relazzjoni bejn id-dieta u s-saħħa. Madankollu l-profili iħallu wkoll spazju għall-innovazzjoni tal-prodott u jieħdu kont tal-varjabbiltà tad-drawwiet u t-tradizzjonijiet tad-dieta, u l-fatt li prodotti individwali jistgħu jkollhom rwol importanti fil-kuntest ta' dieta ġenerali. |
(12) |
Il-ħolqien ta' profili nutrittivi għandu jikkunsidra l-kontenut tad-diversi nutrijenti u sustanzi li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku, b'mod partikolari dawk bħal m'huma x-xaħam, ix-xaħam saturat, l-aċidi tax-xaħam trans, il-melħ/sodju u z-zokkor, li l-konsum eċċessiv tagħhom fid-dieta ġenerali mhux rakkomandat u kif ukoll xaħmijiet poly-unsaturates jew mono-unsaturates, il-karboidrati disponibbli apparti z-zokkor, il-vitamini, il-minerali, il-proteini u l-fibri. Meta jiġu stabbiliti l-profili nutrittivi, il-kategoriji differenti ta' prodotti ta' l-ikel u l-post u r-rwol ta' dawn il-prodotti ta' l-ikel fid-dieta ġenerali għandhom jiġu kkunsidrati u għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lid-drawwiet ta' l-ikel u l-modi tal-konsum eżistenti fid-diversi Stati Membri. Jista' jkun hemm bżonn xi eżenzjonijiet biex jiġu rrispettati profili nutrittivi stabbiliti fil-każ ta' ċertu ikel jew kategoriji ta' ikel, skond l-irwol u l-importanza tagħhom fid-dieta tal-popolazzjoni. Dan ikun xogħol tekniku kkumplikat u l-adozzjoni tal-miżuri rilevanti għandhom jitħallew f'idejn il-Kummissjoni, meħud kont tal-parir ta' l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel. |
(13) |
Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel (6) ippreżentati f'forma likwida u b'kontenut ta' aktar minn 1,2 % fil-volum ta' alkoħol m'humiex ikkunsidrati bħala xarbiet taħt dan ir-Regolament. |
(14) |
Hemm varjetà kbira ta' indikazzjonijiet li bħalissa qed jintużaw fl-ittikkettjar u fir-reklamar ta' l-ikel f'xi Stati Membri relatati ma' sustanzi li ma ġewx ippruvati li huma ta' benefiċċju jew li bħalissa m'hemmx biżżejjed qbil xjentifiku dwarhom. Hu meħtieġ li jiġi żgurat li s-sustanzi li dwarhom issir indikazzjoni jkunu ġew ippruvati li għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku li huwa ta' benefiċċju. |
(15) |
Sabiex tiġi żgurata l-verità ta' l-indikazzjonijiet, hu meħtieġ li s-sustanza li hija s-suġġett ta' l-indikazzjoni tkun preżenti fil-prodott finali fi kwantitajiet li huma suffiċjenti, jew li s-sustanza ma tkunx preżenti jew li tkun preżenti fi kwantitajiet imnaqqsa biżżejjed, biex jiġi prodott l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr. Is-sustanza għandha wkoll tkun f'forma li tista' tintuża mill-ġisem. Barra minn hekk, għandu jiġi pprovdut ammont sinifikanti tas-sustanza li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr minn kwantità ta' l-ikel li wieħed jista' raġonevolment jistenna li se jiġi kkunsmat. |
(16) |
Huwa importanti li l-indikazzjonijiet fuq l-ikel ikunu jistgħu jinftiehmu mill-konsumatur u huwa xieraq li-konsumaturi kollha jkunu mħarsa minn indikazzjonijiet qarrieqa. Madankollu, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 84/450/KEE tal-Kunsill ta' l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (7), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, sabet li hu meħtieġ meta tkun qed tiġġudika każijiet dwar riklamar li teżamina l-effett fuq konsumatur konċettwali tipiku. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, u sabiex tkun tista' sseħħ l-applikazzjoni effettiva tal-protezzjoni kontenuta fih, dan ir-Regolament jieħu bħala standard il-konsumatur medju, li hu infurmat raġonevolment tajjeb u raġonevolment osservanti u attent, u meħud kont tal-fatturi soċjali, kulturali u lingwistiċi, skond l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda fih disposizzjonijiet sabiex jipprevjeni l-esplojtazzjoni tal-konsumaturi li l-karatteristiċi tagħhom jagħmluhom partikolarment vulnerabbli għal indikazzjonijiet li jqarrqu. Fejn xi indikazzjoni tkun immirata speċifikament lejn grupp partikolari ta' konsumaturi, bħat-tfal, hu mixtieq li l-impatt ta' l-indikazzjoni jiġi valutat mill-perspettiva tal-membru medju ta' dak il-grupp. L-eżami tal-konsumatur medju mhuwiex eżami statistiku. Il-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali ser ikollhom jeżerċitaw il-fakoltà tagħhom ta' ġudizzju, wara li jikkunsidraw il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, biex jiddeterminaw ir-reazzjoni tipika tal-konsumatur medju f'każ partikolari. |
(17) |
L-evidenza xjentifika għandha tkun l-aspett ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa u l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jużaw l-indikazzjonijiet għandhom jiġġustifikawhom. Indikazzjoni għandha tkun xjentifikament fondata billi tiġi kkunsidrata t-totalità tad-'data' xjentifika disponibbli, u billi titqies l-evidenza. |
(18) |
Indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa m'għandhiex issir jekk tkun inkonsistenti mal-prinċipji ta' nutriment u saħħa ġeneralment aċċettati jew jekk tinkoraġġixxi jew tittollera konsum eċċessiv ta' kwalunkwe ikel jew tmaqdar il-prattika ta' dieta tajba. |
(19) |
Minħabba l-immaġini pożittiva li tingħata lill-ikel li jkollu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa u l-impatt potenzjali li dan l-ikel jista' jkollu fuq id-drawwiet ta' dieta u fuq il-konsum totali ta' nutrijenti, il-konsumatur għandu jkun kapaċi jagħmel valutazzjoni tal-kwalità nutrittiva globali tagħhom. Għalhekk, tikketti dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu obbligatorji u għandhom ikunu estensivi fuq l-ikel kollu li jkollu indikazzjonijiet dwar is-saħħa. |
(20) |
Disposizzjonijiet ġenerali dwar tikketti nutrittivi jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar l-ittikkettjar tan-nutriment għall-oġġetti ta' l-ikel (8). Skond dik id-Direttiva, fejn tidher indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni fuq it-tikketti, fil-preżentazzjoni jew fir-reklamar, ħlief fir-reklamar ġeneriku, l-ittikkettar dwar in-nutrizzjoni għandu jkun obbligatorju. Fejn issir indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal zokkor, saturati, fibri jew sodju, l-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun dik tal-Grupp 2 kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/496/KEE. Sabiex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur, dan l-obbligu biex tiġi fornita l-informazzjoni fil-Grupp 2 għandu japplika mutatis mutandis fejn issir kwalunkwe indikazzjoni dwar s-saħħa, ħlief fil-każ ta' reklamar ġeneriku. |
(21) |
Għandha wkoll tinħoloq lista ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li huma permessi u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu tagħhom, abbażi tal-kondizzjonijiet għall-użu ta' tali indikazzjonijiet li dwarhom intlaħaq ftehim fuq livell nazzjonali jew internazzjonali u stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja. Kwalunkwe indikazzjoni li tkun ikkunsidrata li jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur bħal indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni inkluża fil-lista hawn fuq imsemmija għandha tkun soġġetta għall-istess kondizzjonijiet ta' użu indikati hemmhekk. Per eżempju, indikazzjonijiet relatati maż-żieda ta' vitamini u minerali bħal “bi…”, “re-integrat…”, “miżjud…”, jew “arrikkit…” għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti għall-indikazzjoni “sors ta'…”. Il-lista għandha tiġi regolarment aġġornata sabiex jittieħed kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. Barra minn dan, għal indikazzjonijiet komparattivi hu meħtieġ li l-prodotti li qegħdin jitqabblu jkunu identifikati b'mod ċar lill-konsumatur aħħari. |
(22) |
Kondizzjonijiet għal indikazzjonijiet bħal “mingħajr lattosju” jew “mingħajr glutina”, indirizzati lil grupp ta' konsumaturi b'disturbi speċifiċi għandhom jiġu ttrattati fid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu nutrittiv partikolari (9). Barra minn hekk, dik id-Direttiva tipprovdi l-possibbiltà li l-oġġetti ta' ikel għal konsum normali jistgħu jindikaw l-adattabbiltà tagħhom għall-użu minn dawn il-gruppi ta' konsumaturi jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal tali dikjarazzjoni. Sakemm il-kondizzjonijiet għal tali dikjarazzjoni jiġu stabbiliti f'livell Komunitarju, l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw miżuri nazzjonali rilevanti. |
(23) |
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom jiġu awtorizzati għall-użu fil-Komunità biss wara valutazzjoni xjentifika ta' l-ogħla standard possibbli. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika armonizzata ta' dawn l-indikazzjonijiet, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha twettaq tali valutazzjonijiet. Fuq talba, l-applikant għandu jkun jista' jkollu aċċess għall-fajl tiegħu sabiex jivverifika l-istat tal-proċedura. |
(24) |
Hemm ħafna fatturi, barra minn dawk ta' dieta, li jistgħu jinfluwenzaw il-funzjonijiet psikoloġiċi u tal-imġieba. Il-komunikazzjoni dwar dawn il-funzjonijiet għalhekk hija komplessa ħafna u huwa diffiċli twassal messaġġ komprensiv, veritier u li jagħmel sens f'indikazzjoni qasira biex tintuża fit-tikketta u r-reklamar ta' l-ikel. Għalhekk, huwa xieraq, meta jintużaw indikazzjonijiet psikoloġiċi u ta' mġieba, li tkun meħtieġa prova xjentifika. |
(25) |
Fid-dawl tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar prodotti ta' l-ikel maħsuba għall-użu f'dieti b'energija ristretta għal tnaqqis fil-piż (10), li tipprojbixxi fit-tikketta, fil-preżentazzjoni u fir-riklamar ta' prodotti koperti minn dik id-Direttiva, kull referenza għar-rata jew għall-ammont ta' tnaqqis fil-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom, hija kkunsidrata xierqa li din ir-restrizzjoni tiġi estiża għall-ikel kollu. |
(26) |
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqqis fir-riskju ta' mard, u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, abbażi ta' evidenza xjentifika ġeneralment aċċettata, għandu jkollhom tip differenti ta' valutazzjoni u awtorizzazzjoni. Ghalhekk hu meħtieġ li tiġi adottata lista Komunitarja ta' tali indikazzjonijiet li huma permessi wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel. Barra minn hekk, sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni, dawk l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika żviluppata riċentement għandhom ikollhom tip ta' awtorizzazzjoni mgħaġġla. |
(27) |
Sabiex tibqa' aġġornata ma' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi, il-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi riveduta mill-ewwel kull meta jkun meħtieġ. Tali reviżjonijiet huma miżuri ta' implimentazzjoni ta' natura teknika u l-adozzjoni tagħhom għandha tiġi fdata lill-Kummissjoni sabiex il-proċedura tiġi ssimplifikata u mgħaġġla. |
(28) |
Id-dieta hija waħda mill-ħafna fatturi li jinfluwenzaw il-bidu ta' ċertu mard fil-bniedem. Fatturi oħra, bħal m'huma l-età, il-predisposizzjoni ġenetika, il-livell ta' attività fiżika, il-konsum tat-tabakk u ta' drogi oħra, l-esposizzjoni ambjentali u l-istress jistgħu kollha jinfluwenzaw il-bidu ta' mard fil-bniedem. Għalhekk, għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettjar fir-rigward ta' indikazzjonijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta' mard. |
(29) |
Sabiex jiġi żgurat li indikazzjonijiet dwar is-saħħa jkunu veri, ċari, affidabbli u utli għall-konsumatur fl-għażla ta' dieta sana, il-kliem u l-preżentazzjoni ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati fl-opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u fil-proċeduri sussegwenti. |
(30) |
F'ċerti każi, l-valutazzjoni xjentifika tar-riskju waħidha ma tistax tipprovdi l-informazzjoni kollha li fuqha għandha tkun ibbażata deċiżjoni dwar l-immaniġġar tar-riskju. Għalhekk għandhom jitqiesu wkoll fatturi leġittimi oħra relevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata. |
(31) |
Għal raġunijiet ta' trasparenza u biex jiġu evitati applikazzjonijiet multipli fir-rigward ta' indikazzjonijiet li diġà ġew valutati, għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni u aġġornat minnha reġistru pubbliku li jkun fih il-listi ta' tali indikazzjonijiet. |
(32) |
Sabiex jiġu stimulati r-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija agro-alimentari, huwa xieraq li jitħares l-investiment magħmul minn innovaturi fil-ġbir ta' tagħrif u ta' data li jappoġġjaw applikazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni għandha tkun għal żmien limitat biex tiġi evitata r-ripetizzjoni bla bżonn ta' studji u ta' provi, u sabiex jiġi ffaċilitat l-użu mill-SMEs ta' dawn l-indikazzjonijiet, peress li rarament ikollhom il-mezzi finanzjarji sabiex iwettqu attivitajiet ta' riċerka. |
(33) |
L-SMEs jirrappreżentaw valur miżjud importanti għall-industrija Ewropea ta' l-ikel f'termini ta' kwalita` u preservazzjoni ta' użanzi djetetiċi differenti. Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha tagħmel disponibbli, fiż-żmien dovut, gwida teknika u għodod xierqa, speċjalment għall-SMEs. |
(34) |
Minħabba n-natura partikulari ta' l-ikel li jkollu indikazzjonijiet, mezzi addizzjonali għal dawk li s-soltu jkunu disponibbli għall-entitajiet responsabbli mill-monitoraġġ għandhom ikunu disponibbli biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ effikaċi ta' dawk il-prodotti. |
(35) |
Miżuri ta' transizzjoni adegwati huma meħtieġa biex l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
(36) |
Peress illi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern fir-rigward ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa filwaqt li jkun ipprovdut livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'mod konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. |
(37) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (11), |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jarmonizza d-disposizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern filwaqt li jkun provdut livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa magħmula f'komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta' ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari.
Fil-każ ta' ikel mhux ippakkjat minn qabel (inklużi prodotti friski bħall-frott, ħxejjex jew ħobż) li jitqiegħed għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari jew ’lill-caterers tal-massa’ kif ukoll ikel ippakkjat fil-punt tal-bejgħ lix-xerrej, jew ippakkjat minn qabel bil-ħsieb li se jinbiegħ immedjatament, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 10(2)(a) u (b) m'għandhomx japplikaw. Dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu japplikaw sakemm jiġu eventwalment adottati miżuri Komunitarji bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll fir-rigward ta' ikel maħsub għal forniment ta' ristoranti, sptarijiet, skejjel, canteens u fornituri simili ta' l-ikel tal-massa.
3. Trade mark, marka ta' ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta' xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, kemm-il darba jkunu akkumpanjati minn indikazzjoni relatata dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa f'dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
4. Għal deskrizzjonijiet ġeneriċi (denominazzjonijiet) li tradizzjonalment kienu jintużaw biex jindikaw kwalita` ta' kategorija ta' ikel jew xorb li jistgħu jimplikaw effett fuq is-saħħa tal-bniedem, deroga mill-paragrafu 3 tista' tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), meta japplikaw għaliha l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel ikkonċernati. Din l-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorita` nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru li jgħaddiha lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tagħmel pubbliċi r-regoli għall-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u skond dawn ir-regoli jistgħu jsiru dawn l-applikazzjonijiet, sabiex ikun żgurat li l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata b'mod trasparenti u fi żmien raġjonevoli.
5. Dan ir-Regolament għandu japplika bla ħsara għad-disposizzjonijiet Komunitarji li ġejjin:
(a) |
Id-Direttiva 89/398/KEE u Direttivi adottati relatati ma' ikel għal użu nutrittiv partikolari; |
(b) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' l-ilma minerali naturali (12); |
(ċ) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (13);. |
(d) |
Id-Direttiva 2002/46/KE. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
id-definizzjonijiet ta' “ikel”, “operatur ta' negozju ta' l-ikel”, “tqegħid fis-suq”, u “konsumatur finali” stabbilita fl-Artikoli 2, 3(3), 3(8) u 3(18) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel (14) għandhom japplikaw; |
(b) |
id-definizzjoni ta' “suppliment ta' l-ikel” stabbilita fid-Direttiva 2002/46/KE għandha tapplika; |
(ċ) |
id-definizzjonijiet ta' “tikketta b'tagħrif nutrittiv”, “proteina”, “carboidrat”, “zokkor”, “xaħam”, “saturati”, “mono-unsaturates”, “poly-unsaturates”, “fibra” stabbiliti fid-Direttiva 90/496/KEE għandhom japplikaw; |
(d) |
id-definizzjoni ta' “ittikkettar” stabbilita fl-Artikolu 1(3) punt (a) tad-Direttiva 2000/13/KE għandha tapplika. |
2. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:
1) |
“indikazzjoni” tfisser kull messaġġ jew rappreżentazzjoni, li mhix obbligatorja skond il-leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali, inklużi rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi, f'kull forma, li jiddikjaraw, jissuġġerixxu jew jimplikaw li xi ikel għandu karetteristiċi partikolari; |
2) |
“nutrijent” tfisser proteina, karboidrat, xaħam, fibra, sodju, vitamini jew minerali elenkati fl-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE, u sustanzi, li jappartjenu għal jew huma komponenti ta' waħda minn dawk il-kategoriji; |
3) |
“sustanza oħra” tfisser sustanza għajr nutrijent li għandu effett nutrittiv jew fiżjoloġiku; |
4) |
“indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni” tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li xi ikel għandu propjetajiet ta' nutriment partikolari ta' benefiċċju minħabba:
|
5) |
“indikazzjoni dwar is-saħħa” tfisser kull indikazzjoni li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li teżisti relazzjoni bejn kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu u s-saħħa; |
6) |
“indikazzjoni ta' tnaqqis ta' riskju ta' mard” tfisser indikazzjoni dwar vantaġġ għas-saħħa li tiddikjara, tissuġġerixxi jew timplika li l-konsum ta' kategorija ta' ikel, xi ikel jew wieħed mill-kostitwenti tiegħu jnaqqsu b'mod sinifikanti fattur ta' riskju fl-iżvilupp ta' xi marda tal-bniedem; |
7) |
“Awtorità” tfisser l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel kif stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
KAPITOLU II
PRINĊIPJI ĠENERALI
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali għall-indikazzjonijiet kollha
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa jistgħu jintużaw fit-tikketti, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' ikel imqiegħed fis-suq fil-Komunità biss jekk ikunu konformi mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
Bla ħsara għad-Direttivi 2000/13/KE u 84/450/KEE, l-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa ma għandux:
(a) |
ikun falz, ambigwu jew qarrieqi; |
(b) |
iqajjem dubji dwar is-sigurtà u/jew l-adegwatezza nutrittiva ta' ikel ieħor; |
(ċ) |
iħeġġeġ jew jittollera l-konsum eċċessiv ta' xi ikel; |
(d) |
jiddikjara, jissuġġerixxi jew jimplika li dieta bilanċjata jew varjata ma tistax tipprovdi kwantitajiet approprjati ta' nutrijenti in ġenerali. Derogi fil-każ ta' nutrijenti li ma jistgħux ikunu pprovduti fi kwantitajiet suffiċjenti b'dieta bilanċjata u varjata, inklużi l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom, jistgħu ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), b'kont meħud tal-kondizzjonijiet speċjali fl-Istati Membri; |
(e) |
jirreferi għal tibdil fil-funzjonament tal-ġisem li jista' jqajjem jew jisfrutta biża fil-konsumatur, kemm bit-test jew permezz ta' rappreżentazzjonijiet bi stampi, grafiċi jew simboliċi. |
Artikolu 4
Kondizzjonijiet għall-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa
1. Sa 19 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), tistabbilixxi profili nutrittivi speċifiċi u l-kondizzjonijiet, inklużi l-eżenzjonijiet, li l-ikel jew ċerti kategoriji ta' l-ikel għandhom jikkonformaw magħhom biex iġibu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa u l-kundizzjonijiet għall-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għal ikel jew kategoriji ta' ikel fir-rigward tal-profili nutrittivi.
Il-profili nutrittivi għall-ikel u/jew xi kategoriji ta' ikel għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari:
(a) |
il-kwantitajiet ta' ċerti nutrijenti u sustanzi oħra li jinsabu fl-ikel, bħal xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju; |
(b) |
l-irwol u l-importanza ta' l-ikel (jew ta' kategoriji ta' ikel) u l-kontribut lid-dieta tal-popolazzjoni in ġenerali jew, jekk ikun il-każ, ta' ċerti gruppi f'risjku inklużi t-tfal; |
(ċ) |
il-kompożizzjoni nutrittiva globali ta' l-ikel u l-preżenza ta' nutrijenti li jkun ġew rikonoxxuti b'mod xjentifiku bħala li għandhom effett fuq is-saħħa. |
Il-profili nutrittivi għandhom ikunu bażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutriment, u r-rabta tagħhom mas-saħħa.
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tagħti pariri xjentifiċi rilevanti fi żmien 12-il xahar, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq:
(i) |
jekk il-profili għandhomx ikunu stabbiliti għall-ikel in ġenerali u/jew kategoriji ta' ikel |
(ii) |
l-għażla u l-bilanċ tan-nutrijenti li ser jitqiesu |
(iii) |
l-għażla tal-kwantità/bażi ta' referenza għall-profili |
(iv) |
l-approċċ għall-kalkolu tal-profili, u |
(v) |
il-fattibilità u l-ittestjar tas-sistema proposta. |
Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lil operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.
Il-profili nutrittivi u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom ikunu aġġornati sabiex jieħdu kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti skoond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) u wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati, b'mod partikulari operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni:
(a) |
li jirreferu għat-tnaqqis tax-xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju għandhom jitħallew mingħajr referenza għal xi profil għan-nutrijent/i speċifiċi li għalihom issir l-indikazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
(b) |
għandhom ikunu permessi, meta nutrijent wieħed jisboq il-profil nutrittiv kemm-il darba tkun tidher dikjarazzjoni dwar in-nutrijent speċifiku li tkun viċin ħafna, fuq l-istess naħa u bl-istess prominenza ta' l-indikazzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha taqra hekk: “Kontenut għoli ta'[ (*)]”. |
3. Xorb li jkun fih iktar minn 1,2 % fil-volum ta' alkoħol ma għandux ikollu indikazzjonijiet dwar is-saħħa.
Għal dak li għandu x'jaqsam ma' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni, għal xorb li jkun fih aktar minn 1,2 % tal-volum ta' alkoħol huma biss indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li jirreferu għal livell baxx ta' alkoħol, jew għal tnaqqis fil-kontenut ta' l-alkoħol, jew għal tnaqqis fil-kontenut ta' enerġija li għandhom ikunu permessi.
4. Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li jirreferu għal livelli baxxi ta' alkoħol, jew għat-tnaqqis jew l-assenza ta' alkoħol jew enerġija f'xorb li normalment ikun fih l-alkoħol, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali rilevanti f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
5. Ikel jew kategoriji ta' ikel għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 3, li għalihom indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu ristretti jew ipprojbiti, jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) fid-dawl ta' evidenza xjentifika.
Artikolu 5
Kondizzjonijiet ġenerali
1. L-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) |
ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f'ikel jew f'kategorija ta' ikel ta' nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta' benefiċċju, kif stabbilit minn evidenza xjentifika b'mod ġenerali; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni:
|
(ċ) |
fejn ikun il-każ, in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjoni jkunu f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem; |
(d) |
il-kwantità tal-prodott li tista' tkun mistennija b'mod raġonevoli li tkun ikkonsmata tipprovdi kwantità sinifikanti tan-nutrijent jew sustanza oħra li għalihom tirrelata l-indikazzjoni, kif definit fil-leġislazzjoni Komunitarja, jew fejn tali regoli ma jezistux, kwantità sinifikanti li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali; |
(e) |
konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-Kapitolu III jew Kapitolu IV skond il-każ. |
2. L-użu ta' indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandu jkun permess biss jekk il-konsumatur medju jista' jkun mistenni li jifhem l-effetti ta' benefiċċju kif espressi fl-indikazzjoni.
3. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom jirreferu għall-ikel li jkun lest għall-konsum f'konformità ma' l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
Artikolu 6
Sostanzjament xjentifiku għall-indikazzjonijiet
1. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa għandhom ikunu bbażati u ssostanzjati minn evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali.
2. Operatur ta' negozju ta' l-ikel li jagħmel indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa għandu jiġġustifika l-użu ta' l-indikazzjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi ta' negozji ta' l-ikel jew lill-persuna li tqiegħed prodott fis-suq biex jipproduċu l-elementi rilevanti u d-data kollha li jistabbilixxu l-konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Informazzjoni dwar in-nutrizzjoni
L-obbligu u l-modalitajiet biex tkun provduta l-informazzjoni skond id-Direttiva 90/496/KEE meta ssir indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis meta ssir indikazzjoni dwar is-saħħa, bl-eċċezzjoni ta' reklamar ġeneriku. Madankollu, l-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tikkonsisti f'informazzjoni fil-Grupp 2 kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 90/496/KEE.
Minbarra dan u skond il-każ, l-ammont(i) tas-sustanza jew sustanzi li għalihom tirrelata l-indikazzjoni dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa li ma jidhrux fuq l-ittikkettjar b'tagħrif nutrittiv għandhom ukoll ikunu ddikjarati fl-istess kamp ta' viżjoni ta' l-informazzjoni dwar vantaġġ nutrittiv u espress iskond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 90/496/KEE.
Fil-każ ta' supplimenti ta' l-ikel, l-informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tkun provduta skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/46/KE.
KAPITOLU III
INDIKAZZJONIJIET DWAR IN-NUTRIZZJONI
Artikolu 8
Kondizzjonijiet speċifiċi
1. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni għandhom ikunu permessi biss jekk huma elenkati fl-Anness u jekk huma f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
2. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) u, fejn ikun xieraq, wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tinvolvi l-partijiet interessati, b'mod partikulari l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u l-gruppi tal-konsumaturi, sabiex jevalwaw l-perċezzjoni u l-konoxxenza ta' l-indikazzjonijiet in kwistjoni.
Artikolu 9
Indikazzjonijiet komparattivi
1. Bla ħsara għad-Direttiva 84/450/KEE, paragun jista' jsir biss bejn ikel ta' l-istess kategorija, filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni tal-firxa ta' l-ikel ta' dik il-kategorija. Id-differenza fil-kwantità ta' nutrijent u/jew il-valur ta' enerġija għandha tkun iddikjarata u l-paragun għandu jirrelata għall-istess kwantità ta' ikel.
2. Indikazzjonijiet komparattivi dwar in-nutrizzjoni għandhom jipparagunaw il-kompożizzjoni ta' l-ikel in kwistjoni ma' firxa ta' ikel ta' l-istess kategorija, li ma jkollhomx kompożizzjoni li tippermettilhom li juru indikazzjoni, inkluż ikel ta' ditti oħrajn.
KAPITOLU IV
INDIKAZZJONIJIET DWAR IS-SAĦĦA
Artikolu 10
Kondizzjonijiet speċifiċi
1. Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu projbiti sakemm ma jkunux konformi mal-ħtiġijiet ġenerali tal-Kapitolu II u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' dan il-Kapitolu u jkunu awtorizzati skond dan ir-Regolament u inklużi fil-listi ta' indikazzjonijiet awtorizzati previsti fl-Artikoli 13 u 14.
2. Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk l-informazzjoni li ġejja tkun inkluża fuq it-tikketta, jew jekk tali tikketta ma teżistix, fil-preżentazzjoni u r-reklamar:
(a) |
dikjarazzjoni li tindika l-importanza ta' dieta varjata u bilanċjata u stil ta' ħajja san; |
(b) |
il-kwantità ta' l-ikel u l-mod tal-konsum meħtieġa biex jinkiseb l-effett ta' benefiċċju indikat; |
(ċ) |
fejn xieraq, dikjarazzjoni indirizzata lejn persuni li għandhom jevitaw l-użu ta' dak l-ikel; u |
(d) |
twissija adegwata għal prodotti li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa jekk ikkunsmati eċċessivament. |
3. Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa tista' ssir biss jekk tkun akkumpanjata minn indikazzjoni speċifika dwar is-saħħa mniżżla fil-listi previsti fl-Artikoli 13 jew 14.
4. Fejn ikun xieraq, linji gwida dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2) u, jekk ikun meħtieġ, f'konsultazzjoni ma' partijiet interessati, b'mod partikolari operaturi tan-negozju ta' ikel u gruppi tal-konsumaturi.
Artikolu 11
Assoċjazzjonijiet nazzjonali ta' professjonisti mediċi, tan-nutrizzjoni u tad-dieta u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa
Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew approvazzjoni minn assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali ta' professjonisti mediċi, tan-nutrizzjoni u tad-dieta u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa nazzjonali, ir-regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.
Artikolu 12
Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti indikazzjonijiet dwar is-saħħa
L-indikazzjonijiet li ġejjin dwar is-saħħa ma għandhomx ikunu permessi:
(a) |
indikazzjonijiet li jissuġġerixxu li s-saħħa tista' tiġi affettwata jekk l-ikel ma jkunx ikkunsmat; |
(b) |
indikazzjonijiet li jirreferu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż; |
(ċ) |
indikazzjonijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u assoċjazzjonijiet oħra li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 11. |
Artikolu 13
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa għajr dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju ta' mard u għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal
1. Indikazzjonijiet li jiddeskrivu jew jirreferu għal:
(a) |
l-irwol ta' nutrijent jew ta' sustanza oħra fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-funzjonijiet tal-ġisem, jew |
(b) |
il-funzjonijiet psikoloġiċi u ta' mġieba, jew |
(ċ) |
bla ħsara għad-Direttiva 96/8/KE, dieta jew kontroll tal-piż jew tnaqqis fis-sens ta' ġuħ jew żieda fis-sens ta' xaba' jew għat-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta, |
li huma indikati fil-lista prevista fil-paragrafu 3 jistgħu jsiru mingħajr ma jgħaddu mill- proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 19, jekk ikunu:
(i) |
ibbażati fuq evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, u |
(ii) |
mifhuma sew mill-konsumatur medju. |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'listi ta' indikazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn 31 ta' Jannar 2008 akkumpanjati mill-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom u b'referenzi għall-ġustifikazzjoni xjentifika rilevanti.
3. Wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), lista Komunitarja ta' indikazzjonijiet permessi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet neċessarji kollha għall-użu ta' dawn l-indikazzjonijiet sa mhux aktar tard minn 31 ta' Jannar 2010.
4. Kull tibdil fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, ibbażat fuq evidenza xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jew wara xi talba minn Stat Membru.
5. Kull żieda ta' indikazzjonijiet mal-lista msemmija fil-paragrafu 3 ibbażata fuq evidenza xjentifika żviluppata riċentement u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, ħlief indikazzjonijiet li jagħmlu referenza għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal, li għandhom ikunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15, 16,17, u 19.
Artikolu 14
Indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard u indikazzjonijiet relatati ma' l-iżvilupp u mas-saħħa tat-tfal
1. Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard u indikazzjonijiet relatati ma' l-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal jistgħu jsiru meta jkunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15, 16, 17 u 19 ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu nklużi fil-lista Komunitarja ta' tali indikazzjonijiet permessi flimkien mal-kondizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawn l-indikazzjonijiet.
2. Minbarra l-ħtiġijiet ġenerali stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-paragrafu 1, għal indikazzjonijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard, l-ittikettjar jew, jekk tikketta ma teżistix, il-preżentazzjoni jew l-irreklamar għandu jkun fihom dikjarazzjoni li turi li l-marda, li għaliha tirreferi l-indikazzjoni, għandha fatturi multipli ta' riskju u li meta wieħed minn dawn il-fatturi ta' riskju jkun mibdul jista' jkollu jew ma jkollux effett ta' benefiċċju.
Artikolu 15
Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
1. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tkun sottomessa applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skond il-paragrafi li ġejjin.
2. L-applikazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru.
(a) |
L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha:
|
(b) |
L-Awtorità għandha:
|
3. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra, jew l-ikel jew kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom tkun saret l-indikazzjonidwar is-saħħa u l-karatteristiċi partikolari tagħhom; |
(ċ) |
kopja ta' l-istudji, inklużi, fejn ikun hemm, studji indipendenti rivisti mill-pari, li jkunu ġew imwettqa fir-rigward ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa u kull materjal ieħor li jkun disponibbli biex jintwera li l-indikazzjoni dwar is-saħħa tikkonforma mal-kriterji previsti f'dan ir-Regolament; |
(d) |
fejn ikun xieraq, indikazzjoni ta' l-informazzjoni li għandha tkun meqjusa bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali akkumpanjata minn ġustifikazzjoni li tista' tiġi vverifikata; |
(e) |
kopja ta' studji xjentifiċi oħra li huma rilevanti għal dik l-indikazzjoni dwar is-saħħa; |
(f) |
proposta dwar il-kliem li għandu jintuża fl-indikazzjoni dwar is-saħħa li għaliha tkun qed tiġi mitluba l-awtorizzazzjoni, inklużi, skond il-każ, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu; |
(g) |
sommarju ta' l-applikazzjoni. |
4. Il-Kummissjoni, wara li l-ewwel tkun ikkonsultat lill-Awtorità, għandha tistabbilixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) regoli ta' implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni.
5. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Awtorità, għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni gwida teknika u għodod xierqa li jassistu lill-operaturi ta' negozju fl-ikel, b'mod partikolari l-SMEs fil-preparazzjoni u fil-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għal valutazzjoni xjentifika.
Artikolu 16
Opinjoni ta' l-Awtorità
1. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tirrispetta l-limitu ta' żmien ta' ħames xhur mid-data ta' meta tkun irċevuta applikazzjoni valida. Kull meta l-Awtorità tfittex li tikseb informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant kif previst fil-paragrafu 2, dan il-limitu ta' żmien għandu jiġi estiż sa xahrejn aktar wara d-data ta' meta tkun waslet l-informazzjoni mitluba mressqa mill-applikant.
2. L-Awtorità jew l-awtorità kompetenti nazzjonali permezz ta' l-Awtorità jistgħu, fejn ikun xieraq, jitolbu lill-applikant biex jissupplimenta d-dettalji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat.
3. Sabiex tħejji l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tivverifika:
(a) |
li l-indikazzjoni dwar is-saħħa tkun sostnuta minn evidenza xjentifika; |
(b) |
li l-kliem ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa jikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
4. F'każ ta' opinjoni favur l-awtorizzazzjoni ta' l-iindikazzjoni dwar is-saħħa, l-opinjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
(a) |
l-isem u l-indirizz ta' l-applikant; |
(b) |
in-nutrijent jew sustanza oħra jew l-ikel jew il-kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom għandha ssir l-indikazzjoni u l-karatteristiċi partikolari tagħhom; |
(ċ) |
proposta għall-kliem ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' l-użu; |
(d) |
meta jkun japplika, il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali li għandha takkumpanja l-indikazzjoni dwar is-saħħa fuq it-tikketta jew fir-reklamar. |
5. L-Awtorità għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-applikant, inkluż rapport li jiddeskrivi l-valutazzjoni tagħha ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa u tiddikjara r-raġunijiet għall-opinjoni tagħha u l-informazzjoni li fuqha kienet ibbażata l-opinjoni tagħha.
6. L-Awtorità, skond l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha.
L-applikant jew membri tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn din il-pubblikazzjoni.
Artikolu 17
Awtorizzazzjoni Komunitarja
1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 23(2) abbozz ta' deċiżjoni dwar il-listi ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi, filwaqt li tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità, ta' kwalunkwe disposizzjoni tal-liġi Komunitarja u ta' fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata. Meta l-abbozz tad-Deċiżjoni ma jkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni għad-diverġenzi.
2. Kull abbozz ta' deċiżjoni biex ikunu emendati l-listi ta' indikazzjonijiet dwar is-saħħa permessi għandhom jinkludu d-dettalji msemmija fl-Artikolu 16(4).
3. Deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni għandha tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
4. Il-Kummissjoni għandha mingħajr telf ta' żmien tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda u tippubblika d-dettalji tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
5. Indikazzjonijiet dwar is-saħħa inklużi fil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 jistgħu jintużaw, f'konfomità mal-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom, minn kull operatur ta' negozju ta' l-ikel, jekk l-użu tagħhom ma jkunx ristrett skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21.
6. L-għoti ta' awtorizzazzjoni ma għandux inaqqas ir-responsabbiltà ġenerali ċivili u kriminali ta' xi operatur ta' negozju ta' l-ikel fir-rigward ta' l-ikel ikkonċernat.
Artikolu 18
Indikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5)
1. Operatur ta' negozju ta' l-ikel li jkollu l-ħsieb li juża indikazzjoni dwar is-saħħa li ma tkunx inkluża fil-lista li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 13(3) jista' japplika sabiex dik l-indikazzjoni tkun inkluża f'dik il-lista.
2. L-applikazzjoni għal din l-inklużjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru, liema awtorità, fi żmien 14-il ġurnata minn meta tirċievi l-applikazzjoni, għandha tgħarraf bil-miktub il-wasla ta' l-istess applikazzjoni. L-ittra ta' rikonoxximent għandha tagħti d-data ta' meta waslet l-applikazzjoni. It-talba għandha tkun tinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 15(3) u r-raġunijiet li għalihom tkun qed issir it-talba.
3. L-applikazzjoni valida, skond il-gwida msemmija fl-Artikolu 15(5), u kwalunkwe informazzjoni mogħtija mill-applikant, għandha tintbgħat bla dewmien lill-Awtorità għal evalwazzjoni xjentifika, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-informazzjoni. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tirrispetta l-limitu ta' żmien ta' erba' xhur mid-data ta' meta tirċievi t-talba. Dan il-limitu ta' żmien jista' jiġi estiż sa xahar, jekk l-Awtorità tqis li huwa neċessarju li titlob informazzjoni supplimentarja mingħand l-applikant. F'dan il-każ, l-applikant għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba fi żmien 15-il ġurnata mid-data ta' meta jirċievi t-talba ta' l-Awtorità.
Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3)(a) u (b), (5) u (6) għandha tapplika mutatis mutandis.
4. Meta l-Awtorità, wara evalwazzjoni xjentifika, tagħti opinjoni favur l-inklużjoni tat-talba fil-lista msemmija fl-Artikolu 13(3), il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni ta' l-Awtorità, kwalunkwe dispożizzjoni relevanti tal-liġi tal-Komunità, u fatturi leġittimi oħra li huma relevanti għall-kwistjoni kkonċernata, wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri u fi żmien xahrejn minn meta tkun irċiviet l-opinjoni ta' l-Awtorità.
Meta l-Awtorità tagħti opinjoni li ma tappoġġjax l-inklużjoni tat-talba f'dik il-lista, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għandha tittieħed skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2).
Artikolu 19
Modifika, sospensjoni u revoka ta' awtorizzazzjonijiet
1. L-applikant/utent ta' indikazzjoni inkluża f'waħda mil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 jista' japplika għal modifika tal-lista relevanti. Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 18 għandha tapplika mutatis mutandis.
2. Fuq inizjattiva tagħha stess jew wara xi talba minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni, l-Awtorità għandha tagħti opinjoni dwar jekk indikazzjoni dwar is-saħħa inkluża fil-listi previsti fl-Artikoli 13 u 14 tkunx għadha qed tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.
Hija għandha minnufih tittrasmetti l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti, lill-applikant oriġinali ta' l-indikazzjoni in kwistjoni. L-Awtorità, f'konformità ma' l-Artikolu 38(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, għandha tagħmel pubblika l-opinjoni tagħha.
L-applikant/utent jew xi membru tal-pubbliku jistgħu jibgħatu kummenti lill-Kummissjoni fi żmien 30 jum minn tali pubblikazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-opinjoni ta' l-Awtorità u kwalunkwe kumment li tirċievi kemm jista' jkun malajr. Jekk ikun il-każ, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi modifikata, sospiża jew revokata skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 17 u 18.
KAPITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 20
Reġistru Komunitarju
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm Reġistru Komunitarju dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa li jsiru fuq l-ikel, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”.
2. Ir-Reġistru għandu jinkludi dan li ġej:
(a) |
l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom kif imniżżel fl-Anness; |
(b) |
restrizzjonijiet adottati skond l-Artikolu 4(5); |
(ċ) |
l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3) u (5), 14(1), 19(2), 21, 24(2) u 28(6) u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3); |
(d) |
lista ta l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew rifjutati u r-raġuni għal dan. |
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa awtorizzati abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandhom jiġu reġistrati f'Anness separat għar-Reġistru flimkien ma' l-informazzjoni li ġejja:
1) |
id-data li fiha l-Kummissjoni awtorizzat l-indikazzjoni dwar is-saħħa u l-isem ta' l-applikant oriġinali li ngħatatlu l-awtorizzazzjoni; |
2) |
il-fatt li l-Kummissjoni awtorizzat l-indikazzjoni dwar is-saħħa abbażi ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali; |
3) |
il-fatt li l-użu ta' l-indikazzjoni dwar is-saħħa huwa ristrett ħlief jekk applikant sussegwenti jikseb awtorizzazzjoni għall-indikazzjoni mingħajr referenza għad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali ta' l-applikant oriġinali. |
3. Ir-Reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 21
Protezzjoni ta' data
1. Id-data xjentifika u informazzjoni oħra fl-applikazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 15(3) ma tistax tiġi użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant ta' qabel li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, fejn:
(a) |
id-data xjentifika u informazzjoni oħra ġew klassifikati bħala kopert mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u |
(b) |
l-applikant ta' qabel kellu d-dritt esklużiv ta' referenza għad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali fil-ħin meta saret l-applikazzjoni ta' qabel; u |
(ċ) |
l-indikazzjoni dwar is-saħħa ma setgħetx tiġi awtorizzata mingħajr is-sottomissjoni tad-data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel. |
2. Sa ma jgħaddi l-perijodu ta' ħames snin speċifikat fil-paragrafu 1, ebda applikant sussegwenti m'għandu jkollu d-dritt li jirreferi għal data li ġiet klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali minn applikant ta' qabel ħlief jekk u sa meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar jekk indikazzjoni tistax tkun jew setgħetx tkun tiġi nkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 14 jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 13 mingħajr is-sottomissjoni tad-data klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel.
Artikolu 22
Disposizzjonijiet Nazzjonali
Bla ħsara għat-Trattat, partikolarment l-Artikoli 28 u 30 tiegħu, l-Istati Membri ma jistgħux jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kummerċ fl-ikel jew l-irreklamar tiegħu li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament billi japplikaw disposizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw indikazzjonijiet magħmula fuq ċertu ikel jew fuq ikel in ġenerali.
Artikolu 23
Proċedura ta' notifika
1. Jekk Stat Membru jqis li jkun meħtieġ li jadotta leġislazzjoni ġdida, dan għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri previsti u jagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali istitwit bis-saħħa ta' l-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”) jekk tikkunsidra li tali konsultazzjoni hija utli jew jekk Stat Membru jitlob dan, u għandha tagħti opinjoni dwar il-miżuri previsti.
3. L-Istat Membru kkonċernat jista' jadotta l-miżuri previsti sitt xhur wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li l-opinjoni tal-Kummissjoni ma tkunx waħda negattiva.
Jekk l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva, hi għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) u qabel l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jekk il-miżuri previsti jistgħux jiġu implimentati. Il-Kummissjoni tista' teħtieġ li jsiru ċerti emendi lill-miżura prevista.
Artikolu 24
Miżuri ta' salvagwardja
1. Fejn Stat Membru jkollu raġunijiet serji biex jikkunsidra li indikazzjoni ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, jew li l-provi xjentifiċi previsti fl-Artikolu 6 m'humiex biżżejjed, dak l-Istat Membru jista' temporanjament jissospendi l-użu ta' dik l-indikazzjoni fit-territorju tiegħu.
Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għas-sospensjoni.
2. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2), għandha tittieħed deċiżjoni, jekk ikun il-każ wara li tinkiseb opinjoni mill-Awtorità.
Il-Kummissjoni tista' tibda din il-proċedura fuq inizjattiva tagħha stess.
3. L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista' jżomm is-sospensjoni fis-seħħ sakemm id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx ġiet notifikata lilu.
Artikolu 25
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jittieħed kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċizjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 26
Monitoraġġ
Sabiex jiġi faċilitat il-monitoraġġ effikaċi ta' ikel li jkollu fuqu indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikant jew lill-persuna li tqiegħed tali ikel fis-suq fit-territorju tagħhom sabiex jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti b'dan billi jibgħatulha mudell tat-tikketta użata għal prodott.
Artikolu 27
Evalwazzjoni
Sa 19 ta' Jannar 2013 l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-evoluzzjoni tas-suq ta' l-ikel li fir-rigward tiegħu jsiru indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni jew is-saħħa u dwar l-għarfien mill-konsumatur ta' l-indikazzjonijiet, flimkien ma' proposta għal emendi jekk ikun meħtieġ. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni ta' l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq l-għażliet tad-dieta u l-impatt potenzjali fuq l-obeżità u fuq il-mard li ma jitteħidx.
Artikolu 28
Miżuri transitorji
1. Ikel li jitqiegħed fis-suq jew li jiġi ttikkettjat qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sad-data ta' l-iskadenza tiegħu u mhux aktar tard minn 31 ta' Lulju 2009. Fir-rigward tad-disposizzjonijiet fl-Artikolu 4(1), l-ikel jista' jitqiegħed fis-suq sa erbgħa u għoxrin xahar wara l-adozzjoni tal-profili nutrittivi rilevanti u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.
2. Prodotti li jġibu trade marks jew marki tad-ditta li jkunu diġà jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa 19 ta' Jannar 2022, wara liema terminu ta' żmien għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
3. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li jkunu ntużaw fi Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2006 b'mod konformi mad-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli għalihom u li mhumiex inklużi fl-Anness, jistgħu jibqgħu jintużaw sa 19 ta' Jannar 2010 taħt ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja kif imsemmijin fl-Artikolu 24.
4. Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni f'forma ta' rappreżentazzjonijiet fi stampi, grafiċi jew simboliċi, li huma konformi mal-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament, li mhumiex inklużi fl-Anness u li huma wżati skond kondizzjonijiet u kriterji speċifiċi elaborati permezz ta' regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali, għandhom ikunu soġġetti għal li ġej:
(a) |
l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 31 ta' Jannar 2008, dawk l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u r-regoli jew disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli, flimkien mad-data xjentifika bħala sostenn għal dawn ir-regoli jew disposizzjonijiet; |
(b) |
il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25(2), tadotta Deċiżjoni dwar l-użu ta' tali indikazzjonijiet. |
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni li mhumiex awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal tnax-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
5. Indikazzjonijiet dwar is-saħħa kif imsemmi fl-Artikolu 13(1)(a) jistgħu jsiru mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sa l-adozzjoni tal-lista msemmija fl-Artikolu 13(3), taħt ir-responsabbiltà tan-negozju bil-kondizzjoni li dawn ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u ma' disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti applikabbli għalihom, u bla ħsara għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja kif imsemmi fl-Artikolu 24.
6. Indikazzjonijiet dwar is-saħħa, barra dawk imsemmija fl-Artikolu 13(1)(a) u 14, li ntużaw f'mod konformi ma' disposizzjonijiet nazzjonali qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal li ġej:
(a) |
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ġew issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru għandhom jiġu awtorizzati kif ġej:
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw sa sitt xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni; |
(b) |
Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma ġewx issoġġettati għal evalwazzjoni u awtorizzazzjoni fi Stat Membru: tali indikazzjonijiet jistgħu jibqgħu jintużaw bil-kondizzjoni li ssir applikazzjoni skond dan ir-Regolament sa 19 ta' Jannar 2008, indikazzjonijiet dwar is-saħħa mhux awtorizzati taħt din il-proċedura jistgħu jibqgħu jintużaw għal sitt xhur wara li tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 17(3). |
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn 1 ta' Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, tal-20 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
ANNESS
Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u kondizzjonijiet li japplikaw għalihom
VALUR ENERĠETIKU BAXX
Indikazzjoni li ikel għandu valur enerġetiku baxx, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 40kcal (170kJ)/100g għal solidi jew aktar minn 20kcal (80kJ)/100ml għal likwidi. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 4kcal (17kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6g ta' sukrosju (madwar kuċċarina sukrosju).
VALUR ENERĠETIKU MNAQQAS
Indikazzjoni li ikel għandu valur enerġetiku mnaqqas, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-valur enerġetiku hu mnaqqas b'ta' l-inqas 30 %, flimkien ma' speċifikazzjoni dwar il-karatteristika/ċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel imnaqqas fil-valur enerġetiku totali tiegħu.
BLA VALUR ENERĠETIKU
Indikazzjoni li ikel ma jkollux valur enerġetiku, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 4kcal (17kJ)/100ml. Għal sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ta' fuq il-mejda japplika l-limitu ta' 0,4kcal (1,7kJ)/porzjon, b'karatteristiċi ta' ħlewwa ekwivalenti għal 6g ta' sukrosju (madwar kuċċarina ta' sukrosju).
BI FTIT XAĦAM
Indikazzjoni li ikel ikollu ftit xaħam, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mhux aktar minn 3g ta' xaħam f'kull 100g għal solidi jew 1,5g ta' xaħam f'kull 100ml għal likwidi (1,8g ta' xaħam f'kull 100ml għal ħalib parzjalment xkumat).
BLA XAĦAM
Indikazzjoni li ikel hu bla xaħam, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,5g ta' xaħam f'kull 100g jew 100ml. Madankollu, indikazzjonijiet espressi bħala “X % bla xaħam” għandhom ikunu projbiti.
KONTENUT BAXX TA' XAĦAM SATURAT
Indikazzjoni li ikel ikollu kontenut baxx ta' xaħam saturat, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss jekk it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans fil-prodott ma jaqbiżx il 1,5g f'kull 100g għas-solidi jew 0,75g/100ml għal-likwidi u f'kull każ it-total ta' l-aċidi tax-xaħam saturati u l-aċidi tax-xaħam trans ma jipprovdix aktar minn 10 % ta' enerġija.
BLA XAĦAM SATURAT
Indikazzjoni li ikel ma jkunx fih xaħam saturati, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-total ta' xaħam saturat u l-aċidi tax-xaħam trans ma jaqbiżx il-0,1g ta' xaħam saturat f'kull 100g jew 100ml.
BAXX FIZ-ZOKKOR
Indikazzjoni li ikel hu baxx fiz-zokkor, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 5g ta' zokkor f'kull 100g għal solidi jew 2,5g ta' zokkor f'kull 100ml għal likwidi.
BLA ZOKKOR
Indikazzjoni li ikel hu bla zokkor, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,5g zokkor f'kull 100g jew 100ml.
BLA ZOKKOR MIŻJUD
Indikazzjoni li ma ġiex miżjud ebda zokkor f'ikel, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih ebda mono- jew disacchirides miżjuda jew kwalunkwe ikel ieħor użat għall-karatteristiċi ta' ħlewwa tiegħu. Jekk iz-zokkor hu preżenti b'mod naturali fl-ikel, l-indikazzjoni li ġejja għandha tidher ukoll fuq it-tikketta: “FIH ZOKKOR NATURALI”.
BAXX FIS-SODJU/MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu baxx fis-sodju/melħ, jew bla melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,12g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g jew 100ml. Għall-ilma, barra mill-ilma minerali naturali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 80/777/KEE, dan il-valur m'għandux jaqbeż 2mg ta' sodju f'kul 100ml.
BAXX ĦAFNA FIS-SODJU/MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu baxx ħafna fis-sodju/melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,04g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g jew 100ml. Din l-indikazzjoni m'għandhiex tintuża għal ilma minerali naturali jew ilma ieħor.
BLA SODJU jew BLA MELĦ
Indikazzjoni li ikel hu bla sodju jew bla melħ, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ma jkunx fih aktar minn 0,005g ta' sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, f'kull 100g.
SORS TA' FIBRA
Indikazzjoni li ikel hu sors ta' fibra, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100g jew mill-inqas 1,5g ta' fibra f'kull 100kcal.
GĦOLI FIL-FIBRA
Indikazzjoni li ikel hu għoli fil-fibra, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas 6g ta' fibra f'kull 100g jew mill-inqas 3g ta' fibra f'kull 100kcal.
SORS TA' PROTEINA
Indikazzjoni li ikel ikun sors ta' proteina, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 12 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
GĦOLI FIL-PROTEINA
Indikazzjoni li ikel ikun għoli fil-proteina, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn mill-inqas 20 % tal-valur enerġetiku ta' l-ikel hu provdut mill-proteina.
SORS TA' [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Indikazzjoni li ikel hu sors ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas ammont sinifikanti kif definit fl-Anness mad-Direttiva 90/496/KEE jew ammont previst b'derogi mogħtija skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 [dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra fl-ikel] (15).
GĦOLI FI [ISEM TAL-VITAMINA/I] U/JEW [ISEM TAL-MINERALI]
Indikazzjoni li ikel għandu kontenut għoli ta' vitamini u/jew minerali, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott ikun fih mill-inqas il-valur doppju ta' “sors ta' [ISEM TAL-VITAMINA/I] u/jew [ISEM TAL-MINERALI]”.
FIH [ISEM TAN-NUTRIJENT JEW SUSTANZA OĦRA]
Indikazzjoni li ikel ikun fih nutrijent jew sustanza oħra, li għaliha mhumiex stabbiliti kondizzjonijiet speċifiċi f'dan ir-Regolament, jew kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha applikabbli ta' dan ir-Regolament, u partikolarment l-Artikolu 5. Għall-vitamini u l-minerali l-kondizzjonijiet ta' l-indikazzjoni “sors ta'” għandhom japplikaw.
MIŻJUD [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Indikazzjoni li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar, barra mill-vitamini u minerali, ġie miżjud, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet għall-indikazzjoni “sors ta'” u ż-żieda fil-kontenut hi mill-inqas 30 % meta mqabbla ma' prodott simili.
MNAQQAS [ISEM TAN-NUTRIJENT]
Indikazzjoni li tiddikjara li l-kontenut f'nutrijent wieħed jew aktar ġie mnaqqas, u kwalunkwe indikazzjoni li x'aktarx tkun tfisser l-istess għall-konsumatur, tista' ssir biss fejn it-tnaqqis fil-kontenut hu mill-inqas 30 % meta mqabbel ma' prodott simili, ħlief għal mikro-nutrijenti fejn differenza ta' 10 % fil-valuri ta' referenza kif stabbilit fid-Direttiva 90/496/KEE għandha tkun aċċettabbli u għas-sodju, jew il-valur ekwivalenti għall-melħ, fejn differenza ta' 25 % għandha tkun aċċettabbli.
ĦAFIF/LIGHT
Indikazzjoni li prodott huwa “ħafif” jew “lite”, u kwalunkwe indikazzjoni li jista' jkollha l-istess tifsira għall-konsumatur, għandha ssegwi l-istess kondizzjonijiet bħal dawk stabbiliti għat-terminu “mnaqqas”; l-indikazzjoni għandha wkoll tkun akkumpanjata b'indikazzjoni tal-karatteristika/karatteristiċi li tagħmel/jagħmlu l-ikel “light” jew “lite”.
B'MOD NATURALI/NATURALI
Fejn ikel jissodisfa b'mod naturali l-kondizzjoni/jiet stabbiliti f'dan l-Anness għall-użu fi indikazzjoni ta' vantaġġ nutrittiv, it-terminu “b'mod naturali/naturali” jista' jintuża bħala prefiss għall-pretenzjoni.
(1) ĠU C 110, 30.4.2004, p. 18.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2005 (ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 187), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2005 (ĠU C 80 E, 4.4.2006, p. 43) u Posizzjoni tal-Parliament Ewropew tas-16 ta' Mejju 2006 u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2006.
(3) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).
(4) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(5) ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.
(6) ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/37/KE (ĠU L 94, 1.4.2006, p. 32).
(7) ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
(8) ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/120/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 51).
(9) ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(10) ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22.
(11) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(12) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(13) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(14) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p.3).
(*) L-isem tan-nutrijent li jaqbeż il-profil nutrittiv.
(15) ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26.