ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
30 ta' Diċembru 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1894/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1895/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jaġġusta b'effett mill-1 ta’ Lulju 2006 l-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn

6

 

 

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

Kunsill

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

10

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta' koperazzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ

14

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta' koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

22

 

 

Il-Kummissjoni

 

*

Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tikkonċerna n-non inklużjoni ta’ l-alachlor fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6567)  ( 8 )

28

 


 

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 397.

 

(2)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi ufficjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 397.

 

(8)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1894/2006

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, minn hawn 'il quddiem imsejħa “Nomenklatura Magħquda”, u stabbilixxa r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni 2006/1894/KE (2), il-Kunsill approva, f'isem il-Komunità, il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li nbdew skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(a)

L-Anness I (Nomenklatura Magħquda) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandhom jiġu emendati bid-dazji u supplimentati bil-volumi indikati fl-Anness ma' dan ir-Regolament

(b)

Il-Kodiċi NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95, 0206 29 91fl-Anness 7 (kwoti tad-WTO li għandhom jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità) tat-Taqsima III tat-Tielet Parti għandhom jiġu emendati kif ġej:

(i)

Id-deskrizzjoni tal-kwota tar-rata tariffarja tal-KE ta' 5 000 tunnellata metrika “Laħam ta' kwalità għolja' mingħajr għadam, imkessaħ jew iffriżat, kif ġej: Qatgħat taċ-ċanga miksuba mill-għoġla (novilhos) jew eriegħ (novilhas) ta' età ta' bejn l-20 u l-24-il xahar, li kienu esklussivament jirgħu fil-mergħat, li tilfu l-inċiżuri temporanji ċentrali tagħhom iżda li m'għandhomx aktar minn erba' sinniet inċiżuri permanenti, li huma ta' maturità tajba u li jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet ta' klassifikazzjoni għall-karkassi taċ-ċanga: laħam minn karkassi tal-klassijiet B jew R b'konformità mdawra sa dritta u bi klassi ta' xaħam 2 jew 3; il-qatgħat li jkollhom l-ittri ‘sc’ (special cuts) jew marka ‘sc’ (special cuts) bħala sinjal tal-kwalità għolja tagħhom jkunu ppakkjati ġewwa kaxex tal-kartun li jġibu l-kliem ‘ċanga ta' kwalità għolja’‘għandha tiġi sostitwita minn’ Laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat”;

(ii)

Taħt “Termini u kondizzjonijiet oħra” għandu jiddaħħal it-test: “Pajjiż fornitur: Brażil”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E.ENESTAM


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1)

(2)  Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun kunsidrata bħala kitba li għandha biss valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu fiż-żmien ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn jiġu indikati ex-kodiċi tan-NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Parti Tnejn

Skeda ta' dazji doganali

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta' dazju

2106 10 80

Konċentrati tal-proteina

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

2401 10 90

Tabakk

Naqqas id-dazju lejn il-KE minn EUR 11,2 MIN 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/100 kg/net għal EUR 10 MIN 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/kg/net


Parti Tlieta

Annessi tat-Tariffa

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta' dazju

1701 11 10

Zokkor mhux raffinat biex ikun irraffinat

Pajjiż allokat (il-Brażil) kwota ta' rata tat-tariffa ta' 10 124 tunnellata bir-rata ta' kwota ta' EUR 98/tunnellata

0207 14 10

0207 14 50

0207 14 70

Qatgħat iffriżati ta' għasafar ta' l-ispeċi Gallus domesticus

Pajjiż allokat (il-Brażil) kwota ta' rata tat-tariffa ta' 2 332 tunnellata bir-rata ta' kwota ta' 0 %

0207 11 10

0207 11 30

0207 11 90

0207 12 10

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

0207 13 10

0207 13 20

0207 13 30

0207 13 40

0207 13 50

0207 13 60

0207 13 70

0207 14 20

0207 14 30

0207 14 40

0207 14 60

Qatgħat tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

0207 14 10

Qatgħat tat-tjur

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

0207 24 10

0207 24 90

0207 25 10

0207 25 90

0207 26 10

0207 26 20

0207 26 30

0207 26 40

0207 26 50

0207 26 60

0207 26 70

0207 26 80

0207 27 30

0207 27 40

0207 27 50

0207 27 60

0207 27 70

Laħam tad-dundjan, frisk, imkessaħ jew friżat

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

0207 27 10

0207 27 20

0207 27 80

Qatgħat tad-dundjan, iffriżat

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

1005 90 00

1005 10 90

Qamħirrum;

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

2008 20 11

2008 20 19

2008 20 31

2008 20 39

2008 20 71

2008 30 11

2008 30 19

2008 30 31

2008 30 39

2008 30 79

2008 40 11

2008 40 19

2008 40 21

2008 40 29

2008 40 31

2008 40 39

2008 50 11

2008 50 19

2008 50 31

2008 50 39

2008 50 51

2008 50 59

2008 50 71

2008 60 11

2008 60 19

2008 60 31

2008 60 39

2008 60 60

2008 70 11

2008 70 19

2008 70 31

2008 70 39

2008 70 51

2008 70 59

2008 80 11

2008 80 19

2008 80 31

2008 80 39

2008 80 70

Ananas, ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli ppriżervati

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

2009 11 11

2009 11 19

2009 19 11

2009 19 19

2009 29 11

2009 29 19

2009 39 11

2009 39 19

2009 49 11

2009 49 19

2009 79 11

2009 79 19

2009 80 11

2009 80 19

2009 80 34

2009 80 35

2009 80 36

2009 80 38

2009 90 11

2009 90 19

2009 90 21

2009 90 29

Meraq tal-frott

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

1806

Ċikkulata

Implimentat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 711/2006 (ĠU L 124, 11.5.2006, p.1)

Id-deskrizzjoni tariffarja eżatta tal-KE-15 għandha tapplika għal-linji tariffarji u l-kwoti kollha ta' hawn fuq.


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

6


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, Euratom) Nru 1895/2006

tad-19 ta' Diċembru 2006

li jaġġusta b'effett mill-1 ta’ Lulju 2006 l-pagi u l-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għal dawn

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-Uffiċali u l-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Paersdunal u l-Annessi VII, XI u XIII tagħhom, kif ukoll l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Artikoli 64 u 92 tal-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' l-impjegati l-oħra,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Sabiex jiggarantixxi s-saħħa tax-xiri ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej tiżviluppa b’mod parallel ma’ dik ta’ l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali ta’ l-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet ta' l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej imisshom jiġu aġġustati taħt il-verifika annwali tas-sena 2006.

(2)

Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, li għandha tieħu effett fl-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-rimunerazzjoni ta’ l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jiġu ffissati għal dawk l-Istati Membri skond l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, id-data ta’ l-1 ta’ Lulju 2005 imniżżla fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tinbidel bid-data ta’ l-“1 ta’ Lulju 2006”.

Artikolu 2

B’effett mill-1 ta' Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi mensili fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet għandha tinbidel bit-tabella li ġejja:

Image

Artikolu 3

B'effett mill-16 ta' Mejju 2006, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjali u l-aġenti l-oħra li huma mpjegati fil-pajjiżi u l-postijiet imsemmija hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Slovenja –86,8.

Artikolu 4

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, skond l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-pagi ta’ l-uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt. Madankollu, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-koeffiċjenti korrettivi għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2007.

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skond l-Artikolu 17(3) ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijiet skond l-Artikolu 20(2) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella hawn taħt. Madankollu, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-koeffiċjenti korrettivi għall-Bulgarija u r-Rumanija għandha tkun l-1 ta’ Jannar 2007.

B’effett mill-1 ta’ Mejju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skond l-Artikolu 20(2) ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella hawn taħt:

Image

Artikolu 5

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont ta' l-allowance għal-leave tal-ġenituri kif imniżżel fl-Artikolu 42bis tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal 840,97 EUR u għal 1 121,28 EUR għal ġenituri, mara jew raġel, li jrabbu t-tfal waħedhom (single parents).

Artikolu 6

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont bażiku ta' l-allowance għall-familja kif imniżżel fl-Artikolu 1(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal 157,29 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont ta' l-allowance għat-tfal dipendenti kif imniżżel fl-Artikolu 2(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal 343,69 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont ta' l-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal 233,20 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont ta' l-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 3(2) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal 83,96 EUR.

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont minimu ta' l-allowance għall-espatrijazzjoni mniżżel fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 4(1) ta’ l-Anness VII tiegħu huwa stabbilit għal 466,17 EUR.

Artikolu 7

B’effett mill-1 ta’ Jannar 2007, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8 ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunalhuwa ssostitwit b’dan li ġej:

0 EUR għal kull kilometru bejn 0 u 200 km

0,3496 EUR għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km

0,5826 EUR għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km

0,3496 EUR għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km

0,1165 EUR għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km

0,0561 EUR għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km

0 EUR għal kull kilometru aktar minn 10 000 km

Ammont b’rata fissa supplimentari hu miżjud ma' l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel hawn fuq:

174,77 EUR jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tax-xogħol u l-post minn fejn wieħed ikun ġej hija bejn is-725 km u l-1 450 km,

349,52 EUR jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tax-xogħol u l-post minn fejn wieħed ikun ġej hija ta’ 1 450 km jew aktar,

Artikolu 8

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammont ta' l-allowance ta' kuljum kif imniżżel fl-Artikolu 10(1) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal:

36,12 EUR għall-uffiċjali li għandhom dritt għal allowance għall-familja,

29,12 EUR għall-uffiċjali li m’għandhomx dritt għal allowance għall-familja,

Artikolu 9

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-inqas limitu għal allowance għall-istallazzjoni mniżżel fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra huwa ta’:

1 028,45 EUR għall-impjegati li għandhom dritt għal allowance għall-familja,

611,52 EUR għall-impjegati li m’għandhomx dritt għal allowance għall-familja,

Artikolu 10

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għal allowance għall-qgħad imniżżel fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 28bis(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-Impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, l-inqas limitu huwa stabbilit għal 1 233,40 EUR, l-għola limitu huwa stabbilit għal 2 466,81 EUR u l-allowance standard hija ta’ 1 121,28 EUR.

Artikolu 11

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi ta’ kull xahar imniżżla fl-Artikolu 63 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Image

Artikolu 12

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella tal-pagi bażiċi mensili imniżżla fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra hija sostitwita bit-tabella li ġejja:

Image

Artikolu 13

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-inqas limitu għal allowance għall-istallazzjoni mniżżla fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra huwa ta’:

773,57 EUR għall-impjegati li għandhom dritt għal allowance għall-familja,

458,63 EUR għall-impjegati li m’għandhomx dritt għal allowance għall-familja,

Artikolu 14

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għal allowance għall-qgħad imniżżel fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol applikabbli għall-impjegati l-oħra, l-inqas limitu huwa stabbilit għal 925,06 EUR, l-għola limitu huwa stabbilit għal 1 850,11 EUR u l-allowance standard hija ta’ 840,97 EUR.

Artikolu 15

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, is-sussidji għal xogħol bix-xift imniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (2) huma stabbiliti għal 352,51 EUR, 532,06 EUR, 581,74 EUR u 793,10 EUR.

Artikolu 16

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti imniżżla fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (3) huma suġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,088579.

Artikolu 17

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tabella ta’ l-ammonti li għandhom jiġu applikati imniżżla fl-Artikolu 8 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal hi sostitwita bit-tabella li ġejja:

Image

Artikolu 18

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti għal allowance għat-tfal dipendenti kif imniżżel fl-Artikolu 14 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunalhuma stabbiliti kif ġej:

1.7.06-31.12.06

302,32

1.1.07-31.12.07

316,11

1.1.08-31.12.08

329,89

Artikolu 19

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, l-ammonti għal allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 15 ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal huma stabbiliti kif ġej:

1.7.06-31.8.06

33,59

1.9.06-31.8.07

50,361

1.9.07-31.8.08

67,16

Artikolu 20

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2006, għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 ta’ l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont ta' l-allowance b’rata fissa imniżżel fl-Artikolu 4bis ta’ l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal qabel l-1 ta’ Mejju 2004 huwa stabbilit għal:

121,61 EUR fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-gradi C4 jew C5,

186,45 EUR fix-xahar għall-uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  ĠU L 56 ta’ l-4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) nru 1066/2006 (ĠU L 194 ta’ l-14.7.2006, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jiddetermina l-kategoriji ta’ l-uffiċjali li jieħdu l-allowances għal xogħol bix-shift, u r-rati u l-kundizzjonijiet ta’ dawn (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif komplut bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) nru 1307/87 (ĠU L 124, tat-13.5.1987, p.6), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEFA, KE, Euratom) nru 860/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 15).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jqiegħed il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, ta’ l-4.3.1968, p.8). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, KEFA, Euratom) nru 1750/2002 (ĠU L 264, tal-2.10.2002, p. 15).


II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Kunsill

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

(2006/963/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Marzu 2004 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma' ċerti Membri oħra tad-WTO taħt l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994, matul il-proċess ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas ta' direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil.

(4)

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.

Magħmul fi Brussel, 18 ta' Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil relattivament għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-Komunità Ewropea

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Ġinevra, 18 ta' Diċembru 2006

Sinjur,

Konsegwentement għall-bidu ta' negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Brażil taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-KE, dan li ġej huwa bi qbil bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Brażil sabiex jiġu konklużi n-negozjati mibdija bħala segwitu tan-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha tal-KE 15.

Il-KE taqbel li sejra tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinsabu fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE u l-Brażil ikunu skambjaw ittri ta' ftehim, wara li tingħata konsiderazzjoni mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE għandha tagħmel mill-aħjar li tista' sabiex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta' implimentazzjoni qabel l-1 ta' Novembru 2006 u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007.

F'isem il-Komunità Ewropea

Image

ANNESS

kwota ta' rata tariffarja allokata lil pajjiż (il-Brażil) ta' 10 124 tunnellata ta' zokkor mhux raffinat sabiex ikun irraffinat (numru tariffarju tal-prodott 1701 1110), b'rata ta' kwota ta' EUR 98/t.

kwota ta' rata tariffarja allokata lil pajjiż (il-Brażil) ta' 2 332 tunnellata “qatgħat ta' għasafar ta' l-ispeċi Gallus domesticus” (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410, 0207 1450, 0207 1470), b'rata ta' kwota ta' 0 %,

żieda ta' 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għal “karkassi tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati”, (numru tariffarju tal-prodott 0207 1110, 0207 1130, 0207 1190, 0207 1210, 0207 1290), b'rata ta' kwota ta' EUR 131-162/t,

żieda ta' 4 070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għal “karkassi tat-tiġieġ, friski, mkessħa jew friżati”, (numru tariffarju tal-prodott 0207 1310, 0207 1320, 0207 1330, 0207 1340, 0207 1350, 0207 1360, 0207 1370, 0207 1420, 0207 1430, 0207 1440, 0207 1460), b'rata ta' kwota ta' EUR 93-512 /t,

żieda ta' 1 605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għal “qatgħat ta' għasafar” (numru tariffarju tal-prodott 0207 1410), b'rata ta' kwota ta' EUR 795/t,

żieda ta' 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għal “laħam tad-dundjan, frisk, mkessaħ jew friżat”, (numru tariffarju tal-prodott 0207 2410, 0207 2490, 0207 2510, 0207 2590, 0207 2610, 0207 2620, 0207 2630, 0207 2640, 0207 2650, 0207 2660, 0207 2670, 0207 2680, 0207 2730, 0207 2740, 0207 2750, 0207 2760, 0207 2770), b'rata ta' kwota ta' EUR 93-425/t,

żieda ta' 2 485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għal “qatgħat ta' dundjan, friżati” (numru tariffarju tal-prodott 0207 2710, 0207 2720, 0207 2780), b'rata ta' kwota ta' 0 %,

ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 242 074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tarfiffarji tal-prodott 1005 9000, 1005 1090), bir-rata ta' kwota ta' 0 %,

ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 2 838 tunnellata (erga omnes) għal ananas, ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli (numri tarfiffarji tal-prodott 2008 2011, 2008 2019, 2008 2031, 2008 2039, 2008 2071, 2008 3011, 2008 3019, 2008 3031, 2008 3039, 2008 3079, 2008 4011, 2008 4019, 2008 4021, 2008 4029, 2008 4031, 2008 4039, 2008 5011, 2008 5019, 2008 5031, 2008 5039, 2008 5051, 2008 5059, 2008 5071, 2008 6011, 2008 6019, 2008 6031, 2008 6039, 2008 6060, 2008 7011, 2008 7019, 2008 7031, 2008 7039, 2008 7051, 2008 7059, 2008 8011, 2008 8019, 2008 8031, 2008 8039, 2008 8070), bir-rata ta' kwota ta' 20 %,

ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 7 044 tunnellata (erga omnes) għal meraq tal-frott (numri tarfiffarji tal-prodott 2009 1111, 2009 1119, 2009 1911, 2009 1919, 2009 2911, 2009 2919, 2009 3911, 2009 3919, 2009 4911, 2009 4919, 2009 7911, 2009 7919, 2009 8011, 2009 8019, 2009 8032, 2009 8033, 2009 8035, 2009 8036, 2009 8038, 2009 9011, 2009 9019, 2009 9021, 2009 9029), bir-rata ta' kwota ta' 20 %,

eliminazzjoni tad-dazju ad valorem ta' 9 % fuq konċentrati tal-proteini (numru tariffarju tal-prodott 2106 1080),

ftuħ ta' kwota ta' rata tariffarja ta' 107 tunnellati (erga omnes) għaċ-ċikkulata (numru tariffarju tal-prodott 1 806), bir-rata ta' kwota ta' 43 %,

tnaqqis tad-dazju lejn l-UE minn EUR 11,2 MIN 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/100 kg/net għal 10 MIN EUR 22,0/100 kg/net MAX EUR 56,0/100 kg/net għat-tabakk (numru tariffarju tal-prodott 2401 1090),

modifika tad-deskrizzjoni tal-kwota ta' rata tariffarja tal-KE għaċ-ċanga ta' kwalità għolja (5 000 tunnellata) għal: “laħam ta' kwalità għolja mingħajr għadam ta' l-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat”, u jiġi indikat il-Brażil bħala l-pajjiż fornitur.

B.   Ittra mill-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Ġinevra, 18 ta' Diċembru 2006

Sinjur,

B'referenza għall-ittra tiegħek li taqra:

“Konsegwentement għall-bidu ta' negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Brażil taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta' adeżjoni mal-KE, dan li ġej huwa bi qbil bejn il-Komunitajiet Ewropej (KE) u l-Brażil sabiex jiġu konklużi n-negozjati mibdija bħala segwitu tan-notifika tal-KE tad-19 ta' Jannar 2004 lid-WTO skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994.

Il-KE taqbel li tinkorpora fl-iskeda tagħha għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-iskeda preċedenti tagħha tal-KE 15.

Il-KE taqbel li sejra tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-KE 25 il-konċessjonijiet li jinsabu fl-Anness ma' dan il-Ftehim.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-KE u l-Brażil ikunu skambjaw ittri ta' ftehim, wara li tingħata konsiderazzjoni mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Il-KE għandha tagħmel mill-aħjar li tista' sabiex tistabbilixxi l-miżuri adatti ta' implimentazzjoni qabel l-1 ta' Novembru 2006 u mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007.”

B'dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi.

F'isem il-Gvern tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Image


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta' koperazzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ

(2006/964/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 149 u 150, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Bid-deċiżjoni tiegħu ta' l-24 ta' Ottubru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja mal-Gvern tal-Kanada ftehim li jġedded il-programm ta' koperazzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

(2)

F'isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mal-Gvern tal-Kanada konformement mad-direttivi stabbiliti fl-Anness ma' l-imsemmija deċiżjoni.

(3)

Il-Komunità u l-Kanada jistennew li jiksbu benefiċċju reċiproku minn tali koperazzjoni, li għandha, min-naħa tal-Komunità, tikkomplementa l-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Kanada u tipprovdi valur miżjud Ewropew.

(4)

Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità fil-5 ta' Diċembru 2006 suġġett għall-konklużjoni eventwali tiegħu f'data aktar tard.

(5)

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta' koperazzjoni fir-rigward ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

2.   It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kumitat Konġunt prevista fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandha tikkonsisti minn rappreżentant mill-Kummissjoni assistit minn rappreżentant minn kull Stat Membru.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-E. ENESTAM


FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta' koperazzjoni fl-oqsma ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u

IL-GVERN TAL-KANADA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem indikati kollettivament bħala “Il-Partijiet”,

JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada adottata mill-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Gvern tal-Kanada fit-22 ta' Novembru 1990 tagħmel referenza speċifika biex tissaħħaħ il-koperazzjoni reċiproka f'oqsma diversi li direttament jolqtu l-benesseri preżenti u ġejjieni taċ-ċittadini tagħhom, bħalma huma skambji u proġetti konġunti fl-edukazzjoni u l-kultura, inklużi l-iskambji akkademiċi u taż-żgħażagħ;

JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Kanada u l-UE u l-Pjan ta' Azzjoni adottat fis-17 ta' Diċembru 1996 jipprevedu li sabiex iġeddu r-rabtiet tagħhom ibbażati fuq l-iskambju ta' kulturi u valuri, il-Partijiet se jinkoraġġixxu l-kuntatti bejn iċ-ċittadini tagħhom f'kull livell b'mod speċjali fost iż-żgħażagħ; u li l-Pjan ta' Azzjoni Konġunt anness mad-Dikjarazzjoni jinkoraġġixxi lill-Partijiet biex iżjed isaħħu l-koperazzjoni permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li Jistabbilixxi Programm ta' Koperazzjoni fl-Edukazzjoni Superjuri u t-Taħriġ li ġie ratifikat fl-1996;

JINNOTAW li l-Aġenda ta' Sħubija bejn l-UE u l-Kanada adottata fit-18 ta' Marzu fis-Summit UE-Kanada tirriferi għall-ħtieġa li jkunu mfittxija mezzi ġodda biex jittrawmu rabtiet bejn il-popli rispettivi tagħna, b'mod speċjali billi jitwessa' l-ambitu tal-programmi Kanadiżi u ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' skambji għaż-żgħażagħ u billi jkunu esplorati rotot ġodda biex jissaħħaħ u jitwessa' l-ambitu tal-koperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada meta jiġġedded il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li Jġedded il-Programm ta' Koperazzjoni fl-Edukazzjoni Superjuri u t-Taħriġ ratifikat f'Marzu 2001;

JINNOTAW li d-Dikjarazzjoni Konġunta adottata fis-Summit UE-Kanada fid-19 ta' Ġunju 2005 tirriferi wkoll għall-ħsieb tal-mexxejja ta' l-UE u tal-Kanada li jġeddu, jsaħħu u jwessgħu l-ambitu tal-Ftehim li Jġedded il-Programm ta' Koperazzjoni fl-Edukazzjoni Superjuri u t-Taħriġ, ratifikat fl-2001, b'mod partikolari permezz taż-żieda fil-koperazzjoni dwar iż-żgħażagħ, biex tissaħħaħ il-koperazzjoni akkademika kif ukoll l-iskambju transatlantiku bejn iċ-ċittadini tagħna;

JIKKUNSIDRAW b'rispett sħiħ ir-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u s-setgħat leġislattivi tal-provinċji u t-territorji tal-Kanada fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtonomija ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri u tat-taħriġ;

JIKKUNSIDRAW li l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' l-1996 u l-2001 dwar l-Edukazzjoni Superjuri u t-Taħriġ jissodisfaw l-impenji tad-Dikjarazzjonijiet bejn l-UE u l-Kanada; u li l-koperazzjoni kienet ferm pożittiva għaż-żewġ Partijiet;

JIRRIKONOXXU l-kontribuzzjoni kruċjali ta' l-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ għall-iżvilupp tar-riżorsi umani li kapaċi jipparteċipaw fl-ekonomija dinjija bbażata fuq it-tagħrif;

JIRRIKONOXXU li l-koperazzjoni fl-edukazzjoni superjuri, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ għandha tikkomplementa inizjattivi relevanti ta' koperazzjoni oħra bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada;

JIRRIKONOXXU l-importanza li tkun assigurata l-komplementarjetà ma' inizjattivi relevanti mwettqa fil-qasam ta' l-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ vokazzjonali minn organizzazzjonijiet internazzjonali attivi f'dawn l-oqsma bħalma huma l-OECD, l-UNESCO u l-Kunsill ta' l-Ewropa;

JIRRIKONOXXU li l-Partijiet għandhom interess komuni fil-koperazzjoni fl-edukazzjoni superjuri, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ bħala parti mill-koperazzjoni aktar wiesgħa li teżisti bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada;

JISTENNEW li jiksbu benefiċċju reċiproku mill-koperazzjoni fl-edukazzjoni superjuri, fit-taħriġ u fil-qasam taż-żgħażagħ;

JIRRIKONOXXU l-bżonn li jwessgħu l-aċċess għall-attivitajiet appoġġati permezz ta' dan il-Ftehim, b'mod partikulari dawk l-attivitajiet fis-setturi tat-taħriġ u taż-żgħażagħ;

JIXTIEQU li jġeddu l-bażi għal koperazzjoni kontinwa fl-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada fl-oqsma ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' dan il-Ftehim:

1.

“istituzzjoni ta' edukazzjoni superjuri” tfisser kwalunkwe stabbiliment, skond il-liġijiet jew prattika applikabbli ta' kull Parti, li joffri kwalifiki jew diplomi fil-livell ta' edukazzjoni superjuri, irrispettivament mill-isem ta' l-istabbiliment;

2.

“istituzzjoni ta' taħriġ” tfisser kull tip ta' entità pubblika, semi-pubblika jew privata, li, irrispettivament mill-isem mogħti lilha, skond il-liġijiet u l-prattika applikabbli ta' kull Parti, tippjana u timplimenta edukazzjoni vokazzjonali jew taħriġ, aktar taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali ta' aġġornament jew taħriġ mill-ġdid li jikkontribwixxi għal kwalifiki rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti;

3.

“studenti” tfisser dawk il-persuni kollha li jipparteċipaw fit-tagħlim jew f'korsijiet ta' taħriġ jew programmi li huma mmexxija minn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri jew ta' taħriġ kif definit f'dan l-Artikolu, u li huma rikonoxxuti jew appoġġati finanzjarjament mill-awtoritajiet kompetenti;

4.

“żgħażagħ” tfisser oqsma ta' attivitajiet marbuta mat-tagħlim mhux-formali u informali li jinvolvu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u assoċjazzjonijiet oħra taż-żgħażagħ, persuni inkarigati jmexxu ż-żgħażagħ u persuni oħra li jaħdmu għal jew maż-żgħażagħ.

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettivi ġenerali ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu:

a)

Il-promozzjoni ta' ftehim reċiproku bejn il-popli ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kanada inkluża l-konoxxenza aktar wiesgħa tal-lingwi, tal-kulturi u ta' l-istituzzjonijiet tagħhom;

b)

It-titjib fil-kwalità tar-riżorsi umani kemm fil-Komunità Ewropea kif ukoll fil-Kanada, billi jkun iffaċilitat l-akkwist ta' abbiltajiet meħtieġa biex tkun iffaċċjata l-isfida ta' l-ekonomija bbażata fuq it-tagħrif.

2.   L-objettivi speċifiċi ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu:

a)

It-tisħiħ ta' dimensjoni ta' valur miżjud bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada għal koperazzjoni transatlantika fl-edukazzjoni superjuri, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

b)

Il-kontribuzzjoni għal skambji transatlantiċi bejn iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kanada;

ċ)

Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri u tat-taħriġ, kif ukoll ta' strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

d)

Il-promozzjoni u/jew it-tisħiħ ta' sħubiji fost partijiet interessati attivi fl-oqsma ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea u l-Kanada;

e)

Il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp professjonali ta' individwi filwaqt li jintlaħqu l-objettivi ġenerali tal-Ftehim;

f)

L-iżvilupp ta' opportunitajiet għad-djalogu u għall-iskambji fir-rigward tal-politika taż-żgħażagħ u l-ħidma favur iż-żgħażagħ.

3.   L-objettivi operattivi ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu:

a)

L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn edukazzjoni superjuri u istituzzjonijiet ta' taħriġ bil-ħsieb li jmexxu 'l quddiem u jiżviluppaw programmi konġunti ta' studju u/jew taħriġ u l-mobbiltà ta' l-istudenti;

b)

It-titjib fil-kwalità tal-mobbiltà transatlantika ta' l-istudenti billi jkunu promossi t-trasparenza, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u l-perjodi ta' studju u taħriġ u, fejn xieraq, it-trasferiment tal-krediti;

ċ)

L-appoġġ għall-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ bil-ħsieb li jiġu mħeġġa diskussjonijiet u skambju ta' esperjenza fuq kwistjonijiet politiċi;

d)

L-appoġġ għall-mobbiltà transatlantika tal-professjonisti (inkluż it-taħriġ intern tal-professjonisti) bil-ħsieb li jittejjeb l-intendiment reċiproku, u l-konoxxenza, ta' kwistjonijiet relevanti għar-relazzjonijiet Unjoni Ewropea/Kanada;

e)

L-appoġġ għall-kollaborazzjoni fost l-istrutturi u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ kif ukoll fost dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, mexxejja żgħar u żgħażagħ oħra bil-ħsieb li jiġu mħeġġa skambji ta' prattika tajba u jiġu żviluppati networks ġodda.

Artikolu 4

Prinċipji

Il-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha tkun iggwidata bil-prinċipji li ġejjin:

(1)

Ir-rispett sħiħ għar-responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u għas-setgħat leġislattivi tal-Provinċji u t-Territorji tal-Kanada fl-oqsma ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-awtonomija ta' l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri u tat-taħriġ;

(2)

Il-bilanċ globali tal-benefiċċji minn attivitajiet implimentati permezz ta' dan il-Ftehim;

(3)

Il-parteċipazzjoni wiesgħa bejn id-diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Provinċji u t-Territorji tal-Kanada;

(4)

Ir-rikonoxximent tad-diversità kulturali, soċjali, u ekonomika sħiħa tal-Komunità Ewropea u l-Kanada;

(5)

It-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada u komplementarjetà mal-programmi bilaterali bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Kanada, kif ukoll ma' programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità Ewropea u tal-Kanada fl-edukazzjoni superjuri, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

Artikolu 5

Koperazzjoni

Il-koperazzjoni għandha titkompla permezz ta' l-azzjonijiet deskritti fl-Anness, li hu parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

Kumitat Konġunt

1.   Kumitat Konġunt hu hawnhekk stabbilit. Dan għandu jinkludi numru ndaqs ta' rappreżentanti minn kull waħda mill-Partijiet.

2.   Il-funzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom ikunu:

a)

L-analiżi ta' l-koperazzjoni prevista taħt dan il-Ftehim;

b)

Ir-rapportar lill-Partijiet dwar il-livell, l-istat u l-effettività tal-koperazzjoni skond l-objettivi u l-prinċipji ta' dan il-Ftehim;

ċ)

Il-qsim ta' l-informazzjoni dwar żviluppi u strateġiji politiċi reċenti, tendenzi ġodda jew prattika innovattivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni superjuri, it-taħriġ u ż-żgħażagħ.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jaħdem biex jiltaqa' kull tieni sena, u l-laqgħat ta' din ix-xorta għandhom jinżammu darba fil-Komunità Ewropea u darba fil-Kanada. Jistgħu jinżammu laqgħat oħra skond kif determinat b'mod reċiproku.

4.   Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintleħqu b'kunsens. Il-minuti għandhom ikunu approvati minn dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex imexxu flimkien il-laqgħa, u għandhom, flimkien mar-rapport, ikunu disponibbli għall-Kumitat Konġunt ta' Koperazzjoni stabbilit taħt il-Ftehim Qafas ta' l-1976 dwar il-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada kif ukoll għall-Ministri xierqa ta' kull Parti.

Artikolu 7

Monitoraġġ u valutazzjoni

Il-koperazzjoni għandha tkun monitorjata u valutata kif xieraq fuq bażi koperattiva. Dan għandu jippermetti, kif meħtieġ, ir-riorjentazzjoni ta' l-attivitajiet koperattivi fid-dawl ta' kwalunkwe ħtieġa jew opportunità li ssir evidenti matul il-koperazzjoni ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

Artikolu 8

Finanzjament

1.   Il-koperazzjoni għandha tkun soġġetta għad-disponibilità ta' fondi u għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, l-istrateġiji politiċi u l-programmi tal-Komunità Ewropea u l-Kanada. Il-finanzjament għandu jkun fuq il-bażi ta' ekwivalenza ġenerali ta' fondi bejn il-Partijiet.

2.   Kull Parti għandha tipprovdi fondi għall-benefiċċju dirett ta':

għall-Komunità Ewropea, iċ-ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jew il-persuni rikonoxxuti minn xi Stat Membru bħala li għandhom stat uffiċjali bħala residenti permanenti;

għall-Kanada, iċ-ċittadini u r-residenti permanenti tagħha kif definit mil-liġi Kanadiża.

3.   L-ispejjeż li jsiru mill-Kumitat Konġunt jew f'ismu għandhom jitħallsu mill-Parti li għaliha l-membru li jkun nefaq il-flus ikun responsabbli. L-ispejjeż, minbarra dawk ta' l-ivvjaġġar u s-sussistenza, li huma direttament assoċjati ma' laqgħat tal-Kumitat Konġunt, għandhom jitħallsu mill-Parti ospitanti.

Artikolu 9

Dħul ta' persunal

Kull Parti għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli u twettaq l-aħjar sforzi tagħha biex tiffaċilita d-dħul u l-ħruġ fit-territorju tagħha ta' persunal, studenti, materjal u tagħmir tal-Parti l-oħra impenjati jew użati fil-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim skond il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom.

Artikolu 10

Ftehimiet oħra

1.   Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal koperazzjoni li tista' ssir skond ftehimiet oħra bejn il-Partijiet.

2.   Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet bilaterali eżistenti jew futuri bejn kull wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Kanada fl-oqsma koperti hawnhekk.

Artikolu 11

L-ambitu ta' applikazzjoni territorjali ta' dan il-Ftehim

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u bil-kundizzjonijiet preskritti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Kanada.

Artikolu 12

Klawżoli finali

1.   Kull Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra dwar il-kunsens tagħha li tintrabat b'dan il-Ftehim. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-aħħar Parti tkun innotifikat lill-oħra.

2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perjodu ta' tmien snin, li warajh ikun jista' jiġi estiż permezz ta' ftehim bil-miktub tal-Partijiet.

3.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' ftehim reċiproku bil-miktub min-naħa tal-Partijiet.

4.   L-emendi jew l-estensjonijiet għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jidħlu fis-seħħ f'data determinata mill-Partijiet.

5.   Dan il-Ftehim jista' jiġi terminat fi kwalunkwe ħin minn kull waħda mill-Partijiet billi jingħata avviż bil-miktub ta' tnax-il xahar. L-għeluq taż-żmien jew it-tmiem ta' dan il-Ftehim ma għandux jinċidi fuq il-validità jew fuq it-tul ta' żmien ta' kwalunkwe arranġament previst fih jew ta' l-obbligi stabbiliti skond l-Anness ta' dan il-Ftehim.

B'XHIEDA TA' DAN, il-firmatarji iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’Helsinki illum 5 ta’ Diċembru 2006, b'żewġ testi oriġinali bl-Ingliż, Franċiż, Ċek, Daniż, Olandiż, Eston, Finlandiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Slovakk, Sloven, Spanjol u Żvediż, bit-testijiet ugwalment awtentiċi.

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Por el Gobierno de Canadá

Za vládu Kanady

For Canadas regering

Für die Regierung Kanadas

Kanada valitsuse nimel

Για την Κυβέρνηση του Καναδά

For the Government of Canada

Pour le gouvernement du Canada

Per il governo del Canada

Kanādas valdības vārdā

Kanados Vyriausybės vardu

Kanada Kormánya részéről

Għall-Gvern tal-Kanada

Voor de Regering van Canada

W imieniu Rządu Kanady

Pelo Governo do Canadá

Za vládu Kanady

Za vlado Kanade

Kanadan hallituksen puolesta

För Kanadas regering

Image

ANNESS

AZZJONIJIET

1.   L-azzjoni dwar l-edukazzjoni superjuri u t-taĦriĠ

1.1.   Il-Partijiet għandhom jipprovdu appoġġ lill-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni superjuri u lill-istituzzjonijiet tat-taħriġ li jifformaw konsorzji konġunti KE/Kanada bl-għan li jkunu implimentati proġetti konġunti fil-qasam ta' l-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ.

1.2.   Kull konsorzju konġunt għandu jkun ifformat minn sħubija multilaterali li tinkludi istituzzjonijiet minn mill-inqas żewġ Stati Membri tal-Komunità Ewropea u mill-inqas żewġ provinċji jew territorji tal-Kanada.

1.3.   Attivitajiet b'konsorzji konġunti għandhom normalment jinvolvu mobbiltà transatlantika ta' studenti fil-qafas ta' programmi konġunti ta' studju, rikonoxximent reċiproku tal-krediti, tħejjija lingwistika u kulturali, b'mira ugwali fil-flussi li jiġu miż-żewġ naħat.

1.4.   Għandu jkun hemm ftehim reċiproku mill-awtoritajiet adegwati ta' kull waħda mill-Partijiet dwar is-suġġetti prijoritarji u eleġibbli għall-konsorzji konġunti ta' koperazzjoni KE/Kanada.

1.5.   Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-mobbiltà ta' l-istudenti lejn konsorzji konġunti ta' edukazzjoni superjuri u/jew istituzzjonijiet ta' taħriġ vokazzjonali li għandhom rekord ipprovat ta' eċċellenza fl-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti ffinanzjati mill-Partijiet.

2.   Azzjoni li tikkonċerna ż-żgħażagħ

Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lil attivitajiet li jinvolvu strutturi u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, lil min jaħdem maż-żgħażagħ, lil mexxejja żgħar u lil persuni li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ. Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu seminars, korsijiet ta' taħriġ, verifikazzjoni tax-xogħol u żjajjar ta' studju dwar suġġetti mmirati, eż. iċ-ċittadinanza, id-diversità kulturali, ix-xogħol fil-komunità/il-volontarjat u r-rikonoxximent tat-tagħlim mhux-formali u informali.

3.   Azzjonijiet komplementari

3.1.   Il-Partijiet jistgħu jappoġġaw numru limitat ta' attivitajiet komplementari skond l-objettivi ta' dan il-Ftehim. Dawn jinkludu l-iskambju ta' esperjenzi u ta' prattika tajba u l-ġbir ta' riżorsi u materjal elettroniku fl-oqsma ta' l-edukazzjoni superjuri, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ.

3.2.   Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju lil miżuri orjentati fuq il-politika li jinvolvu organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni superjuri, fit-taħriġ u maż-żgħażagħ; dawn il-miżuri jistgħu jinkludu studji, konferenzi, seminars, gruppi ta' ħidma, workshops għall-iżvilupp professjonali, eżerċizzji ta' tqabbil u jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet dwar l-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ vokazzjonali, inkluż ir-rikonoxximent ta' kwalifiki u t-trasferiment ta' krediti taħt is-Sistema Ewropea ta' Trasferiment tal-Krediti (ECTS).

3.3.   Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-mobbiltà tal-professjonisti (inkluż gradwati ġodda jew taħriġ intern tal-professjonisti) li jkunu jixtiequ jwettqu studji qosra, jew programmi ta' taħriġ biex jiżviluppaw il-kompetenza tagħhom, fl-oqsma b'rilevanza speċifika għar-relazzjoni KE/Kanada, li jkunu ġew identifikati mill-Partijiet.

3.4.   Il-Partijiet jistgħu jipprovdu appoġġ lil xi Assoċjazzjoni ta' ex-studenti universitarji li pparteċipaw fi skambji implimentati mill-konsorzji tal-KE/Kanada fl-edukazzjoni superjuri u t-taħriġ vokazzjonali. L-Assoċjazzjoni ta' ex-studenti universitarji tista' tkun immexxija minn organizzazzjoni waħda jew aktar li l-Partijiet għandhom jaħtru b'mod konġunt.

L-amministrazzjoni ta' l-azzjonijiet

1.   Kull Parti tista' tipprovdi appoġġ finanzjarju għal attivitajiet imsemmija taħt dan il-Fteihim.

2.   L-amministrazzjoni ta' dawn l-Azzjonijiet għandha tkun implimentata mill-uffiċjali kompetenti ta' kull Parti. Dawn il-kompiti jistgħu jinkludu:

it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-regoli u l-proċeduri għall-preżentazzjoni tal-proposti, inkluża l-preparazzjoni ta' linji ta' gwida komuni għall-applikanti;

it-twaqqif ta' kalendarju għall-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti kif ukoll ta' skeda għall-preżentazzjoni u s-selezzjoni ta' proposti;

il-forniment ta' informazzjoni dwar attivitajiet taħt dan il-ftehim u dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

il-ħatra ta' konsulenti u esperti akkademiċi, inkluż għall-valutazzjoni indipendenti tal- proposti;

ir-rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Parti dwar liema proġetti għandhom ikunu ffinanzjati;

l-amministrazzjoni finanzjarja;

strateġija kollaborattiva għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni.

3.   Fil-prinċipju, il-Komunità Ewropea se tipprovdi appoġġ (inkluż boroż ta' studju) biex jintuża mill-imsieħba tal-proġetti tal-KE; il-Kanada se tipprovdi appoġġ lill-imsieħba tal-proġetti Kanadiżi.

Miżuri ta' appoġġ tekniku

Il-Partijiet għandhom jagħmlu fondi disponibbli għax-xiri ta' servizzi biex tkun żgurata l-aħjar implimentazzjoni tal-Ftehim; b'mod partikulari il-Partijiet jistgħu jorganizzaw seminars, konferenzi akkademiċi jew laqgħat oħra ta' esperti, iwettqu valutazzjonijiet, jipproduċu pubblikazzjonjiet jew ixerrdu informazzjoni relatata.


30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-19 ta’ Diċembru 2006

li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

(2006/965/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Il-Komunità tikkofinanzja l-attivitajiet ta' l-Istati Membri dwar il-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi abbażi ta' programmi annwali approvati skond ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (3).

(2)

Reviżjoni tal-proċeduri għall-kofinanzjament Komunitarju tal-programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi, b'kont meħud b'mod partikolari ta' l-esperjenza miksuba mill-ħidma mwettqa mit-Task Force għall-monitoraġġ tal-qerda tal-mard fl-Istati Membri stabbilit skond l-azzjoni 29 tal-White Paper dwar is-Sigurtà ta' l-Ikel, uriet li approċċ pluriennali għal dawn il-programmi u lista ġdida ta' mard u ta' żoonosi iwasslu għal riżultati aħjar. Approċċ pluriennali għall-programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi jiżgura kisba aktar effiċjenti u effikaċi ta' l-objettivi ta' dawk il-programmi u jkun jipprovdi għal ġestjoni aħjar u aktar trasparenti u ta' verifika finanzjarja aħjar, u b'hekk tiżdied l-effikaċja ta' l-użu tal-fondi Komunitarji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet li jirregolaw dawk il-programmi sabiex jinkludu l-possibbiltà ta' finanzjament tal-programmi pluriennali.

(3)

Dik ir-reviżjoni wriet ukoll li lista b'numru limitat ta' mard ta' l-annimali u ta' żoonosi eliġibbli għall-kofinanzjament iżżid l-effiċjenza u l-effikaċja tal-programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ. Huwa kunsiljabbli li l-lista ta' mard u ta' żoonosi li tirrifletti l-prijoritajiet Komunitarji u li l-qerda tagħhom tibbenefika mill-kontribut finanzjarju Komunitarju tiġi stabbilita b'kont meħud ta' l-impatt potenzjali ta' tali mard u żoonosi fuq is-saħħa pubblika u fuq il-kummerċ internazzjonali u intra-Komunitarju ta' l-annimali jew tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali. Huwa kunsiljabbli li d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll taż-żoonosi għalhekk jiġu mħassra. Huwa meħtieġ li jkun hemm l-possibbiltà li tiġi emendata l-lista bil-proċedura ta' komitoloġija sabiex tieħu kont ta' mard ta' l-annimali li jkun qed jitfaċċa jew ta' evidenza epidemjoloġika u xjentifika ġdida.

(4)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura għall-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, huwa kunsiljabbli li jsir provvediment għal deċiżjoni waħda li tapprova l-programmi li jikkwalifikaw għal kontribut finanzjarju Komunitarju sabiex tissostitwixxi ż-żewġ deċiżjonijiet meħtieġa bħalissa, waħda li telenka l-programmi li jikkwalifikaw għal kontribut finanzjarju u t-tieni dwar l-approvazzjoni tal-programmi.

(5)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programmi, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet li jkunu twettqu, dwar ir-riżultati miksuba u n-nefqa li tkun saret.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u l-monitoraġġ ta' ċertu mard ta' l-annimali (4) tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u ta' informazzjoni għall-programmi ta' qerda, kontroll u monitoraġġ li għalihom huwa mitlub finanzjament Komunitarju. Huwa meħtieġ li dawk ir-rekwiżiti u l-informazzjoni tekniċi jiġu aġġornati u aġġustati b'mod regolari u fil-ħin sabiex jaqblu mal-progress tekniku u xjentifiku u r-reazzjonijiet mill-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-programmi. Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' tadotta, u taġġorna kif meħtieġ, dawk il-kriterji tekniċi. Huwa kunsiljabbli li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/638/KEE tiġi mħassra kif meħtieġ.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces (5) tistabbilixxi l-integrazzjoni tas-sistemi kompjuterizzati li kienu jeżistu qabel (Animo u Shift) fis-sistema l-ġdida. Huwa għalhekk xieraq li jittieħed kont ta' l-iżviluppi tekniċi miksuba fil-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji u li jsir provvediment għar-riżorsi meħtieġa għall-hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati b'kont meħud ta' l-eżistenza ta' databases nazzjonali, fejn xieraq.

(8)

L-attivitajiet ta' ġbir ta' informazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu żvilupp u implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni fl-oqsma tas-saħħa ta' l-annimali u tas-sigurtà ta' l-ikel. Barra minn hekk, hemm ħtieġa urġenti ta' disseminazzjoni b'mod wiesa' kemm jista' jkun fil-Komunità kollha ta' informazzjoni rigward il-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta' l-annimali u s-sigurtà ta' l-ikel. Huwa għalhekk mixtieq li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni 90/424/KEE sabiex jinkludi l-finanzjament tal-politika ta' informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-annimali għas-saħħa ta' l-annimali u s-sigurtà ta' l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

(9)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE tistabbilixxi li għandu jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-miżuri ta' qerda mwettqa mill-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja. Huwa kunsiljabbli li din il-kontribuzzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż li jkunu saru mill-Istati Membri bħala kumpens lis-sidien għat-telfiet tagħhom minħabba l-qerda tal-bajd.

(10)

Addizzjonalment, id-Deċiżjoni 90/424/KEE tipprovdi li għandha tingħata assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni u taħriġ veterinarju Komunitarju. B'kont meħud ta' l-esperjenza tal-passat, huwa mixtieq li tiġi estiża l-possibbiltà għal din l-assistenza għall-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) u l-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

(11)

Għall-finijiet ta' ċarezza, huwa wkoll xieraq li tiġi modifikata d-Deċiżjoni 90/424 sabiex kwalunkwe Stat Membru jkun jista' jinforma lill-Kummissjoni li huwa jinsab taħt theddida diretta minn tifqigħa tal-mard ta' l-annimali f'pajjiż terz jew fi Stat Membru ieħor u li jkun hemm estensjoni tal-mard ta' l-annimali msemmi fl-Artikolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni għal dak previst fl-Anness.

(12)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hija emendata kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 1, it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta' mard ta' l-annimali u taż-żoonosi”.

2)

Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 3, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

50 % ta' l-ispejjeż li jkunu saru mill-Istati Membri għall-kumpens tas-sidien tal-bhejjem għall-qtil ta' tjur u ta' għasafar oħrajn miżmuma fil-magħluq u l-valur tal-bajd li jkun inqered.”.

3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fejn Stat Membru ikun suġġett għal theddida diretta li sseħħ jew tiżviluppa, fit-territorju ta' pajjiż terz jew ta' Stat Membru, waħda mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), 3a(1), 4(1) u (2), 11(1) jew fl-Anness, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li huwa jkollu l-ħsieb li jadotta għall-protezzjoni tiegħu.”.

4)

It-Titolu I tal-Kapitolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Politika ta' informazzjoni għas-saħħa ta' l-annimali, għat-trattament xieraq ta' l-annimali u għas-sigurtà ta' l-ikel”.

5)

L-Artikolu 16 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 16

Il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta' politika ta' informazzjoni fil-qasam tas-saħħa ta' l-annimali, tat-trattament xieraq ta' l-annimali u tas-sigurtà ta' l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi:

(a)

l-installazzjoni u l-iżvilupp ta' għodod ta' l-informazzjoni, inkluża database xierqa għal:

(i)

il-ġbir u l-ħażna ta' kull informazzjoni relatata mal-leġislazzjoni Komunitarja li tikkonċerna s-saħħa ta' l-annimali, it-trattament xieraq ta' l-annimali u s-sigurtà ta' l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

(ii)

id-disseminazzjoni ta' l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) lill-awtoritajiet kompetenti, lill-produtturi u lill-konsumaturi, b'kont meħud ta' konnessjonijiet ma' databases nazzjonali fejn xieraq;

(b)

it-twettiq ta' l-istudji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-qasam tat-trattament xieraq ta' l-annimali.”.

6)

L-Artikolu 19 jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Komunità tista' tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jieħdu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta' leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta' edukazzjoni veterinarja jew taħriġ veterinarju.”.

7)

It-Titolu II jinbidel b'dan li ġej:

“Programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi”.

8)

L-Artikolu 24 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 24

1.   Għandha tiġi introdotta miżura finanzjarja Komunitarja sabiex tiġi rimborżata n-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard ta' l-annimali u taż-żoonosi elenkati fl-Anness (‘programmi’).

Il-lista fl-Anness tista' tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41, b'mod partikolari fir-rigward ta' mard ta' l-annimali li jkun qed jitfaċċa li huwa ta' riskju għas-saħħa ta' l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika, jew fid-dawl ta' evidenza epidemjoloġika jew xjentifika ġdida.

2.   Kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew pluriennali li jibdew fis-sena ta' wara li għalihom huma jixtiequ li jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità.

Il-programmi li jiġu ppreżentati wara t-30 ta' April m'għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament is-sena ta' wara.

Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandu jkun fihom mill-anqas dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm;

(b)

deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha ser jiġi applikat il-programm;

(ċ)

it-tul ta' żmien probabbli tal-programm, il-miżuri li għandhom jiġu applikati u l-objettiv li għandu jinkiseb sad-data tat-tmiem tal-programm;

(d)

analiżi ta' l-ispejjeż stmati u l-benefiċċji antiċipati tal-programm.

Il-kriterji dettaljati, inklużi dawk li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

F'kull programm pluriennali ppreżentat mill-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa skond il-kriterji msemmija f'dan il-paragrafu għandha tkun pprovduta għal kull sena li jdum il-programm.

3.   Il-Kummissjoni tista' tistieden lil Stat Membru sabiex jippreżenta programm pluriennali jew sabiex jestendi kif meħtieġ it-tul ta' żmien ta' programm annwali li jkun ġie ppreżentat fejn il-programmazzjoni pluriennali titqies meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ aktar effiċjenti u effikaċji ta' marda partikolari, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji potenzjali għas-saħħa ta' l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

Il-Kummissjoni tista' tikkoordina l-programmi reġjonali li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri kkonċernati.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali relevanti li din ta' l-aħħar tkun teħtieġ għall-valutazzjoni tagħha tal-programm.

Il-perjodu għall-ġbir ta' l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-programmi għandu jintemm fil-15 ta' Settembru ta' kull sena.

5.   Kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru, għandu jiġi approvat dan li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42:

(a)

il-programmi, fejn xieraq emendati sabiex jieħdu kont tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4;

(b)

il-livell tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

(ċ)

il-limitu massimu tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

(d)

kwalunkwe kondizzjoni li għaliha jista' jkun suġġett il-kontribut finanzjarju mill-Komunità.

Il-programmi għandhom jiġu approvati għal mhux aktar minn sitt snin.

6.   L-emendi tal-programmi għandhom jiġu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42.

7.   Għal kull programm approvat l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:

(a)

rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, rapport annwali tekniku dettaljat li jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tan-nefqa li tkun saret għas-sena ta' qabel.

8.   L-applikazzjonijiet għal pagamenti relatati man-nefqa li tkun saret minn Stat Membru fir-rigward ta' programm partikolari għas-sena preċedenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta' April.

Fil-każ ta' applikazzjonijiet għal pagamenti li jsiru tard, il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitnaqqas b'25 % fl-1 ta' Ġunju, 50 % fl-1 ta' Awissu, 75 % fl-1 ta' Settembru u 100 % fl-1 ta' Ottubru ta' dik is-sena.

Sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pagament Komunitarju b'kont meħud tar-rapporti tekniċi u finanzjarji ppreżentati mill-Istat Membru skond il-paragrafu 7.

9.   L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f'koperazzjoni ma' l-awtorità kompetenti, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta' l-annimali u t-trattament tajjeb ta' l-annimali (*).

Fit-twettiq ta' tali kontrolli, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti minn grupp ta' esperti stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41.

10.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 41.

11.   L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (**) għall-qerda tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness.

Il-fondi għandhom jiġu allokati skond il-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:

(a)

ir-rata ta' l-għajnuna għandha tkun skond ir-rata stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

(b)

il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika.

L-attivitajiet ta' qerda għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (***), jew taħt programm ta' qerda mfassal, approvat u mwettaq skond l-Artikolu 44 (2) ta' dik id-Direttiva.

(*)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1; verżjoni korretta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1."

(**)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1)."

(***)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.”"

9)

L-Artikolu 26 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 26

L-impenji baġitarji Komunitarji għall-kofinanzjament tal-programmi għandhom jitwettqu kull sena. L-impenji tan-nefqa għall-programmi pluriennali għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (****). Għall-programmi pluriennali, l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 24(5).

(****)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1”."

10)

L-Artikoli 29, 29a, 32 u 33 huma mħassra.

11)

Fl-Artikolu 37a(1) jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Jista' jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma':

(a)

kummerċ intra-Komunitarju, u importazzjonijiet, ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali

(b)

hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma' databases nazzjonali, fejn xieraq.”.

12)

L-Artikolu 43a jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 43a

Kull erba' snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali u dwar l-effikaċja, fid-dawl ta' l-ispejjeż magħmula, ta' l-implimentazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, inklużi dettalji dwar il-kriterji adottati.”.

13)

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 90/638/KEE hija b'dan imħassra mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-kriterji msemmija fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u r-regoli dettaljati msemmija fl-Artikolu 24(10) ta' dik id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Għall-programmi approvati qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, għandhom ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijet relevanti tad-Deċiżjoni 90/424/KEE qabel ma din ġiet emendata b'din id-Deċiżjoni. Minkejja l-Artikolu 24(1), il-programmi għal-Lewkosi Bovina Enżootika u għall-marda ta' Aujeszky jistgħu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar 19 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tat-12.12.2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-26.10.2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/782/KE (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 57).

(4)  ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27. Deċiżjoni kif emendata bid-Direttiva 92/65/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).

(5)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/123/KE (ĠU L 39, 11.2.2005, p. 53).


ANNESS

Mard ta' l-annimali u żoonosi

Tuberkulosi bovina

Bruċellosi bovina

Bruċellosi ovina u kaprina (B. melitensis)

Bluetongue f'żoni endemiċi jew b'riskju għoli

Deni tal-ħnieżer Afrikan

Marda ta' l-infafet fil-ħnieżer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Nekrożi ematopojetika infettiva

Anemija infettiva tas-salamun

Antraċe

Plewropnewmonite bovina kontaġjuża

Influwenza avjarja

Rabja

Ekinokokkosi

Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

Kampilobatterjosi

Listerjosi

Salmonellosi (salmonella żoonotika)

Trikinellosi

E. coli verotossiġenika

Viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

Settiċemija emorraġika virali (VHS)

Infezzjoni bil-virus erpete tal-Koi (KHV)

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Marda tal-white spot fil-krustaċji.


Il-Kummissjoni

30.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2006

li tikkonċerna n-non inklużjoni ta’ l-alachlor fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6567)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/966/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE ippreveda li il-Kummissjoni tista' twettaq programm ta' xogħol għall-eżami ta' sustanzi attivi użati fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li kienu diġà jinsabu fis-suq fil-25 ta' Lulju 1993. Regoli dettaljati biex isir dan il-programm ġew stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta'April 1994 li jipprovdi s-sustanzi attivi ta' prodotti ta' protezzjoni ta' pjanti u jawtorizza r-rapporteur ta' l-Istati Membri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 (3), indika s-sustanzi attivi li jiġu vvalutat fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, indika Stat Membru biex jaġixxi ta' rapporteur fir-rigward tal-valutazzjoni ta' kull sustanza u identifika l-produtturi ta' kull sustanza attiva li ressqu notifika fiż-żmien stipulat.

(3)

L-alachlor hi waħda mid-89 sustanza attiva msemmija fir-Regolament (KE) Nru 933/94.

(4)

Skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92, Spanja, bħala l-Istat Membru rapporteur, ressqet fl-20 ta' Lulju 1999 lill-Kummissjoni r-rapport ta’ valutazzjoni ta' l-informazzjoni mogħtija minn-notifikaturi skond l-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament.

(5)

Meta rċeviet ir-rapport ta' l-Istat Membru rapporteur, il-Kummissjoni bdiet konsultazzjonijiet ma' l-esperti ta' l-Istati Membri kif ukoll man-notifikant ewlenin, kif inhu previst fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. Irriżulta li kien hemm ħtieġa ta' iktar data. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/810/KE (4) stipolat skadenza għas-sottomissjoni tad-data mingħand in-notifikant, li skadiet fil-25 ta’ Mejju 2002. L-istess deċiżjoni stipolat skadenza oħra sal-31 ta’ Diċembru 2002 għal studji speċifikati ta’ terminu twil.

(6)

Fid-19 ta' Diċembru 2003 il-Kummissjoni żammet laqgħa tripartitika mas-sottomittenti ewlenin tad-data u l-Istat Membru rapporteur għal din is-sustanzza attiva.

(7)

Ir-rapport ta' evalwazzjoni ppreparat minn Spanja ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Din ir-reviżjoni kienet finalizzata fl-4 ta' April 2006 fil-format ta' Rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni dwar l-alachlor.

(8)

Ir-reviżjoni dwar l-alachlor kixfetgħadd ta’ mistoqsijiet miftuħin li ġew indirizzati mill-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom. Il-Bord Xjentifiku ntalab jikkumenta dwar żewġ mistoqsijiet. L-ewwel mistoqsija kienet jekk l-okkorrenza tat-tumuri turbinati nażali osservati fl-istudji ta’ karċinoġeniċità fil-firien kienitx rilevanti għall-bniedem, u jekk dan huwa il-każ, jekk il-mekkaniżmu ġenotossiku huwa involut. It-tieni mistoqsija kienet jekk l-informazzjoni ippreżentata għall-prodotti metaboliċi 65, 85, 54, 25, 76 u 51, li huma ogħla mil-livell ta’ 0,1 µg/l, kienet suffiċetni sabiex turi li mhumiex rilevanti. Fl-Opinjoni tagħhom (5) dwar l-ewwel mistoqsija, il-Bord Xjentifiku kkonkluda li s-saħħa ta’ l-evidenza tissuġġerixxi li l-mod ta’ l-azzjoni mhux ġenotossiku involut fl-okkorrenza tat-tumuri turbinati nażali osservati fl-istudji ta’ karċinoġeniċità tal-firein. Filwaqt li l-mod ta’ azzjoni jista’ jkun ta’ rilevanza għall-bniedem, mhux probabbli li jwassal għall-konċentrazzjonijiet tal-prodott metaboliku attiv li jikkawża l-katina ta’ ġrajjiet li jirriżultaw fil-kanċer. Dwar it-tieni mistoqsija, il-Bord Xjentifiku kkonkluda li l-prodotti metaboliċi 65, 54 u 25 ġew ittestjati b’ mod xieraq għat-tossiċità, iżda d-database tat-tossiċità jinsab li mhuwiex xieraq fil-każ tal-metaboliti tal-ħamrija 85, 76 u 51. Id-database tal-ġenitossiċità huwa wkoll mhux xieraq għall-metaboliti tal-ħamrija fil-ħamrija 85, 76 u 51. Għall-metabolit 25 il-Bord Xjentifiku ma setax jikkonkludi li dan metabolit kien mingħajr periklu mill-aspett ġenotossiku. Ġie konkluż li filwaqt li l-informazzjoni ppreżentata għall-metaboliti 65 u 54 hija suffiċenti biex turi li mhumiex rilevanti, konklużjoni simili ma tistax tintlaħaq għall-prodotti metaboliċi 85, 76, 51 u 25.

(9)

Matul il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza attiva, ġie identifikat tħassib ieħor. Instab li l-konċentrazzjoni mbistennija fl-ilma tal-pjan ta’ uħud mill-metaboliti li jissemmew fuq huma oogħla mil-limitu aċċettabbli ta’ 0,1 µg/l. Barra minn hekk, ma setax jiġi eskluż li l-alachlor għandu potenzjal karċinoġeniku. F’dan il-kuntest, l-alachlor ġie kklassifikat bħala aġent karċinoġeniku tal-kategorija 3 mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (6) tad-29 ta’ April 2004 li tadatta għall-progress teknoloġiku għad-disa’ u għoxrin darba lid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (7) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar tas-sustanzi perikolużi. F’dan il-każ, ġie kkunsidrat xieraq li jiżdiedu l-fatturi ta’ sikurezza użati biex jiġu stipulati l-livelli ta’ esponiment aċċċettabbli għall-operaturi (AOEL). L-esponiment li jirriżulta mill-immaniġġjar tas-sustanza u l-applikazzjoni tagħha bir-rati, jiġifieri d-dożi maħsuba f’kull ettaru, proposti minn notifikant, jirriżultaw ogħla minn dan il-livell u, fi kliem ieħor, iwasslu għal riskju li mhux aċċettabbli għall-operaturi.

(10)

Bħala konsegwenza ta’ dan minħabba li dawn id-dubji jibqgħu mingħajr soluzzjoni, valutazzjonijiet magħmula fuq il-bażi ta' l-informazzjoni sottomessa ma wrewx li jista' jkun mistenni li, fil-kondizzjonijiet ta' l-użu proposti, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-alachlor jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(11)

Għaldaqstant l-alachlor m'għandhiex tiġi inkluża fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE.

(12)

Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li l-awtorizzazzjonijiet li hemm fis-seħħ għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom l-alachlor jiġu rtirati f'perjodu preskritt, biex dawn ma jiġġeddux, kif ukoll biex ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal dawn il-prodotti.

(13)

Kull perjodu ta' grazzja għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom l-alachloru li huma awtorizzati mill-Istati Membri, għandu jkun limitat għal perjodu li ma jkunx itwal minn 12-il xahar biex il-ħażniet eżistenti jkunu jistgħu jintużaw f'mhux aktar minn staġun ta' tkabbir ieħor biss.

(14)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax kull azzjoni li l-Kummissjoni tista' tieħu fi stadju aktar tard għal din is-sustanza attiva fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta' Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (8), kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 850/2004 (9).

(15)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-alachlor skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(16)

Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-alachlor ma għandux ikun inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

(a)

Awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-alachlor jiġu irtirati sat-18 ta’ Ġunju 2007;

(b)

mid-19 ta’ Diċembru 2006 ebda awtorizzazzjoni għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fiha l-alachlor ma tingħata jew tiġġedded skond id-deroga prevista fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 3

Kull perjodu ta' żmien fuq ir-riħ mogħti mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u jiskadi mhux iktar tard mit-18 ta’ Ġunju 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, Direttiva kif emendata l-aħħar bid- Direttiva 2006/75/EC (ĠU L 248, 12.9.2006 p. 3).

(2)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10, Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, 13.10.2000, p. 27).

(3)  ĠU L 107, 28.4.1994, p. 8, Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, 22.9.1995, p. 1).

(4)  ĠU L 305, 22.11.2001, p. 32.

(5)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar is-Saħħa tal-Pjanti, il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom dwar talba mill-Kummissjoni marbuta ma’ l-evalwazzjoni ta’ l-alachlor fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Mistoqsija Nru EFSA-Q-2004-48) adottata fit-28 ta’ Ottubru 2004).

(6)  ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1.

(7)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(8)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.

(9)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.