ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 372. |
|
(6) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIŻJONI Nru 1855/2006/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Dicembru 2006
li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 151(5) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Huwa essenzjali li jkunu promossi l-koperazzjoni u l-iskambji kulturali sabiex tiġi rispettata u promossa d-diversità tal-kulturi u tal-lingwi fl-Ewropa u tittejjeb il-konoxxenza fost iċ-ċittadini Ewropej ta' kulturi Ewropej diversi minn tagħhom stess, waqt li fl-istess ħin titqajjem il-kuxjenza tagħhom tal-wirt kulturali komuni Ewropew li jikkondividu. Il-promozzjoni tal-koperazzjoni u tad-diversità kulturali u lingwistika għaldaqstant tgħin sabiex iċ-ċittadinanza Ewropea ssir realtà tanġibbli billi tħeġġeġ parteċipazzjoni diretta taċ-ċittadini Ewropej fil-proċess ta’ integrazzjoni. |
(2) |
Politika kulturali attiva mmirata lejn il-preżervazzjoni tad-diversità kulturali Ewropea u l-promozzjoni ta' l-elementi kulturali komuni tagħha tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-viżibbiltà esterna ta' l-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Sabiex iċ-ċittadini jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom għall-integrazzjoni Ewropea u jipparteċipaw bis-sħiħ fiha, għandu jsir enfażi akbar fuq il-valuri u l-għeruq kulturali komuni tagħhom bħala element prinċipali ta’ l-identità tagħhom u tas-sħubija tagħhom f’soċjetà bbażata fuq il-libertà, l-ugwaljanza, id-demokrazija, ir-rispett għad-dinjità u l-integrità tal-bniedem, it-tolleranza u s-solidarjetà, b'rispett sħiħ għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Huwa essenzjali li s-settur kulturali jikkontribwixxi għal, u jkollu rwol fi, żviluppi politiċi Ewropej usa'. Is-settur kulturali huwa importanti minħabba li jimpjega n-nies u, barra minn hekk, hemm rabta ċara bejn l-investiment fil-kultura u l-iżvilupp ekonomiku, għaldaqstant l-importanza tat-tisħiħ tal-linji politiċi kulturali fil-livelli reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Għaldaqstant, għandu jissaħħaħ ir-rwol ta' l-industriji kulturali fl-iżviluppi li qed iseħħu taħt l-Istrateġija ta' Lisbona, billi dawn l-industriji qed jagħtu kontribut li dejjem jikber lill-ekonomija Ewropea. |
(5) |
Huwa wkoll meħtieġ li tiġi promossa ċ-ċittadinanza attiva u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-esklużjoni fil-forom kollha tagħha, inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija. It-titjib ta' l-aċċess għal kultura għal kemm jista' jkun nies, jista' jkun mezz sabiex tiġi miġġielda l-eskluzjoni soċjali. |
(6) |
L-Artikolu 3 tat-Trattat jistipula li, fl-attivitajiet kollha msemmija f’dak l-Artikolu, il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. |
(7) |
Il-programmi kulturali Kaléidoscope, Ariane, Raphaël u Kultura 2000, stabbiliti rispettivament bid-Deċiżjonijiet Nri 719/96/KE (3), 2085/97/KE (4), 2228/97/KE (5) u 508/2000/KE (6), immarkaw stadji pożittivi fl-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni Komunitarja dwar il-kultura. B’hekk inkisbet esperjenza konsiderevoli, b’mod partikolari permezz ta’ l-evalwazzjoni ta’ dawn il-programmi kulturali. Issa jaqbel li tkun razzjonalizzata u msaħħa l-azzjoni kulturali tal-Komunità abbażi tar-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati u x-xogħlijiet reċenti ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej. Huwa għaldaqstant xieraq li jiġi stabbilit programm għal dan il-għan. |
(8) |
L-istituzzjonijiet Ewropew infushom esprimew irwieħhom f’bosta okkażjonijiet dwar suġġetti relatati ma’ l-azzjoni kulturali tal-Komunità u l-isfidi tal-koperazzjoni kulturali, b’mod partikolari fir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar pjan ġdid ta’ ħidma għall-koperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-kultura (7) u tad-19 ta’ Diċembru 2002 li timplimenta l-pjan ta’ ħidma għall-koperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-kultura (8), ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Settembru 2001 dwar il-koperazzjoni kulturali fl-Unjoni Ewropea (9), tat-28 ta’ Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Kultura 2000 (10), tat-22 ta’ Ottubru 2002 dwar l-importanza u d-dinamiżmu tat-teatru u ta’ l-arti ta’ l-ispettaklu f'Ewropa mkabbra (11), u ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar l-Industriji Kulturali (12), u l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta’ Ottubru 2003 dwar l-estensjoni tal-Programm Kultura 2000. |
(9) |
Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu hawn fuq imsemmija, il-Kunsill saħaq fuq il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ aktar koerenti fuq livell Komunitarju fir-rigward tal-kultura, u dwar il-fatt li l-valur miżjud Ewropew huwa kunċett essenzjali u determinanti fil-kuntest tal-koperazzjoni kulturali Ewropea, u kundizzjoni ġenerali għall-miżuri Komunitarji fil-qasam tal-kultura. |
(10) |
Sabiex l-ispazju kulturali komuni jsir realtà għall-popli ta’ l-Ewropa, huma importanti l-promozzjoni tal-mobbiltà transnazzjonali ta’ l-atturi kulturali u taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u tal-prodotti artistiċi u kulturali u l-inkoraġġiment tad-djalogu u ta' l-iskambji kulturali. |
(11) |
Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tas-16 ta’ Novembru 2004 dwar il-pjan ta' ħidma dwar il-kultura (2005-2006), il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar Industriji Kulturali, u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fl-opinjoni tiegħu dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa tat-28 ta' Jannar 2004, esprimew il-fehmiet tagħhom dwar il-ħtieġa li jittieħed kont ikbar tal-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali speċifiċi ta’ l-industriji kulturali mhux awdjoviżivi. Barra minn hekk, għandu jittieħed kont ta' l-azzjonijiet ta' tħejjija għal koperazzjoni fi kwistjonijiet kulturali promossi bejn l-2002-2004 fil-programm il-ġdid. |
(12) |
F’dan il-kuntest, hemm bżonn li wieħed jippromwovi koperazzjoni akbar bejn l-atturi kulturali billi jiġu mħeġġa jiffurmaw proġetti ta’ koperazzjoni pluriennali, b' mod li jippermettulhom jiżviluppaw attivitajiet komuni, jagħtu appoġġ għal miżuri aktar immirati b’valur miżjud Ewropew reali, appoġġ għal avvenimenti kulturali simboliċi, appoġġ għal organizzazzjonijiet Ewropej ta’ koperazzjoni kulturali u jħeġġu analiżi dwar temi magħżula ta’ interess Ewropew, kif ukoll il-ġbir u d-disseminazzjoni ta’ informazzjoni u attivitajiet immirati lejn l-akbar użu ta ' l-impatt ta ' proġetti fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali Ewropea u l-iżvilupp tal-politika kulturali Ewropea. |
(13) |
Skond id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta'Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-Belt Kapitali Kulturali Ewropea għas-snin 2007 sa l-2019 (13), għandu jingħata finanzjament sinifikattiv għal dan l-avveniment li għandu profil aċċentwat fost l-Ewropej u li jikkontribwixxi sabiex jissaħħaħ is-sentiment ta' appartenenza għal spazju kulturali komuni. Fil-kuntest ta’ dan l-avveniment, l-aċċent għandu jkun fuq il-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea. |
(14) |
Għandu jingħata appoġġ għall-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu favur il-koperazzjoni kulturali Ewropea u li b’hekk ikollhom ir-rwol ta’ “ambaxxaturi” tal-kultura Ewropea, ibbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni ta’ korpi li huma attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (14). |
(15) |
Hemm bżonn li l-Programm jikkontribwixxi, konformement ma il-prinċipju tal-libertà ta’ l-espressjoni, ma’ l-isforzi ta’ l-Unjoni Ewropea għall-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibbli u għall-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni. |
(16) |
Il-pajjiżi kandidati ta’ l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma membri tal-Ftehim ŻEE għandhom ikunu rikonoxxuti bħala parteċipanti potenzjali fil-programmi Komunitarji skond il-ftehim konklużi ma’ dawk il-pajjiżi. |
(17) |
Il-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003 adotta “L-Aġenda ta’ Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: progress lejn l-integrazzjoni Ewropea”, li tistabbilixxi li l-programmi Komunitarji għandhom ikunu miftuħa għall-pajjiżi fil-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni abbażi ta’ ftehim kwadru li għandhom jiġu ffirmati bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. Dawk il-pajjiżi, jekk jixtiequ u skond kunsiderazzjonijiet baġitarji jew prijoritajiet politiċi, għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-Programm jew jibbenefikaw minn formola aktar limitata għall-koperazzjoni, abbażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari u proċeduri speċifiċi li jridu jiġu miftehma bejn il-partijiet konċernati. |
(18) |
Il-Programm għandu jkun ukoll miftuħ għall-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħra li ffirmaw mal-Komunità ftehim li għandhom kontenut kulturali, skond proċeduri li għadhom iridu jiġu definiti. |
(19) |
Sabiex jiżdied il-valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja, jeħtieġ li jkunu żgurati l-koerenza u l-kumplimentarjetà bejn l-azzjonijiet mwettqa fi ħdan il-qafas ta’ din id-Deċiżjoni u linji politiċi, azzjonijiet u strumenti Komunitarji oħra relevanti, konformement ma’ l-Artikolu 151(4) tat-Trattat. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-inter-konnessjoni tal-miżuri Komunitarji fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni u l-azzjonijiet li jippromovu skambji ta' l-aħjar prattika u koperazzjoni aktar mill-qrib fil-livell Ewropew. |
(20) |
Dwar l-implimentazzjoni ta' l-appoġġ Komunitarju, għandha titqies in-natura speċifika tas-settur kulturali fl-Ewropa, u għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati kemm jista’ jkun u adattati għall-għanijiet mfittxija kif ukoll għall-prattiċi u l-iżviluppi fis-settur kulturali. |
(21) |
Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-punti ta’ kuntatt kulturali għandhom jaħdmu sabiex iħeġġu l-parteċipazzjoni ta' operaturi iżgħar fil-proġetti ta' koperazzjoni pluriennali u l-organizzazzjoni ta' attivitajiet immirati sabiex jġibu flimkien sħab potenzjali tal-proġett. |
(22) |
Il-Programm għandu jġib flimkien il-kwalitajiet speċifiċi u l-kompetenza ta' l-operaturi kulturali mill-Ewropa kollha. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ser jieħdu miżuri sabiex jindirizzaw rati baxxi ta' parteċipazzjoni ta' operaturi kulturali fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż parteċipanti. |
(23) |
Jaqbel li fil-qafas tal-koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jiġi żgurat monitoraġġ u evalwazzjoni kontinwi tal-Programm sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti mill-ġdid, b’mod partikolari fi ħdan il-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni esterna li trid titmexxa minn korpi indipendenti u imparzjali. |
(24) |
Il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm għandhom jagħmlu użu ta' għanijiet u indikaturi li huma speċifiċi, jistgħu jiġu mkejla, jistgħu jintlaħqu, li huma relevanti u puntwali. |
(25) |
Għandhom jiġu implimentati miżuri adegwati sabiex jipprevjenu irregolaritajiet u frodi u sabiex jiġu rkuprati fondi li ġew mitlufa jew li ġew trasferiti jew użati ħażin. |
(26) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit strument uniku ta’ finanzjament u ta' programmazzjoni għall-koperazzjoni kulturali, bl-isem “Programm Kultura”, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(27) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija, fis-sens tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (15). |
(28) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (16). |
(29) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni finanzjarja ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (17) (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”), u mar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 2342/2002 tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (18). |
(30) |
L-azzjoni Komunitarja hi kumplimentarja għall-azzjoni nazzjonali jew reġjonali fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali. Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri t-tisħiħ ta' l-ispazju Kulturali Ewropew ibbażat fuq il-wirt kulturali komuni (mobbiltà transnazzjonali ta’ l-atturi kulturali fl-Ewropa, ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet ta’ l-arti u tal-prodotti kulturali u artistiċi u djalogu interkulturali) ma jistgħux jintlaħqu suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti ta' l-azzjoni jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet. |
(31) |
Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet transitorji sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel bejn, minn naħa waħda, il-programmi mfassla bid-Deċiżjonijiet Nru 508/2000/KE u Nru 792/2004/KE u, min-naħa l-oħra, il-Programm stabbilit b’din id-Deċiżjoni, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Stabbiliment u tul
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-Programm Kultura, programm pluriennali uniku għall-miżuri Komunitarji fil-qasam tal-kultura miftuħ għas-setturi kulturali kollha u l-kategoriji ta' operaturi kulturali kollha (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm”).
2. Il-Programm għandu jiġi implimentat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 huwa b'dan stabbilit għal EUR 400 miljun.
2. Għandhom ikunu awtorizzati approprjazzjonijiet annwali mill-awtorita' tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 3
Għanijiet
1. L-għan ġenerali tal-Programm għandu jkun dak tat-tkattir taż-żona kulturali kondiviża mill-Ewropej u bbażata fuq wirt kulturali komuni permezz ta' l-iżvilupp ta' koperazzjoni kulturali bejn l-ideaturi, l-atturi kulturali, u l-istituzzjonijiet kulturali, tal-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm bil-ħsieb li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp ta' ċittadinanza Ewropea. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' l-industriji kulturali mhux awdjoviżivi, b' mod partikolari l-intrapriżi kulturali żgħar, fejn dawn l-industriji jaġixxu f'kapaċita kulturali mingħajr skop ta' profitt.
2. L-għanijiet speċifiċi tal-Programm huma:
(a) |
li jippromovi l-mobbiltà transnazzjonali tal-persuni parteċipanti fis-settur kulturali; |
(b) |
li jħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u tal-prodotti artistiċi u kulturali; |
(ċ) |
li jħeġġeġ id-djalogu interkulturali. |
Artikolu 4
L-oqsma ta’ azzjoni
1. L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu segwiti permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri li ġejjin, kif deskritti fl-Anness:
(a) |
appoġġ għal azzjonijiet kulturali, kif ġej:
|
(b) |
appoġġ għal korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura; |
(ċ) |
appoġġ għall-analiżi u għall-ġbir u d-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni u għal attivitajiet li jimmassimizzaw l-impatt ta' proġetti fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali Ewropea u l-iżvilupp tal-politika kulturali Ewropea. |
2. Dawn il-miżuri għandhom jitwettqu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi terzi
1. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:
(a) |
il-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE; |
(b) |
il-pajjiżi kandidati li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni għall-adeżjoni ma' l-Unjoni, skond il-prinċipji ġenerali u l-kondizzjonijet u l-proċeduri ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-programmi Komunitarji stabbiliti fil-ftehim kwadru; |
(ċ) |
il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent skond il-proċeduri definiti ma’ dawk il-pajjiżi fil-ftehim kwadru li jipprovdu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji. |
Il-pajjiżi msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Programm, sakemm ikunu sodisfatti dawn il-kondizzjonijiet u jitħallsu approprjazzjonijiet addizzjonali.
2. Il-Programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi oħra li jkunu kkonkludew ftehim ta’ assoċjazzjoni jew ta’ koperazzjoni mal-Komunità li jinkludu klawżoli kulturali, abbażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari u proċeduri speċifiċi li jridu jiġu stabbiliti.
Il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent imsemmija fil-paragrafu 1(ċ) li ma jkunux jixtiequ jibbenefikaw minn parteċipazzjoni sħiħa fil-Programm, jistgħu jibbenefikaw minn koperazzjoni mal-Programm taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu.
Artikolu 6
Koperazzjoni ma’ organizazzjonijiet internazzjonali
Il-Programm għandu jippermetti azzjoni konġunta ma’ organizazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, bħall-UNESCO jew il-Kunsill ta’ l-Ewropa, abbażi ta’ kontribuzzjonijiet konġunti u skond ir-regoli differenti prevalenti f’kull istituzzjoni jew organizazzjoni għat-twettiq tal-miżuri elenkati fl-Artikolu 4.
Artikolu 7
Kumplimentarjetà ma’ strumenti Komunitarji oħra
Il-Kummissjoni għandha tiżgura rabta bejn il-Programm u strumenti Komunitarji oħra, b’mod partikolari dawk dwar Fondi Strutturali u dawk fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, tat-taħriġ professjonali, tar-riċerka, tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni, taċ-ċittadinanza, taż-żgħażagħ, ta' l-isport, tal-lingwi, ta' l-inklużjoni soċjali, tar-relazzjonijiet esterni ta' l-UE u tal-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni.
Artikolu 8
Implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-azzjonijiet Komunitarji li jiffurmaw is-suġġett ta' dan il-Programm konformement ma’ l-Anness.
2. Il-miżuri li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2):
(a) |
il-pjan ta’ ħidma annwali, inklużi prijoritajiet, kriterji ta' l-għażla u proċeduri; |
(b) |
il-baġit annwali u t-tqassim ta’ fondi fost l-attivitajiet differenti tal-Programm; |
(ċ) |
il-proċeduri għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-Programm; |
(d) |
l-appoġġ finanzjarju li għandu jingħata mill-Komunità skond l-Artikolu 4(1)(a), l-ewwel inċiż: ammonti, tul ta' żmien, distribuzzjoni u benefiċjarji. |
3. Il-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(3).
Artikolu 9
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahrejn.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
4. Il-kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
Artikolu 10
Punti ta’ kuntatt kulturali
1. Il-punti ta’ kuntatt kulturali hekk kif definiti fit-Taqsima I.3.1 ta’ l-Anness għandhom jaġixxu bħala korpi implimentattivi għat-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-Programm fuq livell nazzjonali, b'kont meħud ta’ l-Artikolu 54(2)(ċ) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-punti ta’ kuntatt kulturali għandhom jikkonformaw ma' dawn il-kriterji:
(a) |
ikollhom numru adegwat ta’ persunal, b’kapaċitajiet professjonali u lingwistiċi adatti għal xogħol f’ambjent ta’ koperazzjoni internazzjonali; |
(b) |
ikollhom infrastruttura adatta, b’mod partikolari fir-rigward tat-teknoloġija ta’ l-informatika u tal-komunikazzjoni; |
(ċ) |
jaħdmu f’kuntest amministrattiv li jippermettilhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod sodisfaċenti u jevitaw kull kunflitt ta’ interess. |
Artikolu 11
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. L-għajnuna finanzjarja għandha tkun f’forma ta’ għotjiet lil persuni ġuridiċi. F'ċerti każijiet jistgħu jingħataw għotjiet lil persuni fiżiċi skond l-Artikolu 114(1) tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni tista' wkoll tagħti premjijiet lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi għal azzjonijiet jew proġetti implimentati taħt il-Programm. Skond in-natura ta’ l-azzjoni, jistgħu jiġu awtorizzati finanzjamenti b’rata fissa u/jew l-applikazzjoni ta’ rati ta’ prezz għal kull unità.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, skond il-karatteristiċi tal-benefiċjarji u man-natura ta’ l-azzjonijiet, jekk dawn jiġux eżentati mill-verifika tal-kompetenzi u tal-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex jitlestew l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti.
3. Attivitajiet speċifiċi mill-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura magħżula skond id-Deċiżjoni 1419/1999/KE jistgħu jirċievu għotja jew premju.
Artikolu 12
Kontribut għal għanijiet Komunitarji oħra
Il-Programm għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' l-għanijiet trasversali tal-Komunità, b’mod partikolari billi:
(a) |
jippromovi l-prinċipju fundamentali tal-libertà ta’ l-espressjoni; |
(b) |
iħeġġeġ kuxjenza akbar dwar l-importanza li wieħed jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli; |
(ċ) |
ifittex li jippromovi fehim reċiproku u tolleranza fl-Unjoni Ewropea; |
(d) |
jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-koerenza u l-kumplimentarjetà bejn il-Programm u l-linji politiċi Komunitarja fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 13
Monitoraġġ u evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-Programm fir-rigward ta’ l-għanijiet tagħha. Ir-riżultati tal-proċess ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm.
Il-monitoraġġ għandu jinkludi b’mod partikolari t-tfassil tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (ċ).
L-għanijiet speċifiċi tal-Programm jistgħu, abbażi tar-riżultati tar-rapporti ta' monitoraġġ, jiġu riveduti skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni regolari, esterna u indipendenti tal-Programm.
3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni:
(a) |
rapport interim ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010; |
(b) |
komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-Programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011; |
(ċ) |
rapport ta’ evalwazzjoni ex post sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015. |
Artikolu 14
Dispożizzjonijiet Transitorji
L-azzjonijiet mibdija qabel il-31 ta’ Diċembru 2006 abbażi tad-Deċiżjonijiet Nru 508/2000/KE u Nru 792/2004/KE għandhom jibqgħu jiġu amministrati sa l-għeluq tagħhom b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-Deċiżjonijiet.
Il-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE għandu jiġi mibdul mill-kumitat previst fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 12 ta' Dicembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 164, 5.7.2005, p. 65.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2005 (ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 233), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat–18 ta' Lulju 2006 (ĠU C 238 E, 3.10.2006, p. 18), u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l–24 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006
(3) Deċiżjoni Nru 719/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1996 li tistabbilixxi programm għall-appoġġ ta' l-attivitajiet artistiċi u kulturali li għandhom dimensjoni Ewropea (Kaleidoscope) (ĠU L 99, 20.4.1996, p. 20). Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 477/1999/KE (ĠU L 57, 5.3.1999, p. 2).
(4) Deċiżjoni Nru 2085/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 1997 li tistabbilixxi programm ta' appoġġ, inkluża t-traduzzjoni, fil-qasam tal-kotba u l-qari (Ariane) (ĠU L 291, 24.10.1997, p. 26). Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 476/1999/KE (ĠU L 57, 5.3.1999, p. 1).
(5) Deċiżjoni Nru 2228/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1997 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-wirt kulturali (Programm Raphael) (ĠU L 305, 8.11.1997, p. 31). Deċiżjoni kif imħassra bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE (ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1).
(6) Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Frar 2000 li tistabbilixxi l-programm Kultura 2000 (ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1). Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004 tal-Kunsill (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).
(9) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 142.
(10) ĠU C 293 E, 28.11.2002, p. 105.
(11) ĠU C 300 E, 11.12.2003, p. 156.
(12) ĠU C 76 E, 25.3.2004, p. 459.
(13) ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.
(14) ĠU L 138, 30.4.2004. p. 40.
(15) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(16) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(17) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(18) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1248/2006 (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 3).
ANNESS
I. DESKRIZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET U L-AVVENIMENTI
1. L-ewwel linja: appoġġ għal attivitajiet kulturali
1.1. Proġetti pluriennali ta' koperazzjoni
Il-Programm għandu jagħti appoġġ għal proġetti ta' koperazzjoni kulturali sostenibbli u struttutati sabiex iġib flimkien il-kwalità speċifika u l-kompetenza ta' l-operaturi kulturali fi ħdan l-Ewropa kollha. Dan l-appoġġ huwa maħsub sabiex jassisti lil dawn il-proġetti ta' koperazzjoni fil-fażi ta' bidu u strutturazzjoni tagħhom jew fil-fażi ta' estensjoni ġeografika tagħhom. L-għan ghandu jkun li jkunu inkoraġġuti jistabbilixxu pedamenti sostenibbli u jiksbu l-awtonomija finanzjarja.
Kull proġett ta' koperazzjoni għandu jinvolvi mill-inqas sitt operaturi minn sitt pajjiżi differenti li qed jipparteċipaw fil-Programm. L-għan tiegħu għandu jkun li jiġbor flimkien varjetà ta' operaturi minn settur wieħed jew aktar għal bosta attivitajiet pluriennali, li jistgħu jkunu ta' natura settorjali jew trans-settorjali, imma li għandu jkollhom għan komuni.
Kull proġett ta' koperazzjoni għandu jkun maħsub sabiex iwettaq numru ta' attivitajiet kulturali li jkunu strutturati u pluriennali. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu implimentati matul il-perjodu kollu tal-finanzjament Komunitarju. Huma għandhom ikollhom minn ta' l-anqas żewġ jew tliet għanijiet speċifiċi indikati fl-Artikolu 3(2). Ser tingħata prijorità lill-proġetti ta' koperazzjoni li għandhom il-ħsieb li jiżviluppaw attivitajiet li jilħqu t-tliet għanijiet speċifiċi f'dak l-Artikolu.
Il-proġetti ta' koperazzjoni għandhom jiġu magħżula wara sejħiet għal proposti skond ir-Regolament Finanzjarju. F'dan il-kuntest, l-għażla ser issir abbażi, fost oħrajn, tal-kompetenza rikonoxxuta tal-ko-organizzaturi fil-qasam ta' l-attività tagħhom, tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom sabiex iwettqu l-attivitajiet proposti, u tal-kwalità ta' dawn l-attivitajiet u safejn huma jilħqu l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi tal-Programm, kif stabbilit fl-Artikolu 3.
Il-proġetti ta' koperazzjoni għandhom ikunu msejsa fuq ftehim ta' koperazzjoni, jiġifieri dokument komuni ta' forma legali f'wieħed mill-pajjiżi parteċipanti u ffirmat mill-ko-organizzaturi kollha.
L-appoġġ Komunitarju ma jistax jaqbeż l-50 % tal-baġit tal-proġett u għandu jkun ta' natura digressiva. Huwa ma jistax jeċċedi EUR 500 000 fis-sena għall-attivitajiet kollha tal-proġetti ta' koperazzjoni. Dan l-appoġġ għandu jingħata għal perjodu ta' minn tlieta sa' ħames snin.
Bħala indikazzjoni, madwar 32 % tal-baġit kollu allokat għall-Programm huma miżmuma għal dan it-tip ta' appoġġ.
1.2. Miżuri ta' koperazzjoni
Il-Programm għandu jagħti appoġġ għall-azzjonijiet ta' koperazzjoni kulturali ta' natura settorali jew transettorali bejn operaturi Ewropej. Għandha tingħata prijorità lill-kreattività u lill-innovazzjoni. Sejrin ikunu partikolarment imħeġġa l-azzjonijiet li jimmiraw li jesploraw mezzi għall-koperazzjoni sabiex jiżviluppawhom fuq perjodu itwal.
Kull azzjoni għandha tkun imfassla u mwettqa fi sħubija bejn għall-inqas tlitt operaturi kulturali fi tliet pajjiżi parteċipanti differenti, kemm jekk dawn l-operaturi jkunu ġejjin minn settur wieħed jew aktar, kif ukoll jekk le.
L-azzjonijiet għandhom ikunu magħżula wara sejħiet għal proposti skond ir-Regolament Finanzjarju. F'dan il-kuntest, l-għażla ser issir abbażi tal-kompetenza rikonoxxuta tal-ko-organizzaturi, tal-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħhom li jwettqu l-attivitajiet proposti, tal-kwalità ta' dawn l-attivitajiet u tal-miżura safejn dawn jilħqu l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi tal-Programm, kif stabbiliti fl-Artikolu 3.
L-appoġġ Komunitarju ma jistax jaqbeż il-50 % tal-baġit tal-proġett. Ma jistax ikun la anqas minn EUR 50 000 u lanqas aktar minn EUR 200 000. Dan l-appoġġ għandu jingħata għal perjodu massimu ta' 24 xahar.
Il-kondizzjonijiet stabbiliti għal din l-azzjoni dwar in-numru minimu ta' operaturi meħtieġa sabiex jiġu ppreżentati proġetti, kif ukoll l-ammonti minimi u massimi għall-appoġġ Komunitarju, jistgħu jiġu adattati sabiex jieħdu kont tal-kondizzjonijiet speċifiċi tat-traduzzjoni letterali.
Bħala indikazzjoni, madwar 29 % tal-baġit kollu allokat għall-Programm huma miżmuma għal dan it-tip ta' appoġġ.
1.3. Azzjonijiet speċjali
Il-Programm għandu jagħti wkoll appoġġ għal azzjonijiet speċjali. Dawn l-azzjonijiet huma speċjali minħabba li għandhom jieħdu dimensjoni u firxa sostanzjali, ikollhom impatt sinifikattiv fuq il-popli ta' l-Ewropa u jgħinu sabiex jiżdied is-sens ta' appartenenza tagħhom għall-istess komunità, u jqajmu l-kuxjenza tagħhom dwar id-diversità kulturali ta' l-Istati Membri, kif ukoll jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali u internazzjonali. Għandhom jilħqu għall-inqas tnejn mit-tliet għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3.
Dawn l-azzjonijiet speċjali għandhom ukoll jgħinu sabiex tiżdied il-viżibbiltà ta' l-azzjoni kulturali Komunitarja kemm fi ħdan, kif ukoll lil hinn minn, l-Unjoni Ewropea. Għandhom ukoll jikkontribwixxu sabiex tiżdied il-kuxjenza globali dwar ir-rikkezza u d-diversità tal-kultura Ewropea.
Se jingħata appoġġ sinifikattiv lill-“Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura” bħala għajnuna sabiex jiġu implimentati attivitajiet li jisħqu dwar il-viżibbiltà Ewropea u l-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea.
L-azzjonijiet speċjali jistgħu wkoll jinkludu l-għoti ta' premjijiet, sakemm dawn jenfasizzaw artisti, xogħlijiet jew kisbiet kulturali jew artistiċi, jagħmluhom magħrufa lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u b'hekk iħeġġu l-mobbiltà u l-iskambji.
F'dan il-kuntest, jista' jingħata wkoll appoġġ għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.
L-eżempji mogħtija hawn fuq ma jiffurmawx lista eżawrjenti ta' miżuri li probabbilment isibu appoġġ taħt din it-taqsima ta' din il-linja tal-Programm.
Il-proċeduri selettivi għall-azzjonijiet speċjali ser jiddipendu fuq l-azzjoni in kwistjoni. Il-finanzjamenti ser jingħataw wara sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 54 u 168 tar-Regolament Finanzjarju. Jittieħed kont wkoll tal-miżura safejn kull azzjoni tilħaq l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi tal-Programm, kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni.
L-appoġġ Komunitarju ma jistax jaqbeż is-60 % tal-baġit tal-proġett.
Bħala indikazzjoni, madwar 16 % tal-baġit kollu allokat għall-programm għandhom ikunu destinati għal dan it-tip ta' appoġġ.
2. It-tieni linja: appoġġ għal korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam tal-kultura.
Dan l-appoġġ għandu jieħu l-forma ta' għotja għall-operazzjoni sabiex jiġi ko-finanzjat infiq assoċjat mal-programm ta' ħidma permanenti ta' korp li jsegwi għan ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam tal-kultura jew għan li jagħmel parti mill-politika ta' l-Unjoni f'dan il-qasam.
Għandha ssir dispożizzjoni sabiex dawn l-għotjiet jingħataw fuq il-bażi ta' sejħiet għal proposti annwali.
Bħala indikazzjoni, madwar 10 % tal-baġit kollu allokat għall-Programm għandu jingħata lil din il-linja.
L-appoġġ jista' jingħata lil korpi li jaħdmu għal koperazzjoni kulturali b'wieħed jew iżjed mill-modi li ġejjin:
— |
jipprovdu rappreżentanza fuq livell Komunitarju, |
— |
jiġbru u jxerrdu informazzjoni għall-faċilitazzjoni tal-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea, |
— |
jagħmlu networking fil-livell Ewropew għal korpi attivi fil-qasam tal-kultura; |
— |
jipparteċipaw fi proġetti ta' koperazzjoni kulturali jew jaġixxu bħala ambaxxaturi għall-kultura Ewropea. |
Dawn il-korpi għandhom juru dimensjoni tassew Ewropea. F'dan ir-rigward, huma għandhom jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell Ewropew, waħedhom jew taħt forma ta' diversi assoċjazzjonijiet koordinati, u l-istruttura (il-membri reġistrati) u l-attivitajiet tagħhom għandhom ikollhom influwenza potenzjali fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea jew ikopru għall-inqas seba' pajjiżi Ewropej.
Din il-linja għandha tkun miftuħa għall-korpi appoġġati taħt il-Parti 2 ta' l-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE kif ukoll għal kwalunkwe korp ieħor attiv fil-qasam tal-kultura fil-livell Ewropew, sakemm dawn jilħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' din id-Deċiżjoni u jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.
L-għażla tal-benefiċjarji ta' dawn l-għotjiet operattivi għandha ssir permezz ta' sejħa għal proposti. Din għandha ssir abbażi ta' tqabbil tal-programm ta' ħidma tal-korp ma' l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3.
L-għotja operattiva totali mogħtija taħt din il-linja ma tistax taqbeż 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-korp għas-sena li għaliha tingħata l-għotja.
3. t-tielet linja: appoġġ għal xogħlijiet ta' analiżi kif ukoll għall-ġbir u għat-tixrid ta' informazzjoni u għall-massimizzazzjoni ta' l-impatt ta' proġetti fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali
Bħala indikazzjoni, madwar 5 % tal-baġit kollu allokat għall-programm għandu jiġi destinat lil din il-linja.
3.1. Appoġġ għall-punti ta' kuntatt kulturali
Sabiex jiġi żgurat tixrid immirat, effikaċi u popolan ta' informazzjoni prattika dwar il-Programm, għandu jipprevedi appoġġ minn punti ta' kuntatt kulturali. Dawn il-korpi, filwaqt li jaġixxu fil-livell nazzjonali, għandhom jiġu stabbilti fuq bażi volontarja skond l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002.
Il-punti ta' kuntatt kulturali għandhom il-kompitu li:
— |
jippromovu l-Programm, |
— |
jiffaċilitaw l-aċċess għall-Programm, u jħeġġu l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħhom ta' l-ikbar numru possibbli ta' nies professjonali u ta' operaturi fil-qasam kulturali permezz ta' tixrid effettiv ta' informazzjoni u l-iżvilupp ta' inizjattivi xierqa ta' networking bejniethom, |
— |
jipprovdu konnessjoni effiċjenti ma' l-istituzzjonijiet differenti li jagħtu għajnuna lis-settur kulturali fl-Istati Membri, u b'hekk jikkontribwixxu għall-komplimentarjetà bejn il-miżuri meħuda taħt il-Programm u l-miżuri nazzjonali ta' appoġġ, |
— |
jipprovdu informazzjoni dwar programmi Komunitarji oħra miftuħa għal proġetti kulturali jekk din tkun meħtieġa. |
3.2. Appoġġ għal xogħlijiet ta' analiżi fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali
Il-Programm għandu jagħti appoġġ għat-twettiq ta' studji u xogħlijiet ta' analiżi fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali Ewropea u l-iżvilupp tal-politika kulturali Ewropea. Din l-għajnuna għandha l-għan li żżid il-volum u l-kwalità ta' l-informazzjoni u data għall-iżvilupp ta' data u analiżi komparattivi dwar il-koperazzjoni kulturali fil-livell Ewropew, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-mobbiltà ta' ideaturi u atturi kulturali, iċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet ta' l-arti u prodotti artistiċi u kulturali u d-djalogu interkulturali.
Din il-linja tista' tagħti appoġġ lil studji u xogħlijiet ta' analiżi li jikkontribwixxu għat-tiżjid tal-konoxxenza dwar il-fenomenu tal-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea u għall-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli sabiex tiżviluppa. B'mod partikulari għandhom jiġu mħeġġa l-proġetti li għandhom il-għan li jiġbru u janalizzaw l-istatistika.
3.3. Appoġġ għall-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni u għall-massimizzazzjoni ta' l-impatt ta' proġetti fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali
Il-Programm għandu jagħti appoġġ lill-ġbir u t-tixrid ta' informazzjoni u attivitajiet ta' massimizzazzjoni ta' l-impatt ta' proġetti permezz ta' l-iżvilupp ta' għodda fuq l-Internet immirati lejn il-ħtiġijiet tan-nies professjonali tal-kultura fil-qasam tal-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea.
Din l-għodda għandha tippermetti l-iskambju ta' esperjenzi u ta' prattika tajba u t-tixrid ta' informazzjoni li tikkonċerna l-Programm kif ukoll il-koperazzjoni kulturali trans-Ewropea fis-sens wiesa'.
II. L-AMMINISTRAZZJONI TAL-PROGRAMM
L-allokazzjoni finanzjarja tal-Programm tista' wkoll tkopri spejjeż relatati ma' attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' verifika u ta' evalwazzjoni, li huma direttament meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-Programm u għat-twettiq ta' l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari, studji, laqgħat, azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' pubblikazzjoni, spejjeż marbuta ma' networks informatiċi li jiffukaw fuq l-iskambju ta' informazzjoni, flimkien ma' kull spiża oħra ta' assistenza amministrattiva u teknika li għaliha tista' tirrikorri l-Kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-programm.
III. KONTROLLI U VERIFIKI
Għandha tiġi stabbilita sistema kampjunarja ta' verifika għall-proġetti magħżula skond il-proċedura deskritta fl-Artikolu 11(2).
Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bid-dokumenti kollha ta' appoġġ relatati ma' l-infiq għal perjodu ta' ħames snin kalkolati mid-data ta' l-aħħar ħlas. Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jiżgura li, fejn applikabbli, jkunu disponibbli għall-Kummissjoni dokumenti ta' appoġġ fil-pussess ta' sħab jew ta' membri.
Il-Kummissjoni tista' tesiġi verifika ta' l-użu magħmul mill-għotja direttament mill-persunal tagħha jew minn kwalunkwe korp estern kwalifikat ta' l-għażla tagħha. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu tul il-validità tal-kuntratt u għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha jitħallas il-bilanċ. Fejn xieraq, is-sejbiet mill-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni.
Il-persunal tal-Kummissjoni u persunal estern awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollu aċċess adegwat għall-uffiċċji tal-benefiċjarju u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f'verżjoni elettronika, meħtieġa sabiex isiru dawn il-verifiki.
Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi (OLAF) għandhom igawdu mill-istess drittijiet, speċjalment dawk ta' aċċess, bħall-Kummissjoni.
Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunita' kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista' twettaq kontrolli u ispezzjonijiet fil-post taħt dan il-Programm skond ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-Kunsill (1). Fejn xieraq, l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-OLAF skond ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).
IV. INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U ATTIVITAJIET IMMIRATI LEJN IL-MASSIMIZZAZZJONI TA' L-IMPATT TA' PROĠETTI
1. Kummissjoni
Il-Kummissjoni tista' torganizza seminars, konferenzi jew laqgħat sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Programm, u sabiex twettaq attivitajiet ta' informazzjoni, pubblikazzjoni, tixrid u attivitajiet oħra mmirati lejn il-massimizzazzjoni ta' l-impatt ta' proġetti skond kif ikun xieraq, kif ukoll għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet, jew permezz tal-proċedura ta' akkwist pubbliku, jew jiġu organizzati u ffinanzjati direttament mill-Kummissjoni.
2. Punti ta' kuntatt
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jorganizzaw fuq bażi volontarja u jsaħħu l-iskambju ta' informazzjoni utli għall-implimentazzjoni tal-Programm permezz tal-punti ta' kuntatt kulturali li jaġixxu bħala korpi ta' implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, skond l-Artikolu 54(2)(ċ) u (3) tar-Regolament Finanzjarju.
3. Stati Membri
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 87 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu, jekk meħtieġ, jistabbilixxu skemi ta' appoġġ għall-mobbiltà individwali ta' l-atturi kulturali sabiex tiġi indirizzata l-parteċipazzjoni, fil-livell baxx, tagħhom fil-Programm. Dan l-appoġġ jista' jkun fil-forma ta' għotjiet għall-ivvjaġġar għal operaturi kulturali sabiex tiġi faċilitata l-fażi ta' tħejjija ta' proġetti kulturali trans-nazzjonali.
V. TQASSIM ĠENERALI TAL-BAĠIT
Tqassim tal-baġit annwali għall-Programm
|
Perċentwali tal-baġit |
||
Linja 1 (appoġġ għal azzjonijiet kulturali) |
Approssimattivament 77 % |
||
|
Approssimattivament 32 % |
||
|
Approssimattivament 29 % |
||
|
Approssimattivament 16 % |
||
Linja 2 (appoġġ għal korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura) |
Approssimattivament 10 % |
||
Linja 3 – (appoġġ għal analiżi, ġabra u tixrid ta' informazzjoni) |
Approssimattivament 5 % |
||
Nefqa totali operattiva |
Approssimattivament 92 % |
||
L-amministrazzjoni tal-programm |
Approssimattivament 8 % |
Dawn il-perċentwali huma indikattivi u suġġetti għal tibdil mill-Kumitat previst fl-Artikolu 9 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2).
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
12 |
DIRETTIVA 2006/116/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar il-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur u ta' ċerti drittijiet relatati
(verżjoni kodifikata)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 47 (2), 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 li tarmonizza d-dewmien ta' protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur u ċerti drittijiet relatati (3) ġiet emendata b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. |
(2) |
Il-Konvenzjoni ta' Berna għall-protezzjoni ta' xogħlijiet letterarji u artistiċi, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-protezzjoni ta' artisti, produtturi ta' fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir (il-Konvenzjoni ta' Ruma) jistipulaw biss il-perjodi minimi ta' protezzjoni tad-drittijiet li jirreferu għalihom, waqt li jħallu l-Istati Kontraenti ħielsa li jagħtu perjodi itwal. Ċerti Stati Membri eżerċitaw dan id-dritt. Barra minn hekk, ċerti Stati Membri għadhom ma sarux partijiet għall-Konvenzjoni ta' Ruma. |
(3) |
Bħala konsegwenza hemm differenzi bejn il-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-perjodu tal-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u d-drittijiet relatati, differenzi li jistgħu jfixklu l-moviment liberu ta' merkanzija u l-libertà tal-provvista ta' servizzi, u li jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq komuni. Għalhekk, għall-funzjonament korrett tas-suq intern, il-liġijiet ta' l-Istati Membri għandhom ikunu armonizzati sabiex jistabbilixxu l-istess perjodu ta' protezzjoni mal-Komunità kollha. |
(4) |
Huwa importanti li jiġu stabbiliti mhux biss il-perjodi ta' protezzjoni bħala tali, iżda wkoll ċerti arranġamenti ta' implimentazzjoni bħad-data li minnha kull perjodu ta' protezzjoni jiġi kkalkulat. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni mill-Istati Membri tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 14 bis (2) (b), (ċ) u (d) u (3), tal-Konvenzjoni ta' Berna. |
(6) |
Il-perjodu minimu ta' protezzjoni previst mill-Konvenzjoni ta' Berna, jiġifieri l-ħajja ta' l-awtur u 50 sena wara l-mewt tiegħu, kien maħsub biex jipprovdi protezzjoni għall-awtur u għall-ewwel żewġ ġenerazzjonijiet tad-dixxendenti tiegħu. Il-medja tal-ħajja fil-Komunità twalet, sal-punt fejn dan il-perjodu mhuwiex aktar biżżejjed sabiex ikopri żewġ ġenerazzjonijiet. |
(7) |
Ċerti Stati Membri taw perjodu itwal minn 50 sena wara l-mewt ta' l-awtur biex jikkumpensaw għall-effetti tal-gwerer dinjija fuq l-isfruttament tax-xogħlijiet ta' l-awtur. |
(8) |
Għall-protezzjoni ta' drittijiet relatati, ċerti Stati Membri introduċew perjodu ta' 50 sena wara l-pubblikazzjoni legali jew komunikazzjoni legali lill-pubbliku. |
(9) |
Il-Konferenza Diplomatika ta' Diċembru 1996 li saret mill-Organizzazzjoni Dinjija għall-Proprjetà Intellettwali (World Intellectual Property Organization, WIPO) wasslet għall-adozzjoni tat-Trattat tal-WIPO dwar Rappreżentazzjonijiet u Fonogrammi, għall-protezzjoni ta' artisti li jagħmlu rappreżentazzjonijiet u ta' produtturi ta' fonogrammi. Dan it-Trattat jikkostitwixxi aġġornament importanti tal-protezzjoni internazzjonali ta' drittijiet relatati. |
(10) |
Ir-rispett għad-drittijiet stabbiliti jikkostitwixxi wieħed mill-prinċipji ġenerali tal-liġi protetti mill-ordni legali tal-Komunità. Għalhekk, il-perjodi ta' protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u tad-drittijiet relatati stabbiliti mil-liġi Komunitarja ma jistgħux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-protezzjoni li bbenefikaw minnha d-detenturi tad-drittijiet fil-Komunità qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 93/98/KEE. Sabiex l-effetti tal-miżuri tranżitorji jinżammu minimi u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, dawn il-perjodi ta' protezzjoni għandhom jiġu mtawla. |
(11) |
Il-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur u tad-drittijiet relatati għandu jkun għoli, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma fundamentali għall-kreattività intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tassigura ż-żamma u l-iżvilupp tal-kreattività fl-interess ta' l-awturi, l-industriji kulturali, il-konsumaturi u s-soċjeta in ġenerali. |
(12) |
Sabiex ikun stabbilit livell għoli ta' protezzjoni li fl-istess ħin jissodisfa r-rekwiżiti tas-suq intern u l-ħtieġa li jkun stabbilit ambjent legali li jwassal għall-iżvilupp armonjuż tal-kreattività letterarja u artistika fil-Komunità, għandha ssir armonizzazzjoni tal-perjodu ta' protezzjoni għad-drittijiet ta' l-awtur għal 70 sena wara l-mewt ta' l-awtur jew 70 sena wara li x-xogħol ikun sar legalment disponibbli għall-pubbliku, u tal-perjodu ta' protezzjoni għal drittijiet relatati għal 50 sena wara l-fatt li jagħti bidu għall-perjodu. |
(13) |
Il-kollezzjonijiet huma protetti skond l-Artikolu 2(5) tal-Konvenzjoni ta' Berna meta, abbażi ta' l-għażla u l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjonijiet intellettwali. Dawk ix-xogħlijiet huma protetti bħali tali, mingħajr ħsara għad-drittijiet ta' l-awtur f'kull wieħed mix-xogħlijiet li jagħmel parti minn dawn il-kollezzjonijiet. Bħala konsegwenza, jistgħu japplikaw perijodi speċifiċi ta' protezzjoni għal xogħlijiet inklużi fil-kollezzjonijiet. |
(14) |
Fil-każi kollha fejn waħda jew aktar persuni fiżiċi jkunu identifikati bħala awturi, il-perjodu ta' protezzjoni għandu jiġi kkalkulat wara mewthom. Il-kwistjoni ta' l-awtur tax-xogħol kollu jew ta' parti minnu hija kwistjoni ta' fatt li l-qrati nazzjonali jistgħu jkollhom jiddeċiedu. |
(15) |
Il-perjodi ta' protezzjoni għandhom jiġu kalkolati mill-ewwel ta' Jannar tas-sena li ssegwi l-fatt, kif inhuma fil-Konvenzjonijiet ta' Berna u ta' Ruma. |
(16) |
Il-protezzjoni ta' fotografiji fl-Istati Membri hija s-suġġett ta' diversi reġimi. Xogħol fotografiku skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta' Berna għandu jkun ikkunsidrat bħala oriġinali jekk ikun kreazzjoni intellettwali ta' l-awtur li tirrifletti l-personalità tiegħu, mingħajr il-kunsiderazzjoni ta' kriterji oħra, bħall-valur jew l-iskop tiegħu. Il-protezzjoni ta' fotografiji oħra għandha tkun tista' tingħata mil-liġi nazzjonali. |
(17) |
Sabiex ikunu evitati d-differenzi fil-perjodu ta' protezzjoni ta' drittijiet relatati huwa meħtieġ li jiġi previst l-istess punt ta' tluq sabiex ikun kalkolat il-perjodu fi ħdan il-Komunità kollha. Ir-rappreżentazzjonijiet, l-iffissar, ix-xandir, il-pubblikazzjoni legali, u l-komunikazzjoni legali lill-pubbliku, jiġifieri l-fatt li jagħmel perċepibbli suġġett ta' dritt relatat, bil-modi xierqa kollha, lill-persuni in ġenerali, għandhom ikunu kkunsidrati biex ikun ikkalkolat il-perjodu ta' protezzjoni irrispettivament mill-pajjiż fejn iseħħu r-rappreżentazzjoni, l-iffissar, ix-xandir, il-pubblikazzjoni legali, jew il-komunikazzjoni legali lill-pubbliku. |
(18) |
Id-drittijiet ta' l-organizzazzjonijiet tax-xandir fir-rigward tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandiriet ikunu trasmessi bil-fili sew jekk bl-ajru, inklużi bil-cable jew bis-satellita, m'għandhomx ikunu perpetwi. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodu ta' protezzjoni jibda jiddekorri biss mill-ewwel trasmissjoni ta' xandira partikolari. Din id-dispożizzjoni hija maħsuba bl-iskop li tevita perjodu ġdid li jibda fil-każi fejn xandira tkun identika ma' waħda preċedenti. |
(19) |
L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu drittijiet oħra relatati mad-drittijiet ta' l-awtur partikolarment fir-rigward tal-protezzjoni ta' pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza fil-livell Komunitarju, huwa madankollu meħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu drittijiet ġodda relatati sabiex jgħarrfu lill-Kummissjoni dwarhom. |
(20) |
Għandu jkun ċar li din id-Direttiva ma tapplikax għal drittijiet morali. |
(21) |
Għal xogħlijiet li l-pajjiż ta' oriġini tagħhom skond it-tifsira tal-Konvenzjoni ta' Berna ikun pajjiż terz u li l-awtur tagħhom ma jkunx ċittadin tal-Komunità, għandu jsir paragun bejn perjodi ta' protezzjoni sakemm il-perjodu mogħti fil-Komunità ma jeċċedix il-perjodu stabbilit minn din id-Direttiva. |
(22) |
Fejn detentur tad-drittijiet li ma jkunx ċittadin tal-Komunità jikkwalifika għall-protezzjoni skond ftehima internazzjonali, il-perjodu ta' protezzjoni tad-drittijiet relatati għandu jkun l-istess bħal dak previst minn din id-Direttiva. Madankollu dan il-perjodu m'għandux jaqbeż dak stipulat fil-pajjiż terz li tiegħu d-detentur tad-drittijiet ikun ċittadin. |
(23) |
Il-paragun bejn perjodi ta' protezzjoni m'għandux jwassal sabiex l-Istati Membri jiġu f'kunflitt ma' l-obbligi internazzjonali tagħhom. |
(24) |
L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar l-interpretazzjoni, l-adattament u t-twettiq ulterjuri ta' kuntratti dwar l-isfruttament ta' xogħlijiet protetti u materja oħra li kienu konklużi qabel l-estensjoni tal-perjodu ta' protezzjoni li jirriżulta minn din id-Direttiva. |
(25) |
Ir-rispett għad-drittijiet miksuba u għall-aspettazzjonijiet leġittimi huwa garantit mis-sistema ġuridika tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprovdu b'mod partikolari li, f'ċerti ċirkustanzi, id-drittijiet ta' l-awtur u drittijiet relatati li jerġu jitwieldu taħt din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jirriżultaw fi ħlasijiet minn persuni li kienu jisfruttaw in bona fide xogħlijiet fi żmien meta dawn ix-xogħlijiet kienu jagħmlu parti mill-isfera pubblika. |
(26) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi indikati fil-Parti B ta' l-Anness I, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
It-tul tal-perjodu ta' validita' tad-drittijiet ta' l-awtur
1. Id-drittijiet ta' l-awtur ta' xogħol artistiku jew letterarju skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta' Berna għandhom idumu tul il-ħajja ta' l-awtur u għal 70 sena wara mewtu, irrispettivament mid-data meta x-xogħol ikun sar legalment disponibbli għall-pubbliku.
2. Fejn id-dritt ta' l-awtur ikun ta' aktar minn awtur wieħed, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkalkulat mill-mewt ta' l-aħħar ko-awtur li jibqa' ħaj.
3. Fil-każ ta' xogħlijiet anonimi jew psewdonimi, il-perjodu ta' protezzjoni għandu jdum għal 70 sena wara li x-xogħol ikun sar legalment disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, meta psewdonimu adottat mill-awtur ma jħalli l-ebda dubbju dwar l-identità tiegħu, jew jekk l-awtur jiżvela l-identità tiegħu matul il-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza, il-perjodu ta' protezzjoni applikabbli għandu jkun dak stipulat fil-paragrafu 1.
4. Fejn Stat Membru jipprovdi għal dispożizzjonijet partikolari dwar drittijiet ta' l-awtur fuq xogħlijiet kollettivi jew sabiex persuna ġuridika tiġi maħtura bħala detentur tad-drittijiet, il-perjodu tal-protezzjoni għandu jkun ikkalkulat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, għajr jekk il-persuni fiżiċi li ħalqu x-xogħol ikunu identifikati bħala tali fil-verżjonijiet tax-xogħol li jkunu saru disponibbli għall-pubbliku. Dan il-paragrafu huwa mingħajr ħsara għad-drittijiet ta' l-awturi identifikati li l-kontributi identifikabbli tagħhom ikunu inklużi f'dawn ix-xogħlijiet, li għal liema kontributi għandhom japplikaw il-paragrafi 1 jew 2.
5. Fejn xogħol huwa ppubblikat f'volumi, partijiet, faxxikli, ħarġiet jew episodji u l-perjodu ta' protezzjoni jibda mill-mument meta x-xogħol kien legalment magħmul disponibbli għall-pubbliku, il-perjodu ta' protezzjoni għandu jibda separatament għal kull oġġett.
6. Fil-każ ta' xogħlijiet li għalihom il-perjodu ta' protezzjoni ma jkunx ikkalkolat mill-mewt ta' l-awtur jew awturi u li ma jkunux saru disponibbli legalment għall-pubbliku fi żmien 70 sena mill-kreazzjoni tagħhom, il-protezzjoni għandha tintemm.
Artikolu 2
Xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi
1. Id-direttur prinċipali ta' xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv għandu jkun ikkunsidrat bħala l-awtur tiegħu jew bħala wieħed mill-awturi. L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jindikaw ko-awturi oħrajn.
2. Il-perjodu ta' protezzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi għandu jiskadi 70 sena wara l-mewt ta' l-aħħar mill-persuni li ġejjin li jkunu baqgħu ħajjin, sew jekk dawn il-persuni jiġux indikati jew le bħala ko-awturi: id-direttur prinċipali, l-awtur ta' l-iscreenplay, l-awtur tad-djalogu u l-kompożitur tal-mużika maħluqa speċifikament biex tintuża fix-xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv.
Artikolu 3
It-tul tal-perjodu ta' validita' ta' drittijiet relatati
1. Id-drittijiet ta' l-artisti għandhom jiskadu 50 sena wara d-data tar-rappreżentazzjoni. Madankollu, jekk l-iffissar ta' rappreżentazzjoni jkun ippubblikat legalment jew komunikat legalment lill-pubbliku f'dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta' l-ewwel pubblikazzjoni bħal din jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel.
2. Id-drittijiet tal-produtturi ta' fonogrammi għandhom jiskadu 50 sena wara li jsir l-iffissar. Madankollu, jekk fonogramm ikun pubblikat legalment f'dan il-perjodu, id-drittijiet imsemmija għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta' l-ewwel pubblikazzjoni legali. Jekk ma tkun saret l-ebda pubblikazzjoni legali fil-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza, u jekk il-fonogramm ikun legalment komunikat lill-pubbliku fi żmien dan il-perjodu, id-drittijiet imsemmija għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta' l-ewwel komunikazzjoni legali lill-pubbliku.
Madankollu, dan il-paragrafu m'għandux ikollu l-effett li jipproteġi mill-ġdid id-drittijiet ta' produtturi ta' fonogrammi li, minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta' protezzjoni mogħtija lilhom skond l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 93/98/KEE fil-verżjoni tiegħu qabel l-emenda bid-Direttiva 2001/29/KE, ma kienux aktar protetti fit-22 ta' Diċembru 2002.
3. Id-drittijiet tal-produtturi ta' l-ewwel iffissar ta' film għandhom jiskadu 50 sena wara li jsir l-iffissar. Madankollu, jekk il-film ikun ippubblikat legalment jew ikun komunikat legalment lill-pubbliku matul dan il-perjodu, id-drittijiet għandhom jiskadu 50 sena mid-data ta' din l-ewwel pubblikazzjoni jew l-ewwel komunikazzjoni bħal din lill-pubbliku, liema minnhom tkun l-ewwel. It-terminu “film” għandu jfisser xogħol ċinematografiku jew awdjoviżiv jew sekwenza ta' xbiehat li jiċċaqilqu, kemm jekk ikunu akkumpanjati mill-ħoss sew jekk le.
4. Id-drittijiet ta' l-organizzazzjonijiet tax-xandir għandhom jiskadu 50 sena wara l-ewwel trasmissjoni ta' xandira, sew jekk din ix-xandira tkun trasmessa bil-fili jew bl-ajru, inklużi bil-cable jew satellita.
Artikolu 4
Protezzjoni ta' xogħlijiet mhux pubblikati qabel
Kull persuna li, wara l-iskadenza tal-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur, għall-ewwel darba tippubblika legalment jew tikkomunika legalment lill-pubbliku xogħol mhux ippubblikat qabel, għandha tibbenefika minn protezzjoni ekwivalenti għad-drittijiet ekonomiċi ta' l-awtur. Il-perjodu ta' protezzjoni ta' dawn id-drittijiet għandu jkun ta' 25 sena minn meta x-xogħol ikun ippubblikat għall-ewwel darba jew komunikat legalment lill-pubbliku.
Artikolu 5
Pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi
L-Istati Membri jistgħu jipproteġu pubblikazzjonijiet kritiċi u xjentifiċi ta' xogħlijiet li jkunu ġew fl-isfera pubblika. Il-perjodu massimu ta' protezzjoni ta' dawn id-drittijiet għandu jkun ta' 30 sena minn meta l-pubblikazzjoni kienet legalment ippubblikata għall-ewwel darba.
Artikolu 6
Protezzjoni ta' fotografiji
Il-fotografiji li jkunu oriġinali fis-sens li jkunu l-kreazzjoni intellettwali ta' l-awtur innifsu għandhom ikunu protetti skond l-Artikolu 1. L-ebda kriterji oħra m'għandhom ikunu applikati biex jistabbilixxu l-eliġibbiltà tagħhom għall-protezzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għall-protezzjoni ta' fotografiji oħra.
Artikolu 7
Protezzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
1. Fejn il-pajjiż ta' oriġini ta' xogħol, fit-tifsira tal-Konvenzjoni ta' Berna, ikun pajjiż terz, u l-awtur tax-xogħol ma jkunx ċittadin tal-Komunità, il-perjodu ta' protezzjoni mogħti mill-Istati Membri għandu jiskadi fid-data ta' skadenza tal-protezzjoni mogħtija mill-pajjiż ta' oriġini tax-xogħol, iżda ma jistax jaqbeż il-perjodu stipulat fl-Artikolu 1.
2. Il-perjodi ta' protezzjoni stipulati fl-Artikolu 3 għandhom japplikaw ukoll fil-każ fejn id-detenturi tad-drittijiet ma jkunux ċittadini tal-Komunità, kemm-il darba l-Istati Membri jagħtuhom protezzjoni. Madankollu, mingħajr ħsara għall-obbligi internazzjonali ta' l-Istati Membri, il-perjodu ta' protezzjoni mogħti mill-Istati Membri għandu jiskadi mhux aktar tard mid-data ta' skadenza tal-protezzjoni mogħtija fil-pajjiż li tiegħu d-detentur tad-drittijiet ikun ċittadin u ma jistax jeċċedi il-perjodu stipulat fl-Artikolu 3.
3. L-Istati Membri li, fid-29 ta' Ottubru 1993, b'mod partikolari skond l-obbligi internazzjonali tagħhom, ikunu taw perjodu itwal ta' protezzjoni minn dak li jirriżulta mid-dispożizzjonijet tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jżommu din il-protezzjoni sal-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali dwar il-perjodu tal-protezzjoni ta' drittijiet ta' l-awtur jew ta' drittijiet relatati.
Artikolu 8
Il-kalkolu tal-perjodi
Il-perjodi stipulati f'din id-Direttiva għandhom jiġu kkalkolati mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena li ssegwi l-fatt li jagħti bidu għad-dritt.
Artikolu 9
Drittijiet morali
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijet ta' l-Istati Membri li jirregolaw id-drittijiet morali.
Artikolu 10
Applikazzjoni kronoloġika
1. Fejn perjodu ta' protezzjoni, li jkun itwal mill-perjodu li jikkorrispondi għall-perjodu previst f'din id-Direttiva, ikun diġà beda jiddekorri fi Stat Membru fl-1 ta' Lulju 1995, din id-Direttiva m'għandhiex ikollha l-effett li tqassar dak il-perjodu f'dak l-Istat Membru.
2. Il-perjodi ta' protezzjoni previsti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għax-xogħlijiet u s-suġġetti kollha li jkunu protetti f'għall-inqas Stat Membru wieħed fid-data msemmija fil-paragrafu 1, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-drittijiet ta' l-awtur jew drittijiet relatati jew li jissodisfaw il-kriterji għall-protezzjoni skond id-Direttiva [92/100/KEE tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 1992 dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali] (5).
3. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kull att ta' sfruttament imwettaq qabel id-data msemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijet meħtieġa biex jipproteġu b'mod partikolari drittijiet miksuba ta' pajjiżi terzi.
4. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa japplikaw id-dispożizzjonijet ta' l-Artikolu 2(1) għal xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi maħluqin qabel l-1 ta' Lulju 1994.
Artikolu 11
Notifika u Komunikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull pjan governattiv sabiex jingħataw drittijiet relatati ġodda, inklużi r-raġunijiet bażiċi għall-introduzzjoni tagħhom u l-perjodu ta' protezzjoni previst.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijet tal-liġijiet interni li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.
Artikolu 12
Tħassir
Id-Direttiva 93/98/KEE hija b'dan imħassra, bla ħsara għall-obbligi ta' l-Istati Membri rigward il-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi indikati fil-Parti B ta' l-Anness I.
Referenzi magħmula għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Stati indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) Opinjoni ta' l-26 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2006.
(3) ĠU L 290, 24.11.1993, p. 9. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
(5) ĠU L 346, 27.11.1992, p. 61. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2001/29/KE.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma' l-emendi tagħha
Direttiva 93/98/KEE tal-Kunsill |
|
Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
L-Artikolu 11(2) biss |
PARTI B
Lista tal-limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni
(imsemmi fl-Artikolu 12)
Direttiva |
Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta' applikazzjoni |
93/98/KEE |
L-1 ta' Lulju 1995 (l-Artikoli 1 sa 11) |
Id-19 ta' Novembru 1993 (l-Artikolu 12) Mhux iktar tard mill-1 ta' Lulju 1997 għall-Artikolu 2(1) (l-Artikolu 10(5)) |
2001/29/KE |
It-22 ta' Diċembru 2002 |
|
ANNESS II
Tabella ta' korrelazzjoni
Direttiva 93/98/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1 sa 9 Artikoli 10(1) sa (4) Artikolu 10(5) Artikolu 11 Artikolu 12 Artikolu 13(1) l-ewwel sub-paragrafu Artikolu 13(1) it-tieni sub-paragrafu Artikolu 13(1) it-tielet sub-paragrafu Artikolu 13(2) — — Artikolu 14 — — |
Artikoli 1 sa 9 Artikoli 10(1) sa (4) — — Artikolu 11(1) — — Artikolu 11(2) — Artikolu 12 Artikolu 13 Artikolu 14 Anness I Anness II |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
19 |
DIRETTIVA 2006/118/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż u d-deterjorament
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3), in vista tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-28 ta' Novembru 2006,
Billi:
(1) |
L-ilma ta' taħt l-art huwa riżorsa naturali prezzjuża u għaldaqstant għandha tiġi protetta mid-deterjorament u t-tniġġiż kimiku. Dan hu partikolarment importanti għall-ekosistemi li jiddependu mill-ilma ta' taħt l-art u għall-użu ta' l-ilma ta' taħt l-art fil-provvista ta' l-ilma għall-konsum mill-bniedem. |
(2) |
L-ilma ta' taħt l-art huwa l-akbar ġabra ta' ilma ħelu u dik l-aktar sensittiva fl-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, hija wkoll sors prinċipali ta' provvisti ta' l-ilma tax-xorb għall-pubbliku f'ħafna reġjuni. |
(3) |
L-ilma ta' taħt l-art f'ġabriet ta' l-ilma użat għat-teħid mill-irqajja' ta' l-ilma tax-xorb jew maħsub għal tali użu futur għandu jiġi protett b'tali mod li deterjorament fil-kwalità ta' tali ġabriet ta' l-ilma hija evitata sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb, skond l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (4). |
(4) |
Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta' Azzjoni tal-Komunità għall-Ambjent (5) tinkludi l-għan li jintlaħqu livelli fil-kwalità ta' l-ilma li ma jagħtux lok għall-impatti sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u riskji għalihom. |
(5) |
Sabiex jiġi protett l-ambjent fit-totalità tiegħu, u b'mod partikolari s-saħħa tal-bniedem, il-konċentrazzjonijiet dannużi ta' tniġġiż li jagħmel il-ħsara fl-ilma ta' taħt l-art iridu jiġu evitati, impeduti jew imnaqqsa. |
(6) |
Id-Direttiva 2000/60/KE tistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art. Kif previst fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, għandhom jiġu adottati miżuri li jimpedixxu u jikkontrollaw it-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art, inklużi kriterji biex jiġi vvalutat l-istat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art u kriterji għall-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti u biex jiġu ddefiniti punti tal-bidu għall-inverżjoni ta' tendenzi. |
(7) |
Tenut kont tal-ħtieġa li jintlaħqu livelli konsistenti ta' protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art, għandhom jiġu stabbiliti standards ta' kwalità u valuri ta' limitu, u għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji bbażati fuq approċċ komuni, sabiex jiġu pprovduti kriterji għall-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art. |
(8) |
Standards ta' kwalità għal nitrati, prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u bijoċidi għandhom jiġu stabbiliti bħala l-kriterji tal-Komunità għall-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art, u għandha tiġi assigurata konsistenza mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilmijiet mit-tniġġiż ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (6), id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidi (8), rispettivament. |
(9) |
Il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art tista' f'xi żoni teħtieġ bidla fil-prattika tal-biedja jew tal-forestrija, li tista' twassal għal tnaqqis fil-qligħ. Il-Politika Agrikola Komuni tipprevedi għal mekkaniżmi ta' finanzjament biex jiġu implimentati miżuri li jikkonformaw ma' l-istandards Komunitarji, jiġifieri permezz tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (9). Fir-rigward ta' miżuri għall-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art, għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jagħżlu l-prijoritajiet u l-proġetti tagħhom. |
(10) |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-istatus kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ma japplikawx għal-livelli għoljin u li jokkorru b'mod naturali ta' sustanzi jew joni jew l-indikaturi tagħhom, li jinsabu jew f'ġabra ta' ilma ta' taħt l-art jew f'ġabriet assoċjati ta' l-ilma tal-wiċċ, minħabba kondizzjonijiet idro-ġeoloġiċi speċifiċi, li m'humiex koperti bid-definizzjoni ta' tniġġis. Bl-istess mod, dawn ma japplikawx għal tibdiliet temporanji u spazjalment limitati fid-direzzjoni tal-fluss u fil-kompożizzjoni kimika, li m'humiex kkunsidrati bħala intrużjonijiet. |
(11) |
Għandhom jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti fil-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti u biex jiġi definit il-punt tal-bidu għall-inverżjoni tat-tendenza, filwaqt li jitqies il-probabilità ta' effetti negattivi fuq ekosistemi akkwatiċi assoċjati jew ekosistemi terrestri dipendenti minnhom. |
(12) |
Fejn hu possibbli l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri statistiċi sakemm dawn ikunu konformi ma' l-istandards internazzjonali u jikkontribwixxu għat-tqabbil fuq perijodi fit-tul tar-riżultati tal-monitoraġġ bejn l-Istati Membri. |
(13) |
Bi qbil mat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru 1979 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art mit-tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi (10) se tkun imħassra b'effett mit-22 ta' Diċembru 2013. Jeħtieġ għalhekk li tiġi assigurata l-kontinwità tal-protezzjoni prevista fid-Direttiva 80/68/KEE fir-rigward ta' miżuri mmirati sabiex jevitaw jew jillimitaw id-dħul kemm dirett kif ukoll indirett ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art. |
(14) |
Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn sustanzi perikolużi, li d-dħul tagħhom għandu jiġi evitat, u pollutanti oħra, li d-dħul tagħhom għandu jiġi llimitat. Jeħtieġ li l-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE, li jelenka l-pollutanti prinċipali rilevanti għall-ambjent ta' l-ilma, jiġi użat biex jiġu identifikati sustanzi perikolużi u dawk li mhumiex perikolużi li juru riskju ta' tniġġiż eżistenti jew potenzjali. |
(15) |
Miżuri li jipprevenu jew jillimitaw l-introduzzjoni ta' sustanzi inkwinanti fil-ġabriet ta' l-ilma ta' taħt l-art użati għal jew maħsuba għal użu futur għat-teħid mill-irqajja' ta' l-ilma maħsub għall-konsum tal-bniedem, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, għandhom, skond l-Artikolu 7(2) ta' dik id-Direttiva, jinkludu tali miżuri li huma meħtieġa biex jiżguraw li taħt ir-reġim ta' trattament ta' l-ilma applikat, u skond il-leġislazzjoni Komunitarja, l-ilma li jirriżulta ser jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalita' ta' l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (11). Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu wkoll, skond l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-istabbiliment mill-Istati Membri ta' żoni ta' salvagwardja ta' tali daqs li l-korp nazzjonali kompetenti jikkunsidra xieraq sabiex jipproteġi l-provvisti ta' l-ilma għax-xorb. Tali żoni ta' salvagwardja jistgħu ikopru it-territorju kollu ta' Stat Membru. |
(16) |
Sabiex tiġi assigurata protezzjoni koerenti ta' l-ilma ta' taħt l-art, l-Istati Membri li jaqsmu bejniethom mases ta' ilma ta' taħt l-art għandhom jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-monitoraġġ, id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu u l-identifikazzjoni ta' sustanzi perikolużi rilevanti. |
(17) |
Metodi affidabbli u komparabbli għall-monitoraġġ ta' l-ilma ta' taħt l-art huma għodod importanti għall-valutazzjoni tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u wkoll għall-għażla tal-miżuri l-aktar xierqa. L-Artikoli 8(3) u 20 tad-Direttiva 2000/60/KE jipprevedu għall-adozzjoni ta' metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ ta' l-istatus ta' l-ilma u, fejn meħtieġ, ta' linji gwida dwar l-implimentazzjoni inkluż il-monitoraġġ. |
(18) |
Taħt ċerti ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jagħtu eżenzjonijiet minn miżuri biex jiġi evitat jew limitat id-dħul tal-pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art. Kwalunkwe eżenzjoni għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti u tkun iddettaljata fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar. |
(19) |
Għandu jiġi analizzat l-impatt fuq il-livell ta' ħarsien ambjentali u fuq il-funzjonament tas-suq intern ta' valuri ta' limitu differenti għall-ilma ta' taħt l-art li għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri. |
(20) |
Għandha titwettaq riċerka sabiex tipprovdi kriterji aħjar biex jiġu żgurati l-kwalità u l-protezzjoni ta' l-ekosistema ta' l-ilma ta' taħt l-art. Fejn meħtieġ, għandu jittieħed kont tas-sejbiet miksuba meta tkun qed tiġi implimentata jew riveduta din id-Direttiva. Tali riċerka, kif ukoll disseminazzjoni ta' għarfien, esperjenza u sejbiet tar-riċerka, jeħtieġ li tiġi mħeġġa u ffinanzjata. |
(21) |
Jeħtieġ li jsir provvediment għal miżuri transitorji fir-rigward tal-perijodu bejn id-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u d-data minn meta d-Direttiva 80/68/KEE tiġi revokata. |
(22) |
Id-Direttiva 2000/60/KE tistipula l-ħtieġa ta' kontrolli inkluża ħtieġa għall-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-irkupru jew l-awmentazzjoni artifiċjali ta' ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art, dment li l-użu tas-sors ma jikkompromettix il-kisba ta' l-objettivi stabbiliti għas-sors jew il-ġabra ta' ilma li ġiet irkuprata jew awmentata. |
(23) |
Id-Direttiva 2000/60/KE tinkludi fl-Artikolu 11(2) u fil-Parti B ta' l-Anness VI dwar il-programm ta' miżuri lista mhux esklussiva ta' miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu bħala parti mill-programm ta' miżuri, inter alia:
|
(24) |
Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (12). |
(25) |
B'mod partikolari, jeħtieġ li tiġi segwita l-proċedura regolatorja bi skrutinju fir-rigward ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, inter alia permezz tat-tħassir ta' xi wħud minn dawk l-elementi jew billi din id-Direttiva tiġi supplimentata biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali ġodda, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri speċifiċi kif previst fl-Artikolu 17(1) u (2) tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex jiġi impedut u kontrollat it-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art. Dawn il-miżuri jinkludu b'mod partikolari:
(a) |
kriterji għall-valutazzjoni ta' l-istat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art; u |
(b) |
kriterji għall-identifikazzjoni u t-treġġigħ lura ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti għad-definizzjoni ta' punti tal-bidu għal treġġigħ lura tat-tendenzi. |
2. Din id-Direttiva tikkumplimenta wkoll id-disposizzjonijiet li jevitaw jew jillimitaw id-dħul ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art li diġà jeżistu fid-Direttiva 2000/60/KE, u timmira li tevita d-deterjorament ta' l-istat tal-mases kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE:
1) |
“standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art” tfisser standard tal-kwalità ambjentali espress bħala l-konċentrazzjoni ta' pollutant partikolari, grupp ta' pollutanti jew indikatur ta' tniġġiż fl-ilma ta' taħt l-art, li ma jistax jinqabeż sabiex ikunu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
2) |
“valur ta' limitu” tfisser standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art stabbilit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 3; |
3) |
“tendenza li tiżdied u li hija sinifikanti u sostnuta” tfisser kwalunkwe żieda li hija statistikament u ambjentalment sinifikanti ta' konċentrazzjoni ta' sustanza inkwinanti, grupp ta' sustanzi inkwinanti, jew indikatur ta' tniġġis fl-ilma ta' taħt l-art li għaliha t-treġġigħ lura tat-tendenza huwa identifikat bħala meħtieġ skond l-Artikolu 5; |
4) |
“dħul ta' pollutant fl-ilma ta' taħt l-art” tfisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art bħala riżultat ta' attività umana; |
5) |
“livell ta' l-isfond” tfisser il-konċentrazzjoni ta' sostanza jew il-valur ta' indikatur f'ġabra ta' ilma ta' taħt l-art li tikkorrespondi ma' l-ebda alterazzjoni antropoġenika, jew ma' alterazzjoni minuri ħafna biss, għal kondizzjonijiet mhux iddisturbati; |
6) |
“livell ta' bażi” tfisser il-medja tal-valur imkejjel mill-inqas matul is-snin ta' referenza 2007 u 2008 abbażi tal-programmi ta' monitoraġġ implimentati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, jew, fil-każ ta' sustanzi identifikati wara dawn is-snin ta' referenza, matul l-ewwel perijodu li għalih perijodu rappreżentattiv ta' data ta' monitoraġġ huwa disponibbli. |
Artikolu 3
Kriterji għall-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art
1. Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' massa ta' l-ilma ta' taħt l-art jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art skond is-Sezzjoni 2.3 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kriterji li ġejjin:
a) |
standards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art kif imsemmija fl-Anness I; |
b) |
valuri ta' limitu li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond il-proċedura deskritta fil-Parti A ta' l-Anness II għall-pollutanti, gruppi ta' pollutanti u indikaturi tat-tniġġiż li, fit-territorju ta' Stat Membru, ġew identifikati bħala li jikkontribwixxu għall-karatterizzazzjoni ta' mases, jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, bħala li jkunu f'riskju, b'kont meħud ta' mill-inqas il-listi li jinsabu fil-Parti B ta' l-Anness II. |
Il-valuri ta' limitu għall-ilma ta' taħt l-art applikabbli għal status kimiku tajjeb għandu jkun ibbażat fuq il-protezzjoni tal-ġabra ta' ilma ta' taħt l-art skond il-Parti A, punti 1, 2 u 3 ta' l-Anness II, b'konsiderazzjoni partikolari għall-impatt tiegħu fuq, u l-interrelazzjoni ma', l-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u l-ekosistemi terrestri u l-artijiet mistagħdra li huma direttament dipendenti fuqhom u għandhom fost l-oħrajn jieħdu kont ta' l-għarfien dwar it-tossikoloġija umana u l-ekotossikoloġija.
2. Il-valuri ta' limitu jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew il-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li taqa' fit-territorju ta' Stat Membru, jew fil-livell ta' massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma maqsuma bejn żewġ Stati Membri jew aktar u għal mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li fihom l-ilma ta' taħt l-art jaqsam il-konfini ta' Stat Membru, l-istabbiliment ta' valuri ta' limitu huwa soġġett għall-kordinazzjoni bejn l-Istati Membri konċernati, skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.
4. Fejn massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art jestendi lil hinn mit-territorju tal-Komunità, l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i) għandhom jippruvaw jistabbilixxu valuri ta' limitu, f'kordinazzjoni ma' l-Istat(i) li mhux Membru(i) konċernat(i), skond l-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2000/60/KE.
5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri ta' limitu skond il-paragrafu 1(b) għall-ewwel darba sa mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru 2008.
Il-valuri ta' limitu kollha stabbiliti għandhom jiġu ppubblikati fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar sottomessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, inkluż sinteżi ta' l-informazzjoni mniżżla fil-Parti Ċ ta' l-Anness II għal din id-Direttiva.
6. L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista tal-valuri ta' limitu kull meta informazzjoni ġdida dwar pollutanti, gruppi ta' pollutanti jew indikaturi tat-tniġġiż tindika li valur ta' limitu għandu jiġi stabbilit għal sustanza oħra, li valur ta' limitu eżistenti għandu jiġi emendat, jew li valur ta' limitu li qabel ġie mneħħi mil-lista għandu jerġa jiddaħħal, sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.
Il-valuri ta' limitu jistgħu jitneħħew mil-lista meta l-massa ta' l-ilma ta' taħt l-art konċernat m'għadux aktar f'riskju mill-pollutanti, il-gruppi ta' pollutanti jew indikaturi tat-tniġġiż korrispondenti.
Kwalunkwe tali bidla fil-lista tal-valuri ta' limitu għandha tiġi rappurtata fil-kuntest tar-reviżjoni perijodika tal-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar.
7. Abbażi ta' l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond il-paragrafu 5, il-Kummissjoni għanda tippubblika rapport sa mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 4
Proċedura għall-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art
1. L-Istati Membri għandhom jużaw il-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 biex jivvalutaw l-istat kimiku ta' massa ta' l-ilma ta' taħt l-art. Fejn xieraq, meta jwettqu din il-proċedura l-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu fi gruppi mases ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE.
2. Massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art għandu jkun ikkunsidrat li jkun fi stat kimiku tajjeb meta:
a) |
il-monitoraġġ rilevanti juri li l-kondizzjonijiet stipulati fit-tabella 2.3.2 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE qegħdin jintlaħqu; jew |
b) |
il-valuri ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art imniżżla fl-Anness I u l-valuri ta' limitu rilevanti stabbiliti skond l-Artikolu 3 u l-Anness II ma jinqabżux fi kwalunkwe punt ta' monitoraġġ f'dak il-massa, jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art; jew |
ċ) |
il-valur għal standard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valur ta' limitu jinqabeż f'punt ta' monitoraġġ wieħed jew aktar iżda investigazzjoni xierqa skond l-Anness III tikkonferma li:
|
3. L-għażla ta' siti ta' monitoraġġ ta' l-ilma ta' taħt l-art għandha tissodisfa l-ħtiġiet tal-Parti 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE biex ikunu mfassla sabiex jipprovdu ħarsa ġenerali komprensiva u koerenti ta' l-istatus kimiku ta' l-ilma ta' l-art u biex tiġi pprovduta data ta' monitoraġġ rappreżentattiva.
4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw sintesi tal-valutazzjoni ta' l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Din is-sintesi, stabbilita fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew il-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li jaqa' fit-territorju ta' Stat Membru, għandha tinkludi wkoll spjegazzjoni ta' kif ġie meħud kont ta' qbiż ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valuri ta' limitu f'punti ta' monitoraġġ individwali fil-valutazzjoni finali.
5. Jekk massa ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa klassifikat li qiegħed fi stat kimiku tajjeb skond il-paragrafu 2(ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu tali miżuri kif ikun meħtieġ, skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, biex jiġu protetti l-ekosistemi akkwatiċi, ekosistemi terrestri u l-użu mill-bniedem ta' l-ilma ta' taħt l-art dipendenti fuq il-parti tal-massa rrappreżentata mill-punt jew punti ta' monitoraġġ li fih il-valur ta' l-istandard tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew valur ta' limitu ġie maqbuż.
Artikolu 5
L-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti u d-definizzjoni ta' punti ta' tluq għat-treġġigħ lura ta' tendenzi
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe tendenzi li qed jiżdiedu sinifikanti u sostnuti f'konċentrazzjonijiet ta' pollutanti, gruppi ta' pollutanti u indikaturi ta' tniġġiż misjuba f'mases, jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, identifikati bħala li qegħdin f'riskju u jiddefinixxu l-punt ta' tluq għat-treġġigħ lura ta' dik it-tendenza, skond l-Anness IV.
2. L-Istati Membri għandhom, skond il-Parti B ta' l-Anness IV, ireġġgħu lura t-tendenzi li jippreżentaw riskju ta' ħsara sinifikanti għall-kwalità ta' l-ekosistemi akkwatiċi jew terrestri, għas-saħħa tal-bniedem, jew għall-użi leġittimi attwali jew potenzjali ta' l-ambjent ta' l-ilma, permezz tal-programm ta' miżuri imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE, sabiex jitnaqqas b'mod progressiv it-tniġġiż u tiġi prevenuta d-deterjorament ta' l-ilma ta' taħt l-art.
3. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-punt ta' tluq minn meta ireġgħu lura t-tendenzi bħala persentaġġ tal-livell ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art imniżżla fl-Anness I u tal-valuri ta' limitu stabbiliti skond l-Artikolu 3, abbażi tat-tendenza identifikata u r-riskju ambjentali assoċjat magħha, skond il-punt 1 tal-Parti B ta' l-Anness IV.
4. Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar sottomessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jagħtu sintesi:
a) |
tal-mod kif il-valutazzjoni tat-tendenza minn punti ta' monitoraġġ individwali f'massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art ikkontribwiet għall-identifikazzjoni skond is-Sezzjoni 2.5 ta' l-Anness V ta' dik id-Direttiva, li dawk il-mases huma soġġetti għal tendenza 'l fuq sinifikanti u sostnut f'konċentrazzjoni ta' kwalunkwe pollutant jew treġġigħ lura ta' dik it-tendenza; u |
b) |
ir-raġunijiet għall-punti ta' tluq definiti skond il-paragrafu 3. |
5. Fejn meħtieġ biex jiġi valutat l-impatt ta' traċċi eżistenti ta' tniġġiż f'mases ta' ilma ta' taħt l-art li jistgħu jheddu l-kisba ta' l-objettivi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u b'mod partikolari dawk it-traċċi li jirriżultaw minn punti ta' sorsi u art kontaminata, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar stimi tat-tendenzi għall-pollutanti identifikati sabiex jiġi verifikat li traċċi minn siti kontaminati ma jinfirxux, ma jiddeterjorawx l-istat kimiku tal-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, u mhumiex ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkitbu f'sommarju fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar sottomessi skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE.
Artikolu 6
Miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art
1. Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jkunu evitati jew limitati dħul ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art stabbilit skond l-Artikolu 4(1)(b)(i) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm ta' miżuri stabbiliti skond l-Arikolu 11 ta' dik id-Direttiva, jinkludi:
a) |
il-miżuri kollha meħtieġa li jevitaw dħul fl-ilma ta' taħt l-art ta' kwalunkwe sustanza perikoluża, bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3. Fl-identifikazzjoni ta' tali materjali, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jieħdu kont ta' sustanzi perikolużi li jagħmlu parti mill-familji jew gruppi ta' pollutanti imsemmija fil-punti 1 sa 6 ta' l-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, kif ukoll ta' sustanzi li huma parti mill-familji jew gruppi ta' pollutanti msemmija fil-punti 7 sa 9 ta' l-imsemmi Anness, fejn dawn huma kkunsidrati bħala perikolużi; |
b) |
għal pollutanti mniżżla fl-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE li mhumiex ikkunsidrati bħala perikolużi, u pollutanti oħrajn li mhumiex perikolużi u li mhumiex elenkati f'dik il-lista li huma kkunsidrati mill-Istati Membri li jippreżentaw riskju ta' tniġġiż eżistenti jew potenzjali, il-miżuri kollha meħtieġa biex jillimitaw id-dħul fl-ilma ta' taħt l-art sabiex jiġi żgurat li tali dħul ma jikkawżax deterjorament jew tendenza 'l fuq sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjonijiet ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art. Tali miżuri għandhom jieħdu kont, għallinqas, ta' l-aħjar prattika stabbilita, inklużi l-Aħjar Prattika Ambjentali u l-Aħjar Tekniki Disponibbli speċifikati fil-leġislazzjoni Komunitarja rilevanti. |
Sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri msemmija fil-punti (a) jew (b), l-Istati Membri jistgħu, bħala l-ewwel pass, jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li taħthom il-pollutanti imniżżla fl-Anness VIII għad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari metalli essenzjali u l-komposti tagħhom imsemmija fil-punt 7 ta' dak l-Anness, għandhom jiġu kkunsidrati bħala perikolużi jew mhux perikolużi.
2. Kull meta jkun teknikament possibbli għandu jittieħed kont tad-dħul ta' pollutanti minn sorsi diffużi ta' tniġġiż li jkollhom impatt fuq l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art.
3. Bla ħsara għal kondizzjoniet iktar stretti f'leġislazzjoni Komunitarja oħra, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-miżuri meħtieġa mill-paragrafu 1 dħul ta' pollutanti li huma:
a) |
ir-riżultat ta' skariku dirett awtorizzat skond l-Artikolu 11(3)(j) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
b) |
meqjus mill-awtoritajiet kompetenti li huwa ta' kwantità u konċentrazzjoni tant żgħira li ma joħloq l-ebda periklu fil-preżent jew fil-futur ta' deterjorament fil-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art li jilqagħhom; |
ċ) |
il-konsegwenzi ta' inċidenti jew ċirkostanzi eċċezzjonali ta' kawża naturali li ma setgħux jiġu raġonevolment previsti, evitati jew mitigati; |
d) |
ir-riżultat ta' ċċarġjar mill-ġdid jew żieda artifiċjali ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art awtorizzati skond l-Artikolu 11(3)(f) tad-Direttiva 2000/60/KE; |
e) |
meqjus mill-awtoritajiet kompetenti li mhuwiex teknikament vijabbli li jiġi evitat jew limitat mingħajr l-użu ta':
|
(f) |
ir-riżultat ta' interventi f'ilmijiet tal-wiċċ għall-finijiet, fost l-oħrajn, li jiġu mnaqqsa l-effetti ta' għargħar u nixfiet, u għall-ġestjoni ta' ilmijiet u passaġġi ta' l-ilma, inkluż fil-livell internazzjonali. Tali attivitajiet, inklużi l-qtugħ, it-tħammil, ir-rilokazzjoni u d-depożitu ta' sedimenti f'ilma tal-wiċċ, għandhom jitwettqu skond ir-regoli vinkolanti ġenerali, u, fejn applikabbli, bil-permessi u l-awtorizzazzjonijiet maħruġa abbażi ta' tali regoli, żviluppati mill-Istati Membri għal dik il-fini, sakemm tali interventi ma jikkompromettux il-kisba ta' l-objettivi ambjentali stabbiliti għall-ġabriet ta' ilma kkonċernati skond il-punt (b) ta' l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2000/60/KE. |
L-eżenzjonijiet previsti fil-punti (a) sa (f) jistgħu jintużaw biss fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jkunu stabbilixxew li monitoraġġ effiċjenti tal-ġabriet ta' ilma ta' taħt l-art ikkonċernati, skond il-punt 2.4.2 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, jew monitoraġġ xieraq ieħor, qiegħed jitwettaq.
4. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom iżommu inventarju ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, għall-fini ta' notifika lill-Kummissjoni jekk jiġu mitluba.
Artikolu 7
Arranġamenti Transitorji
Fil-perijodu ta' bejn 16 ta' jannar 2009 u t-22 ta' Diċembru 2013, kwalunkwe proċedura ġdida ta' awtorizzazzjoni skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 80/68/KEE għandha tieħu kont tal-ħtiġiet imniżżla fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta' din id-Direttiva.
Artikolu 8
Adattamenti tekniċi
1. Il-Partijiet A u Ċ ta' l-Anness II u l-Annessi III u IV jistgħu jiġu emendati in vista tal-progress xjentifiku u tekniku, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2), waqt li jiġi kkunsidrat il-perijodu għar- reviżjoni u l-aġġornar tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, kif imsemmi fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.
2. Il-Parti B ta' l-Anness II, , tista' tiġi emendata, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 9(2), sabiex jiżdiedu materjali li jniġġsu jew indikaturi ġodda.
Artikolu 9
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandha tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a (1) sa (4) u fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'rigward għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 10
Reviżjoni
Bla ħsara għall-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Annessi I u II ta' din id-Direttiva sa 16 ta' jannar 2013. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, hija għandha, jekk xieraq, tressaq proposti leġislattivi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, biex temenda l-Annessi I u/jew II. Fir-reviżjoni tagħha u fit-tħejjija ta' kwalunkwe proposta, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' l-informazzjoni rilevanti kollha, li tista' tinkludi r-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ implimentati taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, tal-programmi ta' riċerka tal-Komunità, u/jew tar-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, organizzazzjonijiet Ewropej tan-negozji u organizzazzjonijiet Ewropej ta' l-ambjent.
Artikolu 11
Evalwazzjoni
Ir-rapport mill-Kummissjoni previst taħt l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jinkludi evalwazzjoni ta' l-operat ta' din id-Direttiva għall-ilma ta' taħt l-art fir-rigward ta' leġislazzjoni ambjentali rilevanti oħra, inkluż konsistenza magħha.
Artikolu 12
Implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva qabel 16 ta' jannar 2009. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta ' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 112. 30.4.2004, p. 40.
(2) ĠU C 109, 30.4.2004, p. 29.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2004 (ĠU C 45 E, 23.2.2006, p. 15), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-23 ta' Jannar 2006(ĠU C 126 E, 30.5.2006, p. 1) u Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2006' (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Riżoluzzjoni Leġislattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2006(għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006.
(4) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(5) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/85/KE (ĠU L 293, 24.10.2006, p. 3).
(8) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/50/KE (ĠU L 142, 30.5.2006, p. 6).
(9) ĠU L 277, 21.10.2005. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1463/2006 (ĠU L 227, 9.10.2006, p. 1).
(10) ĠU L 20, 26.1.1980, p. 43. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
(11) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(12) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
ANNESS I
STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-ILMA TA' TAĦT L-ART
1. |
Sabiex jiġi stmat l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Artikolu 4, l-istandards ta' kwalità għall-ilma ta' taħt l-art li ġejjin huma l-istandards ta' kwalità msemmija fit-Tabella 2.3.2 fl-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE u stabbiliti skond l-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva.
|
2. |
Ir-riżultati ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards ta' kwalità għall-pestiċidi bil-mod speċifikat għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għar-riżultati tal-proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju meħtieġa mid-Direttiva 91/414/KEE jew id-Direttiva 98/8/KE. |
3. |
Meta għal massa determinat ta' ilma ta' taħt l-art, ikun kkunsidrat li l-istandards ta' kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jistgħu jwasslu għan-nuqqas ta' kisba ta' l-objettivi ambjentali speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE għall-mases ta' ilma tal-wiċċ assoċjati, jew iwasslu għal kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta' tali mases, jew kwalunkwe ħsara sinifikanti għall-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament mill-massa ta' ilma ta' taħt l-art, valuri iżjed stretti ta' limitu huma stabbiliti skond l-Artikolu 3 u l-Anness II tad-Direttiva. Programmi u miżuri meħtieġa fir-rigward ta' tali valur ta' limitu japplikaw ukoll għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE. |
(1) “Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali kif definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/414/KEE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/8/KE, rispettivament.
(2) “Total” tfisser is-somma tal-pestiċidi kollha individwali skoperti u kwantifikati fil-proċedura ta' monitoraġġ, inklużi l-metaboliti rilevanti tagħhom, u l-prodotti ta' degradazzjoni u ta' reazzjoni tagħhom.
ANNESS II
VALURI TA' LIMITU GĦAL POLLUTANTI TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART U INDIKATURI TAT-TNIĠĠIŻ
Parti A
Linji gwida għall-istabbiliment ta' valuri ta' limitu Mill-istati Membri skond l-artikolu 3
L-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta' limitu għal pollutanti kollha u indikaturi tat-tniġġiż li, skond il-karatterizzazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE, jikkaratterizzaw il-mases jew gruppi ta' mases ta' l-ilma taħt l-art li huma f'riskju li jonqsu milli jiksbu stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art.
Il-valuri ta' limitu jkunu stabbiliti b'tali mod li, jekk ir-riżultati tal-monitoraġġ f'punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv jaqbżu l-limiti, dan ikun jindika riskju li kondizzjoni waħda jew iżjed għall-istat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii), (iii) u (iv) mhux qed tiġi sodisfatta.
Meta jiġu biex jistabbilixxu l-valuri ta' limitu, l-Istati Membri jikkunsidraw il-linji gwida li ġejjin:
1. |
Id-deċiżjoni biex jiġu stabbiliti valuri ta' limitu għandha tkun ibbażata fuq:
|
2) |
Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tieħu wkoll kont ta' l-oriġini tal-pollutanti, il-possibbiltà ta' l-okkorrenza naturali tagħhom, it-tossikoloġija u t-tendenza għat-tifrix tagħhom, il-persistenza tagħhom u l-potenzjal tagħhom ta' bijo-akkumulazzjoni. |
3) |
Kull fejn livelli ta' l-isfond għoljin ta' sustanzi jew joni jew l-indikaturi tagħhom jokkorru minħabba raġunijiet idro-ġeoloġiċi naturali, għandu jittieħed kont ta' dawn il-livelli ta' l-isfond fil-ġabra rilevanti ta' l-ilma ta' taħt l-art meta jkunu qed jiġu stabbiliti valuri ta' limitu. |
4) |
Id-determinazzjoni tal-valuri ta' limitu għandha tiġi sostnuta minn mekkaniżmu ta' kontroll għad-data miġbura, ibbażat fuq valutazzjoni tal-kwalità tad-data, fuq konsiderazzjonijiet analitiċi, u fuq livelli ta' l-isfond għas-sustanzi li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem. |
Parti B
Listi minimi ta' pollutanti u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-istati Membri Għandhom jikkunsidraw l-istabbiliment ta' valuri ta' limitu skond L-Artikolu 3
1. |
Sustanzi jew joni jew indikaturi, li jistgħu jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll/jew bħala riżultat ta' attivitajiet tal-bniedem
|
2. |
Sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem
|
3. |
Parametri indikattivi ta' dħul ta' mluħ jew dħul ieħor (1)
|
Parti Ċ
Informazzjoni li għandha tingħata Mill-istati Membri fir-rigward tal-pollutanti u l-indikaturi tagħhom li għalihom gew stabbiliti valuri ta' limitu
L-Istati Membri jagħmlu sintesi fil-Pjan ta' Ġestjoni tal-Baċiri tax-Xmajjar li għandu jkun sottomess skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar il-mod kif il-proċedura stabbilita fil-Parti A ta' dan l-Anness ġiet segwita.
B'mod partikolari, l-Istati Membri jipprovdu, fejn vijabbli:
a) |
informazzjoni dwar in-numru ta' mases jew gruppi ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzati bħala li huma f'riskju u dwar il-pollutanti u l-indikaturi tat-tniġġiż li jikkontribwixxu għal din il-klassifikazzjoni, inklużi l-konċentrazzjonijiet/valuri osservati; |
b) |
informazzjoni dwar kull wieħed mill-mases ta' ilma ta' taħt l-art karatterizzati bħala li huma f'riskju, b'mod partikolari id-daqs tal-mases, ir-relazzjoni bejn il-mases ta' ilma ta' taħt l-art u l-ilmijiet assoċjati tal-wiċċ u l-ekosistemi terrestri dipendenti direttament u, f'każ ta' sustanzi li jokkorru b'mod naturali, il-livelli naturali ta' l-isfond fil-mases ta' ilma ta' taħt l-art; |
ċ) |
il-valuri ta' limitu, kemm jekk japplikaw fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċir tax-xmara jew fil-parti tad-distrett tal-baċir internazzjonali tax-xmara li taqa' fit-territorju ta' l-Istat Membru, kif ukoll fil-livell ta' massa jew grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art; |
d) |
ir-relazzjoni bejn il-valuri ta' limitu u:
|
(1) Fir-rigward ta-konċentrazzjonijiet ta' mluħ li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu valuri ta' limitu jew għas-sulfat u l-kloridu jew għall-konduttività.
ANNESS III
STIMA TA' L-ISTAT KIMIKU TA' L-ILMA TA' TAĦT L-ART
1. |
Il-proċedura ta' valutazzjoni biex jiġi determinat l-istat kimiku ta' massa jew grupp ta' mases ta' ilma ta' taħt l-art għandha titwettaq f'relazzjoni mal-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzati bħala li huma f'riskju u fir-rigward ta' kull wieħed mill-pollutanti li jikkontribwixxu għall-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati hekk. |
2. |
Fit-twettiq ta' kwalunkwe investigazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta':
|
3. |
Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjonijiet dwar jekk intlaħqux il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(i) u (iv), l-Istati Membri, għandhom fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi ta' aggregazzjonijiet xierqa tar-riżultati tal-monitoraġġ, sostnuti fejn meħtieġ bi stimi ta' konċentrazzjoni bbażati fuq mudell konċettwali tal-massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art, jistmaw kemm il-massa ta' ilma ta' taħt l-art għandha konċentrazzjoni aritmetika medja annwali ta' pollutant ogħla minn standard ta' kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art jew minn valur ta' limitu. |
4. |
Għall-iskopijiet ta' l-investigazzjoni dwar jekk il-kondizzjonijiet għal stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art imsemmija fl-Artikolu 4(2)(ċ)(ii) u (iii) humiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti u meħtieġ, u abbażi tar-riżultati rilevanti ta' monitoraġġ u ta' mudell konċettwali adatt tal-massa ta' ilma ta' taħt l-art, jivvalutaw:
|
5. |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-istat kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ta' massa jew grupp ta' mases ta' l-ilma ta' taħt l-art fuq mapep skond is-Sezzjonijiet 2.4.5 u 2.5 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jindikaw fuq dawn il-mapep il-punti kollha ta' monitoraġġ fejn l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u/jew il-valuri ta' limitu nqabżu, fejn ikun rilevanti u vijabbli. |
ANNESS IV
IDENTIFIKAZZJONI U TREĠĠIGĦ LURA TA' TENDENZI 'L FUQ SINIFIKANTI U SOSTNUTI
Parti A
Identifikazzjoni u treġġigħ lura ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti
L-Istati Membri jidentifikaw tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti fil-mases jew gruppi ta' mases kollha ta' ilma ta' taħt l-art li huma karatterizzati bħala li huma f'riskju skond l-Anness II tad-Direttiva 2000/60/KE, b'kont meħud tal-ħtiġiet li ġejjin:
1) |
skond is-Sezzjoni 2.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, il-programm ta' monitoraġġ se jkun imfassal b'mod li josserva tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti f'konċentrazzjonijiet tal-pollutanti identifikati skond l-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva; |
2) |
il-proċedura għall-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti tkun bbażata fuq l-elementi li ġejjin:
|
3. |
l-identifikazzjoni ta' tendenzi 'l fuq u li huma sinifikanti u sostnuti fil-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jokkorru kemm b'mod naturali kif ukoll bħala riżultat ta' attivitajiet umani ser tikkunsidra l-livelli ta' bażi u, fejn tali data hija disponibbli, id-data miġbura qabel il-bidu tal-programm ta' monitoraġġ sabiex isir rapport dwar l-identifikazzjoni ta' tendenzi fl-ewwel pjan ta' ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar imsemmi fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, fejn tali data hija disponibbli. |
Parti B
Punt tat-tluq ghat-treġġigħ
L-Istati Membri ser ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq identifikati u li huma sinifikanti u sostnuti, skond l-Artikolu 5, waqt li jieħdu kont tal-ħtiġiet li ġejjin:
1) |
il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tal-miżuri biex ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti se jkun meta l-konċentrazzjoni tal-pollutant tilħaq il-75 % tal-valuri parametriċi ta' l-istandards tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u tal-valuri ta' limitu stabbiliti skond l-Artikolu 3, ħlief jekk:
Għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/676/KEE, il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni ta' miżuri biex ireġġgħu lura tendenzi 'l fuq sinifikanti u sostnuti se jiġi stabbilit skond dik id-Direttiva u d-Direttiva 2000/60/KE u, b' mod partikolari, ż-żamma ma' l-objettivi ambjentali għall-protezzjoni ta' l-ilma kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE; |
2) |
ladarba jkun ġie stabbilit punt ta' tluq għal massa ta' l-ilma ta' taħt l-art karatterizzat bħala li huwa f'riskju skond is-Sezzjoni 2.4.4 ta' l-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE u skond il-punt 1 hawn fuq, dan ma jinbidilx matul iċ-ċiklu ta' sitt snin tal-pjan ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar meħtieġ skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE; |
3) |
it-treġġigħ lura ta' tendenzi se jintwera, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet rilevanti ta' monitoraġġ li jinsabu fil-punt 2 tal-Parti A. |
27.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
32 |
DIRETTIVA 2006/122/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2006
li temenda għat-tletin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri rigward restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (sulfonati tal-perfluworooktan)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Valutazzjoni tar-riskju twettqet mill-OECD (Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku) abbażi ta' informazzjoni illi kienet disponibbli sa Lulju 2002. Din l-istima kkonkludiet li s-sulfonati tal-perfluworooktan (minn hawn 'il quddiem “PFOS”) huma persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi għall-ispeċi mammiferi u, għaldaqstant, jindikaw kawża ta' tħassib. |
(2) |
Ir-riskji għas-saħħa u l-ambjent ikkawżati mill-PFOS ġew valutati skond il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll ta' riskji minn sustanzi eżistenti (3). Il-valutazzjoni tar-riskju identifikat il-bżonn li jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa u għall-ambjent. |
(3) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (minn hawn 'il quddiem “SCHER”) ġie kkonsultat. Ix-SCHER ikkonkluda li l-PFOS jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala persistenti ħafna, bijoakkumulattivi ħafna u tossiċi. Il-PFOS għandhom ukoll il-potenzjal li jkunu propogati fuq distanza twila fl-ambjent u għandhom il-potenzjal li jħallu effetti ħżiena u għaldaqstant jissodisfaw il-kriterji li jiġu kklassifikati bħala pollutanti organiċi persistenti (minn hawn 'il quddiem “POPs”) skond il-Konvenzjoni ta' Stokkolma (4). Ix-SCHER identifika l-ħtieġa għal valutazzjoni xjentifika ulterjuri tar-riskji tal-PFOS, fl-istess ħin qabel li jistgħu jkunu meħtieġa miżuri għat-tnaqqis tar-riskji sabiex jiġi evitat li jseħħu mill-ġdid l-użi preċedenti. Skond ix-SCHER, l-użi kritiċi li għadhom għaddejjin fl-industrija ta' l-avjazzjoni, fl-industrija tas-semikondutturi, u fl-industrija fotografika ma jidhrux li jikkawżaw riskju relevanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, jekk l-emissjoni tagħhom fl-ambjent u l-espożizzjoni fuq il-post tax-xogħol jkunu minimizzati. Fir-rigward ta' fowms għat-tifi tan-nar, ix-SCHER jaqbel li għandhom jiġu valutati r-riskji għas-saħħa u għall-ambjent ta' sostituti qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni finali. Ix-SCHER jaqbel ukoll mar-restrizzjoni ta' l-użu tal-PFOS fl-industrija tal-plating, jekk m'hemm l-ebda miżura oħra disponibbli li tista' tiġi applikata sabiex jitnaqqsu r-rilaxxi waqt il-plating tal-metall għal livell aktar baxx b'mod sinifikanti. |
(4) |
Sabiex jitħarsu s-saħħa u l-ambjent, jidher għalhekk neċessarju li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PFOS għandhom jiġu ristretti. Din id-Direttiva hi maħsuba biex tkopri l-biċċa l-kbira tar-riskji mill-espożizzjoni. Użi minuri oħrajn tal-PFOS ma jidhrux li jikkawżaw xi riskju u għaldaqstant huma attwalment eżentati. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-proċessi ta' plating li jużaw il-PFOS u għaldaqstant ir-rilaxxi minn dawk il-proċessi jeħtieġu li jkunu minimizzati billi jiġu applikati l-aħjar tekniki disponibbli (minn hawn 'il quddiem imsejħa “BAT”) filwaqt li titqies b'mod sħiħ l-informazzjoni kollha rilevanti li tinsab fid-dokument ta' referenza tal-BAT dwar it-Trattament tal-Wiċċ ta' Metalli u Plastics, kif żviluppat għall-użu skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (5) (Direttiva ta' l-IPPC). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarji ta' dawn l-użi sabiex jiksbu informazzjoni dwar il-kwantitajiet effettivi użati u rilaxxati. |
(5) |
Il-prodotti u l-artikoli parzjalment kompluti li fihom il-PFOS għandhom ukoll jiġu ristretti sabiex jitħares l-ambjent. Ir-restrizzjoni għandha tkopri l-prodotti u l-artikoli kollha li magħhom jiġi miżjuda b'mod intenzjonali l-PFOS, tenut kont li l-PFOS setgħu ntużaw biss f'partijiet distinti jew f'kisjiet ta' ċerti prodotti u artikoli, bħalma huma t-tessuti. Din id-Direttiva għandha tirrestrinġi biss prodotti ġodda u m’għandhiex tapplika għall-prodotti li diġà qed jintużaw jew li jinsabu għal bejgħ fis-suq tas-second hand. Madankollu, għandhom jiġu identifikati r-riservi attwali ta' fowms għat-tifi tan-nar li fihom il-PFOS, u l-użu tagħhom għandu jiġi permess biss għal żmien limitat sabiex tiġi evitata l-possibiltà ta' aktar emissjonijiet mill-użu ta' prodotti bħal dawn. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata it-tneħħija gradwali ta' l-użi tal-PFOS il-Kummissjoni għandha tirrevedi kull deroga skond din id-Direttiva meta informazzjoni ġdida dwar l-użi u l-iżvilupp ta' alternattivi aktar sikuri jiġġustifikaw dan. Id-deroga tista' biss titkompla għal użi essenzjali bil-kundizzjoni li ma jkunux jeżistu sustanzi jew teknoloġiji aktar sikuri li huma teknikament u ekonomikament vijabbli, u li l-BAT jiġu applikati sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet tal-PFOS. |
(7) |
Hemm suspett li l-aċidu perfluworoottaniku (minn hawn 'il quddiem “PFOA”) u l-imluħ tiegħu għandhom riskju simili bħall-PFOS, u għaldaqstant, jeħtieġ li jkun hemm kontroll ta' l-attivitajiet ta' valutazzjoni tar-riskju li qed isiru bħalissa u tad-disponibbiltà ta' alternattivi iktar sikuri u li jkun definit liema tip ta' miżuri għat-tnaqqis tar-riskji, inkluża restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu, jekk xieraq, għandhom jiġu applikati fl-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Id-Direttiva 76/769/KEE (6) għandha tiġi emendata skond dan. |
(9) |
L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tintroduċi dispożizzjonijiet armonizzati rigward il-PFOS, biex b'hekk tippreserva s-suq intern filwaqt li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif meħtieġ skond l-Artikolu 95 tat-Trattat. |
(10) |
Din id-Direttiva hija bla ħsara għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema, bħad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (7), u direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji konnessi ma’ l-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (is-Sitt Direttiva individwali fis-sens tat-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata) (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma' l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fis-sens tat-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (9), |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE qiegħed jiġi emendat permezz tal-preżenti kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-27 ta' Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijet u skeda li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva .
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mit-27 ta' Ġunju 2008.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fil-jum tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għal tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar it-12 ta' Diċembru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
J. BORRELL FONTELLES
Il-President
Il-President
M. PEKKARINEN
(1) ĠU C 195, 18.8.2006, p. 10.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006.
(3) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE ta' l-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar it-Tniġġiż Organiku Persistenti (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).
(5) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(6) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/90/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 28).
(7) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003.
(8) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50. Corrigendum fil- ĠU L 229, 29.6.2004, p. 23.
(9) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l- 2003.
ANNESS
Il-punt li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:
“52 sulfonati tal-perfluworooktan (PFOS) C8F17SO2X (X = OH, Melħ tal-metall, (O-M+), alid, amid, u derivati oħra li jinkludu l-polimeri) |
|
(*) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(**) ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 907/2006 (ĠU L 168, 21.6.2006, p. 5).