ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( 1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
6 ta' Diċembru 2006

Werrej

II   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

Il-Parlament Ewropew

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

1

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-finalizzazzjoni tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

3

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

5

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni I – Parlament Ewropew

29

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill

30

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill (N6-0027/2005 – C6-0359/2005 – 2005/2092(DEC))

31

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni IV – Qorti tal-Ġustizzja

33

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja

34

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni V – Qorti ta' l-Awdituri

36

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni V – Qorti ta' l-Awdituri

37

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

40

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

41

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VII – Kumitat għar-Regjuni

43

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VII — Kumitat għar-Reġjuni

44

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIA — Ombudsman Ewropew

46

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIA – l-Ombudsman Ewropew

47

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIB – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

49

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIB — il-Kontrollur Ewropew ghall-Protezzjoni tad-Dejta

50

*

Deċiżjoni tal-Parlament Eweopew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

51

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-egħluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

53

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni ta' kwittanza għall-implimwntazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

56

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

63

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

64

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

66

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

69

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

70

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

72

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

74

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijet ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

75

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

77

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

80

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

81

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

83

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

85

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

86

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

88

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

90

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

91

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

93

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

96

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

97

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

100

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

102

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

103

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

105

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

107

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

108

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

110

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

112

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

113

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

115

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

117

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

118

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

120

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

123

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

124

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

126

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

128

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

129

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

131

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

134

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

135

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

137

(1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 340.

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Il-Parlament Ewropew

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

(2006/808/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali tal-Komunitajiet Ewropej – Sena Finanzjarja 2004 – Volum I – Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u rendikonti finanzjarji konsolidati (SEC(2005)1158 – C6-0352/2005, SEC(2005)1159 – C6-0351/2005) (2),

wara li kkunsidra ir-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (COM(2005)0449, COM(2005)0448) u l-karta ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni – Anness għar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (SEC(2005)1161),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Sinteżi 2004” (COM(2005)0256),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għall-Awtorità tal-Kwittanza dwar Verifiki Interni mwettqa fl-2004 (COM(2005)0257),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' ’Verifika Waħda’ (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar pjan għal qafas integrat ta' kontroll intern (COM(2005)0252),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni għall-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Qorti ta' l-Awdituri – Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern (COM(2006)0009),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 u kif ukoll ir-rapporti speċjali akkumpanjati bir-risposti ta' l-istituzzjonijiet verifikati (4),

wara li kkunsidra DAS għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitati l-oħra konċernati (A6-0108/2006),

A.

billi skond l-Artikolu 274 tat-Trattat KE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit fuq ir-responsabbiltà tagħha nnifisha, filwaqt li għandha tqis il-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod,

1.

Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħti l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri u sabiex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1.

(4)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 100.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-finalizzazzjoni tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

(2006/809/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali tal-Komunitajiet Ewropej – Sena Finanzjarja 2004 – Volum I – Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u rendikonti finanzjarji konsolidati (SEC(2005)1158 – C6-0352/2005, SEC(2005)1159 – C6-0351/2005) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (COM(2005)0449, COM(2005)0448) u l-karta ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni – Anness għar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (SEC(2005)1161),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Sinteżi 2004” (COM(2005)0256),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għall-Awtorità tal-Kwittanza dwar Verifiki Interni mwettqa fl-2004 (COM(2005)0257),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' “verifika waħda” (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar pjan għal qafas integrat ta' kontroll intern (COM(2005)0252),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri – Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern (COM(2006)0009),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 (4) u kif ukoll ir-rapporti speċjali akkumpanjati bir-risposti ta' l-istituzzjonijiet verifikati,

wara li kkunsidra DAS għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitati l-oħra konċernati (A6-0108/2006),

A.

billi skond l-Artikolu 275 tat-Trattat KE l-Kummissjoni hija responsabbli għall-preparazzjoni tal-kontijiet,

1.

Japprova l-finalizzazzjoni tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment u lill-istituzzjonijiet nazzjonali tal-verifika ta' l-Istati Membri, u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1

(4)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 100.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni III – Kummissjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali tal-Komunitajiet Ewropej – Sena Finanzjarja 2004 – Volum I – Rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u rendikonti finanzjarji konsolidati (SEC(2005)1158 – C6-0352/2005, SEC(2005)1159 – C6-0351/2005) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (COM(2005)0449, COM(2005)0448) u l-karta ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni – Anness għar-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 (SEC(2005)1161),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sinteżi 2004” (COM(2005)0256),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni għall-Awtorità tal-Kwittanza dwar Verifiki Interni mwettqa fl-2004 (COM(2005)0257),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' “Verifika Waħda” (u proposta għal qafas Komunitarju ta' kontroll intern) (3),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri tal-15 June 2005 dwar pjan għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern (COM(2005)0252),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Qorti ta' l-Awdituri – Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern (COM(2006)0009),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 (4) u kif ukoll ir-rapporti speċjali akkumpanjati bir-risposti ta' l-istituzzjonijiet verifikati,

wara li kkunsidra DAS għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitati l-oħra konċernati (A6-0108/2006),

A.

billi informazzjoni finanzjarja ta' kwalità għolja hija marbuta ma' kapaċità ta' mmaniġġjar finanzjarju ta' kwalità għolja, u billi mmaniġġjar finanzjarju ta' kwalità għolja jiġġenera benefiċċji ekonomiċi reali;

B.

billi t-tqassim ta' responsabilitajiet ċari fi ħdan il-Kummissjoni għall-produzzjoni ta' informazzjoni finanzjarja u l-ħtieġa ta' firem uffiċjali xierqa f'livell ċentrali fir-rigward ta' dik l-informazzjoni ser jikkontribwixxi għall-kwalità ta' l-informazzjoni rrappurtata,

C.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu għall-kwittanza tas-sena 2003 tat-12 ta' April 2005 (7), il-Parlament ippropona li kull Stat Membru għandu jipprovdi dikjarazzjoni “ex-ante” u dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni (DAS (8)) “ex-post” dwar l-użu li hu jagħmel mill-fondi ta' l-UE,

D.

billi l-proċeduri għal dan il-għan ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 Ġunju 1999 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (9) u implimentat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 (10) u permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika komuni għall-agrikoltura (11) fir-rigward ta' l-EAGGF u ta' l-EAFRD,

E.

billi Regolament (KE) Nru 1290/2005 jimponi sistema ta' tliet livelli ta' dikjarazzjonijiet annwali “ex-post” mill-Istati Membri, kif ġej: l-ewwel, il-kontijiet annwali ta' l-aġenzija li tħallas; it-tieni, DAS mill-aġenzija li tħallas; u t-tielet, ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' qabel minn entità li tiċċertifika; billi dawn il-firem ta' l-Istati membri huma kumplimentari għal oħrajn mitluba għal ħlasijiet li jsiru kull xahar u għal evalwazzjonijiet “ex-ante”,

F.

billi l-Artikolu 38(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 jipprevedu dikjarazzjoni finali ta' l-għeluq mill-Istati Membri dwar kull intervent tal-Komunità minn awtorità li għandha tkun indipendenti minn diversi awtoritajiet ta' mmaniġġjar u ta' ħlas,

G.

billi li l-Kunsill ECOFIN tat-8 ta' Novembru 2005 m'aċċettax il-proposta tal-Parlament dwar dikjarazzjonijiet fuq livell nazzjonali (12),

H.

billi li l-prinċipju ewlieni li fuqu qed jinsisti l-Parlament hu li l-awtoritajiet politiċi rilevanti fl-Istati Membri jerfgħu r-responsabilità sħiħa għall-fondi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom,

I.

billi 80 % tan-nefqa tal-Komunità hija de facto kkontrollata mill-Istati Membri u n-nuqqas ta' kontabilità xierqa f'livell ċentrali ta' l-Istat Membru ser ikun ostaklu permanenti sabiex tinkiseb pożittiva,

J.

billi x-xogħol tal-Kumitat tiegħu għall-Kontroll tal-Baġit b'mod ġenerali u l-proċedura ta' kwittanza b'mod partikulari huma proċess immirat sabiex tinħoloq kontabilità sħiħa min-naħa tal-Kummissjoni kollha kemm hi, kif ukoll minn partijiet oħra relevanti skond it-Trattat, sabiex jinħoloq ambjent li jiffaċilita dan u sabiex jittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju ta' l-UE u b'hekk tinħoloq bażi soda għat-teħid ta' deċiżjonijiet fid-dawl tar-riżultati tal-Qorti ta' l-Awdituri,

K.

billi f'organizzazzjoni jista' jkun hemm tmexxija tajba biss jekk l-ogħla maniġment joffri eżempju tajjeb,

L.

billi tmexxija tajba tfisser ukoll li tinħoloq sistema soda ta' kontrolli u bilanċi bejn il-kontrolluri, il-kontabilisti u l-awdituri interni min-naħa u l-maniġment li jmexxi min-naħa l-oħra,

M.

billi kontroll intern effettiv u effiċjenti għandu jiġi inkluż bħala prinċipju baġitarju (13) fir-Regolament Finanzjarju, kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq – Pjan ta' Azzjoni għal Qafas Integrat ta' Kontroll Intern,

N.

billi d-direttivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-kontabilità u l-verifika tas-settur privat tissuġġerixxi li l-Kummissjoni temmen fl-importanza ta' rrappurtar u verifika finanzjarji ta' kwalità għolja,

O.

billi l-aktar mod b'saħħtu li bih il-Kummissjoni tista' turi l-impenn veru tagħha lejn it-trasparenza u lejn l-informazzjoni u r-rappurtar finanzjarju ta' kwalità għolja huwa billi tagħti l-eżempju u billi tikseb DAS pożittiv mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri,

KWISTJONIJIET ORIZZONTALI

Affidabilità tal-kontijiet

1.

Jinnota li s-sena l-oħra, ħlief għall-effetti tan-nuqqas ta' proċeduri effettivi ta' kontroll intern għaldħul u self mixellanji, il-Qorti kienet ta' l-opinjoni li l-kontijiet annwali konsolidati tal-Komunitajiet Ewropej u n-noti tagħhom jirriflettu b'mod fidil id-dħul u l-ħruġ tal-Komunitajiet għas-sena 2004 u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom f'għeluq is-sena (DAS, paragrafi II u III);

2.

Jinnota li l-Kummissjoni hija ta' l-opinjoni li l-problemi ser jiġu ttrattati permezz tas-sistema l-ġdida ta' kontabilità fl-2005 (paragrafu 1.17 tar-rapport annwali tal-Qorti);

Il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ

3.

Jinnota l-progress li sar lejn l-implimentazzjoni ta' qafas ġdid ta' kontabilità; madankollu huwa mħasseb serjament dwar ir-rimarki tal-Qorti rigward id-dewmien fil-ħolqien tal-bilanċ tal-ftuħ għall-2005; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza b'mod urġenti in-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti mill-aktar fis possibbli sabiex tevita konsegwenzi għall-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' l-2005;

4.

Jinnota li huma l-Uffiċjali li Jawtorizzaw li għandhom jivvalidaw il-figuri meħtieġa għall-ħolqien ta' bilanċ tal-ftuħ għall-2005 u li huwa l-Uffiċjal għall-Kontijiet li għandu jippreżenta din l-informazzjoni finanzjarja u jkun żgur li tagħti “stampa vera u ġusta” (paragrafu 1.45 tar-rapport Annwali tal-Qorti), u b'hekk tippermetti lill-President tal-Kummissjoni li jiffirma l-kontijiet f'isem il-Kummissjoni bħala kulleġġ u bi qbil mat-Trattat;

5.

Isib in-nuqqas ta' ċertezza dwar min għandu r-responsabilità finali sabiex jiġu stabbiliti dawn il-figuri bħala waħda mhux aċċettabbli; jistenna li dawn id-diffikultajiet jissolvew fl-2006 u li d-dewmien ma jitteħidx bħala nuqqas ta' funzjonament bejn l-uffiċjali li jawtorizzaw u l-uffiċjal għal kontabilità;

6.

Jistenna li r-riżultati tar-reviżjoni dwar kontijiet bankarji mhux magħrufa, marbuta ma l-attivitajiet tal-Kummissjoni imnedija mill-Kummissjoni f'Ottubru 2005 jiġu mgħarrfa kompletament lill-Parlament u jkunu segwiti;

7.

Jistenna li l-kontijiet b'hekk stabbiliti jiġu verifikati u l-fondi kreditati fil-kontijiet jiddaħħlu fil-baġit ġenerali;

Ffinazjar bil-quddiem

8.

Jinnota li l-ammont ta' ffinanzjar bil-quddiem, jiġifieri, flus li tqassmu iżda li għadhom ma ġewx aċċettati b'mod finali bħala eliġibbli jew li għadhom ma ntużawx, huwa stmat għal madwar EUR 64 000 miljun (paragrafu 1.30 tar-rapport annwali tal-Qorti), li jikkorispondu għal madwar żewġ terzi tal-baġit;

9.

Jikkunsidra li l-Kummissjoni għandha tiżgura politika soda (tevita avvanzi ġenerużi żżejjed u dewmien esaġerat għall-egħluq ta' programmi u ta' proġetti) fir-rigward ta' ffinanzjar bil-quddiem sabiex tillimita l-importanza finanzjarja ta' ammonti mhux użati u/jew ta' ammonti li għadhom ma ġewx aċċettati b'mod finali bħala nfiq eliġibbli; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta lill-Kumitat li min-naħa tal-Parlament huwa responsabbli minn kif il-Parlament qed jippjana li jimmaniġġja l-iifinanzjar bil-quddiem fil-futur kif ingħad aktar 'il fuq;

Lejn Qafas Integrat ta' Kontroll Intern

10.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri msemmija hawn fuq, li tinkludi proposta għal Qafas Komunitarju ta' Kontroll Intern, bħala qafas li fi ħdanu tista' tiġi analizzata d-djgħufija fil-kontrolli finanzjarji u jistgħu jiġu identifikati azzjonijiet bħala rimedju u jfakkar il-prinċipji ewlenin tagħha stipulati fil-paragrafu 57:

“prinċipji komuni u standards... (għandhom) jiġu applikati fil-livelli kollha ta' l-amministrazzjoni fl-istituzzjonijiet u fl-Istati Membri l-istess”,

il-kontroll intern għandu “jipprovdi assigurazzjoni raġjonevoli” – mhux assoluta – “dwar il-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet u dwar konformità mal-prinċipji ta' l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività”,

l-“ispiża tal-kontrolli għandha tkun fi proporzjon mal-benefiċċji li dawn isarrfu fihom, kemm f'sens ta' flus u kif ukoll f'sens politiku”,

“is-sistema għandha tkun ibbażata madwar struttura katina loġika fejn il-kontrolli jitwettqu, jitniżżlu u jiġu rrappurtati skond standard komuni, filwaqt li jippermettu lill-parteċipanti kollha sabiex iserrħu fuqhom”;

11.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ta' Barroso għamlet il-ħidma lejn DAS pożittiva ta' assigurazzjoni mill-Qorti ta' l-Awdituri bħala objettiv strateġiku, kif stipulat fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2005 dwar l-Objettivi Strateġiċi 2005-2009, Ewropa 2010: “Partnership” għal Tiġdid Ewropew: Prosperità, Solidarjetà u Sigurtà (COM(2005)0012);

12.

Jilqa' bl-istess mod il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar it-pjan għal qafas integrat ta' kontroll intern, il-ġabra ta' esperti u l-Pjan ta' Azzjoni li ġie wara bħala risposta għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza 2003 tal-Parlament u bħala segwitu għall-opinjoni tal-Qorti Nru 2/2004;

13.

Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforz tagħha sabiex tagħti prijorità lil din il-kwistjoni; madankollu jirrikonoxxi li filwaqt li skond it-Trattat il-Kummissjoni waħedha għandha r-responsabilità għall-implimentazzjoni tal-baġit, erbgħa minn kull ħames euro fil-baġit huma fil-fatt imħaddma mill-Istati Membri b'immaniġġjar konġunt; għalhekk jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li huwa essenzjali li l-Istati Membri jieħdu parti attiva fl-inizzjattiva u li l-presidenzi tal-Kunsill jagħmluha prijorità ewlenija u jinkluduha bħala suġġett separat fil-programmi ta' ħidma semi-annwali tagħhom;

14.

Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għan-nefqa, hi għandu jkollha l-mekkaniżmi li jippermettulha tagħti riżultat fir-rigward ta' dik ir-responsabilità u li jekk dawk il-mekkaniżmi ma jkunux disponibbli, ir-responsabilità tagħha għandha tinbidel;

15.

Jisħaq li n-nuqqasijiet fl-immaniġġjar tal-finanzi ta' l-Unjoni Ewropea ma jistgħux sempliċiment jiġu ssimplifikati fi kwistjoni dwar DAS pożittiv jew negattiv; għalhekk iwissi kontra sitwazzjoni fejn jinkiseb DAS pożittiv mingħajr ma jkun hemm titjib fil-kwalità ta' l-immaniġġjar finanzjarju li jikkorrispondi;

16.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-responsabilità għall-immaniġġjar finanzjarju hija tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri flimkien għandhom jiżguraw li waqt il-verifika l-Qorti tkun tista' ssib provi ta' progress lejn immaniġġjar xieraq tar-riskju ta' żball;

17.

Huwa tal-fehma li ċ-ċaqlieqa lejn titjib fl-immaniġġjar finanzjarju fl-Unjoni għandha tiġi appoġġjata u tingħata mbuttatura permezz ta' monitoraġġ mill-qrib tal-progress fil-Kummissjoni u fl-Istati Membri;

18.

Jinnota li l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-użu tagħhom tal-fondi ta' l-UE u li l-mezzi prinċipali għar-responsabilità tagħhom għandhom ikunu l-parlamenti nazzjonali u l-midja tagħhom; iħeġġeġ lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-entitajiet nazzjonali ta' verifika sabiex jieħdu passi sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom informazzjoni ta' kwalità għolja u aċċessibbli b'mod faċli dwar id-djgħufija tal-kontrolli finanzjarji lokali;

Skorbord għall-implimentazzjoni ta' Qafas Integrat għall-Kontroll Intern

19.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippubblika u sabiex tippreżenta lill-Kumitat tagħha għall-Kontroll tal-Baġit skorbord dettaljata għal kull qasam tal-Perspettivi Finanzjarji b'miri preċiżi li għandhom jintlaħqu f'perjodu ta' żmien definit għall-implimentazzjoni ta' miżuri identifikati bħala meħtieġa għall-ħolqien ta' qafas integrat ta' kontroll intern u sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti dwar il-progress tagħha kull sitt xhur; barra minn hekk jistenna lill-qafas integrat ta' kontroll jiġi implimentat mill-1 ta' Mejju 2009, filwaqt li jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina data bħala mira għal DAS pożittiva ta' assigurazzjoni;

20.

Jitlob aktar informazzjoni dettaljata fuq livell ta' Kummissjoni u ta' Stati Membri, u fuq livell reġjonali jekk ikun meħtieġ, dwar miżuri implimentati u dawk mhux implimentati, raġunijiet għal dewmien, effettività ta' implimentazzjoni u affarijiet simili, sabiex ikun possibbli għalih li jkollu ħarsa ġenerali tar-riżultati miksuba u ta' kwistjonijiet li għad iridu jiġu ttrattati; Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta din l-informazzjoni bħala parti mill-preparazzjoni għall-proċedura ta' kwittanza għall-2005;

21.

Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex:

issegwi u teżamina l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni propost, ibbażat fuq il-“gap assessment” tal-Kummissjoni u sabiex jiċċekkja l-effettività tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll fl-immaniġġjar tar-riskju ta' żball matul programm ta' verifika mifrux fuq ħames snin,

jevalwa l-assigurazzjoni relatata li d-Direttorati Ġenerali jagħtu kull sena dwar l- operat effettiv tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll, u l-adegwatezza tal-miżuri supplementari meħuda meta dawn ma jaħdmux b'mod effettiv, b'mod partikulari fl-Istati Membri;

22.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-16 il-azzjoni prevista fil-Pjan ta' Azzjoni: iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura riżultat pożittiv fl-interess ta' l-Unjoni Ewropea u taċ-ċittadini tagħha; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li approvazzjoni ex-ante mill-Parlament ta' l-isforzi u ta' l-intenzjonijiet taħt forma ta' ftehima jew konverġenza ta' pużizzjonijiet mill-Parlament hija kontradittorja ma' l-irwol tiegħu bħala awtorita' ta' kwittanza indipendenti u li hu jista' jieħu deċiżjoni dwar il-Kummissjoni biss ex-post fuq ir-riżultati miksuba;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

23.

Jinnota li d-dikjarazzjoni waħdanija preżenti ta' assigurazzjoni ma tiddiskrivix b'mod xieraq l-oqsma ta' suċċess u l-oqsma ta' falliment; jinnota li ħafna sistemi ta' verifika nazzjonali jinġabru fuq bażi ta' dipartiment dipartiment; jissuġġerixxi li l-Qorti ta' l-Awdituri tagħmel reviżjoni tas-sistema tad-DAS sabiex tistabilixxi dikjarazzjonijiet speċifiċi ta' assikurazjoni għal Direttorati-Ġenerali individwali fi ħdan il-Kummissjoni fi ħdan DAS ġenerali ta' assigurazzjoni;

24.

Jinnota li sistema bħal din, flimkien ma' sistema ekwivalenti ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali, toħloq matriċi li tidentifika zoni li huma l-aktar ta' tħassib kemm orizzontalment, fir-rigward tal-programmi tal-Kummissjoni, kif ukoll vertikalment, fir-rigward tar-responsabilitajiet ta' l-Istati Membri;

Simplifikazzjoni

25.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tissimplifika l-ambjent regolatorju, li għandu jimmira speċjalment għat-tnaqqis burokratiku fuq inter alia individwi u intrapriżi żgħar u ta ' daqs medju; jemmen li l-objettiv finali tal-qafas integrat ta' kontroll intern jintlaħaq biss jekk it-toqol ta' mmaniġjar ta' wisq regolamenti li huma wisq tqal jitnaqqas sinifikament;

26.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sempliċità u t-trasparenza huma tnejn mill-akar prinċipji importanti tal-kontroll finanzjarju; jinsisti li meta tfassal l-iskemi u l-programmi, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-relazzjoni bejn ir-riżultati mixtieqa ta' skema partikulari, il-kumplessità tar-regoli li jħaddmuha u ċansijiet li jiġri żball;

27.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproduċi rapport dwar l-effettività tal-qafas regolatorju eżistenti fir-rigward ta' mmaniġġjar, assigurazzjoni u sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tal-varji korpi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tikkunsidra:

il-livell preċiż ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti min-naħa ta' l-Istati Membri u l-mekkaniżmu regolatorju;

l-ispiża burokratika u amministrattiva tiegħu għaċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxa;

il-valur miżjud tiegħu fil-prevenzjoni ta' amministrazzjoni ħażina u fl-irkupru ta' fondi Komunitarji;

l-influwenza tiegħu fuq l-attribuzzjoni korretta tar-responsabilitajiet;

il-koerenza ta' sistemi varji eżistenti ta' dikjarazzjonijiet;

il-vantaġġi li tinħoloq proċedura ta' dikjarazzjoni waħda għall-Istati Membri fil-kuntest tar-Regolament Finanzjarju minflok leġiżlazzjoni settorali mifruxa;

jiddependi mir-riżultati ta' l-analiżi msemmija hawn fuq, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproċedi bil-proposti leġiżlattivi li jkun jixraq;

Immaniġġjar Nazzjonali, assigurazzjoni u dikjarazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni

28.

Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kunsill li jirrifjuta li jiddiskuti dikjarazzjonijiet ex ante ta' livell poltiku nazzjonali u dikjarazzjoni ex post; għalhekk jistieden lill-kumitati nazzjonali tal-kontijiet pubbliċi kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali sabiex ifittxu informazzjoni mill-gvernijiet tagħhom u sabiex jagħmlu dibattitu parlamentari dwar il-pożizzjoni tal-gvern tagħhom dwar paragrafu 12 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN imsemmija hawn fuq, li huma kif ġej:

“Filwaqt li titqies il-ħtieġa li ma jkunx hemm dubji dwar il-bilanċ eżistenti bejn il-Kummisjoni u l-Istati Membri jew li ma tkunx kompromessa r-responsabilità u fuq livell ta' operat, il-Kunsill jemmen li dikjarazzjonijiet eżistenti fuq livell ta' operat jistgħu jipprovdu mezz importanti ta' assigurazzjoni għall-Kummissjoni u fl-aħħar mill-aħħar għall-Qorti ta' l-Awdituri u għandhom ikunu utli u effettivi meta mqabbla ma' l-ispejjeż u għandhom jitqiesu mill-Kummissjoni u fl-aħħar mill-aħħar mill-Qorti ta' l-Awdituri sabiex jinkiseb DAS pożittiv”;

29.

Jiċħad il-konklużjoni tal-Kunsill li l-istrumenti proposti mill-Parlament ser “iqajmu dubju dwar il-bilanċ eżistenti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri” billi dan kull ma jagħmel hu li jissottolinja r-responsabilità ta' l-Istati Membri kif dikjarata fit-tieni sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 274 tat-Trattat;

30.

Jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Kunsill sabiex isaħħaħ ir-responsabiltà ta' l-Istati Membri għal titjib fil-kontroll ta' azzjonijiet meħuda taħt treġija komuni, bil-għan li tintlaħaq DAS pożittiva u, b'mod partikulari l-impenn tal-Kunsill li jinħareġ sommarju annwali, fuq il-livell nazzjonali xieraq, tal-verifiki u tad-dikjarazzjonijiet disponibbli;

31.

Ifakkar li filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-baġit skond l-Artikolu 274 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom responsabilità għall-kontrolli ta' fondi b'maniġment kondiviż li huma definiti fir-regolamenti tas-settur u fir-regoli dettaljati tagħhom;

32.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw dawn il-kontrolli b'mod li kull wieħed jidhirlu l-aħjar, fl-isfond ta' l-istrutturi istituzzjonali u amministrattivi u ta' l-istandards internazzjonali applikabbli, filwaqt li jitqies li l-Istati Membri, bħall-Kummissjoni, għandhom jirrispettaw standards internazzjonali, u li fil-prattika, ir-repsonsabilitajiet huma allokati lill-numru kbir ta' entitajiet differenti li jirrapurtaw lill-Ministeri tal-gvernijiet nazzjonali jew tal-gvernijiet reġjonali;

33.

Jemmen li l-Kummissjoni għandha tħabrek sabiex l-Aġenziji li Jħallsu (Politika Komuni għall-Agrikoltura – CAP) u Awtoritajiet li Jimmaniġġjaw (Fondi Strutturali) ikollhom l-istess post ġeografiku u fejn hu possibbli tikkumbina t-tnejn li huma f'kull Stat Membru sabiex tippermetti lill-Kummissjoni sabiex iżżomm tarf sew ta' fejn, meta u kif il-fondi ta' l-UE qegħdin jintnefqu f'kull Stat Membru;

34.

Jikkunsidra li, billi r-responsabilitajiet huma fdati f'idejn tant entitajiet ta' verifika, inizjattivi mmirati sabiex tinħoloq standardizzazzjoni ta' arranġamenti ta' verifika għandhom jintlaqgħu u jiġu appoġġjati;

35.

Jisħaq li l-Artikolu 274 tat-Trattat jitlob ukoll li l-Istati Membri jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw bi qbil mal-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod;

36.

Għalhekk isib li l-Kummissjoni għandha tkun tista' titlob assigurazzjoni minn kull Stat Membru li dawn ir-responsabilitajiet ta' kontroll twettqu b'mod sħiħ, u b'mod partikulari li l-riskju ta' żball fit-tranżazzjonijiet bażiċi qed jiġi mmaniġġjat biżżejjed;

37.

Jemmen li dikjarazzjoni f'livell politiku li tkopri l-fondi kollha tal-Komunità b'immaniġġjar kondiviż u ffirmata mill-ministri tal-finanzi, kif propost fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza ta' l-2003 imsemmija hawn fuq, għadha meħtieġa u tkun pass kbir il' quddiem;

38.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar l-importanza tat-tisħiħ tal-kontroll intern; huwa tal-parir li dan l-objettiv għandu jintlaħaq mingħajr ma jsiru żjidiet mal-piż amministrattiv u li s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li ssejjes dan hija, għalhekk, meħtieġa; jemmen li biex tintlaħaq DAS, għandha tingħata prijorità lill-immaniġġjar finanzjarju korrett tal-fondi taħt treġija komuni; jikkunsidra li dispożizzjonijiet għal dan il-għan jistgħu jkunu stipulati, kif xieraq, fl-atti leġiżlattivi bażiċi kkonċernati; jinnota li bħala parti mir-responsabiltajiet imsaħħa li għandhom tal-fondi strutturali u skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali nazzjonali, l-awtoritajiet ta' verifika relevanti fl-Istati Membri għandhom jipproduċu evalwazzjoni rigward il-konformità tas-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll mar-regolamenti tal-Kommunità; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri ħadu għalhekk l-impenn li joħorġu sommarju annwali, fuq il-livell nazzjonali xieraq, tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli;

39.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-livell ta' firma possibli f'livell ta' Stat Membru mhix kwistjoni ta' forma iżda l-ewwel u qabel kollox hija sinjal li juri l-kwalità mistennija ta' superviżjoni u ta' sistemi ta' kontroll li joperaw taħt fik il-firma; ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2006 dwar id-dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' mmaniġġjar (14) li kienet tirrikonoxxi li fil-prattika dawn id-dikjarazzjonijiet nazzjonali jistgħu jinkludu “diversi dikjarazzjonijiet fi ħdan qafas nazzjonali, aktar milli waħda waħedha, sabiex jirrikonoxxu s-sistemi politiċi federali u deċentralizzati li jeżistu f'xi Stati Membri”;

40.

Jinnota r-reżistenza ta' l-Istati Membri u jrid ikun pragmatiku u kostruttiv u jisħaq li l- importanti hu li jinstab mod ta' kif tiġi identifikata d-djgħufija fis-sistemi kurrenti ta' kontroll u ta' superviżjoni u sabiex jittieħdu azzjonijiet xierqa ta' rimedju bil-għan li jinkiseb immaniġġjar finanzjarju aħjar ta' fondi ta' l-UE;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon diskussjoni dwar liema awtorità tista' tkun l-aħjar għall-iskop u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jikkunsidraw approċċ alternattiv ispirat mill-interess tal-Kunsill f'dikjarazzjonijiet f'livell settorali kif espress f'paragrafu 9 (15) tal-konklużjonijiet tal-kunsill ECOFIN;

Dikjarazzjonijiet ex-ante u ex-post għal kull qasam tal-perspettivi finanzjarji

42.

Jiġbed l-attenzjoni għall-figuri li ġejjin:

għall-perjodu 1994-1995 il-Kummissjoni approvat 1 104 programm ta' Fondi Strutturali u 920 proġett ta' Fond ta' Koeżjoni (paragrafu 5.4 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri);

għall-perjodu 200-2006 hemm 606 programmi ta' Fondi Strutturali, 1 163 Fond ta' Koeżjoni u 72 strument għall-politika strutturali għall-proġetti ta' qabel l-adeżjoni (paragrafu 5.4 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri);

kull programm jista' jkun fih diversi eluf ta' proġetti (paragrafu 5.10 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri);

skond il-CAP hemm 91 Aġenzija li Tħallas (ara t-tabella 4.2 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri);

43.

Jaqbel kompletament mal-Qorti meta din tgħid li “r-riskji inerenti ewlenin għal-legalità u r-regolarità ta' l-infiq għal miżuri strutturali jiġu mill-varjetà ta' entitajiet u awtoritajiet li jintervjenu fil-proċess ta' mmaniġġjar, in-numru kbir ta' programmi u proġetti li jridu jiġu implimentati fuq perjodu ta' snin u l-lok għal djgħufija potenzjali fis-sistemi ta' mmaniġġjar u ta' kontroll”; jaqbel ukoll ma' l-istqarrija li “hemm numru kbir ta' kundizzjonijiet li jħaddmu l-eliġibilità ta' l-ispiża li mhux dejjem huma ċari, u li jistgħu jagħtu lok għar-riskju ta' interpretazzjonijiet li ma jaqblux” (paragrfu 5.10 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri);

44.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li la l-kummissjoni u lanqas, fl-aħħar mill-aħħar, il-Qorti m'huma f'pożizzjoni li janalizzaw bir-reqqa kull ċertifikat individwali u/jew rapport ta' verifika li joħroġ minn livelli primarji jew sekondarji ta' kontroll minħabba n-numru għoli ħafna ta' proġetti, programmi u aġenziji li jħallsu;

45.

Għalhekk hu ta' l-opinjoni li n-numru għoli eżistenti ta' ċertifikati individwali u/jew rapporti ta' verifika fi ħdan kull settur ewlieni għandu jiġi kkonsolidat fil-livell ċentrali ta' Stat Membru fejn il-kwalità ta' l-informazzjoni fid-dikjarazzjonijiet individwali maħruġa f'livell aktar baxx għandha tkun garantita; jissuġġerixxi li l-Istati Membri għandhom għalhekk jipparteċipaw b'mod attiv fit-tisħiħ ta' l-użu ta' riżultati indipendenti ta' verifika fil-katina tal-kontroll; jemmen li dan l-approċċ jgħin konsiderevolment fis-simplifikar u li jagħti ħarsa ġenerali tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet f'livell nazzjonali u skond dan jikkontribwixxi għall-assigurazzjoni li trid titfassal;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti fir-rigward tal-forma u tal-kontenut ta' dawn l-arranġamenti kumplimentari fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għall-qafas integrat ta' kontroll intern msemmi hawn fuq u bħala miżuri temporanji jistieden l-Istati Membri sabiex jidentifikaw l-entità f'livell ċentrali ta' Stat Membru sabiex tkun responsabbli mill-ħruġ ta' dikjarazzjonijiet u sabiex jinformaw lill-Kummissjoni b'dan;

Dikjarazzjoni ex-ante ta' żvelar

47.

Itenni li d-dikjarazzjoni formali ex-ante ta' żvelar għandha tikkonferma li l-istrutturi organizzattivi stabbiliti mill-Istati Membri huma konformi mar-rekwiżiti ta' leġiżlazzjoni Komunitarja u huma mistenijin li jkunu effettivi fl-immaniġġjar tar-riskju ta' frodi u ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet bażiċi bi qbil mal-prinċipju ta' sussidjarjetà;

48.

Huwa ta' l-opinjoni li dikjarazzjoni ex-ante ta' żvelar f'livell ċentrali ta' Stat Membru tista' tkun imsaħħa b'dikjarazzjonijiet ekwivalenti mid-Direttur ta' kull aġenzija li tħallas (CAP) u awtorità li timmaniġġja (Fondi Strutturali) responsabbli għall-immaniġġjar u l-kontroll tal-fondi Komunitarji;

Dikjarazzjoni ex-post ta' assigurazzjoni

49.

Jinnota li dikjarazzjoni ex-post ta' assigurazzjoni f'livell ċentrali ta' Stat Membru tista' tqis id-dimensjoni mutli-annwali fil-proċess ta' verifika u n-natura multi-annwali ta' ħafna mill-programmi tal-Komunità u fl-istess waqt tagħti assigurazzjoni li s-sistemi ta' kontroll ħadmu b'mod effettiv matul is-sena msemmija;

50.

Jistenna li dikjarazzjoni ex-post f'livell ċentrali ta' Stat Membru tkun mibnija fuq dikjarazzjonijiet mid-Diretturi ta' kull aġenzija li tħallas (CAP) u awtorità li timmaniġġja (Fondi Strutturali) u fuq ir-rapporti ta' ċertifikazzjoni maħruġa mid-Diretturi ta' l-entitatijiet li jiċċertifikaw;

Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju

51.

Jinsisti li sakemm ma tkunx għadha bdiet taħdem konsolidazzjoni settorali ta' dan it-tip fil-livell ċentrali ta' Stat Membru għal kull qasam tal-perspettivi finanzjarji u wara li nnota n-nuqqas ta' ħeġġa ta' l-Istati Membri li jagħtu lill-Kummissjoni l-assigurazzjoni li għandha bżonn, il-Kummissjoni għandha tapplika b'mod sħiħ l-Artikolu 53(5) tar-Regolament Finanzjarju li jgħid li l-Kummissjoni terfa' r-responsabilità finali għall-implimentazzjoni tal-baġit skond l-Artikolu 274 tat-Trattat permezz ta' “proċeduri ta' approvazzjoni ta' kontijiet u mekkaniżmi ta' korrezzjonijiet finanzjarji”;

52.

Jistieden lill-Istati Membri sabiex joħorġu dikjarazzjoni volontarja fuq livell nazzjonali fis-sens spjegat fil-paragrafu 41; jirrakkomanda li kull Stat Membru li jagħti dikjarazzjoni bħal din ikun suġġett għal programm imnaqqas ta' verifika jekk il-Kummissjoni tħoss li fil-fatt dan ikun jippreżenta riskju inqas ta' żball milli Stat Membru ma joħroġx dikjarazzjoni bħal din;

53.

Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex toħloq programm intensiv ta' approvazzjoni ta' kontijiet ex-post u biex tagħmel użu sħiħ mis-sospensjoni ta' ħlas jew korrezzjonijiet finanzjarji kull meta l-Kummissjoni ma tkunx tista' tikseb assigurazzjoni minn Stat Membru;

54.

Jistieden bil-qalb lill-parlamenti nazzjonali (b'mod partikulari kumitati ta' kontijiet pubbliċi u kumitati li jagħmlu parti mill-Konferenza tal-Kumitati għall-Affarijiet Ewropej u Komunitarji tal-Parlamenti ta' l-Unjoni Ewropea) sabiex jiddiskutu din il-kwistjoni mal-gvernijiet nazzjonali tagħhom;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Qorti sabiex jikkonfermaw fuq il-bażi ta' provi konkreti li l-konsolidazzjoni fil-livell ċentrali ta' Stat Membru u għal kull qasam tal-perspettiva finanzjarja li biha l-kwalità tar-rapporti individwali u/jew tar-rapporti ta' verifika tiġi garantita ser tkun miżura effettiva li tgħin id-dikjarazzjoni ġenerali fil-livell politiku li tkopri l-fondi Komunitarji kollha b'immaniġġjar kondiviż;

Trasparenza

56.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizzjattiva tal-Kummissjoni għat-trasparenza u jistenna li din twassal; għal azzjonijiet konkreti u inizjattivi legali li jwasslu għat-trasparenza fir-rigward tal-mod ta' kif il-fondi ta' l-UE jintnefqu u jitħaddmu;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel dak kollu li għandha s-saħħa tagħmel sabiex iġġiegħel lill-Istati Membri sabiex jagħtu aċċess pubbliku għal informazzjoni rigward proġetti u benefiċjarji tal-fondi ta' l-UE b'immaniġġjar kondiviż;

58.

Iħoss li s-sitwazzjoni preżenti fejn ħafna Stati Membri ma tawx aċċess pubbliku għal informazzjoni dwar proġetti u benefiċjarji ta' fondi ta' l-UE b'immaniġġjar kondiviż ma tikkontribwixxix għat-trasparenza ġenerali ta' l-UE; iħeġġeġ bis-saħħa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex isolvu din l-anomalija;

59.

Jisħaq li hemm problemi bil-mod preżenti ta' kif il-Kummissjoni qed tapplika r-regoli ta' pubbliċità ex-ante u ex-post għall-fondi mmaniġġjati minn maniġment dirett ċentralizzat, billi huwa diffiċli li tinġabar l-informazzjoni għax id-Direttorati Ġenerali għandhom metodi differenti ta' kif jirreklamaw l-informazzjoni fuq l-internet;

60.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta' aktar ftuħ fir-rigward tat-tipi differenti ta' gruppi ta' esperti li jagħtu parir lill-Kummissjoni kif ukoll il-kumitati li jaħdmu fi ħdan il-proċedura tal-komitoloġija;

61.

Jitlob li l-Kummissjoni tagħmel informazzjoni dwar it-tipi differenti ta' gruppi ta' esperti disponibbli b'mod faċli għall-pubbliku, inkluża dejta dwar l-attivitajiet u n-numru tal-persuni membri f'dawn il-gruppi;

L-irwol possibbli ta' l-uffiċji nazzjonali tal-verifika

62.

Ifakkar li fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza ta' l-2003 msemmija hawn fuq huwa meqjus essenzjali li “jiġi eżaminat kif l-isitituzzjonijiet nazzjonali ta' verifika jista” jkollhom irwol operazzjonali akbar fil-proċess (paragrafu 77);

63.

Jemmen li l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' verifika għandhom interess li jkunu jafu, u għalhekk għandhom responsabilità li jinvestigaw, jekk hemmx passiv attwali jew kontinġenti fil-kontijiet nazzjonali li huma riżultat ta' konformità mar-regolamenti ta' l-UE li mhix ta' standard;

64.

Jemmen li l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-verifika jistgħu jivverifikaw is-sistemi interni ta' kontroll maħluqa mill-amministrazzjoni nazzjonali kif ukoll ir-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet bażiċi li jsiru fil-pajjiż tagħhom stess;

65.

Jitlob lill-entitajiet nazzjonali ta' verifika sabiex jerfgħu r-responsabilità li jikkontrollaw l-użu lokali ta' fondi ta' l-UE, sabiex kwalunkwe konsiderazzjoni ta' ħolqien ta' uffiċċji nazzjonali tal-Qorti ta' l-Awdituri ma tkunx meħtieġa;

66.

Jemmen li verifika ta' dan it-tip – iffukata fuq attivitajiet f'livell nazzjonali – tista' tikkontribwixxi għal għarfien akbar tal-bżonn għal kontroll effettiv u tiggwida l-parlamenti nazzjonali sabiex isawru l-pożizzjoni tal-gvern tagħhom fl-ECOFIN; jistieden ukoll lill-kumitati nazzjonali għall-kontijiet pubbliċi sabiex jiddiskutu l-kwistjoni ma' l-uffiċji nazzjonali ta' verifika;

67.

Jissuġġerixxi li tingħata kunsiderazzjoni lill-istedin ta' rappreżentanti ta' entitajiet nazzjonali ta' verifika u ta' kumitati tal-parlamenti nazzjonali għall-kontroll tal-baġit għall-preżentazzjoni tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri lill-kumitati relevanti tal-Parlament;

Is-sistema interna ta' kontroll tal-Kummissjoni

Dikjarazzjonijiet u Rapporti dwar attivitajiet annwali

68.

Jinnota li minkejja xi progress, il-Qorti qed tkompli tirraporta li għad hemm lok għal titjib;

69.

Jitlob lill-Istati Membri, bi qbil mal-prattiki tajbin ta' xi wħud minnhom, sabiex jiżguraw li l-istituzzjonijiet nazzjonali ta' verifika, u fejn japplika dawk reġjonali; jippubblikaw rapport annwali ta' verifika dwar il-fondi ta' l-UE minfuqa;

70.

Jinsab imħasseb li l-Qorti qed tkompli tirraporta li “t-tfassil u l-użu ta' indikaturi mill-Kummissjoni għadu mhux biżżejjed sabiex is-sistemi ta' kontroll intern u l-legalità u r-regolarità ta' tranżazzjonijiet bażiċi tiġi mmoniterjata” (paragrafu 1.53); huwa kompletament ta' l-istess fehma tal-Qorti – bbażata fuq l-istandards INTOSAI – li l-maniġment huwa responsabbli għall-iżvilupp ta' indikaturi li jippermettu l-evalwazzjoni preċiża tal-progress;

71.

Jistenna lill-Kumissjoni, u b'mod partikulari d-dipartimenti ċentrali responsabbli għal-linji gwida għal rapporti u dikjarazzjonijiet annwali dwar attivitajiet, sabiex jagħtu prijorità lill-elaborazzjoni ta' indikaturi li għandhom rabta diretta mal-legalità u mar-regolarità;

72.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-segwitu tal-Qorti għar-riservi espressi mid-Diretturi-Ġenerali fl-2003 u fl-2004 (Tabella 1.2), u jinnota:

li għal ħamsa mis-seba' setturi fil-Perspettivi Finanzjarji l-Qorti identifikat nuqqasijiet li ma ġewx inklużi fid-dikjarazzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali,

li għal tliet setturi d-dikjarazzjonijiet ma kinux rilevanti għall-konklużjonijiet tal-verifika tal-Qorti,

li għal żewġ setturi d-dikjarazzjonijiet kienu rilevanti wara korrezzjonijiet,

li għal żewġ setturi d-dikjarazzjonijiet kienu rilevanti immedjatament,

73.

Jistieden lid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex jiddeskrivu aħjar is-sors ta' l-assigurazzjoni tagħhom u jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet jagħtu stampa reali u ġusta ta' l-adegwatezza ta' l-immaniġġjar tagħhom tar-riskju ta' żball fit-tranżazzjonijiet bażiċi;

Rapport ta' Sinteżi

74.

Ifakkar li fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza ta' l-2003 hu stieden lill-Kummissjoni “sabiex tikkonverti r-Rapport Annwali ta' Sinteżi f'dikjarazzjoni konsolidata ta' assigurazzjoni dwar il-kontrolli ta' mmaniġġjar u ta' finanzi tal-Kummissjoni kollha kemm huma” (paragrafu 62);

75.

Jinnota b'diżappunt li l-Kummissjoni “mhix ser tieħu l-azzjoni rakkomandata” fuq il-bażi li, kif stipulat fl-Anness għar-Rapport mill-Kummissjoni għall-Parlament Ewropew dwar is-segiwtu tad-Deċiżjonijiet ta' Kwittanza 2003 imsemmi hawn fuq,

“Is-Sinteżi hija att li permezz tiegħu il-Kummissjoni teżerċita r-responsabilità politika, billi tanalizza r-rapporti annwali ta' attività u d-dikjarazzjonijiet tagħhom u billi tadotta pożizzjoni dwar kwistjonijiet orizzontali ewlenin, inklużi azzjonijiet xierqa għal kwistjonijiet li jinħtieġu rimedju f'livell ta' Kummissjoni. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq ir-riforma, li ddeċentralizzat ir-reponsabilitajiet ta' mmaniġġjar lejn id-Diretturi Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizz, taħt is-superviżjoni politika tal-Kummissarju rilevanti”;

76.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li li filwaqt li r-responsabilità aħħarija għat-tranżazzjonijiet wara r-riforma hija tal-“line managers” (Diretturi Ġenerali) – u bix-xieraq – ir-responsabilità għas-sistemi ta' kontroll għandha tkun imsejsa fiċ-ċentru u mhux fil-periferija; jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri tappoġġja din il-opinjoni u għamlet rakkomandazzjoni ċara f'dak ir-rigward (paragrafu 1.57);

77.

Mhux konvint li r-riskji huma kkontrollati u huwa ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni m'għandhiex bażi biżżejjed biex tiddikjara li s-sitwazzjoni hija “sodisfaċenti b'mod globali”, kif għamlet fil-Komunikazzjoni dwar is-Sinteżi ta' l-2004 (paġna 7) msemmija hawn f'paġna 7;

78.

Jinnota li r-rapporti annwali ta' attività kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar is-Sinteżi ta' l-2004 msemmija hawn fuq huma elementi fis-sistema interna ta' kontroll u li l-kontroll intern fil-Kummissjoni qatt mhu ser ikun akbar mir-rieda poltika warajh;

79.

Jikkunsidra – mingħajr ma jagħti soluzzjoni waħda – l-miżuri li ġejjin bħala l-minimu meħtieġ sabiex il-Kulleġġ jitqiegħed f'pożizzjoni fejn jista' jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 274 tat-Trattat fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Kummissjoni bħala istituzzjoni:

ladarba s-sistema ta' kontroll intern hija ddisinjata mis-Servizz Finanzjarju Ċentrali fid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit, u ladarba d-diċentralizzazzjoni ta' kontrolli finanzjarji teħtieġ sorveljanza ċentrali b'saħħitha tas-sistemi ta' kontroll li joperaw f'dipartimenti individwali, id-Direttur Ġenerali ta' dan id-Direttorat Ġenerali għandu jagħti opinjoni formali dwar il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll intern,

ladarba r-rapport Sintesi jsir mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni, u biex jgħin il-Kummissjoni bħala istituzzjoni biex tadotta pożizzjoni dwar il-kontenut tar-rapport Sintesi, is-Segretarju Ġenerali, li għandu r-responsabilità operattiva u eżekuttiva aħħarija għall-burokrazija, għandu jagħti dikjarazzjoni formali ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-kwalità tad-dikjarazzjonijiet individwali mil-“line managers” (Diretturi Ġenerali),

l-Awditur Intern tal-Kummissjoni għandu jagħti l-evalwazzjoni tiegħu tal-kwalità u l-effettività tal-kontrolli kif spjegati fir-rapporti annwali ta' attività u r-rapport Sintesi tal-maniġment f'forma ta' opinjoni ta' verifika fir-rigward ta' kemm hi adegwata DAS tas-Segretarju Ġenerali,

Il-Kummissarju responsabbli għandu jiffirma wkoll – possibilment fil-forma ta' assigurazzjoni negattiva sabiex jiġi evitat it-tfixkil tar-responsabilitajiet mogħtija lill-uffiċjali li jawtorizzaw- id-dikjarazzjoni magħmula mid-Direttur Ġenerali għax din tkun tista' tressaq lejn xulxin id-dikjarazzjonijiet individwali ta' assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali u d-dikjarazzjoni istituzzjonali ta' assigurazzjoni tal-Kulleġġ;

80.

Għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq il-pożizzjoni tagħha dwar dawn il-kunsiderazzjonijiet lill-kumitat kompetenti tagħha f'forma ta' rapport dettaljat u komprensiv bi spjegazzjoni u diskussjoni tal-kwistjonijiet relevanti kollha; jistenna lill-Kummissjoni – f'każ li ma taqbilx mal-kunsiderazzjonijiet t'hawn fuq – biex tispjega bir-reqqa kif tkun bi ħsiebha tirċievi l-assigurazzjoni meħtieġa biex tissodisfa r-responsabilità tagħha skond l-Artikolu 274 tat-Trattat;

L-Uffiċjal tal-Kontabilità

81.

Ifakkar li f'paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu ta' l-2003 imsemmi hawn fuq, stieden lill-Kummissjoni biex itella' l-Uffiċjal tal-Kontabilità għall-grad ta' Uffiċjal Kap Finanzjarju (CFO) li għandu jkollu l-irwol tal-kontrapriż istituzzjonali tal-maniġment għad-39 servizz tiegħu; jisgħobbih li l-modifika proposta għar-Regolament Finanzjarju għadha 'l bogħod wisq biex tissodisfa dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jaqbel għal kollox mal-Qorti ta' l-Awdituri meta jiddikjara f'paragrafu 53 ta' l-Opinjoni Nru 10/2005 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li “l-emendi proposti [li jikkonċernaw l-irwol ta' l-Uffiċjal tal-Kontabilità] mhumiex radikali biżżejjed biex isolvu l-problemi li qed jippruvaw jindirizzaw”;

82.

Jisħaq li l-irwol ta' Uffiċjal tal-Kontabilità professjonali jmur lil hinn mill-ġbir jew l-aggregazzjoni ta' figuri rċevuti mill-Uffiċjali ta' l-Awtorizzazzjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sempliċi firma ta' l-Uffiċjal tal-Kontabilità mhu se tkun xejn iżjed minn purament titjiba kożmetika sakemm l-Uffiċjal tal-Kontabilità ma jkunx kapaċi jiddikjara għalih innifsu, u mhux biss fuq il-bażi ta' informazzjoni rċevuta mid-Diretturi Ġenerali, li l-kontijiet jippreżentaw opinjoni vera u ġusta;

83.

Jirrepeti r-rakkomandazzjoni tiegħu, li hija bi qbil ma' prattika tajba fis-settur privat, li l-Uffiċjal tal-Kontabilità jittella' għall-grad ta' CFO b'responsabilità speċjali għall-kwalità tar-rappurtar finanzjarju tal-Kummissjoni u s-sistema tagħha ta' kontroll intern fis-sħuħija tagħha;

84.

Jenfasizza li s-CFO responsabbli għall-kwalità tar-rappurtar finanzjarju tal-Kummissjoni u s-sistema tagħha ta' kontroll intern irid ikollu l-kompetenza neċessarja u riżorsi adegwati biex jiżgura kwalità bħal din u li din tinkludi mezz li biha jiġu eżaminati l-assigurazzjonijiet mogħtija mid-Diretturi Ġenerali;

85.

Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni bil-għan li jżidu l-għarfien ta' l-Istati Membri dwar ir-responsabilitajiet tagħhom skond l-Artikolu 274 tat-Trattat, imma ma jinsabx kuntent bir-riluttanza tal-Kummissjoni biex tħares b'mod kritiku lejn ir-responsabilitajiet tagħha stess skond l-istess Artikolu; Jistieden għalhekk lill-Qorti biex toħroġ opinjoni dwar il-konformità tal-Kummissjoni ma' dan l-Artikolu u dwar il-pożizzjoni u l-irwol ta' l-Uffiċjal tal-Kontabilità u ta' CFO futur f'ambjent ta' żjidiet ta' kontabilità;

86.

Jixtieq ikun jaf ukoll jekk, fl-opinjoni tal-Qorti, l-istrutturi ta' kontroll intern tal-Kummissjoni jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni qed tipproponi għas-settur privat, kif hemm per eżempju fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Immodernizzar tal-Liġi dwar il-Kumpaniji u t-Tisħiħ ta' Tmexxija Korporattiva fl-Unjoni Ewropea – Pjan għal Mixja 'l Quddiem (COM(2003)0284), u jekk din hijiex mixtieqa;

87.

Jistieden lill-Qorti biex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha, qabel it-tmiem tat-tieni xahar wara l-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni, jekk hijiex se taċċetta l-istedina biex toħroġ opinjoni bħal din u, fil-każ ta' deċiżjoni pożittiva, biex tippreżenta skeda indikattiva għax-xogħol li jrid isir;

Networking

88.

Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq netwerk ta' organizzazzjonijiet u korpi għal kontroll finanzjarju (inkluża laqgħa annwali fil-preżenza tal-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) biex ikun hemm diskussjoni u skambju ta' esperjenzi fir-rigward ta' sistemi ġenerali għal kontroll intern ta' l-UE (inkluża verifika interna) u kwistjonijiet ta' kontabilità u għalhekk titrawwem koperazzjoni iżjed effettiva bejn l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea;

89.

Jistieden il-kumitat kompetenti tiegħu biex jipprovdi riżorsi speċifiċi mill-baġit ta' l-UE għal netwerk bħal din;

Rati ta' żbalji, riskju tollerabbli ta' żbalji u analiżi ta' spejjeż u benefiċċji

90.

Jemmen li rata ta' żball globali tista' biss tagħti indikazzjoni li xi ħaġa sejra ħażin imma mhux se tindika x'inhi l-problema u li dik li hemm bżonn hija informazzjoni preċiża dwar l-oriġini, il-frekwenza, in-natura u l-impatt finanzjarju ta' żbalji u fatturi li fuqhom għandha tittieħed azzjoni sabiex jiġu evitati żbalji ġodda fil-futur;

91.

Jilqa' l-iffukar mill-ġdid tal-Qorti ta' l-approċċ DAS tiegħu sabiex issa l-mistoqsija ewlenija hija jekk is-sistemi u l-kontrolli ta' sorveljanza li ġew implimentati fil-livell Komunitarju u nazzjonali jipprovdux lill-Kummissjoni b'assigurazzjoni raġunevoli fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet warajha;

92.

Jidhirlu li d-definizzjoni ta' riskju tollerabbli “ex-ante” ta' żball hija pass neċessarju fil-kuntest biex jiġi definit qafas ta' kontroll intern effiċjenti u effettiv;

93.

Jemmen ukoll li rata tollerabbli ta' żball fit-tranżazzjonijiet ta' warajha jistgħu biss jiġu stabbiliti meta jkunu magħrufa l-ispejjeż meħtieġa biex tiġi vverifikata l-ispiża; jilqa' għalhekk l-azzjonijiet imnieda mill-Pjan ta' Azzjoni biex jevalwa l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-verifiki;

94.

Jikkunsidra, kif stipulat mill-Qorti ta' l-Awdituri f'paragrafu 55 ta' l-Opinjoni Nru 2/2004 imsemmi hawn fuq, li r-relazzjoni bejn l-ispejjeż tal-kontrolli u l-benefiċċji li jagħmlu huwa aspett kritiku ta' l-istrateġija ta' kontroll għal programm jew politika u li għalhekk trid tkun “miftuħa u trasparenti”;

95.

Għalhekk jemmen li l-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli għandu jiġi approvat mill-awtoritajiet politiċi u baġitarji (Parlament u Kunsill) bbażat fuq proposta dettaljata tal-Kummissjoni, u b'hekk jiġi aċċettat ċertu livell ta' riskju tollerablli ta' żball; għalhekk jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tibda djalogu interistituzzjonali fil-bidu ta' l-2006;

96.

Jemmen ukoll li oqsma differenti tal-baġit jistgħu jkunu suġġetti għal riskji tollerabbli ta' żball differenti skond it-tip u r-riskji tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati;

97.

Jistieden il-Kummissjoni biex tindika – fid-dettall kemm jista' jkun – liema huma l-oqsma tal-baġit li hija tikkunsidra bħala HR (Riskju Għoli), MR (Riskju Medju) u LR (Riskju Baxx) u biex tadatta l-attivitajiet ta' kontroll u ta' verifika kif meħtieġ;

98.

Jistieden il-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra, meta tistabbilixxi l-opinjoni tagħha ta' verifika, l-aċċettazzjoni tar-riskju deċiż mill-awtoritajiet baġitarji u politiċi;

Qorti ta' l-Awdituri

99.

Ifakkar li l-President tal-Qorti ta' l-Awdituri, fid-diskors tiegħu lill-kumitat kompetenti tal-Qorti fi Strasburgu l-14 ta' Novembru 2005, qal li l-Qorti kienet 'fil-proċess li tipprepara awtoevalwazzjoni ta' l-organizzazzjoni u l-metodi tagħha biex jiġu segwiti minn “peer review”; jinnota li ma saret l-ebda reviżjoni indipendenti tax-xogħol tal-Qorti minn meta twaqqfet fl-1977; Jilqa' l-inizjattiva u jifhem li l-“peer review” se tkun reviżjoni esterna, kif qed issir fil-preżent minn ftit Stati Membri, u li l-objettiv huwa li jiġu eżaminati l-kwalità u r-relevanza ta' x'inhi tagħmel il-Qorti u li tindika b'mod ċar minn fejn il-Qorti tista' titgħallem minn oħrajn, inklużi l-Istati Membri u stati oħrajn bħall-Istati Uniti u n-New Zealand;

100.

Jitlob għal din ir-reviżjoni biex tikkunsidra l-mistoqsija dwar jekk ir-riżorsi tal-Qorti humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tagħha;

101.

Jistieden lill-Qorti – bħala parti mill-preparazzjoni tal-“peer review” – biex tibgħat rapport lill-kumitat kompetenti tagħha li fih il-Qorti – b'mod kritiku u professjonali – tiddeskrivi l-punti b'saħħithom u dgħajfa tagħha u jekk l-istruttura tal-governanza tal-Qorti tħallihiex tilqa' l-istandards preżenti rigward effiċjenza u effettività, pussess u tmexxija; Jistieden ukoll lill-Qorti biex iżżomm il-kumitat kompetenti tagħha u l-klijent ewlieni infurmati dwar il-passi ewlenin kollha f'dan il-proċess u biex tippreżenta r-rapporti finali kif ukoll intermedjarji lill-kumitat;

102.

Jitlob lill-Qorti biex, f'dan ir-rapport, tikkunsidra b'mod serju u ddettaljat l-introduzzjoni għat-tekniki aħjar għall-programm ta' ħidma tagħha biex jitkejjel u jiġi evalwat il-progress għall-istabbiliment ta' kontrolli finanzjarji effettivi;

103.

Jilqa' l-isforzi tal-Qorti biex titjieb il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-verifika tagħha u b'mod partikulari l-użu ta' tabelli u indikaturi bħall-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni fl-Istati Membri ta' sistemi ta' maniġment u kontroll fl-Istati Membri fir-rigward ta' miżuri strutturali (Anness 2 sa Kapitolu 4 u Anness 1 sa Kapitlu 5 fir-Rapport Annwali); jesprimi t-tama tiegħu li l-użu ta' tabelli u indikaturi bħal dawn jiġu estiżi f'rapporti futuri;

104.

Josserva li “benchmarking” jista' jkun għodda effettiva fl-evalwazzjoni ta' sforzi mill-Istati Membri biex itejbu l-immaniġġjar tal-fondi ta' l-UE; Jitlob għalhekk li l-informazzjoni dwar il-punti dgħajfa u b'saħħithom tas-sistemi ta' kontroll ta' l-Istati Membri ssir pubblika kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti;

105.

Jisgħobbih li t-tabella fl-Anness 1 sa Kapitolu 5 tinkludi biss numru limitat ta' Stati Membri u jistieden lill-Qorti biex issib il-mezzi biex tinkludi informazzjoni iżjed espliċita u speċifika dwar nuqqasijiet fis-setturi differenti u fl-Istati Membri;

106.

Ifakkar li fir-rapport ta' kwittanza tiegħu ta' l-2003, il-Parlament kien diġà talab li tiġi iżjed żviluppata l-metodoloġija DAS sabiex tinġabar informazzjoni dwar titjib f'kull settur minn sena għall-oħra fl-Istati Membri differenti;

107.

Ifakkar lill-Qorti li s-servizzi operattivi tagħha jistgħu jiżdiedu b'mod sinifikanti billi jitnaqqsu l-kabinetti tal-Membri għal persuna waħda;

KWISTJONIJIET SETTORJALI

Dħul

108.

Jinnota li kontribuzzjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta' Dħul Nazzjonali Gross (GNI) huma issa bil-kbir l-iżjed sors ta' dħul importanti għall-Komunità (żewġ terzi mid-dħul kollu ta' l-2004) u jinsab imħasseb li l-Qorti għandu differenzi sinifikanti fis-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll fl-Uffiċċji Statistiċi ta' l-Istati Membri (paragrafu 3.48) għax din jista' jkollha impatt fuq il-kwalità tad-dejta użata biex jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri;

109.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma l-Kumitat kompetenti tagħha dwar il-miżuri li għandha jew li se tieħu biex ittejjeb l-affidabilità, it-tqabbil u l-kompjutezza tal-Kontijiet Nazzjonali;

Il-politika agrikola komuni

110.

Jinnota b'sodisfazzjon li l-Qorti għamlet għall-ewwel darba dikjarazzjoni pożittiva dwar l-ispejjeż taħt is-Sistema Amministrattiva Integrata u ta' Kontroll (IACS) u li tikkunsidra din is-sistema, meta tiġi implimentata b'mod effettiv, bħala strument b'saħħtu biex jitnaqqas ir-riskju ta' spejjeż irregolari;

111.

Jinnota wkoll li s-sistema għadha mhijiex implimentata għal kollox fil-Greċja, kif suppost għandha tkun sa mill-1993, u li l-Qorti, għall-ewwel darba wkoll, sabet ir-raġuni, b'mod partikulari li “l-unjins tal-bdiewa jikkontrollaw it-tidħil tad-dejta kollha fil-kompjuter”; jinnota wkoll li “dawn it-tibdiliet irregolari għandhom impatt finanzjarju stmat għal mill-inqas 10 miljun euro, u li l-impatt fuq il-perjodu kollu tat-talba jista' jkun ferm iżjed” (paragrafu 4.8); jinnota li l-gvern tal-Greċja ċaħad dawn it-talbiet u f'Novembru 2005 fetaħ negozjati mal-Kummissjoni sabiex isolvi l-kwistjoni; jidhirlu li l-kontroll tat-tidħil tad-dejta għandu jsir mill-gvern tal-Greċja u mhux mill-unjins tal-bdiewa; jistieden lill-Kummissjoni biex tillimita l-pagamenti tagħha għal massimu ta' 50 % għaż-żmien li fih is-sitwazzjoni ma titjibx;

112.

Jinnota li taħt is-sistema preżenti, korrezzjonijiet jitħallsu wisq drabi miċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi u mhux mill-benefiċjarju finali li jkun għamel l-iżball; huwa ta' l-opinjoni li għalhekk, korrezzjonijiet għandhom biss effett preventiv u dissważiv fuq il-benefiċjarji u l-maniġers;

113.

Jinnota d-diżappunt tal-Qorti bl-iskop tal-ħidma tal-korpi ta' ċċertifikar (paragrafu 4.60) għax ma jipprovdix assigurazzjoni diretta li l-informazzjoni mogħtija minn min qiegħed jagħmel it-talba, u użata minn aġenziji ta' ħlas biex jikkalkulaw il-pagament dovut, hija korretta u għalhekk li l-pagamenti huma legali u regolari; jistieden il-Kummissjoni b'mod espliċitu biex tippretendi li l-korpi ta' ċċertifikar jeżaminaw l-operazzjoni tal-kontrolli ta' livell primarju;

114.

Jappoġġja għal kollox il-fehma tal-Qorti li l-kontrolli tal-Kummissjoni ta' wara l-pagamenti li jinvolvu żjarat lil tliet Stati Membri biss huma limitati wisq (paragrafu 4.58) biex jippermettu lill-Kummissjoni li tiddikjara li għandha “assigurazzjoni raġunevoli rigward il-konformità mal-leġiżlazzjoni ta' l-ispejjeż tal-Komunità”;

Rapport Speċjali Nru 9/2004 rigward Miżuri Forestali fil-Politika għall-Iżvilupp Rurali

115.

Jaqbel mal-kritika tal-Qorti li m'hemm l-ebda definizzjoni applikata b'mod komuni għall-foresta u art bis-siġar oħra fl-UE għalkemm in-NU diġà stabbilixxew definizzjonijiet ġenerali ta' foresta u artijiet bis-siġar 10 snin ilu; jirrakkomanda sew li l-Kummissjoni tintroduċi minimu ta' terminoloġija komuni; eż. set ta' definizzjonijiet skond iz-zoni klimatiċi differenti fl-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tuża dawn id-definizzjonijiet komuni sabiex tolqot aħjar il-miżuri u l-infiq fil-qasam forestali ta' l-UE;

116.

Jidhirlu li hija inaċċettabbli li l-akkreditazzjoni ta' l-aġenziji ta' ħlas EAGGF fi ftit Stati Membri hija inkompluta sa mill-adeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tlesti xogħolha kemm jista' jkun malajr, għax ammonti sinifikanti se jintalbu li jitħallsu mill-EAGGF fis-snin li ġejjin u iżjed titwil definittivament jikkawża pagamenti tard jew b'dewmien għal dawn l-Istati Membri;

117.

Josserva nuqqas ta' koerenza bejn il-perjodu ta' 7 snin ta' pprogrammar bejn l-2000 u l-2006 għall-miżuri ta' l-UE għat-tisġir u l-fondi allokati għal dan il-perjodu fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra, l-istrument ewlieni għat-tisġir li jikkonsisti minn “premium” annwali għal kull ettaru għal benefiċċjarji mħallsa fuq 20 sena biex jagħmlu tajjeb għat-telf ta' dħul jekk dawn jaqilbu art agrikola f'foresta; jinsab inkwetat dwar is-sejba tal-Qorti li l-ammont ta' “premiums” jaqbeż bil-kbir il-fondi allokati għall-programm; jinsab inkwetat li, bħala konsegwenza, ir-riżorsi umani tal-Kummissjoni ma jistgħux jiġu ffokati fuq objettivi preżenti imma jridu jittrattaw l-amministrazzjoni tal-“premiums”; jikkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (16), bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, għax inaqqas l-iskema ta' kumpens minn 20 għal 15-il sena; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq iżjed proposti sabiex tirranġa s-sitwazzjoni;

Rapport Speċjali Nru 3/2005 rigward l-Iżvilupp Rurali: Il-Verifika ta' l-ispiża Agri-Ambjentali

118.

Jinnota li miżuri agro-ambjentali jifformaw parti integrali mill-CAP rriformata ta' l-UE, għalkemm il-verifika ta' l-ispiża ambjentali tista' toħloq problemi partikolari, minħabba l-karattru tax-xogħol intensiv tagħha u l-ħtieġa ta' għarfien speċjalizzat sew;

119.

Juri li prattiki nazzjonali tajbin jistgħu jservu ta' mudell għall-Istati Membri kollha, bħal ma hu l-metodu “2-step” Ġermaniż għall-ivverifikar tal-Prattika tal-Biedja Tajba (GFP), billi jiġi ċċekkjat b'mod ġenerali 5 % tal-bdiewa u ma dan jiġi ċċekkjat b'mod iżjed iddettaljat 1 % tal-bdiewa; u jappella ma' l-awtoritajiet responsabbli biex itejbu u jagħmlu użu aħjar ta' l-għarfien lokali u ta' l-indikaturi, possibilment permezz ta' l-użu parzjali ta' fondi għall-għajnuna teknika fir-Regolament għall-Iżvilupp Rurali l-ġdid, biex jiżdied għarfien bħal dan;

120.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, sabiex ikollha kwittanza aħjar tar-responsabilitajiet tagħha, biex tevalwa l-karattru ta' sottomiżuri li jista' jiġi verifikat għall-perjodu li fih jiġu approvati l-programmi għall-iżvilupp rurali;

121.

Jgħaqqad l-ikbar importanza ta' l-użu effiċjenti u responsabbli tal-baġit ta' l-UE u l-applikazzjoni tal-prinċipju, sabiex inizjattiva li ma tistax tiġi vverifikata b'mod suffiċjenti ma tiġix iffinanzjata mill-fondi pubbliċi.

122.

Għalhekk jikkunsidra li l-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament għandhom jiżguraw li dan il-prinċipju jiġi rrispettat aħjar meta jiġu implimentati l-proposti għall-infiq agri-ambjent fil-perjodu ta' ppjanar 2007 sa 2013, mingħajr żjieda fl-ispejjeż ta' kontroll u l-burokrazija;

Miżuri strutturali

123.

Jaqbel għal kollox mal-Qorti meta jgħid li “Stati Membri huma responsabbli fil-bidunett għall-immaniġġjar ta' operazzjonijiet u kontroll ta' l-ispejjeż u biex jiġu żgurati l-korrettezza u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' warajhom permezz ta' l-iffunzjonar tas-sistemi vverifikati mill-korpi nazzjonali ta' verifika” (paragrafu 5.7); ifakkar lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti li fl-assenza ta' numru ta' verifiki adegwati tal-programmi strutturali, m'hemmx bażi sempliċi u trasparenti għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-ispejjeż mill-Istati Membri;

124.

Fir-rigward ta' dan jinsab imħasseb dwar is-sejbiet serji ħafna tal-Qorti, kif ġej (paragrafu 5.48):

“punti dgħajfa fis-sistemi ta' l-immaniġġjar u fil-kontroll għall-programmi kollha fil-kampjun tiegħu kemm għall-perjodu 1994-1999 u għall-perjodu 2000-2006”,

rigward il-perjodu 2000-2006 li “ħafna mis-sistemi eżaminati jeħtieġu gradi varji ta' titjib sabiex jikkonformaw għal kollox mal-ħtiġijiet regolatorji fundamentali għall-iċċekkjar effettiv tal-immaniġġjar ta' kuljum u/jew għall-iċċekkjar indipendenti ta' kampjuni ta' l-operazzjonijiet”,

“żbalji numerużi ta' legalità u regolarità fl-ispejjeż inklużi fid-dikjarazzjonijiet li jwasslu għal pagamenti mill-Kummissjoni fl-2004”;

125.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex immedjatament jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex “l-immaniġġjar ta' kuljum” tilħaq l-istandard meħtieġ;

126.

Jirrimarka li fil-kuntest tal-CAP, l-aġenziji li jħallsu jistgħu jassenjaw ċertu xogħol lil korpi ddelegati, imma li pagamenti attwali ma jistgħu qatt ikunu suġġetti għal kwalunkwe delegazzjoni; Jinnota li b'dan il-mod l-aġenzija li tħallas tibqa' primarjament responsabbli għad-deċiżjonijiet kollha li jwasslu għal pagament attwali; iħoss li s-sitwazzjoni preżenti fil-miżuri strutturali, fejn awtoritajiet li jimmaniġjaw jitħallew jiddelegaw deċiżjonijiet attwali ta' pagamenti, qed ikunu ta' ħsara għall-iċċekkjar effiċjenti u għall-bilanċi; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-problema b'mod mgħaġġel u adegwat;

127.

Jemmen li dak li huwa meħtieġ huma kontrolli aħjar u mhux iżjed kontrolli u li l-assigurazzjoni għar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet ta' warajhom trid tiġi minn kontrolli primarji aħjar qabel l-approvazzjoni ta' l-applikazzjonijiet, matul l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet u qabel il-pagament finali u mhux permezz ta' iżjed kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni;

128.

Jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li riżorsi adegwati jiġu investiti f'dawn il-kontrolli u tingħata gwida xierqa; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja dawn l-azzjonijiet bit-tixrid ta' prattiki tajbin f'dan il-qasam;

129.

Jappella lill-Istati Membri biex jinvestu iżjed f'attivitajiet ta' informazzjoni maħsuba għall-benefiċjarji biex jagħmluhom konxji tal-kundizzjonijiet għall-iffinanzjar, tal-probabilità li jiġu ċċekkjati u tal-konsegwenzi tal-ksur;

130.

Jinnota li n-numru għoli ta' uffiċċji u dipartimenti nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri involuti fl-immaniġġjar u l-kontroll ta' miżuri strutturali jagħmel il-konsolidazzjoni tar-rapporti ta' verifika, kif proposti fil-livell ċentrali ta' l-Istati Membri, mezz neċessarju u effiċjenti għall-iffaċilitar ta' kontrolli aħjar;

131.

Jinnota li fil-futur, il-miżuri strutturali jistgħu jagħtu kont għal kważi nofs l-approprjazzjonijiet fil-baġit tal-Komunità u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jimplimentaw id-dikjarazzjonijiet settorjali proposti fil-livell ċentrali ta' l-Istati Membri;

132.

Jemmen li l-indipendenza ta' l-immaniġġjar u tal-korpi ta' kontroll hija ta' importanza fundamentali u jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel arranġamenti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni għall-immaniġġjar u korpi ta' kontroll stabbiliti f'livell nazzjonali;

133.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta kemm jista' jkun malajr proposta li tkun teħtieġ il-korp ta' verifika propost fir-regolamenti 2007-2013 biex jiċċertifika d-dikjarazzjonijiet magħmula dwar il-fondi strutturali kollha tal-KE f'kwalunkwe sena, u mhux biss id-dikjarazzjonijiet magħmula fil-programmi 2007-2013, għax l-ispejjeż 2000-2006 ikomplu sa l-2010;

134.

Jenfasizza li l-Kummissjoni, b'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura li l-lezzjonijiet li tieħu mill-għeluq tal-programmi għall-perjodu 1994 sa l-1999 jiġu applikati għall-perjodi 2000 sa l-2006 perijodi u perijodi futuri ta' l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Fondi Strutturali u tal-proġetti tal-Fondi ta' Koeżjoni; jinnota li dan jeħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw il-preżentazzjoni adegwata u fil-ħin tad-dokumenti nazzjonali ta' l-għeluq;

135.

Jistieden lill-Kummissjoni biex kull sitt xhur jippreżenta skorbord li juri l-progress ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni effiċjenti ta' sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll kif imsemmi fir-regolamenti;

Politiki interni, inkluża r-riċerka

136.

Jitlob lill-Kummissjoni biex jaħdem għal massimu ta' proċeduri standardizzati fil-politiki interni, b'hekk jiġu ffaċilitati l-kontrolli finanzjarji u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji; b'mod partikolari, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi l-parir repetut tal-Qorti u tistabbilixxi sistema ta' l-IT komuni jew integrata għall-immaniġġjar tal-ħames, tas-sitt u iżjed programmi ta' qafas għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni;

137.

Jinnota li l-Kummissjoni għandha l-istess tħassib tal-Qorti dwar ir-riskju għoli u persistenti ta' l-iżbalji kkawżati minn dikjarazzjonijiet mhux korretti ta' spejjeż minn benefiċjarji finali; jinsab konvint li s-simplifikazzjoni ta' proċeduri tikkontribwixxi biex issolvi din il-problema; għalhekk, titlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra sew is-suġġerimenti tal-Qorti f'dan ir-rigward;

Xogħol u affarijiet soċjali

138.

Jinnota l-fatt li, fir-rigward ta' miżuri strutturali, il-Qorti ta' l-Awdituri sab iżjed nuqqasijiet fil-maniġment u s-sistemi ta' kontroll u jitlob speċifikament lill-Istati Membri biex jagħmlu titjib bħala fatt ta' urġenza bl-għajnuna ta' korpi nazzjonali ta' verifika u ta' l-awtoritajiet relevanti indipendenti;

139.

Jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri li n-numru ta' evalwazzjonijiet fuq il-post għall-proġetti għandu jiżdied; jisgħobbih, f'dan ir-rigward, li d-Direttorat Ġenerali għall-Impjieg m'għamel l-ebda evalwazzjoni adegwata biex isaħħaħ il-konklużjonijiet rigward il-maniġment u s-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri għall-perjodu ta' żmien 2000-2006;

140.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u b'mod partikolari d-Direttorati Ġenerali relevanti biex jaħdmu flimkien b'mod effettiv, skond il-prinċipji ta' skop tajjeb u maniġment finanzjarju sod, biex jiġi żgurat li b'mod partikolari l-approprjazzjonijiet mill-Fondi Strutturali jiġu allokati b'mod xieraq;

141.

Jaqbel li s-sistema elettronika introdotta mid-Direttorat Ġenerali ta' l-Impjieg għall-immonitorjar ta' rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-kontrolli ma jistgħux jitqiesu effettivi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex toħroġ memorandum rigward prattika tajba fir-rigward ta' kontrolli fuq l-immaniġġjar ta' spejjeż nazzjonali u fuq l-evalwazzjoni tar-riżultati ta' kull tip ta' riżors finanzjarju;

142.

Huwa ġeneralment sodisfatt bil-progress li sar fir-rigward ta' rati ta' użu; jinnota li dan jista' wkoll jiġi attribwit għall-applikazzjoni tar-regola “n+2”;

143.

Jaqbel mat-tagħlimiet li ttieħdu rigward l-evalwazzjoni ta' l-inizjattiva tal-Komunità INTEGRA dwar esklużjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol u għalhekk jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw koeżjoni soċjali ikbar;

144.

Huwa ġeneralment sodisfatt bir-rati ta' użu fil-linji tal-baġit maħsuba għall-impjieg u l-affarijiet soċjali, li għandhom jiġu attribwiti għall-immaniġġjar imtejjeb mill-Kummissjoni;

145.

Jinnota li, f'oqsma ta' politika interna, sfortunatament għad m'hemmx DAS fir-rigward tal-legalità u r-regolarità ta' pagamenti; jitlob kontinwament lill-Kummissjoni biex jivverifika jekk is-sistemi tagħha ta' rimbors ta' spejjeż jistgħux jiġu simplifikati u l-proċeduri u l-istruzzjonijiet li jikkontrollaw il-programmi varji jistgħux jiġu formulati b'mod iżjed ċar;

146.

Jitlob lill-Kummissjoni, minħabba l-inċertezza dwar l-adozzjoni ta' proposti għall-parteċipazzjoni fi programmi Komunitarji, biex jittieħdu miżuri prattiċi biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri;

Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza fl-Ikel

147.

Jikkunsidra r-rati komplessivi ta' implimentazzjoni ta' l-intestaturi tal-baġit għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza ta' l-ikel bħala sodisfaċenti;

148.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa iżjed għajnuna għall-applikanti fil-kuntest ta' programmi multiannwali; jilqa' l-isforzi biex is-sejħiet għall-offerti jiġu ffukati aħjar u biex tingħata iżjed għajnuna lill-applikanti sabiex tiġi evitata l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għal proġett li jidher ċar li mhumiex eliġibbli għal iffinanzjar jew li huma ta' kwalità fqira, imma jinnota li hemm bżonn ta' iżjed xogħol sabiex tintlaħaq sitwazzjoni sodisfaċenti;

149.

Jinnota li r-rati ta' pagamenti għall-politika ta' l-ambjent, tas-saħħa u tas-sikurezza ta' l-ikel kienu kollha taħt it-80 %; jammetti d-diffikultajiet fl-ippjanar tal-bżonnijiet ta' l-approprjazzjoni ta' pagamenti, għax il-preżentazzjoni ta' kontijiet minn benefiċjarji u kuntratturi ma jaqax, fil-parti l-kbira tiegħu, taħt il-kontroll tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni, safrattant, biex teżamina bir-reqqa l-proċeduri tagħha stess ħalli tara jekk l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet għal pagamenti jistgħux jitjiebu;

150.

Jenfasizza li konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji tar-Regolament Finanzjarju m'għandux iwassal għal dewmien mhux neċessarju fl-assenjazzjoni ta' għotjiet jew fl-għażla ta' proġetti biex jiġu ffinanzjati;

Is-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur

151.

Jilqa' l-passi li ħadet s'issa l-Kummissjoni biex twarrab ir-riskju ta' żbalji fl-immaniġġjar ta' l-għotjiet, bir-riżultat li ma jiġux meqjusa biss l-azzjonijiet tal-konsumatur fl-osservazzjonijiet tal-Qorti; bl-istess mod, jilqa' l-assenza ta' osservazzjonijiet kritiċi kemm fuq l-azzjonijiet għall-politika tas-suq intern kif ukoll fuq il-politika tad-dwana;

152.

Jirrikonoxxi d-diffikultà prattika li taffaċċja l-Kummissjoni meta tipprova tirrikonċilja l-bżonnijiet li l-piż amministrattiv li jintefa' fuq l-applikanti ta' l-għotjiet fil-programmi relevanti jkun ħafif kemm jista' jkun, ma' l-obbligi biex jiġi żgurat immaniġjar finanzjarju sod konsistenti mar-regoli li jimplimentaw għar-Regolament Finanzjarju;

153.

Jenfasizza li hemm bżonn tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa ta' sejħiet għal proposti annwali għal proġetti speċifiċi ta' ħarsien għall-konsumatur; jitlob lill-Kummissjoni biex tinterpreta l-lezzjonijiet li tkun ħadet matul it-twettiq tal-programm preżenti tal-konsumatur fl-ippjanar tal-programm il-ġdid għall-2007-2013, ħalli l-benefiċjarji alternattivi jiġu megħjuna biex ikunu ppreparati aħjar biex jieħdu l-azzjonijiet previsti;

154.

Jenfasizza fuq l-importanza li osservazzjonijiet tal-Qorti rigward il-kapaċitajiet ta' verifika interna u l-fallimenti jiġu segwiti b'mod effettiv biex jintlaqgħu standards aċċettati;

Trasport u turiżmu

155.

Jinnota li fir-rapport annwali tiegħu għall-2004, il-Qorti ta' l-Awdituri sab li kien hemm żjieda sostanzjali fl-attività tal-verifika interna fid-Direttorat-Ġenerali dwar l-Enerġija u t-Trasport (DG TREN), fejn il-valur tal-kuntratti tal-verifika żdied minn EUR 52 920 000 fl-2003 għal EUR 504 000 000 u l-valur totali ta' l-aġġustamenti favur il-Kummissjoni tela' minn EUR 2 530 000 fl-2003 għal EUR 14 910 000;

156.

Jinnota wkoll li fl-opinjoni tal-Qorti, DG TREN għandu jieħu iżjed azzjoni biex jilħaq il-mira tiegħu ta' verifika ta' 20 % tal-proġetti u 35 % ta' l-ispejjeż totali tal-proġetti, jiddefinixxi mudell ta' dikjarazzjonijiet ta' spejjeż u jagħraf bejn l-istudji u x-xogħlijiet għal raġunijiet ta' verifika;

157.

Jilqa' l-fatt li, wara r-rimarki tal-Qorti fir-rapporti annwali ta' qabel, ġie adottat mudell ġdid ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-2004 li jagħti definizzjoni idjaq ta' l-ispejjeż eliġibbli u mhux eliġibbli;

158.

Jinsab imħasseb li filwaqt li ġew użati 93 % ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għas-sikurezza fit-trasport, tħaddmu 60 % biss ta' l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti;

159.

Jesprimi d-diżappunt tiegħu li kienu ntużaw biss 25 % ta' l-impenji u 11 % tal-pagamenti disponibbli għall-ħarsien tad-drittijiet tal-passiġġieri;

160.

Jinnota li qasam ieħor fejn l-implimentazzjoni kienet baxxa kienet għall-approprjazzjonijiet ta' pagamenti Marco Polo, u din minħabba raġunijiet mhux taħt il-kontroll tal-Komunità, u li fil-fatt, ma sarux numru ta' pagamenti bil-quddiem għax ċertu proġetti ma kinux lesti biex tintbagħat il-garanzija bankarja meħtieġa jew għax ġew użati l-formoli l-ħżiena għall-garanzija bankarja;

161.

Jinnota b'sodisfazzjon kbir li, mill-approprjazzjonijiet disponibbli għall-punt importanti tal-baġit TEN-T, ittieħdet azzjoni għal 100 % ta' l-impenji u 95,82 % tal-pagamenti, u dan juri li huwa essenzjali li fil-futur jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal dan il-punt;

Kultura u Edukazzjoni

162.

Japprova r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti ta' l-Awdituri fit-taqsima tar-rapport annwali tiegħu dwar politiki interni rigward il-bżonn li jitnaqqas ir-riskju ta' żbalji, b'mod partikolari fid-dawl ta' l-ispeċifiċitajiet li jikkaratterizzaw benefiċjarji ta' għotjiet fil-programmi ta' l-UE dwar l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u l-“media”;

163.

Jilqa' t-tweġibiet provduti mill-Kummissjoni biex tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb is-sistemi ta' kontroll intern tagħha billi jiġu implimentati l-azzjonijiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar pjan għal qafas ta' kontroll intern integrat;

164.

Jenfasizza l-importanza għall-Kummissjoni li tikkapitalizza fuq id-diffikultajiet tal-proċeduri u fuq ix-xkiel li jaffaċċjaw il-benefiċjarji ta' l-għotjiet fl-immaniġġjar tal-proġetti; jistieden lis-servizzi relevanti tal-Kummissjoni biex jidentifikaw xi soluzzjonijiet u jħejjuhom f'forma ta' tagħlimiet li jridu jittieħdu u mqassmin qalb il-benefiċjarji kif ukoll biex jintużaw għat-titjib ta' inputs għall-proċeduri interni;

165.

Ifakkar li se jagħti importanza kbira lir-rapporti interim u dawk ta' evalwazzjoni ex-post dwar il-Programmi Tagħlim tul il-Ħajja, Kultura, “Media”, Żgħażagħ u Ċittadini għall-Ewropa futuri u jargumenta dwar użu usa' ta' l-indikaturi għall-evalwazzjoni;

166.

Jenfasizza fuq l-importanza li jissaħħu l-proċeduri bbażati fuq il-multilingwiżmu fir-rigward ta' sejħiet għal proposti indirizzati liċ-ċittadini u lill-benefiċjarji potenzjali tal-programmi ta' l-UE;

167.

Jinnota r-rata baxxa ta' implimentazzjoni ta' ċertu linji tal-baġit ewlenin relatati ma' l-istampa u l-komunikazzjoni u jqis li dan ifixkel politika ta' komunikazzjoni effettiva li tkun kapaċi tirrifletti b'mod adegwat il-bżonn preżenti għal dibattiti dwar il-futur ta' l-Unjoni;

Ugwaljanza bejn is-sessi

168.

Jinnota li l-2004 kienet is-sena tat-tkabbir, u l-prijorità ewlenija tal-baġit kienet li jitħaffef b'mod proattiv il-proċess ta' integrazzjoni ta' l-għaxar Stati Membri l-ġodda;

169.

Jisgħobbih għall-fatt li r-rapport ta' kwittanza tal-baġit ma jagħtix biżżejjed informazzjoni relevanti dwar kif il-baġit laħaq din il-prijorità, speċjalment fir-rigward ta' opportunitajiet ugwali għan-nisa fl-Unjoni mkabbra;

170.

Ifakkar lill-Kummissjoni li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Nizza jimplikaw li varjetà wiesgħa ħafna ta' politiki u miżuri tal-Komunità jridu jinftehmu mill-aspett ta' opportunitajiet ugwali;

171.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tat-3 ta' Lulju 2003 dwar ibbaġitjar skond is-sessi (17) u jisgħobbih li r-rapport ta' kwittanza tal-baġit ma jagħtihx il-possibilità li jevalwa l-impatt tal-baġit mill-perspettiva tas-sessi; jisgħobbih li hemm nuqqas ta' data baġitarja dwar l-iffinanzjar allokat għall-promozzjoni ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest ta' linji tal-baġit differenti;

172.

Jitlob li tiġi inkluża informazzjoni relevanti dwar politiki ta' integrazzjoni tas-sessi f'kull rapport ta' kwittanza; jisgħobbih li l-Kummissjoni ma ppreżentatx din l-informazzjoni; jirrepeti t-talba tiegħu għal dejta speċifika dwar is-sessi fir-rapport ta' kwittanza tal-baġit;

173.

Jilqa' l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-2004 fir-rigward ta' l-objettivi kollha u l-perjodu ta' pprogrammar għall-Fondi Strutturali, li jissarraf għal rata ta' implimentazzjoni ta' pagamenti ta' 99 %, ferm ogħla minn dak li sar fl-2003 (89 %);

174.

Jinnota r-rata baxxa ta' implimentazzjoni ta' pagamenti fir-rigward tal-programm “Daphne”, waqt li jaċċetta r-raġunament tal-Kummissjoni rigward iż-żamma ta' standards ta' kwalità għolja għall-proġetti appoġġjati mill-programm;

175.

Jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni kkonċernat biex jikkolaboraw b'mod effettiv u biex isegwu r-regoli ta' skop tajjeb u mmaniġġjar finanzjarju sod bil-għan ta' l-implimentazzjoni xierqa ta' approprjazzjonijiet imwettqa, b'mod partikolari fir-rigward tal-fondi strutturali;

176.

Jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward ta' l-inċertezza li teżisti rigward l-aċċettazzjoni tal-proposti biex tieħu sehem fil-programmi differenti tal-Komunità, biex tieħu miżuri prattiċi mmirati biex iħaffu l-proċess u biex inaqqsu l-ispejjeż li jkunu saru matul il-preżentazzjoni tal-proposta msemmija.

Zona ta' ħelsien, sigurtà u ġustizzja

177.

Jilqa' l-fatt li sar ftit progress fl-implimentazzjoni tal-baġit għal zona ta' ħelsien, libertà u ġustizzja; Jiddeplora bis-sħiħ, madankollu, il-livell li għadu vera baxx ta' l-implimentazzjoni tal-pagamenti (83,8 % skond il-Qorti ta' l-Awdituri meta mqabbel mat-68 % fl-2003) li jwassal għal żjieda konsiderevoli ta' l-RAL (minn 160 000 000 għal 238 000 000); jitlob lid-Direttorat għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà biex itejjeb iżjed l-implimentazzjoni tal-baġit u biex jitnaqqas l-RAL;

178.

Jisgħobbih li l-Qorti ta' l-Awdituri kellu jirrepeti, fir-rapport tiegħu dwar is-sena baġitarja ta' l-2004, l-beżgħat tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-Fond għar-Refuġjati ta' l-Istati Membri u b'mod partikolari n-nuqqasijiet ta' sistemi ta' kontroll; jisħaq li mekkaniżmi ta' kontroll adegwati mill-Istati Membri għandhom bżonn jitqiegħdu f'posthom biex jiżguraw implimentazzjoni kif suppost tal-programmi tal-prospettiva finanzjarja l-ġdida permezz ta' mmaniġġjar komuni; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi taħriġ xieraq għall-uffiċjali ta' l-Istati Membri fil-ħin għall-programmi l-ġodda; (LIBE 2 AD 604018EN)

179.

Jisgħobbih li r-regolament finanzjarju tal-Eurojust kien għadu mhux approvat mill-Kummissjoni;

Azzjonijiet esterni

180.

Jitlob li l-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, tikkjarifika ma' l-aġenziji tan-NU id-dritt għall-aċċess tal-Qorti għal proġetti mmaniġġjati minnhom sabiex jippermettu lill-Qorti biex twettaq il-kontrolli fuq il-post neċessarji;

181.

Jitlob li l-Kummissjoni tinforma l-kumitat kompetenti fil-Parlament meta u għaliex tikkontribwixxi b'mod sostanzjali lill-Aġenziji tan-NU;

182.

Jitlob li l-Qorti tagħmel rapport dwar kif il-kontribuzzjonijiet ta' l-UE jistgħu jżommu l-identità tagħhom stess fil-familja tan-NU u jitlob lill-Qorti biex tirrapporta dwar il-vantaġġi li jiġu ffinanazjati azzjonijiet permezz tan-NU minflok l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam ta' relazzjonijiet esterni;

183.

Jesprimi l-beżgħat tiegħu rigward l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti; i.e. nuqqasijiet fil-kontrolli interni tagħhom u numru konsiderevoli ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet tagħhom; jitlob lil EuropeAid biex tagħti attenzjoni partikolari lil-livell ta' implimentazzjoni fl-evalwazzjoni sħiħa tagħha tar-riskji u biex tintensifika l-verifiki tagħha ta' organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni;

184.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li informazzjoni dwar il-verifiki kollha inklużi dawk taħt kuntratt mad-delegazzjonijiet u organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni hija introdotta fis-sistema ta' informazzjoni finanzjarja CRIS tal-EuropeAid, b'hekk tintrabat mal-proġett rispettiv li jimmonitorja l-informazzjoni u li jagħmilha disponibbli għas-servizzi tal-kwartieri ġenerali; jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni biex teżamina din il-proposta imma jħeġġeġ, madankollu, lill-Kummissjoni biex din ir-rakkomandazzjoni tiġi implimentata kemm jista' jkun malajr mill-Qorti ta' l-Awdituri;

185.

Filwaqt li jirrikonoxxi li l-EuropeAid irreaġixxa għat-talba tal-Parlament Ewropew għal iżjed trasparenza u jappoġġja bis-sħiħ il-bżonn għal sistema aħjar ta' kontrolli, jisgħobbih għall-kumplessità li żdiedet ferm tal-proċeduri l-ġodda, li huma diffiċli u jieħdu wisq żmien biex jiġu implimentati; juri l-bżonn għal simplifikazzjoni reali, filwaqt li ma jintesiex l-objettiv oriġinali; jilqa', għalhekk, id-deċiżjoni tal-EuropeAid biex tiġi ssimplifikata sa mill-1 ta' Frar 2006 il-proċedura għall-evalwazzjoni ta' proposti ppreżentati lilha, sabiex jitnaqqas il-piż li tiġi ppreżentata dokumentazzjoni ġustifikattiva u garanziji ta' eliġibilità minn fuq l-organizzazzjonijiet applikanti;

186.

Jinsisti li għandu jsir enfasi ugwali kemm fuq il-kwalità u l-impenn tal-programm kif ukoll fuq ir-rati tal-ħruġ tal-flus;

187.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar il-miżuri konkreti preżenti tagħha u pjanijiet futuri biex jitnaqqsu r-riskji li jiġu implimentati u ffinanzjati proġetti f'ambjent b'possibilità notevolment għolja ta' korruzzjoni b'kontrolli u bilanċi u strutturi ta' governanza foqra; ikun japprezza wkoll l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar jekk u sa liema punt huma maniġġabbli r-riskji li joħorġu minn dan skond ir-regoli tat-Trattat;

188.

Itenni l-opinjoni tiegħu li l-ispejjeż addizzjonali konsiderevoli involuti minħabba dikonċentrazzjoni għandhom bżonn ikunu ġġustifikati b'riżultati tanġibbli; għalhekk, jilqa' l-evalwazzjoni tal-Qorti dwar kemm kien qed jaħdem b'mod effettiv id-dikonċentrazzjoni fid-Delegazzjonijiet, kif mitlub mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, fl-opinjoni tiegħu dwar il-kwittanza ta' l-2002; jinnota, madankollu, l-asserzjoni tal-Qorti li “ċertu oqsma problematiċi” fil-proċess ta' l-ippjanar “għandhom bżonn iżjed attenzjoni”;

189.

Jirrikonoxxi d-diffikultà li jsir rapport tar-riżultati ta' donatur wieħed f'ambjent ta' donaturi multipli; jiddeplora, madankollu, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tersaq lejn “approċċ ibbażat fuq ir-riżultati” għal politika ta' żvilupp mingħajr ma tiġi stabbilita metodoloġija biex jitkejlu r-riżultati speċifiċi ta' kooperazzjoni tal-Komunità ma' l-objettivi ewlenin ta' l-Għanijiet ta' l-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs);

190.

Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-bżonn għal indikaturi oġġettivi, utli u komprensivi biex jitkejjel l-“output” ta' l-għajnuna (Rapport Speċjali Nru 4/2005, paragrafu 63); jafda li dawn ikunu f'posthom għall-perjodu 2007-2013;

191.

Jisgħobbih li l-allokazzjoni rappurtata totali tal-Kummissjoni għal edukazzjoni bażika u saħħa bażika fl-2004 kien biss ta' 4,98 %, li kien 'il bogħod milli jilħaq il-benchmark ta' 20 % kif kien stabbilit mill-Parlament; jitlob għal djalogu bis-sens mal-Kummissjoni dwar kif din il-figura tista' titjieb;

192.

Jinsisti li trid tingħata prijorità ikbar lis-setturi MDG ewlenin tas-saħħa u l-edukazzjoni fl-istadju li jmiss tal-Karti ta' l-Istrateġija tal-Pajjiż;

193.

Jilqa' l-identifikazzjoni ta' l-appoġġ għal baġit ta' settur (18) bħala mezz li bih jiżdied il-livell ta' iffinanzjar għall-edukazzjoni u s-saħħa; jikkunsidra din l-għażla iżjed effettiva mill-appoġġ għal baġit ġenerali, anki meta m'għandhomx x'jaqsmu mal-progress f'dawn is-setturi;

194.

Japprezza l-kontribut tal-Kummissjoni lill-Programm ta' l-Ispiża Pubblika u r-Responsabilità Finanzjarja (PEFA), li qed tgħin biex jitnaqqsu r-riskji inerenti ta' l-appoġġ tal-baġit; jinnota, madankollu, l-iskopertà tal-Qorti ta' l-Awdituri li r-responsabilità maqsuma għall-Immaniġġjar tal-Finanzi Pubbliċi bejn l-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni EuropeAid u d-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp “jaħdem biss għax hemm relazzjonijiet interpersonali tajbin” (Rapport Speċjali Nru 2/2005, paragrafu 65);

195.

Jifraħ lill-Kummissjoni talli kull sena, sa minn żmien ir-riforma ta' l-immaniġġjar ta' l-għajnuna esterna, żiedet kemm l-impenn kif ukoll il-livelli ta' pagament u talli ġiet riorganizzata EuropeAid biex tipprovdi appoġġ aħjar lil delegazzjonijiet dekonċentrati; jaqsam l-ansjetà tal-Kummissjoni (19) dwar id-disponibilità f'waqtha ta' l-istaff kompetenti f'delegazzjonijiet, speċjalment għal finanzji, kuntratti u verifika;

196.

Jilqa' ż-żjieda fl-istaff medju għal kull EUR 10 000 000 immaniġjat minn 4,1 fl-1999 għal 4,8 fl-2004; jisgħobbih li din il-figura tibqa' sew taħt il-medja għal donaturi Ewropej u issa qiegħda tinżel;

197.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-kapaċità amministrattiva għall-politika ta' l-iżvilupp fil-Bulgarija u r-Rumanija hija msaħħa qabel jidħlu fl-UE.

Rapport Speċjali Nru 10/2004 rigward id-Devoluzzjoni ta' l-immaniġġjar ta' għajnuna esterna tal-KE għad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni

198.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-indikaturi ta' l-spiża tagħha u tgħaġġel il-ħidma tagħha għall-iżvilupp ta' indikaturi għall-veloċità u l-kwalità tal-kunsinna ta' l-għajnuna sabiex taċċetta evalwazzjoni aħjar ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proċess ta' devoluzzjoni;

199.

Jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex ittejjeb iżjed il-kwalità ta' l-appoġġ provdut mill-kwartieri ġenerali għad-delegazzjonijiet;

200.

Jinkoraġġixxi l-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li jintlaħqu l-bżonnijiet għall-istaff kemm għall-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet, u biex issaħħaħ iżjed it-taħriġ;

201.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex tipprova tnaqqas id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' proġetti li jiġri barra mid-delegazzjonijiet;

202.

Jilqa' l-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tissimplifika u tarmonizza proċeduri finanzjarji u kontrattwali;

203.

Jenfasizza li l-24 standard ta' kontroll intern imwaqqfa fid-delegazzjonijiet iridu jiġu applikati b'mod effettiv;

204.

Jirrikjedi rapport mill-Qorti dwar kif inhuma ffinanzjati l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs), li jittratta dwar x'għandha tkun id-definizzjoni ta' NGO skond il-Qorti, x'persentaġġ ta' riżorsi mill-NGOs huma ffinanzjati mill-Kummissjoni, liema parti ġejja minn entitajiet privati, mhux parti minn kwalunkwe korp governattiv u anki l-Qorti hija mitluba li tanalizza l-vantaġġi li jkollha proġetti implimentati mill-NGOs iżjed milli minn kumpaniji privati;

205.

Jirrikjedi wkoll li l-Qorti tipprovdi evalwazzjoni separata ta' l-implimentazzjoni propja tal-linja tal-baġit 19-04 Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) fit-totalità tagħha, kif stabbilit mill-Parlament Ewropew ta' l-1992;

Rapport Speċjali Nru 4/2005 rigward l-immaniġġjar tal-Kummissjoni tal-kooperazzjoni ekonomika fl-Ażja

206.

Jilqa' r-Rapport Speċjali tal-Qorti rigward l-immaniġġjar tal-Kummissjoni tal-kooperazzjoni ekonomika fl-Ażja jieħu nota tas-sejbiet tal-Qorti li kien hemm nuqqas ta' fokus fl-ispiża u, b'mod ugwali, li proġetti madwar l-Ażja soffrew minn proċedura għal applikazzjoni kumplessa wisq; jilqa' d-dikjarazzjoni li l-proġetti vverifikati laħqu numru konsiderevoli ta' benefiċjarji; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet li l-Kummissjoni għandha tiżgura li proċeduri għal applikazzjoni mhumiex kumplessi għal xejn, li d-Delegazzjonijiet jagħtu għajnuna adegwata lill-applikanti, u li jkun hemm fokus ikbar fuq is-sostenibilità ta' proġett;

207.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara l-qafas operattiv għall-għajnuna ta' l-UE għall-Ażja ffukat fuq numru żgħir ta' prijoritajiet ewlenin definiti aħjar li mbagħad tgħin biex ikun hemm titjib tal-bażi neċessarja għal implimentazzjoni effettiva ta' għajnuna u tippermetti approċċ iżjed ibbażat fuq ir-riżultat u l-impatt;

208.

Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid il-ħidma fl-iżvilupp ta' l-indikaturi xierqa li bihom jitkejjel il-progress li sar u biex jiġi żgurat l-immonitorjar neċessarju sabiex jiġu evalwati r-riżultati miksuba;

209.

Jippretendi li l-Kummissjoni tintroduċi fir-reviżjoni preżenti tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropew (20), is-simplifikazzjoni adegwata ta' proċeduri kuntrattwali u ta' proċeduri għal għotjiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' proġetti fuq skala żgħira, sabiex tkun tista' tintlaħaq il-flessibilità fl-applikazzjoni ta' regoli flimkien ma' effiċjenza u mmaniġġjar finanzjarju sod;

Strateġija ta' qabel l-isħubija

210.

Jistieden lill-Kummissjoni ħalli taħseb biex tbiddel id-disinn ta' proġetti ta' qabel l-isħubija rigward immirar aħjar u ssimplifikar ta' objettivi u kundizzjonijiet; jaqbel mal-Qorti li dan għandu jnaqqas ir-riskju ta' żbalji fl-implimentazzjoni; jinsab konvint li l-issimplifikar tad-disinn tal-proġett għandu wkoll jiffaċilita l-evalwazzjonijiet tar-riżultati;

211.

Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni trid tappoġġja l-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi għal adeżjoni biex jikkontrollaw huma stess l-infiq ta' l-UE b'mod totalment diċentralizzat; josserva li, fl-istess ħin, il-Kummissjoni għad trid tagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fl-immaniġġjar finanzjarju tal-pajjiżi għal adeżjoni billi żżomm kontrolli ex-ante f'idejn id-delegazzjonijiet tal-KE; iħoss li immaniġġjar propju ta' riskju f'dan il-qasam jimplika li l-Kummissjoni toħloq il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ poli;

212.

Jinnota s-sejbiet tal-Qorti li nuqqasijiet fil-kapaċità ta' l-immaniġġjar tal-Bulgarija u r-Rumanija jibqgħu, jilqa' t-titjib li diġà sar u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Bulgari u Rumeni biex ikomplu jżidu s-sorveljanza ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni sabiex jiġu ppreparati għal użu iżjed effiċjenti tal-Fondi Strutturali ta' l-UE; fl-istess ħin, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-immaniġġjar tagħha u l-immirar ta' dawk il-fondi;

Spiża amministrattiva

Kwistjonijiet li jirrigwardaw l-Aġenziji

213.

Jinsab kuntent li jinnota li l-Kummissjoni resqet bi proposta għal Ftehima Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji, kif mitlub mill-Parlament fir-rapporti ta' kwittanza tagħha ta' l-2003 dwar l-aġenziji; jitlob lill-Kunsill biex jibda n-negozjati kemm jista' jkun malajr bil-għan li tiġi konkluża ftehima fuq il-bażi ta' abbozz għal test tal-Kummissjoni, jiġu meqjusa l-prinċipji stabbiliti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2004 dwar Il-Qafas li Jopera għall-Aġenziji Regolatorji Ewropej (21) u fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar l-Aġenziji Regolatorji Ewropej (22);

214.

Jinnota li r-Regolament Finanzjarju kien iddisinnjat primarjament għall-Kummissjoni; tinsab konxju li l-Qafas tar-Regolament Finanzjarju ta' l-Aġenziji (23) u r-regolamenti finanzjarji individwali sussegwenti għal kull aġenzija (24) kienu kollha ddisinnjati biex isegwu r-Regolament Finanzjarju ġenerali mill-qrib kemm jista' jkun; Juri li regolament finanzjarju li jaqbel għall-Kummissjoni jista' mhux dejjem jaqbel għal aġenziji ferm iżgħar; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-bżonnijiet ta' l-aġenziji huma indirizzati kif suppost fir-riforma preżenti tar-Regolament Finanzjarju;

215.

Isibha neċessarja li jtejjeb ir-responsabilità ta' l-aġenziji għall-użu effiċjenti tal-flus taċ-ċittadini ta' l-UE li jħallsu t-taxxi u għalhekk jikkunsidra li l-aġenziji jridu jkunu responsabbli għall-kumitati rispettivi tal-Parlament;

216.

Jikkunsidra li l-aġenziji probabilment għandhom bżonn iżjed għajnuna bir-reklutaġġ mill-istituzzjonijiet li huma ikbar, li hemm it-tendenza li jkollhom funzjoni amministrattiva ikbar u b'iżjed esperjenza minn fejn jieħdu biex jgħinu f'xogħlijiet bħal dawn; iħeġġeġ lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) biex iwieġeb b'mod pożittiv għat-talbiet ta' għajnuna b'reklutaġġ mill-aġenziji; jitlob lill-Kummissjoni biex jagħmel servizzi orizzontali oħra disponibbli għall-aġenziji wkoll, bħal ma huma t-taħriġ u s-servizz legali;

217.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta dwar il-qagħda tas-sitwazzjoni rigward il-verifika interna fl-aġenziji, tiddeskrivi s-setgħa tal-verifika interna disponibbli f'kull aġenzija, u s-servizzi ta' verifika interna provduti mill-Kummissjoni f'dak li hu għoti kemm ta' gwida kif ukoll tal-verifiki interni stess;

218.

Jinnota sew il-falliment apparenti tan-NU biex tapplika l-ftehima finanzjarja ffirmata bejn il-Kummissjoni u n-NU rigward l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, li frekwentement tħalli l-Qorti ta' l-Awdituri f'sitwazzjoni fejn ma jkunx jista' jieħu kontroll finanzjarju adegwat tal-pagamenti u d-dokumenti ta' warajhom li jirrigwardaw kuntratti mmaniġġjati jew issorveljati mill-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK); jinnota d-dikjarazzjoni mid-Deputat Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex mat-talba tal-Qorti jingħata aċċess sħiħ għall-fajls kollha; iħeġġeġ madankollu lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-ftehima finanzjarja man-NU; huwa tal-fehma li t-tneħħija gradwali possibbli ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni m'għandhiex issir skond skeda stabbilita minn qabel imma għandha tiddependi minn kriterji u żviluppi ekonomiċi u politiċi, fil-waqt li jsir użu sħih mill-valur miżjud ta' l-Aġenzija f'dawk li huma kompetenza u tagħrif prattiku żviluppati tul is-snin, u jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta wara li ssir evalwazzjojni finali xierqa biex tara jekk il-mandat ta' l-aġenzija għar-rikostruzzjoni jistax ikun mibdul b'tali mod li l-kompetenza u t-tagħrif prattiku eżistenti jkunu jistgħu tista' tintuża biex tipprovdi għajnuna ta' rikostruzzjoni kull fejn hemm bżonn eż. l-Iraq, l-Afganistan, il-Pakistan, l-Indja u l-pajjiżi milquta mit-Tsunami, bħala t-tieni pass wara li l-bżonnijiet umanitarji immedjati ġew indirizzati mill-Uffiċċju ta' Għajnuna Umanitarja;

219.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħin lill-Aġenzija għall-Ambjent Ewropea biex issolvi l-kwistjoni ma' l-awtoritajiet Daniżi rigward ir-rimbors ta' taxxi li ma tħallsux b'mod xieraq;

220.

Jinsab diżappuntat li jinnota li l-kunflitt bejn il-Kummissjoni u ċ-Ċentru ta' Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea rigward il-pagament tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni tal-ħaddiema baqa' mhux solvut; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex issolvi din il-kwistjoni.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 302 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 107, 30.4.2004, p. 1

(4)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(5)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 100.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  Testi adottati, P6_TA(2005)0092.

(8)  Taqsira tat-terminu Franċiż “Declaration d'assurance”.

(9)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3).

(10)  ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2355/2002 (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 42).

(11)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(12)  Ara konklużjoniet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta' Novembru 2005 fuq

http://www.fco.gov.uk/Files/kfile/EcofinConclusions_08nov.pdf.

(13)  Il-prinċipji baġitarji preżenti kif stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolamenti Finanzjarji huma “unità, eżattezza baġitarja, annwalità, ekwilibriju, unità ta' kontabilità, universalità, speċfikazzjoni, mmaniġjar finanzjarju sod u trasparenza”.

(14)  Testi adottatti, P6_TA(2006)0043.

(15)  “Il-Kummissjoni, f'ħidma ma' l-Istati Membri, għandha tipprovdi evalwazzjoni tal- kontrolli preżenti f'livell ta' settorali u reġjonali u l-valur ta' l-istqarrijiet u d- dikjarazzjonijiet eżistenti.”

(16)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(17)  ĠU C 74 E, 24.3.2004, p. 746.

(18)  Tweġiba għall-mistoqsija 1.4, kwestjonarju DEVE.

(19)  Tweġiba għall-mistoqsija 5.2, kwestjonarju DEVE.

(20)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

(21)  ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 119.

(22)  Testi Adottati, P6_TA(2005)0460.

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar il-qafas għal Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(24)  ĠU L 245, 29.9.2003, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

29

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni I – Parlament Ewropew

(2006/810/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra d-dħul u n-nefqa u l-karta tal-bilanċ għas-sena 2004 finanzjarja (C6-0357/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-Awditur Intern,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien mar-risposti ta' l-istituzzjonijiet (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272 (10) u 275 tat-Trattat KE u l-Artikolu 179a tat-Trattat Euratom;

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4),u b'mod partikulari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 147 (1) tar-Regolament Finanzjarju skond liema kull Istituzzjoni Komunitarja trid tieħu l-passi kollha xierqa biex tesegwixxi l-osservazzjonijiet inklużi mad-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 71 u 74(3) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0119/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri indikat nuqqasijiet fis-sistemi ta' superviżjoni u kontroll (paragrafu 9.16), għalkemm dawn kienu aktar ta' natura formali; billi skond il-Qorti l-iżbalji ma affettwawx materjalment il-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti tan-nefqa amministrattiva (paragrafu 9.27);

B.

billi r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, kif emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 (6) huma applikabbli mill-1 ta' Jannar 2003 rigward regoli ta' proċedura li jolqtu l-kwittanza;

C.

billi r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament kienu ġew emendati fit-23 ta' Ottubru 2002 biex jipprovdu li kwittanza għandha tingħata lill-President, u mhux lis-Segretarju Ġenerali,

1.

Jipposponi d-deċiżjoni sabiex jagħti lill-President tiegħu l-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Ombudsman Ewropew u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 105, 30.4.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 302, 30.11.2005, p. 100.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  PE 349.540.

(6)  ĠU C 300 E, 11.12.2003, p. 303.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill

(2006/811/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004,

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill (N6-0027/2005 – C6-0359/2005 – 2005/2092(DEC))

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kunsill amministra baġit ta' EUR 541 916 200 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,10 %;

2.

Jieħu nota tar-rimarki magħmula mill-Qorti ta' l-Awdituri u jistieden lill-Kunsill sabiex jieħu kont tagħhom u biex ikompli jtejjeb l-immaniġġar finanzjarju tiegħu;

3.

Josserva li, skond il-paragrafu 9.4 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, fl-2004 il-Kunsill kien għadu ma waqqaf l-ebda standards ta' kontroll intern wara l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju ta' Ġunju 2002, u li, skond ir-risposta tal-Kunsill, l-istandards ta' kontroll intern għall-Kunsill ġew fl-aħħar adottati fl-20 ta' Lulju 2005;

4.

Ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar il-pjan għal qafas ta' kontroll integrat (COM(2005)0252)huwa applikabbli bl-istess mod għall-istituzzjonijiet kollha fl-UE u għalhekk il-Kunsill għandu jmexxi billi jagħti eżempju;

5.

Jindika li skond il-paragrafu 9.18 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-liv annwali addizzjonali konċess qabel il-31 ta' Diċembru 1997 bħala kumpens għal sahra tħallas ma' l-irtirar jekk l-uffiċjal ma kienx ħa liv addizzjonali; jinnota li r-risposta tal-Kunsill ma tispjegax għaliex dawn il-ħlasijiet kienu saru lill-persunal A u B, li skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff mhumiex intitolati għall-kumpens għal sahra;

6.

Jinnota li r-rikors tal-Kunsill għat-teknika tat-trasferiment tal-ġbir ta' l-aħħar tas-sena għal pagamenti “front-load” fuq il-bini LEX, li jirriżulta f'żieda ta' 333 % fl-ammont li kien mistenni oriġinarjament fuq l-Artikolu tal-baġit 206 minn EUR 13 500 000 għal EUR 58 449 000; jinnota fl-istess ħin li l-Parlament Ewropew qed jiffaċċja l-istess problemi;

7.

Jinnota żieda ta' 225 % fl-approprjazzjoni inizjali għal konsulenti Speċjali fil-qasam tas-sigurtà Ewropea u l-politika tad-difiza (l-Artikolu tal-baġit 3 1 3);

8.

Ifakkar fir-rimarka li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 (6) li l-baġits ta' istituzzjonijiet oħra għandhom ikopru n-nefqa amministrattiva;

9.

Isib li aktar ma jkun hemm ċarezza fir-rigward ta' nfiq fuq u mill-Koordinatur tal-Kontroterroriżmu ta' l-EU aktar tiżdied it-trasparenza; ifakkar li bħala prinċipju, l-infiq operattiv għandu jsir biss mill-Kummissjoni;

10.

Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu ta' rappurtaġġ billi jagħmel disponibbli minn kmieni għall-awtorità tal-kwittanza, kif għamlu l-istituzzjonijiet l-oħra kollha, inluż il-Parlament, ir-Rapport ta' Attività Annwali msemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istituzzjonijiet ta' l-UE;

11.

Jinnota li l-Kunsill qiegħed bħalissa jmexxi proġett biex jinbena l-bini LEX li l-ispejjeż tiegħu huma stimati li jammontaw għal EUR 233 000 000 (skond il-prezzijiet ta' l-2003);

12.

Ifakkar li f'ittra datata 18 ta' Novembru 2004 li tikkonċerna l-proċedura tal-kwittanza għall-2003, il-Kunsill ma aċċettax stedina biex jattendi laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, u kkwota l-Ftehima Informali tat-22 ta' April 1970; ifakkar ukoll ir-riluttanza tal-Kunsill fis-snin ta' qabel li jagħti aktar minn tweġibiet xotti għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju lill-istituzzjonijiet oħra bħala preparazzjoni għad-deċiżjoni tal-kwittanza; jemmen li fil-kuntest tal-kompromess kurrenti li jikkonsisti fi djalogu informali bejn il-Kunsill u ċ-chairman u r-rapporteur tal-kumitat kompetenti, il-kumitat kompetenti għandu jestendi l-iskop tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jinkludi Membri oħra li jixtiequ jikkontribwixxu għal dan id-djalogu informali.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2005)0410.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

33

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni IV – Qorti tal-Ġustizzja

(2006/812/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0360/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0112/2006),

1.

Jagħti kwittanza lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima IV – Qorti tal-Ġustizzja

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0360/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0112/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (l-ECJ) amministrat baġit ta' EUR 235 041 565, b'rata ta' użu ta' 94 %;

2.

Jinnota li b'konsegwenza tat-tkabbir in-numru ta' l-istaff fl-ECJ żdied fl-2004 b'xi 40 % (6);

3.

Jinnota b'diżapprovazzjoni li fl-2004 l-ECJ reġgħet naqset milli timplimenta għadd ta' standards interni ta' kontroll;

4.

Jiġbed l-attenzjoni dwar is-sejba spjegata fil-paragrafu 9.13 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-awditur intern ta' l-ECJ għandu jeżerċita l-funzjoni ta' kap tat-“taqsima tal-verifika” li tagħmel kontrolli ex-ante ta' l-operat; jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li dan it-tip ta' involviment fil-qadi ta' operazzjonijiet finanzjarji mhuwiex kompatibbli mad-dmirijiet ta' awditur intern indipendenti; jikkritika l-fatt li mill-ħatra tiegħu fl-2003, l-awditur intern għadu ma temm l-ebda waħda mill-verifiki li hemm fil-programm ta' ħidma tiegħu; iħeġġeġ lill-ECJ sabiex tqabbad għajnuna barranija biex tiżgura t-tmiem fil-ħin tal-verifiki pendenti fil-programm ta' ħidma;

5.

Juri dispjaċir għall-fatt li r-rapport ta' attività annwali ta' l-ECJ ma setgħax jiġi kkunsidrat fit-tħejjija tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri peress li kien għadu ma tlestiex qabel ma ntemmet il-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri; jifhem li din il-kwistjoni ġiet solvuta fir-rigward tar-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2005;

6.

Jirrimarka dwar il-fatt li l-ECJ, għall-kuntrarju tal-biċċa l-kbira ta' l-istituzzjonijiet, ma tinkludix fir-rapport ta' attività annwali tagħha dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mill-uffiċjal iddelegat biex jawtorizza; jinnota li, minkejja dan, ir-Reġistratur ħejja u ffirma memorandum bid-data tal-21 ta' Ġunju 2005 li fih jagħti assigurazzjoni lill-President ta' l-ECJ dwar ir-regolarità tal-kontijiet tiegħu ta' l-2004; jitlob lill-ECJ sabiex tħejji dikjarazzjoni bħal din fis-snin li ġejjin u jawgura li din il-kwistjoni tkun irregolata fir-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju;

7.

Jifraħ lill-ECJ għat-tfassil, għal-kontenut u għal-leġibilità tar-rapport annwali ta' attività tagħha u, b'mod partikulari, għall-analiżi fit-tmiem ta' kull kapitlu tat-tip u l-livell tar-riskju assoċjat mal-ħidmiet li huma deskritti fih; jemmen li l-utilità tar-rapporti ta' attività annwali tista' titkabbar kieku l-istituzzjoniiet kollha jsegwu dan l-eżempju;

8.

Jilqa' t-tnaqqis fid-dewmien medju tal każijiet quddiem l-ECJ minn 25 xahar fl-2003 għal 20 xahar fl-2004, fi sfond ta' numru dejjem jikber ta' każijiet imressqa; iqis li 20 xahar għal kull każ xorta waħda huwa żmien twil wisq; jistieden lill-ECJ sabiex tnaqqas aktar it-tul taż-żmien għall-każijiet;

9.

Jinnota li l-ebda verifika ex-post ma saret fl-2004 minħabba li s-servizz tal-verifika ex-ante kellu bżonn li jikkonċentra fuq it-twaqqif taċ-ċirkwit finanzjarju l-ġdid;

10.

Jinnota li l-ECJ tinsab attwalment tmexxi proġett sostanzjali għall-kostruzzjoni ta' bini ġdid li jikkonsisti f'żewġ torrijiet u “ċirku” għall-akkomodazzjoni tal-persunal meħtieġ b'riżultat ta' aktar tkabbir fil-futur, flimkien ma' massimu ta' 40 imħallef u l-kabinetti tagħhom, bi spiża stmata ta' EUR 296 924 590 (bil-prezzijiet tas-sena 2000); jitlob lill-ECJ għal deskrizzjoni bil-miktub ta' l-arranġamenti għall-iċċekkjar ta' fatturi u l-verifikar ta' proġetti, kif ukoll għal spjegazzjoni bil-miktub ta' liema mill-partijiet involuti tkun responsabbli ghar-riskju possibbli ta' spejjeż mhux maħsuba; jistieden lill-ECJ sabiex toħloq entitajiet ta' kontroll adegwati li jkollhom responsabilità permanenti għal dan il-proġett kbir ta' kostruzzjoni u sabiex tiċċekkja li l-skadenzi jinżammu, timmonitorja l-ispejjeż u tagħmel kull tibdil meħtieġ;

11.

Jiġbed l-attenzjoni li, skond tqabbil ta' spejjeż bejn l-istituzzjonijiet fil-qasam tal-bini imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni f'Lulju 2005, l-ECJ għandha l-ogħla spiża għal kull okkupant (EUR 250/m2, li madankollu hija spjegata miż-żmien għal ħlasijiet lura iqsar min-normal magħżul mill-ECJ (15-il sena);

12.

Jemmen li, fl-interess tat-trasparenza, għandha tingħata iktar publiċità lir-Regolament tal-Kunsill Nru. 422/67/EEC, 5/67/Euratom tal-25 ta' Lulju 1967 li jiddetermina s-salarji tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni u tal-Kunsill tal-President, L-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili ta' l-Unjoni Ewropea (7) u li jistipula s-salarji ta' l-imħallfin ta' l-ECJ, possibilment billi jiġi ppubblikat fuq il-websajt ta' l-ECJ;

13.

Jinnota li għalissa l-ECJ ma timponi l-ebda obbligu fuq imħallfin sabiex jiddikjaraw interessi finanzjarji, bħalma huma pussess ta' ishma, karigi ta' diretturi u kuntratti ta' konsulenza; jiġbed l-attanzjoni li kemm il-Membri tal-Kummissjoni kif ukoll l-Membri tal-PE huma meħtieġa li jiddikjaraw interessi ta' dan it-tip f'reġistru pubbliku u li l-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri jagħtu dikjarazzjoni ta' l-interessi finanzjarji tagħhom lill-President tal-Qorti; jirrakkomanda li fl-interess tat-trasparenza, anke fin-nuqqas attwali ta' rekwiżit legali, l-ECJ għandha titlob sabiex jitfasslu regoli ta' dan it-tip li jorbtu;

14.

Ifakkar, fir-rigward ta' karozzi uffiċjali għall-użu ta' l-ECJ, li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta' Ottubru 2005 (8) talbet lill-ECJ sabiex temenda sa l-1 ta' Novembru 2005 d-deċiżjoni amministrattiva tagħha tal-31 ta' Marzu 2004 b'mod li jiġi eskluż l-użu privat ta' karozzi uffiċjali.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Sors: rapport ta' attività annwali.

(7)  ĠU L 187, 8.8.1967, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 202/2005 (ĠU L 33, 5.2.2005, p. 1).

(8)  Testi Adottati, P6_TA(2005)0410.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

36

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni V – Qorti ta' l-Awdituri

(2006/813/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0361/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew ivverifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tassigura l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom, li għamlet il-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6- 0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977, li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0113/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u sabiex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni V – Qorti ta' l-Awdituri

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0361/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew ivverifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li tassigura l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom, li għamlet il-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 – C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977, li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0113/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri (l-ECA) amministrat baġit ta' EUR 96 925 410, b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 81,5 %;

2.

Ifakkar li l-kontijiet ta' l-ECA għall-2004 kienu vverifikati minn ditta esterna, il-KPMG (6), li kkonkludiet li

“Fl-opinjoni tagħna, id-data tal-kontabilità u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji jagħtu opinjoni vera u ġusta, skond ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta' Implimentazzjoni, prinċipji tal-kontabilità aċċettati u r-Regoli Interni tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, ta' l-assi u l-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea sal-31 ta’ Deċembru 2004 u tar-riżultat ekonomiku u d-dħul u l-infiq tas-sena finanzjarja li għalqet.”

3.

Jinnota b'interess it-termini taċ-ċertifikat (7) maħruġ mill-awdituri ta' l-ECA, il-KPMG, li jiġbdu l-attenzjoni għall-ewwel darba:

“rigward l-informazzjoni li tidher fin-nota 1 ta' l-Anness tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li tgħid illi minħabba l-istandard tal-verifika Nru 12, ‘Benefiċċji għall-Persunal’ adottat permezz ta' Deċiżjoni tat-28 ta’ Diċembru 2004 tal-kontabilita' tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti stabbiliet għal-ewwel darba, fil-31 ta’ Diċembru 2004, dispożizzjoni għall-pensjonijiet għall-Membri tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u dejn għal żmien twil għall-Istati Membri għal ammont ta' EUR 43 689 621. L-ammont tad-dispożizzjoni ġie determinat fuq bażi ta' analiżi attwarja magħmul mill-Kummissjoni Ewropea.”

4.

Jinnota li l-estensjoni tal-bini tal-kwartieri ġenerali ta' l-ECA fil-Lussemburgu, li ilha tinbena mill-2001, ġiet okkupata f'Ottubru 2003, qabel id-data skedata ta' Ġunju 2004; jinnota wkoll li l-kontijiet għall-proġett qegħdin fil-proċess li jingħalqu u li rapport sħiħ se jingħata lill-awtorità baġitarja meta jasal il-waqt;

5.

Barra minn hekk, jinnota referenza fil-parti dwar impenji barra l-karta tal-bilanċ fir-rapport ta' verifika tal-KPMG għal impenn ta' l-ECA biex takkwista art għal estensjoni oħra (il-proġett K3); jinnota li l-proġett K3 huwa maħsub biex jilqa' għall-bżonnijiet li mistennija jkollha l-ECA b'riżultat tad-dħul futur tal-Bulgarija, ir-Rumanija u pajjiż ieħor bi spiża stmata ta' EUR 26 450 000 (8)(prezzijiet ta' April 2003); jinnota x-xewqa ta' l-ECA “li tiddistribwixxi r-riskji assoċjati ma' proġett bħal dan fuq firxa usa', sabiex fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx l-Ewropew li jħallas it-taxxa li jkollu jġorr parti daqstant kbira minnhom”; jitlob li jkun mgħarraf dwar kif se jintlaħaq dan l-għan, b'referenza speċjali għar-responsabilità finanzjarja għal spejjeż mhux ippjanati minn qabel;

6.

Japprova li jsiru b'mod regolari sejħiet għall-offerti għall-ħatra ta' ditta esterna biex tivverifika l-kontijiet ta' l-ECA, filwaqt li jesprimi t-tħassib tiegħu għall-pożizzjoni dominanti li għandu għadd żgħir ta' intrapriżi kbar tal-kontabilità fil-Lussemburgu u f'postijiet oħra; jitlob li jkun hemm proċedura għas-sejħa għall-offerti għall-ħatra ta' l-awdituri esterni li tkun trasparenti, ġusta u intelliġibbli għall-Parlament;

7.

Jinnota li wara l-aktar tkabbir riċenti fl-2004 u l-espansjoni tagħha għal 25 Membru, l-ECA organizzat mill-ġdid l-istruttura tagħha f'erba' gruppi tal-verifika u grupp ta' koordinazzjoni; jistaqsi jekk struttura li tinvolvi 25 Membru u l-uffiċċji rispettivi tagħhom hijiex l-aktar waħda effettiva li jista' jkun hemm; jitlob lill-ECA sabiex teżamina l-possibilità li tnaqqas l-għadd ta' membri għal terz ta' l-għadd ta' Stati Membri;

8.

Ifakkar fil-fehma li esprima l-Kumitat appuntat mill-House of Lords dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward tan-negozjati dwar il-Konvenzjoni dwar il-Futur ta' l-Ewropa, li

“L-istruttura attwali ta' l-ECA bi 15-il membru bi stejtus indaqs, wieħed minn kull Stat Membru, li jaħdmu b'kolleġjalità, jeħtieġ li tinbidel u, fil-każ ta' tkabbir, se jkollha tinbidel. Qorti b'aktar minn 20 membru eżekuttiv full-time tkun diżorganizzata, taħdem bil-mod u tkun ineffettiva. Il-proposta għal sistema ta' kmamar, kunċett li issa huwa inkorporat mit-Trattat ta' Nizza, tidher li hi sempliċiment mekkaniżmu biex jassorbi l-membri mingħajr ma titjieb l-effiċjenza u m'hix radikali biżżejjed biex issolvi din il-problema.”

9.

Ifakkar li s-Sur Weber, il-President ta' l-ECA, f'diskors fi Strasburgu fl-14 ta' Novembru 2005, qal lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li l-ECA kienet qed twettaq evalwazzjoni ta' l-organizzazzjoni u tal-metodi tagħha stess, li warajha kellha ssir “reviżjoni minn pari”; jittama li jkun possibbli li tinħoloq struttura aktar razzjonali għall-ECA qabel ma jseħħ it-tkabbir li jmiss;

10.

Jissuġġerixxi li din ir-reviżjoni tal-metodi ta' kif taħdem l-ECA tkun tinkludi, bħala waħda mill-possibilitajiet, il-proposta tal-House of Lords li l-istruttura attwali tinbidel ma' “kap eżekuttiv ikkwalifikat ħafna li jkun sostnut minn staff qawwi ta' awdituri, u li jkun jirrapporta lil bord part-time, mhux eżekuttiv, magħmul minn rappreżentanti minn kull wieħed mill-Istati Membri”;

11.

Jilqa' l-għoti lill-awtorità tal-kwittanza tar-rapport annwali ta' l-attività, flimkien mad-dikjarazzjoni ffirmata mill-uffiċjal iddelegat bl-awtorizzazzjoni;

12.

Huwa grat għall-fatt li r-Rapport Annwali dwar il-funzjoni tal-verifika interna ġie mgħoddi lill-awtorità tal-kwittanza iżda jiddispjaċih li minkejja t-talba li hemm fil-paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 (9) dan ir-rapport ta' paġna waħda xorta ma jagħtix stampa ċara ta' l-ambjent attwali ta' kontroll;

13.

Ifakkar, fir-rigward ta' karozzi uffiċjali użati mill-Membri ta' l-ECA, li r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 (10) titlob lill-ECA sabiex sa l-1 ta' Novembru 2005 temenda d-deċiżjoni amministrattiva tagħha tal-15 ta' Ġunju 2004 b'mod li jiġi eskluż l-użu privat ta' karozzi uffiċjali;

14.

Jistieden lill-ECA sabiex tikkunsidra li tippubblika fis-sit ta' l-ECA fuq l-Internet id-dikjarazzjonijiet tal-Membri dwar l-interessi finanzjarji tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi għal trasparenza akbar ta' l-istituzzjonijiet Ewropej; jemmen li t-trasparenza titjieb jekk tingħata aktar pubbliċità lir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 2290/77 li jiddetermina l-qligħ tal-Membri tal-Qorti ta' l-Awdituri (11), possibbilment billi jiġi ppubblikat fis-sit ta' l-ECA fuq l-Internet;

15.

Ifakkar li, wara investigazzjoni mill-OLAF, proċeduri legali kontra persuna li kienet Membru ta' l-ECA ilhom pendenti quddiem il-qrati tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għal perjodu pjuttost konsiderevoli ta' żmien; jiddispjaċih li ta' spiss wisq ir-rapporti finali tal-każijiet mgħoddija mill-OLAF lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri sempliċiment jiġu arkivjati mingħajr ma tittieħed xi azzjoni ulterjuri; jemmen li d-dewmien ġudizzjali m'hux risposta aċċettabbli għal inkartament li jista' jkun imbarazzanti; se jsegwi b'attenzjoni s-smigħ, min-naħa ta' l-awtoritajiet ġudizzjarja tal-Lussemburgu, tal-każ imsemmi hawn fuq.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301,30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30,11,2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Rapport mill-awditur estern dwar il-kontijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 299, 29.11.2005, p 1).

(7)  Rapport mill-awditur estern dwar il-kontijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 299, 29.11.2005, p 1).

(8)  Sors: Il-politika ta' l-ECA dwar il-bini, deskrizzjoni fil-qosor u s-sitwazzjoni preżenti, Settembru 2003.

(9)  ĠU L 196, 27.7.2005, p 47.

(10)  Testi Adottati, P6_TA(2005)0410.

(11)  ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1293/2004 (ĠU L 243, 15.7.2004, p. 26).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VI – Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2006/814/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0362/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-kredibilità tal-kontijiet u tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet rispettivi pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0114/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din-id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Taqsima VI – il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0362/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni fir-rigward tal-kredibilità tal-kontijiet u tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet rispettivi pprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0114/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (EESC) amministra baġit ta' EUR 103 000 000 b'rata ta' utilizzar ta' 88,56 % (2003: 98,12 %);

2.

Jinnota, kif stipulat fil-paragrafu 9.23 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri msemmi hawn fuq, li l-istandards tal-kontroll intern ġew approvati f'Lulju 2004 iżda li għad ma ttiħdux il-miżuri kollha meħtieġa biex tintlaħaq il-konformità magħhom;

3.

Jinnota fir-rigward tas-sejbiet tal-Qorti ta' l-Awdituri tal-paragrafu 9.7 tar-Rapport Annwali tagħha dwar it-trasferiment ta' parti mill-emolumenti ta' l-istaff bl-applikazzjoni ta' koeffiċjenti tal-piż (weighting coefficient) ta' numru sinifikattiv ta' każi li ma kinux appoġġjati minn prova xierqa tad-dritt ta' l-uffiċjal għat-trasferimenti mitluba; jinnota li skond l-informazzjoni pprovduta mill-EESC ittieħdu miżuri korrettivi fl-2005;

4.

Ifakkar fl-assigurazzjoni ta' l-EESC mogħtija fl-2004 li ma kienx hemm aktar irregolaritajiet fir-rigward tal-pagament ta' l-'ispejjeż ta' l-ivjaġġar tal-Membri tagħha (6); madankollu jirrimarka li l-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2003, ippubblikat f'Novembru 2004, irreferiet għal tliet każi fejn l-għoti ta' flus għall-ivjaġġar imħallsa lill-Membri ta' l-EESC kien id-doppju ta' l-ammont stabbilit mir-regoli tal-Kumitat stess; jinnota li s-servizz ta' prosekuzzjoni tal-Beġju beda investigazzjoni formali bbażata fuq sejba mill-OLAF ta' prova soda prima facie ta' EUR 45 000 fi spejjeż kienu dikjarati b'mod żbaljat minn Membru ta' l-EESC fuq perjodu ta' sitt snin; huwa mgħarraf li l-EESC ivvota biex ineħħi l-immunità tal-Membru kkonċernat u li huwa mistenni l-verdett tal-qorti kompetenti Belġjana qabel it-tmiem ta' l-2006;

5.

Jinnota li fl-2004 l-EESC bidel ir-regoli interni tiegħu sabiex jaħtar viċi-president li jkun responsabbli minn kwistjonijiet baġitarji u mir-relazzjonijiet mal-Parlament;

6.

Jilqa' l-fatt li l-EESC ressaq ir-rapport annwali ta' ħidma, inkluż rapport mill-awditur intern u akkumpanjat minn stqarrija ta' assigurazzjoni mill-uffiċjal delegat li jawtorizza;

7.

Jinnota li r-reservazzjoni tas-Segretarju Ġenerali ta' l-EESC fir-rigward ta' l-assigurazzjoni tal-kalkoli tas-salarju permezz tas-softwer ta' l-applikazzjoni tal-pagi ġdida (NAP) matul is-sena finanzjarja 2004, din il-kwistjoni qed tkun deskritta wkoll fil-paragrafu 9.5 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri;

8.

Jinnota s-sejbiet li ġejjin riżultati tar-rapport ta' attività annwali:

żieda fin-numru ta' Membri minn 222 sa 317 (żieda ta' 42,79 %) wara t-tkabbir fl-1 ta' Mejju 2004;

għeluq u sostituzzjoni ta' l-uffiċċju tal-kontijiet imprest mill-1 ta' Jannar 2004 bl-ipproċessar dirett ta' l-ordnijiet tal-pagament fil-programm tal-kompjuter Si2;

żieda fit-talbiet għat-traduzzjoni ta' 33,5 % meta mqabbla ma' l-2003;

żieda ta' 35 % fin-numru ta' laqgħat;

problemi bin-NAP kif ukoll diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' l-istaff kollu meħtieġ fl-2004;

9.

Jinnota li minbarra ċ-ċaqliq tiegħu lejn il-bini li tlesta dan l-aħħar fit-triq Belliard, l-EESC (flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni) għandu programm ta' bini li jinkludi erba' strutturi oħra (Belliard 68, Belliard 96, Trèves u Remorqueur) u jkun jeħtieġ aktar akkomodazzjoni ta' uffiċji għat-tkabbir ta' l-UE fil-futur;

10.

Jistenna r-riżultati tal-verifika ta' l-ECA dwar il-proċeduri ta' akkwiżizzjoni u ta' rinnovament għal bini kollu maqsum bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-EESC, inklużi l-bini Belliard I u l-bini Belliard II; jemmen li għandu jkun hemm verifika fir-rigward tar-rinnovament tal-Montoyer ukoll; jinnota li l-kiri ta' bini għandu jnaqqas b'mod sostanzjali r-riskji involuti għal istituzzjonijiet żgħar u li din is-soluzzjoni għandha titqies bħala alternattiva serja għal proġetti ta' bini fil-futur; japprova l-fatt li b'riżultat tal-politika dwar funzjonijiet sensittivi, il-kap tat-taqsima ta' l-infrastruttura bidel il-pożizzjoni u li qed ikun ipproċessat ir-reklutaġġ ġdid għal din il-pożizzjoni;

11.

Jilqa' l-fatt li r-rapport jinkludi r-riżultati tal-kontrolli ’ex-post’ bi qbil ma' l-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7) li jistipula dan li ġej:

“Ir-riżultat tal-verifiki ’ex-post’ għandu jkun stipulat mar-rapport ta' ħidma annwali, ippreżentat flimkien ma' kwistjonijiet oħrajn, lill-istituzzjoni tiegħu mill-uffiċjal delegat li jawtorizza”;

12.

Jemmen li f'dan ir-rigward l-eżempju ta' l-EESC għandu jkun segwit b'mod utli minn istituzzjonijiet oħrajn.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Ara l-paragrafu 3 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni relatata mal-kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2002 – Taqsima VI -il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 698).

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

43

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VII – Kumitat għar-Regjuni

(2006/815/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 — C6-0363/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0115/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat għar-Reġjuni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004,

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat għar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977 p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VII — Kumitat għar-Reġjuni

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, — Volum III (N6-0027/2005 — C6-0363/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0115/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kumitat għar-Reġjuni (CoR) amministra baġit ta' EUR 59 413 031 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 83,57 %;

2.

Josserva r-rimarka fil-paragrafu 9.24 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-istandards għall-kontroll intern ġew approvati biss f'Novembru 2004; jinnota b'mod partikolari li n-numru ta' kontrolli ex-post u n-numru ta' verifikazzjonijiet li saru fl-2004 ma kinux biżżejjed;

3.

Jenfasizza li l-CoR jidher fir-rapport bħala l-istituzzjoni bl-akbar numru ta' kritika mill-istituzzjonijiet l-oħra kollha (paragrafi 9.4, 9.5, 9.6, 9.7, 9.9, 9.11a u b u 9.13 tar-rapport);

4.

jikkritika l-fatt li l-verifika interna saret minn membru tal-persunal temporanju, impjegat fuq bazi ta' kuntratti qosra li jiġġeddu; jilqa' s-soluzzjoni li nstabet;

5.

Jinnota li skond l-informazzjoni li ingħatat waqt is-smigħ ta' l-istituzzjonijiet l-oħra organizzat mill-Kumitat għall-Kontrol tal-Baġit tal-25 ta' Jannar 2006, ċerti oqsma issa huma suġġetti għal investigazzjoni minn OLAF;

6.

Jinnota li t-trejdunjins tal-CoR jikkuntestaw ir-riorganizzazzjoni li saret riċentiment tal-CoR, li seħħet minkejja xi kontroversja kif diġa ssemma f'riżoluzzjonijiet għall-kwittanza preċedenti;

7.

B'dispjaċir isib li l-Qorti ta' l-Awdituri ma setgħetx teżamina r-rapport annwali ta' l-attività tal-CoR minħabba li dan kien għadu ma tlestix qabel ma spiċċat il-verifika tal-Qorti;

8.

jistenna r-riżultati tal-verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar proċeduti ta' l-akkwist u r-rinovazzjoni għall-bini kollu wżat kemm mill-CoR u kemm mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC), inkluż il-bini Belliard I u II; jemmen li għandu jkun hemm verifika wkoll għar-rinovazzjoni tal-bini Montoyer; jinnota li l-Parlament dak iż-żmien kien irrakkomanda ix-xiri tiegħu; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kera ta' postijiet tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji involuti għal istituzzjonijiet żgħar u li din is-soluzzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala alternattiva serja għal proġetti ta' bini fil-futur; japprova l-fatt li bħala riżultat tal-politika dwar funzjonijiet sensittivi, il-kap ta' l-unità ta' l-infrastruttura bidel il-pożizzjoni u li bħalissa qed isir reklutaġġ ġdid għal din il-kariga;

9.

Jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri, fid-dawl tal-problemi ta' ġestjoni finanzjarja tal-CoR, sabiex tagħmel analiżi dettaljata ta' l-amministrazzjoni fil-prattika tal-CoR rigward il-kontijiet li qabżu l-baġit meta mqabbla mal-prattika f'istituzzjonijiet oħra;

10.

Jinnota li filwaqt li l-uffiċjal delegat ma għamel l-ebda rimarka formali fl-istqarrija ta' l-assigurazzjoni tiegħu, huwa għamel xi rimarki oħra kif ġej:

minħabba d-diffikulta fir-reklutaġġ ta' istaff li għandu t-taħriġ meħtieġ u minħabba li ma seret l-ebda verifika fl-2003, l-uffiċjal delegat (is-Segretarju Ġenerali ġdid tal-CoR) ma rċeviex il-benefiċċju sħiħ ta' l-opinjoni u l-appoġġ mis-servizz tal-verifika interna fl-2004;

il-proċess għall-akkwist ta' bini ġdid għaż-żewġ kumitati (EESC u CoR) kien prattikament tlesta meta s-Segretarju Ġenerali l-ġdid daħal fil-kariga lejn it-tmiem ta' l-2003; tant hu hekk li d-deċiżjonijiet dwar kuntratti u operazzjonijiet ta' tagħmir kienu diġà ttieħdu;

minħabba d-difetti fis-sistema tas-salarji l-ġdida (NAP) mmaniġjata mill-Kummissjoni, l-uffiċjali sub-delegati u l-verifikaturi ex-ante tagħhom ma setgħux jagħtu garanzija li l-kalkoli tas-salarji ta' l-istaff kienu se jkunu preċiżi;

il-verifika estensiva ta' trasferimenti sostanzjali mitluba qabel jidħlu fis-seħħ ir-Regolamenti l-ġodda għall-Istaff;

11.

Jirrikonoxxi l-fatt li d-difetti fl-NAP kienu problema għall-istituzzjonijiet kollha u mhux problema speċifika għall-CoR biss; jistenna li wara din is-sena ta' tranżizzjoni wara l-introduzzjoni tas-sistema, l-NAP tibda taħdem mingħajr diffikultajiet;

12.

Jikkunsidra li l-CoR, li kien konxju mill-isfidi li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea ħoloq, kellu tiffoka fuq l-importanza li jkun stabbilit servizz ta' verifika interna li jaħdem b'mod komplet; iqis dawn li ġejjin bħala sfidi partikolari: żieda sostanzjali fil-baġit ta' l-2004 (sa 50 %), tkabbir fin-numru ta' l-istaff (sa 63 %), id-dħul ta' membri ġodda (sa 43 %), l-impatt finanzjarju u regolatorju tar-Regolamenti l-ġodda tal-persunal u t-tkomplija ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, flimkien maċ-ċaqliq ta' ħafna mis-servizzi tas-CoR f'bini ġodda (Belliard 99-101 u Belliard 68) li seħħew f'Ġunju 2004;

13.

Jinnota li matul l-2004, il-CoR emenda r-regolamenti tiegħu dwar ir-rimborż ta' l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar u l-ħlas ta' kumpens għall-Membri tiegħu għall-ivjaġġar u laqgħat; barra minn hekk huwa rriforma l-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi tiegħu, billi naqqas is-sħubija tiegħu bħala korp politiku fi ħdan il-CoR responsabbli għal deċiżjonijiet finanzjarji u amministrattivi sinifikanti bħal baġits, kwittanza u regoli interni minn 15 għal 8;

14.

Ifakkar li b'relazzjoni mas-sejbiet ta' l-OLAF, il-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti ta' l-Appell fi Brussell, ikkonkluda f'Marzu 2005 li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li permezz tagħha tibda prosekuzzjoni u għalhekk kien deċiż li l-każ jingħalaq mingħajr ma tittieħed aktar azzjoni, madanakollu talab, wara n-nuqqas ta' segwitu fl-2004 għar-rapport OLAF dwar il-frodi u l-irregolaritajiet fil-CoR, li l-CoR tneħħi s-sistema tal-kontijiet tagħha għar-rimborż ta' l-ispejjeż tal-Membri tagħha u tadotta l-istess sistema ta' l-EESC;

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004

(2)  ĠU 301, 30.11.2005. p. 1.

(3)  ĠU 301, 30.11.2005. p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

46

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIA — Ombudsman Ewropew

(2006/816/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, — Volum III (N6-0027/2005 — C6-0364/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropew bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0116/2006),

1.

Jagħti kwittanza lill-Ombudsman Ewropew fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004,

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din-id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356,31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni għall-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIA – l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, — Volum III (N6-0027/2005 — C6-0364/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjata mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropew bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-92/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0116/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) amministra baġit ta' EUR 5 782 988 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 88,05 %; jinnota wkoll li l-2004 kienet l-ewwel sena li fiha l-uffiċċju ta' l-Ombudsman gawda minn awtonomija sħiħa u għalhekk kellu responsabbiltà sħiħa fi kwistjonijiet finanzjarji;

2.

Juri li l-Qorti ta' l-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2004, tindika li l-verifika ma wasslitx għal osservazzjonijiet rigward l-Ombudsman;

3.

Jirrimarka li d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mill-Ombudsman u mehmuża mar-rapport ta' attività annwali ma tinkludix riżervi jew osservazzjonijiet rigward kwistjonijiet ta' maniġġjar jew kontroll;

4.

Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ fl-2003 tar-Regolament Finanzjarju ġdid, l-Ombudsman bħala istituzzjoni b'baġit indipendenti, kellu jikkonforma mar-regoli li jikkonċernaw is-separazzjoni u l-indipendenza bejn il-parteċipanti varji li huma nvoluti fl-operazzjonijiet finanzjarji, biex jiggarantixxi l-effettività ekonomika u l-effiċjenza ta' l-operazzjonijiet u biex jistabilixxi mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati;

5.

Ifakkar li l-Ombudsman, għalhekk, kien talab u kien irċieva l-awtorizzazzjoni mill-awtorita tal-baġit biex fis-sena 2004 jżid in-numru ta' l-istaff amministrattiv li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi; ifakkar ukoll li dawn il-membri ġodda ta' l-istaff għenu lill-Uffiċċju ta' l-Ombudsman biex fl-2004 jagħmlu x-xogħol finanzjarju kollu li, sa l-aħħar tas-sena 2003, kien ipprovdut mis-servizzi tal-Parlament skond il-ftehimiet ta' koperazzjoni; jinnota li dan ix-xogħol kien jinkludi, inter alia, l-immaniġġjar, il-kalkolazzjoni u l-ipproċessar ta' missjonijiet u l-preparazzjoni ta' ordnijiet ta' ħlas fir-rigward ta' salarji ta' l-istaff kif ukoll l-emolumenti ta' l-Ombudsman;

6.

Jinnota li fl-2004 l-Ombudsman kellu għalhekk kontroll sħiħ fuq it-transazzjonijiet finanzjarji li għandhom x'jaqsmu ma' din is-sezzjoni tal-baġit;

7.

Jinnota li l-istima ta' l-Awditur Intern għall-Uffiċċju ta' l-Ombudsman, rigward it-transazzjonijiet tal-baġit fl-2004 ma identifika l-ebda qasam ta' riskju sinifikanti, iżda li serje ta' pjanijiet ta' ħidma ġiet miftiehma mal-bord tat-tmexxija biex jitnaqqas aktar ir-riskju u biex jitjiebu sistemi eżistenti, speċjalment fil-qasam ta' l-akkwist pubbliku;

8.

Jinnota li fl-2004 kien hemm żieda bla preċedent ta' 51 % f'ilmenti lill-Ombudsman, it-total fl-2004 kien ta' 3 688ilment, li huwa sinjal ċar ta' żieda fl-għarfien dwar is-servizz provdut mill-Ombudsman u ta' aktar informazzjoni provduta mill-istituzzjonijiet Ewropea; jinnota li nofs dik iż-żieda tikkonsisti f'ilmenti mill-għaxar Stati Membri l-ġodda;

9.

Josserva li skond l-istima ta' l-Ombudsman innifsu, 74,8 % ta' dawn l-ilmenti ma jaqawx fl-iskop tal-mandat tiegħu; jinnota li fl-2004 l-Ombudsman xorta waħda beda 351 inkjesta, li l-maġġoranza tagħhom kienet tikkonċerna l-Kummissjoni, li tip ewlieni ta' amministrazzjoni ħażina li ġie allegat kien in-nuqqas ta' trasparenza, inkluż ir-rifjut li tingħata informazzjoni (22 %);

10.

Jemmen li l-Ombudsman jista' jservi ta' mudell għall-istituzzjonijiet l-oħra, kemm rigward l-iskop definit b'mod ċar tal-kompetenza tiegħu u kemm rigward baġit amministrat b'mod tajjeb.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

49

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIB – Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

(2006/817/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 — C6-0365/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew ivverifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977, applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006),

1.

Jagħti kwittanza lill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004,

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din-id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356,31.12.1977, p. 1.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni VIIIB — il-Kontrollur Ewropew ghall-Protezzjoni tad-Dejta

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 — C6-0365/2005),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew ivverifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assikurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri Ewropea bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5971/2006 — C6-0092/2006),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977, li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0117/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPS) amministra baġit ta' EUR 1 942 279, b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 54,67 %;

2.

Jinnota li l-verifika ta' l-EDPS mill-Qorti ta' l-Awdituri ma tat lok għall-ebda osservazzjonijiet (paragrafu 9.24 tar-Rapport Annwali tal-Qorit ta' l-Awdituri);

3.

Jinnota li fl-24 ta'Gunju 2004 is-Segretarji-Ġenerali tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iffirmaw, flimkien ma' l-EDPS, ftehima ta' kooperazzjoni amministrativa biex jgħinu l-EDPS għal perjodu inizjali ta' tliet snin, li bih:

l-Uffiċjal għall-Kontijiet u l-Awditur Intern tal-Kummissjoni ġew maħtura Uffiċjal għall-Kontijiet u Awditur tal-EDPS;

id-dipartimenti tal-Kummissjoni jipprovdu għajnuna għax-xogħlijiet kollha dwar l-immaniġġjar ta' persuni li għandhom x'jaqsmu ma' l-istituzzjoni (reklutaġġ ta' staff, determinazzjoni ta' drittijiet, ħlas ta' salarji, rimbors ta' spejjeż għall-kura tas-saħħa, dawk li jirrigwardaw missjonijiet, eċċ.);

id-dipartimenti tal-Kummissjoni jgħinu wkoll lill-EDPS biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit;

l-EPDS jiġi nstallat fil-bini tal-Parlament Ewropew; id-dipartimenti tal-Parlament jgħinu lill-EDPS f'dak li jikkonċerna faċilitajiet materjali u ’know-how’ relatati ma' dik l-installazzjoni (sigurtà tal-bini, posta, kompjuters, telefowns, uffiċċji u provvisti);

4.

Jemmen li tiġdid tal-ftehima ta' kooperazzjoni jkun mixtieq meta wieħed jikkonsidra id-daqs żgħir ta' l-amministrazzjoni ta' l-EDPS.

5.

Jitlob l-EDPS biex tissokta t-twaqqif ta' l-istituzzjoni b'rispett sħiħ għall-principji bażiċi ta' legalità, regolarità u mmaniġġjar finanzjarju xieraq.

(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 35, 31.12.1977, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

51

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWEOPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

(2006/818/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2003 (COM(2005)0449),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien, u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0485 — C6-0430/2005),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-rapport ta' l-amministrazzjoni finanzjarja tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena 2004 (COM(2005)0307),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fondi Ewropej għall-Iżvilupp relatat mas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet verifikati (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, preparat mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2),

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 2/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri relatat ma' l-għajnuna mill-baġit ta' l-EDF lill-pajjiżi ACP: it-tmexxija tal-Kummissjoni fl-aspett tar-“riformi tal-finanzi pubbliċi”, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (preżentata skond l-Artikolu 248 (4), it-tieni inċiż, tat-Trattat KE) (3),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2006 (5677/2006 — C6-0094/2006, 5679/2006 — C6-0095/2006, 5680/2006 — C6-0096/2006, 5681/2006 — C6-0097/2006),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri waqt laqgħa tal-Kunsill rigward l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mit-tieni protokol finanzjarju tar-raba' Konvenzjoni ACP-KE (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, waqt laqgħa tal-Kunsill, dwar l-iffinanzjar u t-tmexxija ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mill-protokol finanzjarju tal-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou (Bénin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' l-għajnuniet finanzjarji destinati għall-pajjiżi u territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-trattat KE (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-finanzi skond ir-raba' konvenzjoni ACP-KE (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew ta' Żvilupp (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Artikolu 71 (it-tielet inċiż) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0110/2006),

A.

billi, fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha rigward il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDF), il-Qorti ta' l-Awdituri waslet għall-konkluzzjoni li, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2004 jirreflettu fedelment id-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja u s-sitwazzjoni finanzjarja sa l-aħħar tas-sena msemmija,

B.

billi l-konkluzzjoni tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi hija bbażata fost affarijiet oħra, fuq il-verifika ta' kampjun ta' tranżazzjonijiet,

C.

billi, fuq bażi tad-dokumentazzjoni eżaminata, l-Qorti ta' l-Awdituri hija ta' l-opinjoni li d-dħul li ġie kkunsidrat fil-kontijiet, l-għotjiet ta' l-EDF, kif ukoll l-obbligi u l-ħlasijiet, meta jitqiesu b'mod globali, huma kollha legali u regolari,

1.

Jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' EDF għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li ġejja;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal id-deċiżjoni preżenti, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew għall-Investiment, u jkun ċert mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 261.

(3)  ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(5)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(6)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(7)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

53

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-egħluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

(2006/819/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza għall-2003 (COM(2005)0449),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet tat-sitt, tas-seba', tat-tmien, u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0485 — C6-0430/2005),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport ta' l-Amministrazzjoni Finanzjarja tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0307),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar kemm il-kontijiet huma affidabbli kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, preparat mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2)

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 2/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri relatat ma' l-għajnuna mill-baġit ta' l-EDF lill-pajjiżi ACP: it-tmexxija tal-Kummissjoni fl-aspett tar-“riformi tal-finanzi pubbliċi”, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (3) (preżentata skond l-Artikolu 248 (4), it-tieni inċiż, tat-trattat KE),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2006 (5677/2006 — C6-0094/2006, 5679/2006 — C6-0095/2006, 5680/2006 — C6-0096/2006, 5681/2006 — C6-0097/2006),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kunsill, rigward l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mit-Tieni Protokol finanzjarju tar-raba' konvenzjoni ACP-KE (4)

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, fil-laqgħa tal-Kunsill dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mill-protokol finanzjarju tal-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou (Bénin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' l-għajnuniet finanzjarji destinati għall-pajjiżi u territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-trattat KE (5)

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 li japplika għall-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-finanzi li jaqgħu fi ħdan ir-raba' konvenzjoni ACP-KE (6)

wara l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' (7)

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Artikolu 71 (it-tielet inċiż) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0110/2006),

1.

Jinnota s-sitwazzjoni finanzjarja tas-sitt, tas-seba', tat-tmien, u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF), li se jkunu preżentati fil-31 ta' Diċembru 2004 kif ġej:

L-użu kumulattiv tar-riżorsi ta' l-EDF fil-31 ta' Diċembru 2004

(miljun, EUR)

Sitwazzjoni fl-aħħar ta' l-2003  (10)

L-implimentazzjoni tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2004  (10)

Sitwazzjoni fl-aħħar ta' l-2004  (10)

Ammont Globali

Rata ta' implimentazzjoni % (9)

is-6

EDF

is-7

EDF

it-8

EDF

id-9

EDF

Ammont Globali

is-6

EDF

is-7

EDF

it-8

EDF

id-9

EDF

Ammont Globali (10)

Rata ta' implimentazzjoni % (9)

A –

RIŻORSI  (8)

43 408,7

-32,2

-58,4

- 172,3

656,0

393,1

7 439,4

10 867,7

11 590,6

13 904,1

43 801,8

B –   UTILIZZAZZJONI

1.

Obbligi Finanzjarji

33 317,0

76,8

-32,2

-58,4

- 172,3

2 638,1

2 375,2

7 439,4

10 867,7

11 590,6

5 794,5

35 692,2

81,5

2.

Obbligi Ġuridiċiindividwali

27 566,9

63,5

28,7

121,4

848,7

1 747,5

2 746,3

7 378,3

10 418,5

9 775,2

2 741,2

30 313,2

69,2

3.

Ħlasijiet  (9)

23 504,1

54,1

30,0

244,5

1 191,9

947,6

2 413,9

7 312,1

9 849,6

7 531,1

1 225,2

25 918,0

59,2

C –

X'fadal jitħallas (B1-B3)

9 812,9

22,6

127,3

1 018,1

4 059,5

4 569,3

9 774,1

22,3

D –

Bilanċ disponibbli (A-B1)

10 091,7

23,2

0,0

0,0

0,0

8 109,6

8 109,6

18,5

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' EDF għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal id-deċiżjoni preżenti, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, u lill-Bank Ewropew għall-Investiment u li jkun ċert mill-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 261.

(3)  ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(5)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(6)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(7)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(8)  Allokazzjoni inizzjali tas-6, 7, 8 u 9 EDF, interessi, riżorsi diversi u trasferimenti ta' EDF antiki.

(9)  Bħala persentaġġ tar-riżorsi.

(10)  B'konsiderazzjoni għall-koerenza bejn ir-rapporti dwar l-istati finanzjarji u l-istati ta' l-implimentazzjoni finanzjarja stabbilit mill-Kummissjoni, mingħajr l-operati li issa li issa jridu jiġu amministrati b'mod awtonomu mill-BEI (it-tmiem ta' l-2003: 2 245 miljun EUR f'riżorsi, 366 miljun EUR f'obbligi finanzjarji, 140 miljun EUR f'obbligi ġuridiċi individwali u 4 miljun EUR fi ħlasijiet).

Sors: Il-Qorti ta' l-Awdituri, ir-rapport annwali ta' l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-sitt, mas-seba', mat-tmien u mad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU 30.11.2005, p. 257).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni ta' kwittanza għall-implimwntazzjoni tal-baġit għas-sitt, għas-seba', għat-tmien u għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza għall-2003 (COM(2005)0449),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar il-karti tal-bilanċ u l-kontijiet tad-dħul tas-sitt, tas-seba', tat-tmien, u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0485 — C6-0430/2005),

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport ta' l-Amministrazzjoni finanzjarja tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2004 (COM(2005)0307),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-attivitajiet tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp relatat mas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-istituzzjonijiet (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, preparat mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil mal-Artikolu 248 tat-Trattat KE (2)

wara li kkunsidra r-rapport speċjali Nru 2/2005 tal-Qorti ta' l-Awdituri relatat ma' l-għajnuna mill-baġit ta' l-EDF lill-pajjiżi ACP: it-tmexxija tal-Kummissjoni fl-aspett tar-“riformi tal-finanzi pubbliċi”, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni (3) (preżentata permezz ta' l-Artikolu 248 (4), it-tieni inċiż, KE),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Ġnus Magħquda dwar l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millenju (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Marzu 2001 dwar il-komunikat tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika ta' Żvilupp tal-Komunita Ewropea (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2005 dwar il-ħidmiet ta' l-Assemblea Parlamentari konġunta bejn l-ACP u l-UE fl-2004 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 dwar l-Isfidi Poltiċi u l-Mezzi Baġitarji ta' Ewropa ikbar 2007-2013 (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2005 dwar l-istrateġija ta' żvilupp għall-Afrika (8),

wara li kkunsidra r-rapport annwali ta' l-attivitajiet ta' l-2004 ta' l-Uffiċċju għall-Koperazzjoni ta' l-EuropeAid,

wara li kkunsidra l-komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-rapport annwali għall-2005 dwar il-politika ta' żvilupp tal-Komunita' Ewropea u d-dimostrazzjoni ta' l-għajnuna barranija fl-2004 (COM(2005)0292),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 2006 (5677/2006 – C6-0094/2006, 5679/2006 – C6-0095/2006, 5680/2006 – C6-0096/2006, 5681/2006 – C6-0097/2006),

wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn fuq naħa waħda l-membri tal-grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u fuq in-naħa l-oħra l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou, Benin, fit-23 ta Ġunju 2000 (9) (il-Ftehima ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Artikolu 33 tal-Ftehima Interna ta' l-20 ta' Diċembru 1995 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri fil-laqgħa tal-Kunsill, rigward l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jagħmlu parti mit-Tieni Protokol Finanzjarju tar-raba' konvenzjoni ACP-KE (10),

wara li kkunsidra l-Artikolu 32 tal-Ftehima Interna tat-18 ta' Settembru 2000 bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, fil-laqgħa tal-Kunsill dwar l-iffinanzjar u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuniet tal-Komunità li jaqgħu fi ħdan il-Protokol Finanzjarju tal-Ftehima ta' Sħubija bejn l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmata f'Cotonou (Bénin) fit-23 ta' Ġunju 2000, u l-allokazzjoni ta' l-għajnuniet finanzjarji destinati għall-pajjiżi u territorji barranin li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Raba' Parti tat-Trattat KE (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni għall-iżvilupp tal-finanzi permezz tar-raba' konvenzjoni ACP-KE (12),

wara li kkunsidra l-Artikoli 119 u 120 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew ta' Żvilupp (13),

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Artikolu 71 (it-tielet inċiż) u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0110/2006),

A.

billi l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp jobbliga lill-Kummissjoni sabiex timplimenta l-kwittanza wara li tagħti l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċizjoni u tagħmel rapport fuq talba tal-Parlament, dwar il-miżuri li ttieħdu wara dawn l-osservazzjonijiet u kummenti,

B.

billi r-riforma fl-amministrazzjoni ta' l-għajnuna esterjuri tal-Komunità kienet bdiet f'Mejju 2000 (14) u r-riforma fil-politika ta' żvilupp tal-Komunità f'Novembru 2000 (15),

C.

billi l-Ftehima ta' Sħubija ta' Cotonou ġiet fis-seħħ fl-1 ta' April 2003,

L-EDF u l-Għanijiet għall-Iżvilupp tal-Millennju (MDGs)

1.

Jikkunsidra li l-politika ta' żvilupp hija element essenzjali tal-ħidma barranija ta' l-Unjoni Ewropea, li għandha l-għan li teqred il-faqar permezz ta' riformi soċjali u ekonomiċi u permezz ta' l-infurzar ta' sistemi soċjali, edukattivi u tas-saħħa, it-tkabbir tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-popolazzjonijiet foqra, l-assigurazzjoni ta' ambjent sostenibbli u l-appoġġ 7 mogħti lill-pajjiżi kkonċernati biex jiżviluppaw l-ekonomija u l-potenzjalitajiet lokali; jifraħ li l-Kummisjoni se timxi f'din it-triq biex tikseb l-MDGs;

2.

Jikkunsidra li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) huwa għodda importanti fit-twettiq ta' din il-politika fil-pajjiżi ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u li għandu jkun aktar effettiv permezz ta' l-insistenza fuq l-azzjonijiet li jfittxu l-qerda tal-faqar u permezz ta' l- implimentazzjoni mgħaġġla karatterizzata mit-trasparenza, responsabbilta' u li tosserva l-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba;

3.

Huwa konxju mid-diffikultajiet li hemm sabiex jitkejjel l-impatt ta' l-għajnuna komunitarja għall-kisba ta' l-MDGs f'ambjent ta' ħafna kontributuri; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel sforz akbar fl-istabbiliment ta' mekkaniżmu xieraq li jkejjel impatt bħal dan u biex ma toqgħodx lura milli tikkalkula l-progress tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta' l-MDGs;

4.

Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri (16) dwar il-ħtieġa li jkun hemm indikaturi oġġettivi, utli u komprensivi, li jkejjlu l-ħidma li tkun seħħet grazzi għall-għajnuna; jispera li l-indikaturi jkunu stabbiliti sal-2007-2013;

5.

Jinnota li matul l-2004, mill-fondi totali ta' 2 723 miljun ta' EUR provdut mill-EuropeAid għall-pajjiżi ACP (l-EDF u l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni), 41 % (1 129 miljun EUR) kienu użati għall-infrastruttura u għas-servizzi soċjali; jiddeplora l-fatt li 12-il miljun EUR biss (0,4 %) kienu użati għall-edukazzjoni bażiku u 74 miljun EUR (2,7 %) għas-saħħa bażika, minkejja r-rakkomandazzjoni imsemmija f'paragrafu 6 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza preċedenti (17); iħeġġeġ b'insistenza lill-Kummissjoni sabiex iżżid l-approprjazzjonijiet għal dawn is-setturi u jitlob li l-persentaġġ tan-nefqa ta' l-Unjoni għall-koperazzjoni għall-iżvilupp allokata għall-edukazzjoni u għas-saħħa bażika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw tiżdied sostanzjalment;

6.

Jinsisti li fir-rawnd li jmiss tad-Dokumenti Strateġiċi għal kull Pajjiż (Country Strategy Papers), is-saħħa u l-edukazzjoni, is-setturi prinċipali ta' l-MDG jingħataw aktar prijorità;

7.

Jifraħ li l-għajnuna baġitarja settorjali (18) kienet identifikata bħala mezz li bih jiżdied il-livell finanzjarju allokat għall-edukazzjoni u għas-saħħa; jikkunsidra li din l-għażla hi aktar effikaċi mill-għajnuna baġitarja ġenerali, anke meta tkun marbuta mal-progress li jkun seħħ f'dawn l-oqsma;

8.

Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha sabiex timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Ftehima ta' Cotonou; jisħaq madanakollu li l-Kummissjoni ma rreklamatx il-kummerċ ġust b'mod xieraq, minkejja li dan hu stabbilit fl-Artikolu 23 (g) tal-Ftehima ta' Cotonou; jitlob lill-Kummissjoni sabiex jikkunsidra d-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehima ta' Cotonou, speċjalment l-Artikolu 23(g), dwar l-iżvilupp tal-kummerċ u li jinkludi l-promozzjoni tal-kummerċ ekwitabbli;

9.

Iqis il-valuri tad-demokrazija, amministrazzjoni tajba, u d-drittijiet tal-bniedem, l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari għar-rispett għad-drittijiet tan-nisa, it-tisħiħ tal-liġi ta' l-Istat u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-amministrazzjoni ġudizzjarja u ċivili b'mod effikaċi mhumiex biss valuri importanti minn natura tagħhom, li wieħed irid jimxi warajhom bħala objettivi għal għajnuna barranija, iżda jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-amministrazzjoni tajba ta' proġetti intenzjonati għall-għajnuna barranija;

Kontabbiltà

10.

huwa mħasseb mill-fatt li l-modernizzazzjoni tal-kontabbiltà ta' l-EDF mhijiex se tkun lesta fiż-żmien previst u li għalissa, il-kontijiet tagħhom huma mmexxija fuq bażi tas-sistema eżistenti ta' kontabbiltà OLAS (sistema ta' accounting online) ; jitlob li kull tliet xhur ikun infurmat bil-progress fil-modernizzazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' l-informatika integrata (ABAC-FED) u l-implimentazzjoni tagħha fil-kwartieri uffiċjali u fost id-delegazzjonijiet;

11.

Jinnota li minkejja li l-Fondi ta' l-EDF huma amministrati mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI), mhumiex ivverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri u kkontrollati mill-Parlament bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza, huma xorta inklużi fil-kontijiet ta' l-EDF; iqis li l-informazzjoni relatata ma' dawn il-fondi (ammonti skond it-tip ta' użu; idea ġenerali tar-riżultati) mogħtija lill-awtorità tal-kwittanza responsabbli li tiffirma l-kontijiet ta' l-EDF tippermetti li titjieb it-trasparenza; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jfornu din l-informazzjoni u jerġgħu jinkluduha fir-rapporti tagħhom dwar l-EDF;

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni

12.

jinnota li bl-eċċezjoni ta' problemi relatati ma' dan li ġej, il-Qorti ta' l-Awdituri (19) hija ta' l-opinjoni li l-kontijiet jirriflettu realment id-dħul u l-infiq tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' EDF:

a)

l-assi mhux kompluti minħabba li l-Kummissjoni ma nvestigatx biżżejjed il-parti ta' l-avvanzi li għadhom pendenti, jridu jitħallsu lura lill-EDF mid-debituri;

b)

id-dispożizzjonijiet ta' djun dubbjużi mhux kompleti ma jirriflettux il-livell veru ta' djun mitlufa;

c) l-inaffidabilità tal-bilanċi tal-fondi Stabex li jidhru f'rapport mehmuż mar-rapport

finanzjarju (832 miljun EUR) ;

13.

Josserva li, skond ir-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, ir-rapport ta' l-attività tad-direttur ġenerali ta' l-Europe Aid ma jsemmix in-nuqqasijiet importanti tal-kontroll intern; jinnota li dawn n-nuqqasijiet jikkonsistu l-aktar f'verifiki u tkomplija insuffiċjenti u li n-nuqqasijiet fil-kapaċità tat-tmexxija ta' l-uffiċjali nazzjonali responsabbli, joħolqu ammont ikbar ta' xogħol għad-delegazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-miżuri xierqa sabiex dan ir-rapport isir;

14.

Jinnota li f'dak li jirrigwarda t-tranżazzjonijiet bażiċi, l-Qorti ta' l-Awdituri tqis li d-dħul li ġie kkalkulat fil-kontijiet, l-għotjiet ta' l-EDF kif ukoll l-obbligi u l-ħlasijiet li saru matul is-sena finanzjarja, meta jitqiesu b'mod globali, huma kollha legali u regolari;

15.

Ifakkar li l-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapport annwali tagħha tenfasizza li fil-każ ta' irregolaritajiet intenzjonati u ta' atti ta' korruzzjoni mwettqa' barra mill-ambjent ta' kontroll tal-Kummissjoni, dawn ma jistgħux ikunu minn natura tagħhom, skoperti b'manjiera sistematika permezz ta' l-applikazzjoni tal-politiki u l-prattiċi ta' verifika tal-Qorti ta' l-Awdituri; iqis għalhekk li l-Kummissjoni għandha tkun ċerta mill-azzjonijiet kollha tagħha dwar l-għajnuna barranija:

sabiex l-ambjent ta' kontroll tagħħha ikun protett, estiż, imsaħħaħ u aktar effikaċi

sabiex tkun assigurata protezzjoni għal kull min jirraporta frodi, irregolaritajiet u amministrazzjoni ħażina kemm fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet intermedjarji tagħha, u kemm fi ħdan l-uffiċjali regolaturi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet benefiċjarji filwaqt li tkun konxja mir-rakkomandazzjoni nru 9 tagħha msemmija hawn fuq;

Rapport finanzjarju

16.

Jifraħ għat-titjib fil-kwantità u l-kwalità tar-rapport finanzjarju, iżda bħall-Qorti ta' l-Awdituri, jistieden lill-Kummissjoni sabiex fil-futur tagħti aktar dettalji f'dan ir-rapport, sabiex ikunu jkunu jistgħu jiġu mqabbla l-ammonti allokati għall-proġetti, l-appoġġ għall-baġit u l-għajnuna mhux prevista li jaqgħu taħt id-disa' EDF u dawk ta' l-EDF preċedenti sabiex ikollha stampa ta' l-ispejjeż amministrattivi;

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda medja ta' l-istaff għal kull 10 miljun EUR amministrat, minn 4,1 fl-1999 għal 4,8 fl-2004; jiddispjaċih li din iċ-ċifra għada ħafna inqas mill-medja ta' kontributuri Ewropej u issa qed tispiċċa;

Responsabbiltà

18.

jinnota li filwaqt li l-Kummissarju għall-Iżvilupp u l-Għajnuna Umanitarju huwa responsabbli għall-politika tal-EDF u għall-oqsma speċifiċi dwar proġetti u programmi relatati li huma amministrati mill-EuropeAid, il-Kummissarju għar-Relazzjonijiet Esterni u l-Politika Ewropea għall-Viċinanzi huwa responsabbli għall-politiki ġenerali kollha u l-amministrazzjoni ta' oqsma dwar kif taħdem il-EuropeAid li timplimenta l-EDF; jibqa' mħasseb li n-nuqqas ta' ċarezza dwar ir-responsabbiltà tista' toħloq ambigwitajiet u sistemi li ma jaħdmux tajjeb; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiċċara kif inhuma mqassmin ir-responsabbiltajiet għall-EDF u għall-għajnuna barranija;

Implimentazzjoni u RAL

19.

Jinnota li l-EuropeAid fl-aħħar ta' l-2004 ikkwotat is-somma ta' 9 776 miljun EUR ta' riżorsi li għadhom ma ntefqux (the reste à liquider, or RAL) mill-EDF u l-figura ta' 11 607 EUR mill-baġit amministrat minnha; iqis din il-figura għolja wisq u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħaffef l-implimentazzjoni ta' l-għajnuna barranija;

20.

Jenfasizza li għalkemm implimentazzjoni mgħaġġla hija mixtieqa, din fiha nfisha mhijiex biżżejjed biex tikkonkludi li prestazzjoni ta' l-EDF tjiebet – il-kisba akbar ta' l-objettivi hi wkoll meħtieġa; jinnota l-kuntrast bejn l-objettivi u r-riżultati li huma msemmija fir-Rapport Finanzjarju, iżda jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel sforz akbar biex tistabbilixxi objettivi li jistgħu jintlaħqu kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju;

21.

jistieden lill-Kummissjoni tistudja jekk hux possibbli li jittieħdu miżuri amministrattivi, leġiżlattivi, tekniċi u oħrajn sabiex tassigura li qabel jiġu ippjanati żidiet oħrajn, ir-riżorsi li għadhom ma ntefqux ikunu kkontrollati aħjar u jitnaqqsu u jsir rapport dwarhom;

Appoġġ għall-baġit għall-pajjiżi ACP

22.

Jinnota ż-żieda sinifikanti fl-appoġġ għall-baġit, b'nefqa ta' 624 miljun EUR fi 23 pajjiż ACP fl-2004; jirrikonoxxi li l-appoġġ għall-baġit jista' jikkontribwixxi b'mod effettiv biex iseħħu l-objettivi li jitnaqqas il-faqar u titjieb l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi tal-pajjiżi benefiċjarji, speċjalment billi jagħtihom sens ikbar ta' ’proprjetà’; jistieden lill-Kummissjoni taġġusta l-istrumenti tagħha sabiex tevalwa r-riformi ekonomiċi u l-kwalità ta' l-amministrazzjoni tal-finanzi pubbliċi bħala kundizzjonijiet għall-eliġibbilità għall-appoġġ tal-baġit bi qbil ma' l-Artikolu 61(2) tal-Ftehima ta' Cotonou (20);

23.

Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tintroduċi u ttejjeb l-istrumenti neċessarji għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tar-riforma tal-finanzi pubbliċi fil-pajjiżi benefiċjarji; jistenna deċiżjonijiet u ftehim għall-iffinanzjar, kif ukoll kif ukoll għall-użu ta' għodda xierqa għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' riformi sabiex ikunu ppreżentati b'manjiera aktar strutturata, u sabiex tindika b'mod ċar jekk ir-riformi tal-finanzi pubbliċi f'pajjiżi benefiċjarji humiex mexjin fid-direzzjoni t-tajba.

24.

Jistenna li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali għall-ġbir tad-dħul domestiku u tieħu azzjoni sabiex tiġġieled il-frodi u l-korruzzjoni fil-pajji ¿i benefiċjarji, u sabiex tagħmel aktar sforzi biex tikkunsidra oqsma oħra li għandhom konnessjoni ma' l-implimentazzjoni tar-riformi tal-finanzi pubbliċi;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex itejjeb fejn hu possibbli, ir-relazzjonijiet tagħha fuq livell lokali ma' kontributuri oħra speċjalment rigward informazzjoni dwar l-allokazzjoni u l-infiq ta' l-għajnuna baġitarja bil-ħsieb li ttejjeb il-pjan u l-programm tar-riformi tal-finanzi pubbliċi u għalhekk l-evalwazzjoni tal-kwalità u l-effettività ta' riformi bħal dawn;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinforza u tagħmel aktar sistematika l-koperazzjoni tagħha ma' l-istituzzjonijiet għoljin tal-verifika u tistieden biex sa fejn hu possibli, il-gvernijiet tal-pajjiżi beneficjarji jassiguraw involviment parlamentari aktar attiv fil-verifika u fil-proċess ta' riforma tal-finanzi pubbliċi;

Istituzzjonijiet Għoljin tal-Verifika

27.

Ifakkar fl-importanza li jagħtu l-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti ta' l-Awdituri lill-parteċipazzjoni ta' l-istituzzjonijiet Għoljin tal-Verifika tal-pajjiżi ACP fil-kontroll ta' l-EDF (21)

28.

jinnota li l-Kummissjoni qed tikkonsidra modalitajiet differenti fl-appoġġ u l-promozzjoni ta' l-irwol ta' l-Istituzzjonijiet Għoljin tal-Verifika fil-pajjiżi ACP; jitlob rapport dwar l-evalwazzjoni ta' diversi għażliet li qed jiġu kkunsidrati u l-progress ta' l-implimentazzjoni tagħhom li jrid jiġi sottomess qabel il-kwittanza li jmiss;

L-Ibbaġitjar

29.

Iqis li l-ibbaġitjar ta' l-EDF ineħħi ħafna mill-kumplikazzjonijiet u d-diffikultajiet li toħloq l-implimentazzjoni ta' l-EDF suċċessivi, jgħin biex jitħaffef il-proċess ta' ħlas u jelimina d-defiċit demokratiku kurrenti;

30.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2005 li fiha kien iddikjara :

“Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (EDF):

ifakkar li l-Parlament Ewropew appoġġja bis-sħiħ l-integrazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ġenerali ibbażata fuq il-prinċipju ta' l-unità tal-baġit u għal raġunijiet ta' trasparenza, iżda josserva li f'termini finanzjarji, l-ibbaġitjar ma għandux itellef politiki oħrajn; għalhekk jenfasizza li l-ibbaġitjar huwa aċċettabbli biss jekk il-limiti totali tal-qafas finanzjarju iġib riżorsi ġodda fil-baġit ġenerali; jenfasizza li l-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għandhom ikunu stabbiliti b'mod ċar sabiex ikunu evitati effetti negattiv fuq il-pajjiċi ACP; jenfasizza li l-integrazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ġenerali għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' sħubija mal-pajjiżi ACP”;

31.

Jiddispjaċih li fl-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005, ma ntlaħaqx ftehim dwar l-ibbaġitjar ta' l-EDF, iżda jifraħ li l-Istati Membri ftehmu li jallokaw 22 682 miljun EUR skond il-prezz kurrenti għal koperazzjoni mal-pajjiżi ACP għal perijodu 2008-2013; jistieden madanakollu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex ikomplu jaħdmu għall-inkorporazzjoni ta' l-EDF fil-baġit ġenerali; jistenna d-deċiżjoni finali dwar il-Prospettiva Finanzjarja 2007-2013 li għandha toħroġ mill-ftehima bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-ftehima interistituzzjonali l-ġdida;

Devoluzzjoni ta' l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna u ta' l-appoġġ

32.

Jappoġġja d-devoluzzjoni tar-riżorsi u tal-poteri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet tal-Kummissjoni lill-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni; jistenna li l-istruttura l-ġdida ta' l-organizzazzjoni tikkontribwixxi għal implimentazzjoni b'inqas intoppi ta' l-obbligi u tal-ħlasijiet u sabiex tkun assigurata t-tkomplija tal-proġetti;

33.

Jinnota r-riskji tal-proċess tad-devoluzzjoni lill-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fil-pajjiżi ACP, bħal per eżempju d-diffikultajiet biex jinstab staff xieraq kif ukoll il-possibiltà li jkun hemm nuqqas ta' qbil bejn delegazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-interpretazzjoni tar-regoli; jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu r-regoli u li jinstab bilanċ bejn fuq naħa waħda l-mekkaniżmi li jsaħħu l-kontroll u l-bżonn li jsiru rapporti u minn naħa l-oħra s-sistema sabiex jitħaffef u jsir aktar effiċjenti l-proċess li permezz tiegħu d-delegazzjonijiet jieħdu d-deċiżjonijiet u li jidentifika deċiżjonijiet prinċipali dwar proġetti;

34.

Jilqa' l-fatt li l-proċess ta' devoluzzjoni issa ġie estiż għal kważi d-delegazzjonijiet kollha; jitlob li jkun assigurat li d-devoluzzjoni tar-riżorsi u tal-poteri sabiex jittieħdu deċiżjonijiet se jkunu akkumpanjati mit-taħriġ xieraq ta' l-istaff u mill-kontrolli meħtieġa; jitlob rapport dwar il-progress tal-proċess tad-devoluzzjoni, b'deskrizzjoni tal-benefiċċji mistennija b'indikaturi li jistgħu jkunu kwantifikati, bir-riżultati li nkisbu sa issa u bid-dettalji ta' l-istrutturi ta' kontroll fi ħdan id-delegazzjonijiet, inkluż l-istat ta' l-implimentazzjoni ta' l-istandards tal-kontroll intern;

Il-Fondi Stabex

35.

Jinnota li l-Kummissjoni temmet l-inventarju tal-fondi Stabex fl-2004, li juri li ċertu pajjiżi ACP ma provdewx ir-Rapporti Finanzjarji meħtieġa u li b'riżultat ta' dan, somma mhux magħrufa tal-bilanċ tal-bank iddikjarat ta' EUR 832 miljun ma kinitx iċċertifikata mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dokumenti affidabbli. itenni t-talba tiegħu tas-sena li għaddiet lill-Kummissjoni sabiex din taħdem mal-pajjiżi benefiċjarji sabiex isaħħu l-kontrolli u sabiex jassiguraw li l-fondi li għadhom pendenti jintnefqu malajr kemm jista' jkun;

L-istandards ta' kontroll intern

36.

Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni fil-kontroll intern; madanakollu huwa mħasseb mill-fatt li l-kummissjoni qed tikkuntenta bil-minimu biss tar-rekwiżiti meħtieġa għal ċertu standards ta' kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rapport dwar kemm l-istandards ta' kontroll qed ikunu osservati;

Viżibilità u Trasparenza

37.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-interess ta' trasparenza akbar u informazzjoni aħjar dwar l-affidabilità u t-tmexxija tajba b'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni tas-sitt, tas-seba', tat-tmien u tad-disa' EDF, tiċċara t-tweġiba tagħha għat-talba ta' aktar spjegazzjonijiet dwar punti fundamentali mressqa mill-Qorti ta' l-Awdituri f'kapitoli 1, paragrafu 8(a) tar-rapport annwali tagħha li jitratta ż-żieda fir-riżorsi tad-disa' EDF, b'riferenza speċifika għall-punt dwar l-għajnuna mogħtija lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

38.

Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-Kummissjoni sabiex tassigura profil għola għall-għajnuna barranija tal-Komunità u jħeġġiġha tkompli bl-isforzi tagħha; madanakollu jiddeplora l-fatt li l-pubbliku mhuwiex konxju mill-parteċipazzjoni attiva ta' l-Unjoni Ewropea f'ħafna proġetti u programmi flimkien mal-Ġnus Magħquda u organizzazzjonijiet oħra; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibgħat rapreżentanti tagħha f'dawn l-organizzazzjonijiet bil-għan li:

tassigura li jkun hemm kuxjenza pubblika tal-kontribuzzjoni u tal-parteċipazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jippermettu li jsiru eżerċizzji ta' evalwazzjoni, ta' verifika u ta' kontroll xierqa anke għall-proġetti u l-programmi konġunti jew dawk li huma possibbli permezz ta' organizzazzjoniet internazzjonali jew NGOs.

(1)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 249.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 261.

(3)  ĠU C 249, 7.10.2005, p. 1.

(4)  Rapport ippublikat mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, DPI/2390-Mejju 2005,

http://millenniumindicators.un.org.

(5)  ĠU C 277, 1.10.2001, p. 130.

(6)  ĠU C 320, E , p 142 15.12.2005.

(7)  Testi adottati, P6_TA(2005)0224.

(8)  Testi adottati, P6_TA(2005)0445.

(9)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(10)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108

(11)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(12)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(13)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(14)  Komunikat tal-Kummissjoni dwar ir-riforma fl-amministrazzjoni ta' l-għajnuna barranija, adottata mill-Kummissjoni fis-16 ta' Mejju 2000.

(15)  Dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-politika ta' żvilupp tal-Komunità Ewropea, adottata mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali (Żvilupp) ta' l-10 ta' Novembru 2000.

(16)  Rapport Speċjali nru 4/2005, paragrafu 63.

(17)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 155.

(18)  Risposta għall-mistoqsija 1.4 tal-kwestjonarju tal-Kumitat għall-Iżvilupp (DEVE).

(19)  Qorti ta' l-Awdituri, rapport annwali relattiv għall-eżerċizzju 2004, p. 261.

(20)  

“Għajnuna baġitarja diretta bħala appoġġ għar-riformi makro-ekonomiċi u settorjali għandhom jingħataw fejn hemm:

a)

amministrazzjoni ta' l-infiq pobbliku trasparenti, responsabbli u effettiva biżżejjed;

b)

politiki makro-ekonomiċi u settorjali definiti sewwa, stabbiliti mill-pajjiż stess u li hemm ftehim dwaru fost il-kontributuri prinċipali tiegħu, u

c)

ir-regoli tas-swieq pubbliċi magħrufa u trasparenti.”

(21)  Ara l-paragrafi 21 sa 24 tar-riżoluzzjoni li fiha l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar il-kwittanza tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ts-sitt, tas-seba' u tat-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp għas-sena finanzjarja 2002 (ĠU L 330 4.11.2004, p. 128).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

63

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

(2006/820/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

64

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

(2006/821/KE)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji komunitarji

13 700

14 500

Dħul minn snin finanzjarji preċedenti

0

0

Dħul mixxellanju

42

3

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

724

792

Dħul finanzjarju

0

0

Dħul totali (a)

14 466

15 295

Nfiq tal-baġit għas-sena finanzjarja

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

8 579

7 554

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

466

443

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

768

778

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

542

358

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit (ħlief għad-dħul assenjat)

Pagamenti

2 508

2 381

Pagamenti fuq RAL (li baqa' sabiex jitħallas) fil-31.12.2003

2 702

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

0

3 138

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

Pagamenti

416

546

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

309

246

Nfiq totali (b)

16 290

15 444

Eżitu għas-sena finanzjarja (a - b)

-1 824

- 149

Bilanċ mis-sena finanzjarja precedenti

- 993

- 545

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti u kanċellati

56

399

Newtralizzazzjoni tat-trasferiment N-1 tat-Titolu 3 marbuta mal-bdil għal approprijazzjonijiet differenzjati

3 138

Somom għal użu ulterjuri mis-sena finanzjarja ta' qabel mhux użati

1

10

Rimbors lill-Kummissjoni

- 716

Differenzi tar-rata tal-kambju

- 4

8

Bilanċ għas-sena finanzjarja

374

- 993

2.

Japprova l-għeluq tal-kotba taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

C.

billi fit-12 ta' April 2005 l-Parlament ta kwittanza lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 (6) u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7) huwa ħeġġeġ inter alia liċ-Ċentru biex ilesti l-bidliet fl-organizzazzjoni finanzjarja tiegħu matul l-2005,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jadatta l-baġits tal-ġejjieni b'mod li jiżgura li l-approprjazzjonijiet differenzjati ikunu ppreżentati kif xieraq;

8.

Għandu l-pjaċir jinnota t-tnaqqis sinifikanti fil-fondi ttrasferiti għall-baġit ta' wara miksuba miċ-Ċentru fl-2004 meta mqabbla ma' dawk tas-snin ta' qabel, b'mod li ppermetta li l-baġit implimentat miċ-Ċentru jirrifletti iktar mill-viċin il-baġit approvat mill-Awtorità tal-Baġit;

9.

Jenfasizza li ċ-Ċentru għandu jiżgura li l-kotba jkunu kompluti u li l-attivitajiet kollha, inklużi x-xiri u l-bejgħ min-naħa tal-kantin tal-persunal, jiġu kkontrollati kif xieraq;

10.

Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet innutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratti; jinnota l-passi meħuda miċ-Ċentru biex jiżgura li irregolaritajiet bħal dawn ma jiġux irripetuti; jitlob liċ-Ċentru biex jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti u r-regoli tal-kompetizzjonijiet jiġu applikati b'mod strett;

11.

Jinnota l-kummenti tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-inkonsistenzi fil-proċedura tar-reklutaġġ; jisħaq fuq il-bżonn għal sens ta' ġustizzja, onestà u trasparenza fir-reklutaġġ; jilqa' l-intenzjoni taċ-Ċentru li jipprepara gwida dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ fl-2005;

12.

Jinnota l-osservazzjoni taċ-Ċentru fil-kummenti li jakkumpanjaw il-kotba annwali ta' l-2004 li “mhux il-fażijiet kollha tal-proċess ta' modernizzazzjoni ġew kompluti”; jistenna li mal-kontijiet ta' l-2005 jitressaq rapport aktar iddettaljat li jikkonferma jekk il-bidliet fl-organizzazzjoni finanzjarja tiegħu jkunux tlestew u, jekk dan ma jkunx il-każ, li jispjega għaliex ikun ġara dan u xi jkun jonqos isir, u li jindika l-iskeda maħsuba għat-tlestija;

13.

Jilqa' l-informazzjoni pprovduta dwar verifiki interni; jinnota r-rakkomandazzjoni tal-bord tat-Tmexxija fl-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet ta' l-2004, li ċ-Ċentru jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-istandards tal-kontroll intern; jitlob liċ-Centru biex jirrapporta dwar il-progress f'dan ir-rigward fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet ta' l-2005, u dwar il-progress fir-rigward tal-ħolqien ta' funzjoni speċifika ta' verifika interna u fir-rigward tar-reklutaġġ ta' l-awditur intern tiegħu stess;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jimxu kemm jista' jkun mal-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena li jmiss, b'mod li jippermetti li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati kif inhu xieraq, u b'mod partikulari biex ikunu evitati bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tara li l-koperazzjoni tkun iżjed effettiva, billi tevita x-xogħol doppju u billi tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, l-użu ta' l-aktar sistemi riċenti ta' mmaniġġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati mat-tħaddim tajjeb tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 68.

(7)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 69.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

69

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

(2006/822/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (4) u b'mod partikulari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Bagit (A6-0093/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 40.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 82.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

70

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

(2006/823/EK)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (4) u b'mod partikulari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

18 000

17 090

Dħul mixxellanju

85

47

Dħul Finanzjarju

0

35

Dħul Totali (a)

18 085

17 172

Infiq

Persunal – Titlu tal-Baġit

Ħlas

8 606

8 927

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

132

109

Amministrazzjoni – Titlu II tal-Baġit

Ħlas

1 267

968

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

489

224

Attivitajiet ta' l-Operat – Titlu III tal-Baġit

Ħlas

5 056

3 733

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-Baġit li jmiss

2 522

2 817

Nefqa totali (b)

18 072

16 778

Riżultat għas-sena finanzjarja (a – b)

13

394

Bilanċ mis-sena finanzjarja preċedenti

-1 296

-1 836

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-Baġit li jmiss u kkanċellati

35

118

Somom mis-sena finanzjarja preċedenti li ma ntużawx biex jiġu użati mill-ġdid

17

19

Riżultat eċċezzjonali mis-snin ta' qabel

2

0

Approprjazzjonijiet mill-Phare trasferiti għall-Baġit li jmiss u kkanċellati

8

0

Dħul mill-Phare miġbur

0

639

Dħul mill-Phare li għad irid jinġabar

0

361

Nefqa tal-Phare

0

-1 000

Differenzi tar-rati ta' Kambju

- 4

9

Bilanċ għas-sena finanzjarja

-1 225

-1 296

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur eżekuttiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 40.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 82.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (4) u b'mod partikulari l-Artikolu 16 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0093/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Pofessjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Jfakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li 37 % ta' l-approprjazzjonijiet trasferiti għall-2005 kienu relatati ma' impenji li saru f'Diċembru 2004 u li l-maġġoranza ta' dawn kienu relatati ma' kuntratti għal studji li jridu jsiru fl-2005; ifakkar lill-Fondazzjoni fil-prinċipju ta' l-annwalita' tal-baġit u jħeġġiġha biex tirrispetta dan il-prinċipju sabiex tkun possibli l-implimentazzjoni korretta u trasparenti tal-baġits stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja;

8.

Jilqa' l-passi li ttieħdu mill-Fondazzjoni biex ittejjeb il-kompletezza u l-immaniġġjar xieraq ta' l-inventarju bħala tweġiba għas-sejbiet tal-Qorti ta' l-Awdituri;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan tax-xogħol li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol.

10.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi l-koperazzjoni ssir aktar effettiva, billi tiġi evitata r-ripetizzjoni tax-xogħol u jiġu indirizzati nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità kollha, l-użu ta' sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija soda tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 40.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 82.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1111/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

74

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

(2006/824/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jordna l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 19.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 15.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2068/2004 (ĠU L 358, 3.12.2004, p. 2).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

75

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijet ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

(2006/825/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Rendikont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidju KE

231 909

274 221

Irkupru ta' l-ispejjeż (użu mill-ġdid ta' Titolu III)

1 229

1 318

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi (użu mill-ġdid ta' Titoli I u II)

181

199

Dħul operattiv ieħor

6 113

28 413

Dħul operattiv totali

239 432

304 151

Nefqa

Spejjeż amministrattivi

Spejjeż tal-persunal

17 575

17 333

Spejjeż amministrattivi oħra

6 290

6 475

Spejjeż operattivi

Maniġment dirett ċentralizzat

268 965

297 168

Spiża totali amministrattiva u operattiva

292 830

320 976

Bilanċ favorevoli/(Defiċit) minn attivitajiet operattivi

-53 398

-16 825

Qligħ straordinarju

738

0

Straordinarju

-1 269

-4 118

Riżultat ekonomiku tas-sena

-53 929

-20 943

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jordna l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 19.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 15.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2068/2004 (ĠU L 358, 3.12.2004, p. 2).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Il-figuri għall-2003 kienu aġġustati mill-mod użat għall-figuri ppreżentati qabel biex jirriflettu bidla fil-mod kif saret il-kontabilità.

NB: Diskrepanzi fl-ammonti huma dovuti għat-tqarrib tal-figuri għall-eqreb numru sħiħ li jmiss.

Sors: Id-dejta ta' l-Aġenzija – din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta pprovduta mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota bi pjaċir li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet f'pożizzjoni li toħroġ dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva għas-sena finanzjarja 2004; ifaħħar lill-Aġenzija għall-progress li sar; jinnota, iżda, li l-Qorti ta' l-Awdituri daħħlet riżervi li jikkondizzjonaw id-dikjarazzjoni tagħha għal raġunijiet ta' inċertezza rigward il-kompletezza tal-kontijiet u ta' problemi fil-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratti; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb l-immaniġġjar u l-kontroll finanzjarju tagħha partikolarment fl-oqsma fejn dawn huma dgħajfa li l-Qorti ta' l-Awdituri ġibdet l-attenzjoni għalihom;

8.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tfittex gwida biex ittejjeb il-politika tagħha ta' l-immaniġġjar tat-teżor sabiex tagħmel l-aħjar użu ta' ammonti, ta' spiss sostanzjali, ta' flus, miżmuma f'kontijiet bankarji kurrenti;

9.

Jinnota bi tħassib ir-riżerva dwar il-kontijiet espressa mill-Qorti ta' l-Awdituri għal raġunijiet li din ma tistax tkun ċerta li t-tranżazzjonijiet marbuta ma' fondi ta' kontroparti, skemi 'credit line' u fondi speċjali kienu rreġistrati kompletament fin-nuqqas ta' proċeduri ta' kontroll intern għall-kontijiet riċevibbli għal perijodu twil ta' żmien; jinsisti li t-tranżazzjonijiet kollha jsiru b'mod li jistgħu jkunu vverifikati mill-Qorti ta' l-Awdituri;

10.

Jilqa' d-dikjarazzjoni, li saret lil delegazzjoni tal-Parlament mid-Deputat Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li kopji ċertifikati tad-dokumenti kollha marbuta ma' proġetti u programmi ffinanzjati mill-Aġenzija ser ikunu disponibbli għall-verifika fuq rikjesta tal-Qorti ta' l-Awdituri; jitlob lill-Qorti biex tiddiskuti u tilħaq qbil mal-Missjoni Provizorja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) dwar l-arranġamenti dettaljati għal dawn il-kontrolli;

11.

Biex tittejjeb il-kredibilità u s-superviżjoni ta' l-immaniġġjar tal-baġit fir-rigward ta' programmi li huma maqsuma ma' entitajiet oħra (UNMIK, IOM, etc.), iħeġġeġ lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kummissjoni u lil dawk responsabbli min-NU fil-Kosovo biex jipproċedu mill-aktar fis possibbli bir-reviżjoni u t-titjib ta' l-implimentazzjoni tal-Qafas ta' Ftehim Finanzjarju u Amministrattiv iffirmat mill-Kummissjoni u n-NU fid-29 ta' April 2003, u biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar il-progress li jsir;

12.

Sabiex jiġu indirizzati l-problemi serji ta' kredibilità u akkużi ta' korruzzjoni li bħalissa jeżistu dwar l-għoti ta' kuntratti u konċessjonijiet ta' akkwist pubbliku għal proġetti sensittivi ħafna bħal telefonija mobbli, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-UNMIK u ma' l-Unità ta' Investigazzjoni Finanzjarja (FIU), biex jistipulaw regoli ta' akkwist pubbliku ċari u trasparenti, biex jistabilixxu istituzzjonijiet ta' verifika interni u b'poter suprem, u biex iżommu lill-Parlament infurmat dwar il-progress li jsir;

13.

Bil-ħsieb li jintlaħaq il-massimu tat-trasparenza u jittejjeb il-kontroll baġitarju, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri biex jinkludu, fir-rapport annwali dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, kapitlu dwar l-attivitajiet kemm ta' l-OLAF u kemm tal-FIU fir-rigward tal-programmi u tal-proġetti mwettqa fil-Kosovo li rċevew fondi mill-Komunità;

14.

Jieħu nota ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-mandat ta' l-Aġenzija fl-aħħar ta' l-2008 u li tgħaddi l-attivitajiet tagħha f'idejn id-delegazzjonijiet u l-uffiċċji lokali tagħha; iqis li r-riżultati ta' l-Aġenzija fl-ambitu tal-mandat tagħha huma pożittivi minkejja l-ħafna kritika min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri matul l-eżistenza tagħha u minkejja n-nuqqas ta' appoġġ min-naħa tal-Kummissjoni; iqis li l-Kummissjoni tista' tuża mill-ġdid l-għerf miksub mill-istaff ta' l-Aġenzija; isejjaħ lill-kumitat kompetenti biex jara jekk iż-żarmar gradwali tal-Aġenzija ikollux impatt negattiv fuq il-progress ekonomiku u politiku meħtieġ u jekk id-delegazzjonijiet u l-uffiċċji lokali tal-Kummissjoni stess jistgħux iwetqu l-istess doveri kif definit fil-mandat ta' l-Aġenzija.

15.

Jinnota l-problemi li qed tiffaċċja l-Aġenzija fir-reklutaġġ ta' staff xieraq minħabba ż-żmien qasir tal-mandat ta' l-Aġenzija; jikkunsidra li minflok li l-Aġenzija tintemm b'mod gradwali skond skeda li tkun ippreparata minn qabel, it-tul tal-mandat għandu jiddependi minn kriterji u żviluppi politiċi u ekonomiċi; jikkunsidra wkoll li ż-żmien tal-mandat ta' l-Aġenzija għandu jittawwal u jitwessa' għal raġunijiet ta' politika u jinnota li dan ikun ukoll ta' għajnuna għall-kapaċità ta' l-Aġenzija li ssib staff ikkwalifikat kif xieraq u b'esperjenza; jikkunsidra li l-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni tista' tkun użata biex tipprovdi għajnuna għar-rikostruzzjoni kull fejn ikun hemm bżonnha, per eżempju fl-Iraq, fl-Afganistan, fil-Pakistan, fl-Indja u fil-pajjiżi milquta mit-Tsunami, bħala t-tieni stadju wara li l-Uffiċċju għall-Għajnuna Umanitarja jkun ipprovda għall-bżonnijiet umanitarji immedjati;

16.

Jinnota b'diżappunt li l-Qorti ta' l-Awdituri għal darb'oħra skopriet anomaliji fl-għoti tal-kuntratti minħabba kriterji ta' selezzjoni mhux xierqa; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tistipula kriterji ta' selezzjoni aktar realistiċi u xierqa u biex tapplikahom b'mod rigoruż biex ikun garantit it-trattament trasparenti u ġust ta' dawk li jitfgħu l-offerti; jinnota l-assigurazzjonijiet ta' l-Aġenzija li l-eżercizzju tal-verifika ta' l-2005 ser juri titjib;

17.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tintroduċi sistema standardizzata sabiex tittratta t-talbiet għall-ħlas mill-aktar fis possibbli, kif irrikmandat mill-Qorti ta' l-Awdituri;

18.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan tal-ħidma li sar qbil dwaru għas-sena li ġejja, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol.

19.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tara li l-koperazzjoni tkun iżjed effettiva, billi tevita x-xogħol doppju u billi tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, l-użu ta' l-aktar sistemi riċenti ta' mmaniġġjar u soluzzjoni ta' problemi relatati mat-tħaddim tajjeb tal-baġit.

(1)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 19.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 15.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2068/2004 (ĠU L 358, 3.12.2004, p. 2).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

80

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

(2006/826/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

81

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

(2006/827/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kontijiet tad-dħul u n-nefqa għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji Komunitarji

5 675

7 318

Dħul ieħor

421

374

Dħul varju

35

Dħul finanzjarju

21

1

Dħul PHARE

82

676

Dħul totali (a)

6 234

8 369

Nefqa

Persunal — Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

2 645

2 618

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

85

64

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

447

412

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

37

51

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

2 352

1 678

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

745

1 162

Riċevuti maħruġa (Phare u oħrajn)

Ħlasijiet

7

377

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

0

694

Nefqa totali (b)

6 318

7 055

Kwantità maħduma għas-sena finanzjarja (a – b)

- 84

1 334

Bilanċ miġjub 'il quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel

98

-1 579

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss u kanċellati

241

301

Approprjazzjonijiet għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta' qabel li ma kinux użati

0

38

Ammonti ta' djun maħfurin

- 23

0

Differenzi tar-rata tal-kambju

- 1

5

Rimborsi lill-Kummissjoni

0

Bilanċ għas-sena finanzjarja

231

98

NB: It-totali jistgħu jinkludu differenzi minħabba t-tqarrib lejn l-eqreb figura.

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għar-Razziżmu u l-Ksenofobija (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0096/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota bi pjaċir li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet kapaċi tikseb assigurazzjoni raġjonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li spiċċat fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet li għaddew, meta meqjusa flimkien, huma legali u regolari;

8.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livell għoli ta' trasferimenti mħassrin, l-iżjed fit-titolu I (nefqa għall-persunal);

9.

Jinnota bi pjaċir li l-livell ta' trasferimenti naqas b'mod sinifikanti; jilqa' l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li ħa miżuri ulterjuri sabiex ikompli jnaqqas il-livell ta' trasferimenti; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex itejjeb il-mod kif isiru t-trasferimenti sabiex jevita l-persentaġġ għoli ta' approprazzjonijiet imħassrin;

10.

Għandu l-pjaċir jinnota l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li saru evalwazzjonijiet ta' riskju ta' standards ta' kontroll intern u li l-listi ta' verifika ex-ante ġew reveduti;

11.

Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet innutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fl-offerti u fl-għotjiet tal-kuntratti; iħeġġeġ liċ-Ċentru sabiex ittejjeb il-proċeduri kemm jista' jkun malajr sabiex tevita irregolaritajiet simili fil-futur;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iżjed effettiva, tevita d-duplikazzjoni tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistema ta' mmaniġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 48

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 97.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 151, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1652/2003 (OJ L 245, 29.9.2003, p. 33.).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

85

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

(2006/828/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Centru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, għall-Ġustizzja u għall-Intern (A6-0097/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p 44.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p 89.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p 30).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

86

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

(2006/829/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Centru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, għall-Ġustizzja u għall-Intern (A6-0097/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji mill-Kummissjoni

11 730

9 300

Sussidji min-Norveġja

514

421

Dħul assenjat

211

335

Dħul varju

33

67

Dħul totali (a)

12 488

10 122

Infiq tal-Baġit għas-sena finanzjarja

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

5 832

5 189

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel

122

80

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

1 088

555

Approprjazzjonijiet imniżżla

355

267

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit (barra minn dħul assenjat)

Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għal pagament għas-sena finanzjarja

2 342

2 057

Approprjazzjonijiet trasferiti mis-sena ta' qabel

1 260

1 469

Dħul assenjat (Phare u pajjiżi tat-tielet dinja)

201

500

Nefqa totali (b)

11 200

10 117

Riżultat għas-sena finanzjarja (a – b)

1 288

5

Bilanċ imniżżel mis-sena finanzjarja ta' qabel

295

1 626

Approprjazzjonijiet imniżżla mis-sena ta' qabel u kkanċellati

245

221

Somom għall-użu mill-ġdid mis-sena finanzjarja ta'qabel

15

21

Rimborsi lill-Kummissjoni

- 3

-1 584

Rimborsi lin-Norveġja

81

Differenzi fir-rata tal-kambju

- 1

6

Bilanċ għas-sena finanzjarja

1 920

295

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p 44.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p 89.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p 30).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p 3).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Centru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/93 tat-8 ta' Frar 1993 dwar il-ħolqien ta' Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ għad-Drogi u d-Dipendenza mid-Drogi (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, għall-Ġustizzja u għall-Intern (A6-0097/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Bi pjaċir jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri rnexxiela tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

8.

Jiddispjaċih għal-livell għoli ħafna ta' trasferimenti li saru; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jirrispetta iktar il-baġit imfassal oriġinarjament mill-Awtorità Baġitarja;

9.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' numru ta' anomaliji fit-tmexxija ta' kuntratti; jilqa' l-passi meħuda miċ-Ċentru biex itejjeb it-tmexxija tal-kuntratti;

10.

Jaqbel mal-Qorti ta' l-Awdituri li l-bilanċ tal-bank u l-kontijiet għandhom jiġu rikonċiljati, sabiex jistgħu jinstabu żbalji fl-ammonti li se jiġu mħallsa u li l-istruzzjonijiet tal-bank għandhom ikunu kontrafirmati; jilqa' l-miżuri meħuda miċ-Ċentru biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri; jinnota bi pjaċir l-assigurazzjoni taċ-Ċentru li sistema ta' kontrafirmar se tiġi implimentata;

11.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex fil-ġejjieni jevita l-użu ta' folji elettroniċi għall-kalkolu sabiex tkun garantita l-integrità tad-dejta mniżżla, kif irrakkomandat il-Qorti ta' l-Awdituri; jilqa' l-introduzzjoni miċ-Ċentru ta' sistema ta' inventarju ġdida u iktar effettiva;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Kommissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi l-koperazzjoni ssir aktar effettiva, billi tiġi evitata r-ripetizzjoni tax-xogħol u jiġu indirizzati nuqqasijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, l-użu ta' sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi li jirrelataw mat-tmexxija soda tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p 44.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p 89.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 36, 12.2.1993, p 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1651/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p 30).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

90

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

(2006/830/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tan-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni ta' l-Ambjent (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0098/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jordna l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 13.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 37.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 (ĠU L 245, 29.9.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

91

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

(2006/831/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tan-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni ta' l-Ambjent (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0098/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u nfiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidju KE

28 658

28 723

Sovvenzjonijiet

1 998

1 080

Imgħax tal-Bank

128

89

Dħul totali (a)

30 784

29 891

Nefqa

Nefqa totali għat-Titolu 1

Ħlasijiet

12 447

11 123

Ħlasijiet – Għotjiet

2

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

435

315

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss — Għotjiet

66

Nefqa totali għat-Titolu 2

Ħlasijiet (6)

3 451

2 447

Appropjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

394

395

Nefqa totali għat-Titolu 3

Ħlasijiet

9 534

5 997

Ħlasijiet – Għotjiet

14

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss

4 845

7 008

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss – Għotjiet

2 419

Nefqa totali (b)

33 606

27 284

Riżultat nett għas-sena (a – b)

-2 822

2 607

Approprjazzjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss u kkanċellati

508

295

Rifużjonijiet trasferiti għall-baġit li jmiss u kkanċellati

0

36

Bilanċ trasferit għall-baġit li jmiss mis-sena ta' qabel

-4 190

-7 427

Għotjiet ikkanċellati

98

322

Differenzi tar-rata tal-kambju

3

- 4

Regolarizzazzjoni rigward is-snin ta' qabel

43

- 18

Bilanċ trasferit 'il quddiem

-6 360

-4 190

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lid-Direttur eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jordna l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 13.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 37.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 (ĠU L 245, 29.9.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Jinkludi 905 823 ewro f'taxxi fuq il-proprjetà imħallsa lill-gvern Daniż. L-Aġenzija hi ta' l-opinjoni li l-ammont għandu jkun rimborżat. Il-kwistjoni bħalissa qed tiġi nnegozjata mal-gvern Daniż.

NB: It-totali jistgħu jinkludu differenzi minħabba li kienu imqarrba lejn l-eqreb numru sħiħ.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet finali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tan-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni ta' l-Ambjent (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0098/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbilta li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-bilanċ favorevoli ta' approprjazzjonijiet fl-2004 kien impenjat għall-operazzjonijiet li kellhom jitwettqu fl-2005, u li approprjazzjonijiet marbuta man-nefqa għall-persunal kienu trasferiti għall-baġit li jmiss; jinsisti li l-Aġenzija tirrispetta l-prinċipju ta' l-annwalità tal-baġit kif definit fir-Regolament Finanzjarju u r-regola li tipprojbixxi t-trasferiment għall-baġit li jmiss ta' approprjazzjonijiet marbuta man-nefqa għall-persunal, sabiex tippermetti implimentazzjoni kif suppost u trasparenti tal-baġits stipulati mill-Awtorità tal-Baġit;

8.

Jinnota n-nuqqasijiet fil-verifika u l-ommissjonijiet misjuba mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-verifika tagħha ta' l-inventarju; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tirrettifika dawn in-nuqqasijiet mingħajr dewmien;

9.

Jilqa' l-assigurazzjoni ta' l-Aġenzija li ser jinstab rimedju għall-problemi mikxufa mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rigward ta' emendi ta' kuntratti;

10.

Jappoġġja l-isforzi ta' l-Aġenzija biex tikseb ir-rimborż ta' taxxi mhux ġustifikati imħallsa lill-Belt ta' Kopenħagen;

11.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bl-implimentazzjoni effettiva tal-baġit 2004;

12.

Jikkunsidra l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bħala sors ta' informazzjoni dwar l-ambjent importanti għall-istituzzjonijiet Ewropej kollha u fit-tfassil tal-politika; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija kienet kapaċi tittrasforma dejta kkumplikata f'informazzjoni li tinftiehem u li tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-pubbliku; jifraħ lill-Aġenzija għall-websajt informattiv tagħha;

13.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex tkompli bl-isforzi tagħha li tiżviluppa aktar il-metodi ta' komunikazzjoni tagħha sabiex tiġbed aktar attenzjoni mill-'media' għas-sejbiet tagħha u b'hekk talimenta d-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali importanti bħall-bdil fil-klima;

14.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-impatt ta' programmi ambjentali huwa ta' spiss imxekkel min-nuqqas ta' evalwazzjoni ta' l-impatti ambjentali ta' politiki oħra tal-Komunità; jistieden lill-Aġenzija bix tiżviluppa aktar xogħlha fil-qasam ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali;

15.

Jenfasizza l-irwol ta' l-Aġenzija fl-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar l-ambjent;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar qrib possibbli l-pjan tax-xogħol għas-sena ta' wara li ntlaħaq qbil dwaru, sabiex l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar fl-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tara li l-koperazzjoni tkun iżjed effettiva, billi tevita x-xogħol doppju u billi tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, bħall-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, bħall-użu ta' l-aktar sistemi reċenti ta' mmaniġġjar u soluzzjoni ta' problemi relatati mat-tħaddim sod tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 13.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 37.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1641/2003 (ĠU L 245, 29.9.2005, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

96

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

(2006/832/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0099/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 23.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

97

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

(2006/833/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0099/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji tal-Komunità

9 542

11 641

Sussidji oħrajn

66

66

Dħul ieħor

111

157

Dħul mill-Phare

121

824

Dħul totali (a)

9 840

12 688

Infiq

Persunal – Titolu 1 tal-baġit

Ħlasijiet

3 379

3 245

Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

60

87

L-amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

966

1 146

Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

248

186

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet (6)

2 426

2 559

Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

2 549

5 859

Nefqa tal-Phare

Ħlasijiet

0

548

Approprjazzjonijiet mis-snin ta' qabel

0

502

Nefqa totali (b)

9 628

14 131

Riżultat għas-sena finanzjarja (c = a – b) (7)

212

-1 443

Bilanċ mis-sena finanzjarja precedenti

-1 987

-1 108

Approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja preċedenti li ġew ikkanċellati

887

766

Somom mis-sena finanzjarja preċedenti u li ma ntużawx

0

1

RO (Phare II)

144

0

Ħlasijiet skond impenji kkanċellati fl-2002

0

- 191

Differenzi tar-rati ta' kambju

0

4

Ammont tal-Phare li jrid jintradd lill-Kummissjoni

- 39

0

Entrati biex jemendaw

3

- 16

Riżultat għas-sena finanzjarja qabel l-emendi ekonomiċi (d)

- 779

-1 987

Dħul tal-baġit li jrid ikun irkuprat

0

850

Dħul ieħor li jrid ikun irkuprat

0

3

Xiri ta' assi fissi

58

207

Deprezzament

- 175

- 186

Stokk

- 6

0

Rimi ta' Stokk ta' assi fissi

- 91

0

Deprezzament

88

0

Nefqa varja

- 34

- 1

Emendi ekonomiċi (e)

- 161

873

Bilanċ għas-sena finanzjarja (d+e)

- 940

-1 113

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 23.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Din is-somma tinkludi ħlasijiet mill-approprjazzjonijiet li jridu jerġgħu jintużaw fl-2004 (18 573 euro).

(7)  Kalkolu skond il-prinċipji ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 8).

NB: Differenzi fit-totali huma minħabba l-effetti tat-tqarrib għall-eqreb figura.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta' Lulju 1994 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza u għas-Saħħa fuq ix-Xogħol (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0099/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jilqa' l-fatt li kien hemm tnaqqis fil-fondi trasferiti għall-baġit li jmiss; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tkompli l-isforzi tagħha biex tnaqqas aktar il-fondi li jiġu trasferiti għall-baġit li jmiss;

8.

Iħeġġeġ lill-Aġenzija biex twaqqaf kemm jista' jkun malajr, regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament finanzjarju ġdid tagħha u tal-proċeduri ta' kontroll interni bbażati fuq l-analiżi tar-riskju;

9.

Jinsisti li l-Aġenzija tirrispetta r-regoli dwar it-tul ta' żmien tal-kuntratti qafas;

10.

Jistenna li fil-futur, l-Aġenzija tinkludi l-bilanċi negattivi fl-aħħar tas-sena u li temenda l-baġits għas-sena finanzjarja li jkun imiss;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar qrib possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi l-koperazzjoni ssir aktar effettiva, billi tiġi evitata r-ripetizzjoni tax-xogħol u jiġu indirizzati nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità kollha, l-użu ta' sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija soda tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 23.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1112/2005 (ĠU L 184, 15.7.2005, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

102

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

(2006/834/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għal baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li waqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0100/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 25.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 53.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

103

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

(2006/835/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għal baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li waqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0100/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2004 u 2003;

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul operattiv

Iffatturar għas-sena finanzjarja

23 423

22 075

Dħul mixxellanju

150

223

Total (a)

23 573

22 298

Nefqa operattiva

Spejjeż attwali

11 929

10 347

Spiża operattiva ta' bini, għodda u oġġetti varji

2 734

2 095

Spiża operattiva

5 919

3 618

Allokazzjoni għal fornituri

1 410

2 195

Total (b)

21 992

18 255

Riżultat operattiv (c = a – b)

1 581

4 043

Dħul finanzjarju

Imgħax tal-Bank

387

387

Gwadann mir-rata tal-kambju tal-kambju

1

1

Total (d)

388

388

Financial expenses

Spejjeż tas-servizzi tal-bank

7

10

Total (e)

7

10

Riżultat finanzjarju (f = d – e)

381

378

Riżultat għall-attivitajiet ordinarji (g = c + f)

1 962

4 421

Dħul ta' eċċezzjoni (h)

2 230

19

Spejjeż ta' eċċezzjoni (i)

0

9

Riżultat ta' eċċezzjoni (j = h – i)

2 230

10

Riżultat għas-sena finanzjarja (g + j)

4 192

4 431

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi ta' l-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 25.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 53.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għal baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li waqqaf Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi ta' l-Unjoni Ewropea (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 14 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0100/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

C.

billi fit-12 ta' April 2005 il-Parlament ta' kwittanza lid-Direttur fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 (6) u fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7) huwa inter alia ħeġġeġ liċ-Ċentru biex iwettaq aktar sforzi biex isolvi l-problemi fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni,

1.

Jfakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet ikkanċellati miċ-Ċentru fl-2004; jinsisti li ċ-Ċentru jtejjeb l-estimi tiegħu biex il-baġit kif implimentat ikollu aktar ix-xejra tal-baġit adottat mill-Awtorità Baġitarja;

8.

Jinnota b'diżappunt li l-konflitt li jikkonċerna l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni ta' min iħaddem għadu ma ġiex solvut; iħeġġeġ liċ-Ċentru biex iħaffef l-isforzi tiegħu biex isolvi dan il-konflitt;

9.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan tal-ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol.

10.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi twettaq koperazzjoni aktar effettiva, tevita l-irduppjar tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistema ta' mmaniġġjar u tilħaq is-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar sod tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 25.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 53.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1645/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 13).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 100.

(7)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 101.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

107

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

(2006/836/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (4), b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

108

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

(2006/837/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (4), b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Dħul minn drittijiet relatati ma' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

68 412

58 657

Sussidji tal-Kummissjoni inklużi sussidji riċevuti mingħand iz-ZEE

20 529

19 786

Sussidju tal-Komunità għal mediċini orfni

4 026

2 814

Kontribuzzjonijiet għal programmi tal-Komunità

0

1 208

Dħul ta' l-Amministrazzjoni

1 973

1 703

Dħul varju

1 473

1 788

Total (a)

96 413

85 956

Nefqa (6)

Spiża għall-Persunal

34 333

29 663

Spiża ta' l-Amministrazzjoni

11 224

10 835

Spiża ta' l-Operat

38 573

32 838

Deprezzament

3 650

2 364

Nefqa oħra

280

0

Total (b)

88 060

75 700

Bilanċ favorevoli minn attivitajiet ta' l-operat (c = a – b)

8 353

10 256

Operat finanzjarju (e)

1 160

676

Riżultat ekonomiku (f = c + e)

9 513

10 932

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Il-parti ta' l-approprijazzjonijiet trasferiti li trid titqies bħala nefqa għas-sena finanzjarja ġiet evalwata fuq bażi ġenerali aktar milli fuq il-bażi ta' eżaminazzjoni ta' tranżazzjonijiet individwali.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (4), b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-kuntratti konklużi mal-banek ilhom fis-seħħ aktar minn ħames snin, bi ksur tar-regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija li jimplimenta r-regoli, li jeżiġi li ssir sejħa għall-offerti ġdida ta' l-anqas kull ħames snin; jinnota r-risposta ta' l-Aġenzija, li tispjega r-raġunijiet għad-dewmien biex titnieda sejħa għal offerti, u li tfassal il-benefiċċji miksubin permezz ta' negozjati diretti mal-bank, u ser iżomm dan f'moħħu meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju;

8.

Jinnota li l-implimentazzjoni kemm tal-baġit operattiv u kif ukoll ta' dak amministrattiv fl-2004 kienet aktar baxxa milli fl-2003; huwa kuntent ħafna bl-implimentazzjoni sħiħa tal-linja tal-baġit tal-Mediċini Orfni;

9.

Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-farmaċewtiċi, li kienet ġiet adottata fl-2004, kellha impatt konsiderevoli fuq il-ħidma u l-istrutturi ta' l-immaniġġjar ta' l-Aġenzija; jifraħ lill-Aġenzija talli adattat ruħha b'suċċess għall-ambjent regolatorju l-ġdid;

10.

Jinnota illi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema ta' rrappurtar dwar farmakoviġilanza fuq livell Ewropew ('database' EudraVigilance) kienet bil-mod aktar milli mistenni; madankollu, huwa sodisfatt bit-taħbira riċenti tad-Direttur Eżekuttiv li s-sitwazzjoni tjiebet sustanzjalment fl-2005;

11.

Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb il-kuntatti ma' l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur sabiex titqajjem kuxjenza aħjar fir-rigward ta' prodotti tossiċi u li jistgħu jagħmlu l-ħsara li jinsabu fi prodotti mediċinali; jenfasizza d-dmir ta' l-Aġenzija biex taġixxi fl-interess pubbliku;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni aktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

112

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

(2006/838/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat ta' l-UE, b'mod partikulari u l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li biha twaqqfet l-Eurojust bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u partikularment l-Artikolu 36 ta' l-istess Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0092/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 33.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 68.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(5)  ĠU L 357, 13.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

113

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

(2006/839/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat ta' l-UE, b'mod partikulari l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li biha twaqqfet l-Eurojust bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u partikularment l-Artikolu 36 ta' l-istess Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0092/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Eurojust għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f' EUR 1000)

2004

2003 (6)

Dħul

Sussidji Komunitarji

8 726

6 441

Dħul ieħor

397

12

Total (a)

9 123

6 453

Nefqa

Xiri ta' merkanzija u servizzi

4 476

3 228

Nefqiet tal-persunal

4 142

2 112

Deprezzament

332

211

Total (b)

8 950

5 551

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja (a – b)

173

902

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u sabiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 33.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 68.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(5)  ĠU L 357, 13.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  L-istqarrijiet finanzjarji għall 2003 ġew mogħtija mill-ġdid sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-ammonti li jitħallsu lura minħabba r-rizultat pożittiv tal-baġit lill Kummissjoni Ewropea għas-snin 2003 u 2002.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri fuq il-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu, u t-Trattat ta' l-UE, b'mod partikulari u l-Artikolu 41 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta' Frar 2002 li biha twaqqfet l-Eurojust bil-ħsieb li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja (4), u partikularment l-Artikolu 36 ta' l-istess Deċiżjoni,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0092/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Bi pjaċir jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri rnexxiela tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 huma ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

8.

Jixtieq li jinżamm aġġornat kontinwament dwar l-intenzjonijiet ta' l-awtoritajiet ospitanti Olandiżi dwar is-sit ġdid għall-Ewrojust; partikolarment jixtieq li jiġi mgħarraf dwar il-possibilità li kemm l-Eurojust kif ukoll l-Europol jużaw l-istess sit, u dwar xi jkunu l-kundizzjonijiet kieku kellu jsir hekk u l-appoġġ finanzjarju li l-pajjiż ospitanti jagħti lill-Eurojust għal dan il-għan;

9.

Jinnota li l-Eurojust implimentat baġit differenti minn dak li ffissat l-Awtorità Baġitarja; jinsisti li l-Eurojust isegwi l-proċedura ġusta u li fil-futur jistenna l-approvazzjoni ta' l-Awtorità tal-Baġit qabel ma' jimplimenta kwalunkwe bidla bħal din;

10.

Jisħaq li l-prinċipju li għandu jkun hemm firda bejn id-dmir ta' l-uffiċjal li jawtorizza u d-dmir ta' l-uffiċjal tal-kontabilità, għandu jiġi rrispettat u li m'għandux ikun hemm ripetizzjoni tas-sitwazzjoni li ġrat fl-2004 meta membru ta' l-istaff okkuppa ż-żewġ karigi;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar viċin possibbli l-pjan tax-xogħol li sar qbil dwaru għas-sena li tkun ġejja, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet jiġu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fl-ammont tax-xogħol;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iżjed effettiva, tevita d-dublikazzjoni tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu ta' l-aħħar sistemi ta' mmaniġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 33.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 68.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p 1.

(4)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/659/JHA (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 44).

(5)  ĠU L 357, 13.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

117

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

(2006/840/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

(2006/841/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul

Sussidji tal-Kummissjoni

17 600

18 100

Donaturi oħra

800

523

Dħul mixxelanju

80

17

Dħul finanzjarju

Dħul totali (a)

18 480

18 640

Nefqa

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

11 122

10 771

Approprijazzjonijiet trasferiti

123

329

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

1 213

1 076

Approprijazzjonijiet trasferiti

247

310

Attivitajiet ta' l-operat — Titolu III tal-baġit

Pagamenti

3 449

3 396

Approprijazzjonijiet trasferiti

1 168

1 087

Dħul assenjat

Pagamenti

260

237

Approprijazzjonijiet trasferiti

540

286

Nefqa totali (b)

18 122

17 492

Riżultat għas-sena finanzjarja (a - b)

358

1 148

Bilanċ mis-sena finanzjarja preċedenti

-1 318

-2 155

Approprijazzjonijiet trasferiti u kanċellati

204

375

Rimborżi lill-Kummissjoni

0

- 703

Differenzi fir-rata ta' kambju

- 4

17

Bilanċ għas-sena finanzjarja

- 759

-1 318

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Il-kont tad-dħul u l-infiq u l-karta tal-bilanċ iqisu biss l-attivitajiet speċifiċi tal-Fondazzjoni: huma ma jinkludux programmi mmaniġġjati f'isem il-Kummissjoni.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0102/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

C.

billi fit-12 ta' April 2005 il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7), huwa innota inter alia li l-Qorti ta' l-Awdituri kienet reġgħet ikkritikat lill-Fondazzjoni minħabba li ma rnexxiliex tippreżenta kif suppost fil-kontijiet tagħha n-nefqa relatata mal-programm Tempus u kienet qed tistenna li tkun infurmata b'mod sħiħ fir-rapport ta' attività annwali 2004 tal-Fondazzjoni dwar soluzzjoni, miftiehma mal-Kummissjoni, rigward il-preżentazzjoni korretta ta' din in-nefqa fil-kontijiet,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

B'diżappuntat jinnota li l-Fondazzjoni għadha ma solvietx il-problema rigward il-preżentazzjoni korretta fil-kontijiet tagħha tan-nefqa relatata mal-programm Tempus; jinnota li din il-problema ppersistiet minkejja l-kritiki ripetuti mill-Qorti ta' l-Awdituri fir-rapporti annwali sa mill-1999, u li bħala konsegwenza, il-Qorti ta' l-Awdituri issa għamlet riżerva fuq il-kontijiet tal-Fondazzjoni; jinsisti li l-kontijiet tal-Fondazzjoni jirrispettaw il-prinċipji ta' unità u ta' eżattezza baġitarja;

8.

Jinsisti li l-Aġenzija għandha tikkonforma b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-pubblikazzjoni ta' baġit suddiviż f'artikoli u punti u li jinkludi pjan tal-persunal; madankollu ser iżomm f'moħħu l-kummenti ta' l-Aġenzija dwar l-ispiża sproporzjonata tal-pubblikazzjoni u ta' l-assigurazzjonijiet ta' trasparenza meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju;

9.

Jilqa' l-informazzjoni dettaljata pprovduta dwar l-iżvilupp ta' verifika interna mill-Fondazzjoni inkluża fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2004; jistenna b'ħerqa għal rapport dwar il-progress fir-Rapport ta' Attività Annwali ta' l-2005 u għar-rapport fil-qosor dwar verifiki interni fl-2005 kif inhu mitlub mill-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta' qafas 2343/2002;

10.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum ta' xogħol;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 36.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 75.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22)

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 113.

(7)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 114.

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

123

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

(2006/842/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0103/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħti l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 9.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 30.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

124

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

(2006/843/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0103/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin fil-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kontijiet tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003 (6)

Dħul

Sussidju tal-Komunità

12 800

2 630

Dħul ieħor

5

2

Dħul totali tal-baġit (a)

12 805

2 632

Infiq

Persunal – Titolu I tal-baġit

Ħlasijiet

3 594

647

Approprjazzjonijiet trasferiti

143

66

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Ħlasijiet

635

238

Approprjazzjonijiet trasferiti

684

315

Nefqa operattiva – Titolu III tal-baġit

Ħlasijiet

437

13

Approprjazzjonijiet trasferiti

2 074

155

Nefqa totali tal-baġit (b)

7 567

1 434

Bilanċ (c = a - b)

5 238

1 198

Approprjazzjonijiet trasferiti u kkanċellati

251

Differenzi fir-rata tal-kambju

- 1

0

Bilanċ ta' l-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena finanzjarja (d)

5 488

1 198

Varjazzjoni fit-trasferimenti awtomatiċi ta' approprjazzjonijiet u ta' fatturi li għad iridu jiġu rċevuti

2 089

399

Varjazzjoni fl-investimenti għas-sena finanzjarja

242

11

Varjazzjoni fid-djun (Kummissjoni)

-5 489

-1 198

Deprezzament għas-sena finanzjarja

- 43

- 3

Varjazzjoni fl-avvanzi għall-fornituri

56

Kwantità maħduma ta' l-aġġustamenti ekonomiċi għas-sena finanzjarja (e)

2 343

407

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 9.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 30.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  L-informazzjoni għas-sena finanzjarja 2003 ġiet mogħtija mill-ġdid sabiex tikkonforma mal-prinċipju ta' kontabilità bbażata fuq id-dovuti.NB: It-totali jista' jkun fihom differenzi minħabba l-effett ta' l-aġġustamenti sa l-eqreb numru sħiħ.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 19 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0103/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li l-kontijiet ta' l-Aġenzija għall-2004 huma ta' min jorbot fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi b'mod ġenerali huma legali u regolari;

8.

Jisħaq li l-Aġenzija għandha tagħmel distinzjoni ċara bejn approprjazzjonijiet ta' impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tagħha; għandu l-pjaċir jinnota li l-Aġenzija tinsab f'kuntatt mal-Kummissjoni bil-ħsieb li tfassal mudelli xierqa ta' preżentazzjoni għad-dejta tal-baġit tagħha, u jistenna li l-baġits futuri jkunu ppreżentati fil-forma xierqa;

9.

Jinnota l-livell baxx ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' l-2004 u l-livell għoli ta' fondi ttrasferiti għall-baġit ta' wara; jinnota l-ispjega ta' l-Aġenzija li dan seħħ minħabba li nħarġu tard is-sejħiet għall-offerti minħabba nuqqas ta' persunal maniġerjali operazzjonali; jittama li dawn il-problemi relatati mal-persunal issolvew;

10.

Jinnota s-sejba min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' għadd ta' nuqqasijiet fis-sistema tal-kontroll intern; għandu l-pjaċir jinnota l-passi li ħadet l-Aġenzija biex issaħħaħ is-sistema tal-kontroll intern tagħha u biex tevita problemi bħal dawn fil-futur;

11.

Jiddispjaċih li l-approprjazzjonijiet għal miżuri kontra t-tniġġiż tal-baħar ftit ġew utilizzati: intużaw biss EUR 200 000 mill-EUR 700 000 li kien hemm disponibbli kemm bħala approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll bħala approprjazzjonijiet ta' pagament, u dan ifisser rata ta' 28 %; ifakkar li l-miżuri għal kontra t-tniġġiż huma aspett ewlieni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u jinsisti li fil-futur il-fondi disponibbli għandhom jintużaw b'mod effettiv; ;

12.

Jinnota li s-sussidju tal-Komunità għall-Aġenzija żdied minn EUR 2 630 000 fl-2003 għal EUR 12 800 000 fl-2004 u li, fl-2004, l-Aġenzija implimentat inqas minn 60 % ta' dik is-somma f'nefqa;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jimxu mill-iktar qrib possibbli mal-pjan ta' ħidma li sar bi qbil għas-sena ta' wara, biex b'hekk l-attivitajiet ikunu jistgħu jkunu ppjanati u implimentati kif xieraq, u partikularment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi ssaħħaħ l-effettività tal-koperazzjoni, tevita x-xogħol doppju u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità fil-kategoriji kollha, l-użu ta' l-aktar sistemi riċenti ta' mmaniġġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati mat-tħaddim tajjeb tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 9.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 30.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 724/2004 (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

128

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

(2006/844/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

129

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

(2006/845/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003 (6)

(f'EUR 1000)

2004

2003

Dħul mill-operat

Sussidji tal-Komunità

7 777

3 725

Sussidji oħra

248

0

Rimborż ta' l-infiq

3

0

Dħul ieħor

350

0

Total (a)

8 378

3 725

Infiq ta' l-operat

Staff

5 556

662

Infiq fuq il-bini u nfiq relatat

689

92

Infiq amministrattiv ieħor

743

82

Allokazzjoni għal provedimenti

89

1

Infiq ta' l-operat

2 081

261

Total (b)

9 158

1 098

Riżultat ta' l-operat (c = a – b)

- 780

2 627

Dħul finanzjarju (d)

0

0

Spejjeż finanzjarji (e)

2

0

Riżultat finanzjarju (f = d – e)

- 2

0

Riżultat għas-sena finanzjarja (g = c + f)

- 782

2 627

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Id-dejta għas-sena finanzjarja 2003 ġew ippreżentati mill-ġdid biex ikunu jistgħu jiġu mqabbla, wara t-tranżizzjoni għas-sistema ta' l-’accruals-based accounting’.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0104/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jilqa' l-fatt li l-Qorti ta' l-Awdituri sabet li l-kontijiet ta' l-Aġenzija għall-2004 huma ta' min jorbot fuqhom u li t-tranżazzjonijiet bażiċi meta kkunsidrati fis-sħuħija tagħhom huma legali u regolari;

8.

Jinnota r-rimarka tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-baġit inizjali ta' l-Aġenzija u li l-baġits ta' emenda kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ma jagħtux dettalji ta' l-approprjazzjonijiet skond l-artikoli u l-punti kif meħtieġa mill-Artikolu 22 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002; ifakkar lill-Aġenzija fil-prinċipju ta' l-ispeċifikazzjoni u jħeġġiġa biex tirrispetta dan il-prinċipju biex tippermetti l-implimentazzjoni ċara u trasparenti tal-baġits stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja;

9.

Jinnota li l-Aġenzija ma rreġistratx it-telf fuq il-baġit ta' l-2003 bħala baġit ta' emenda fl-2004 skond ir-regoli; jistenna li l-Aġenzija, fil-futur, tinkludi bilanċi negattivi fl-aħħar tas-sena f'baġits ta' emenda fis-sena finanzjarja li jmiss;

10.

Hu mħasseb bl-anomaliji nnutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fit-tmexxija baġitarja, inkluż nuqqas ta' kwalunkwe indikazzjoni fil-baġits ta' emenda dwar trasferimenti magħmula jew dwar ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti u l-fatt li naqas milli jinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar trasferimenti u pagament fuq self barra l-baġit; jilqa' l-passi meħuda mill-Aġenzija biex ittejjeb it-tmexxija baġitarja;

11.

Jinnota li fl-2004 l-Aġenzija kienet għadha ma adottatx ir-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u kienet għadha ma wettqitx analiżi tar-riskju jew ippreparat standards ta' kontroll intern; jilqa' l-adozzjoni finali f'Ġunju 2005 mill-Aġenzija tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-regolament finanzjarju tagħha u r-reklutaġġ ta' meniġer tar-riskju/awditur intern;

12.

Jinnota li l-proċeduri fl-Aġenzija għas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff varjaw bejn grupp ta' selezzjoni u ieħor u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex jaqblu dwar proċedura trasparenti u koerenti ta' reklutaġġ konsistenti mal-ħtiġijiet ta' l-Aġenzija f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħaddiema speċifikament ikkwalifikati;

13.

Jinnota bi pjaċir l-assigurazzjoni ta' l-Aġenzija li l-proċeduri ta' reklutaġġ ser isiru formali billi jitfasslu kotba ta' proċedura biex tittejjeb it-trasparenza ta' deċiżjonijiet meħuda f'dan ir-rigward u biex ikunu evitati varjazzjonijiet li jidhru arbitrarji fil-proċeduri tas-selezzjoni ta' membri ta' l-istaff, kif enfasizzat il-Qorti ta' l-Awdituri;

14.

Jinnota li 'l fuq minn 70 % tas-sussidju tal-Kummissjoni lill-Aġenzija kien implimentat skond it-Titoli I u II, li jikkonċernaw biss l-ispejjeż tal-ħaddiema u dawk amministrattivi, u li, fl-infiq ta' l-operat, l-Aġenzija nefqet biss madwar 10 % tas-sussidju tal-Kummissjoni; jinnota wkoll li ż-żieda bejn l-2003 u l-2004 fl-infiq fuq il-ħaddiema u l-amministrazzjoni kienet ħafna ogħla miż-żieda fl-infiq ta' l-operat;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu kemm jista' jkun mill-qrib il-pjan ta' ħidma li jiġi miftiehem għas-sena ta' wara, biex l-attivitajiet ikunu jistgħu jiġu ppjanati u implimentati sew, u b'mod partikolari biex jiġu evitati bidliet kbar u fl-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol.

16.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni iktar effettiva, billi tevita x-xogħol ripetut u billi tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-iktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 5.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

134

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

(2006/846/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' Ikel għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-ħtieġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas Sikurezza ta' l-Ikel u jistipula proċeduri dwar kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (4), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0105/2006),

1.

Jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 21.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 45.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2005, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

135

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

(2006/847/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' Ikel għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-ħtieġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas Sikurezza ta' l-Ikel u jistipula proċeduri dwar kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (4), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0105/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

2004

2003 (6)

Dħul mill-operat

20 591

10 171

Total tad-dħul mill-operat

20 591

10 171

Spejjeż amministrattivi

Spejjeż ta' l-impjegati

-7 564

-3 213

Spejjeż ta' u konnessi ma' bini

-4 192

- 781

Spejjeż oħra

-1 263

- 536

Deprezzament u kanċellazzjonijiet

- 333

- 204

Spejjeż ta' l-operat

-6 431

-2 159

Total ta' spejjeż mill-operat

-19 783

-6 894

Total ta' profitt/telf ta' l-operat

808

3 277

Dħul minn operazzjonijiet finanzjarji

0

1

Infiq minn operazzjonijiet finanzjarji

- 7

- 3

Profitt/(telf) minn operazzjonijiet finanzjarji

- 6

- 2

Profitt/(telf) kurrenti

802

3 275

Dħul straordinarju

402

Infiq straordinarju

- 27

Profitt/(telf) straordinarju

- 27

402

Riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja

775

3 677

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY

(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 21.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 45.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 4).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2005, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Id-dejta għas-sena finanzjarja 2003 ġiet ippreżentata mill-ġdid biex tkun tista' tikkonforma mal-prinċipju ta' “accruals-based accounting”.

NB: Varjazzjonijiet fit-totali huma minħabba l-effetti tat-tqarrib għall-eqreb figura.

RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' Ikel għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Awtorità (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6-0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276, tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistipula l-prinċipji ġenerali u l-ħtieġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas Sikurezza ta' l-Ikel u jistipula proċeduri dwar kwistjonijiet tas-sikurezza ta' l-ikel (4), b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0105/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota l-kummenti tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-anomaliji madwar l-istqarrijiet ta' l-uffiċjali ddelegati għall-awtorizzazzjoni, li fuqhom huma bbażati parzjalment il-fondi ta' approprjazzjonijiet li ma ntefqux; jilqa' l-assikurazzjoni ta' l-Awtorità li s-sistema maħsuba biex tinforma l-uffiċjal tal-kontabilità dwar l-infiq se tkun aktar preċiża u soda;

8.

B'diżappunt jinnota li l-Qorti ta' l-Awdituri reġgħet skopriet anomaliji fil-mod ta' kif jiġu applikati r-regoli dwar ir-reklutaġġ ta' l-istaff; iħeġġeġ lill-Awtorità biex tapplika r-regoli dwar il-proċeduri tas-selezzjoni b'aktar trasparenza; jinnota bi pjaċir l-assikurazzjoni ta' l-Awtorità li l-proċeduri tas-selezzjoni u d-deċiżjonijiet tar-reklutaġġ issaħħew sabiex tittejjeb it-trasparenza; iħeġġeġ lill-Awtorità sabiex tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-regolarità tal-proċeduri tar-reklutaġġ ta' l-istaff;

9.

Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet osservati mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-proċedura ta' għotjiet ta' kuntratti; jilqa' l-miżuri meħuda mill-Awtorità bil-għan li tevita dawn il-problemi fil-futur; iħeġġeġ lill-Awtorità biex ittejjeb bi kwalunkwe mezz meħtieġ it-trasparenza tad-deċiżjonijiet tagħha dwar l-għoti tal-kuntratti sabiex jiġi evitat kull suspett ta' preġudizzju u biex tittejjeb it-trasparenza, kif sostniet il-Qorti ta' l-Awdituri;

10.

Jinnota li l-2004 kienet it-tieni sena ta' l-operat għall-Awtorità; ifakkar li, minħabba d-deċiżjoni posposta mill-Kunsill dwar is-siġġu permanenti tiegħu, l-Awtorità kompliet topera f'ċirkustanzi tranżitorji;

11.

Jinnota li l-Awtorità ma setgħetx ittemm l-organigramma tagħha l-aktar minħabba t-tħabbira taċ-ċaqliq għal Parma fl-2005; għalhekk, iqis li wieħed għandu jifhem li bi staff inqas ma kienx possibbli li jiġu implimentati l-azzjonijiet kollha tal-baġit ta' l-operat;

12.

Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu għall-implimentazzjoni fis-sħiħ ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn kemm għall-baġit ta' l-operat kif ukoll għal dak amministrattiv;

13.

Jinsisti li l-Awtorità għandha taġixxi bi qbil ma' l-Artikolu 14(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, b'mod speċjali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-effetti probabbli, fuq perjodu ta' żmien qasir u fuq perjodu ta' żmien twil, fuq is-saħħa tal-konsumaturi ta' ikel ġdid bħal ma huma l-organiżmi modifikati ġenetikament (GMOs);

14.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-iktar qrib possibbli l-pjan tax-xogħol li sar bi qbil għas-sena ta' wara, biex b'hekk l-attivitajiet jistgħu jkunu ppjanati u implimentati b'mod sew, u partikolarment biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi ssaħħaħ l-effettività tal-koperazzjoni, tevita l-irduppjar tax-xogħol u tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Komunità fil-kategoriji kollha, l-użu ta' l-aħħar sistemi ta' mmaniġġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati ma' l-immaniġġjar tajjeb tal-baġit.