ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

Ħarġa Speċjali ( *1 )

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 49
12 ta' Lulju 2006


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fil-Belarus u r-Russja

1

 


 

(*1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi ufficjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 191

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

12.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1050/2006

tal-11 ta’ Lulju 2006

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fil-Belarus u r-Russja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3068/92 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjonijiet tal-potassium chloride (“potassa” jew “il-prodott konċernat”) li joriġina, inter alia, fil-Belarus u r-Russja (“il-pajjiżi konċernati”).

(2)

Wara reviżjoni dwar l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) u reviżjoni sadattant skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni ta' qabel”) il-Kunsill, permezz tar-Regolament Nru 969/2000 (3), iddeċieda li l-miżuri msemmija hawn fuq għandhom jinżammu u emenda l-forma tal-miżuri. Il-miżuri kienu imposti fil-forma ta’ ammont fiss f’euro għal kull tunnellata għad-diversi kategorji u gradi ta' potassa.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 992/2004 (4), il-Kunsill provda għall-eżenzjoni mid-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet fl-Istati Membri l-ġodda li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 (“l-EU-10”) magħmula taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-offerti speċjali ta’ l-impriża (“impriżi tat-tkabbir”), u awtorizza lill-Kummissjoni biex taċċetta dawk l-impriżi tat-tkabbir. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1002/2004 (5), aċċettat impriżi tat-tkabbir mingħand (i) produttur esportatur fil-Belarus flimkien mal-kumpaniji li jinsabu fl-Awstrija, il-Litwanja u r-Russja, (ii) mingħand produttur esportatur fir-Russja flimkien ma’ kumpaniji li jinsabu fir-Russja u fl-Awstrija, u (iii) mingħand produttur esportatur fir-Russja flimkien ma’ kumpanija li kienet tinsab fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni f'Ċipru.

(4)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 858/2005 (6), il-Kummissjoni aċċettat impriżi ġodda mingħand il-produtturi esportaturi msemmija hawn fuq sat-13 ta’ April 2006.

(5)

Wara żewġ investigazzjonijiet separati dwar reviżjoni parzjali sadattant skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, mitluba mill-produtturi esportaturi Russi JSC Silvinit u JSC Uralkali, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) 1891/2005 (7), emenda r-Regolament (KEE) Nru 3068/92 billi bidel l-ammonti ta’ dazji fissi b’ dazji individwali fuq il-valuri għat-tipi kollha ta’ potassa iffabbrikati minn dawn il-kumpaniji Russi. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/802/KE (8), ġew aċċettati impriżi miż-żewġ kumpaniji applikanti.

(6)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ (9), il-miżuri fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Ukraina skadew fit-12 ta' Mejju 2005 peress li ma saret l-ebda talba għal reviżjoni ta' l-iskadenza.

2.   Talbiet għal reviżjoni

2.1.   Talba għal reviżjoni ta’ l-iskadenza

(7)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż dwar skadenza imminenti imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni rċeviet talba biex tirrevedi dawn il-miżuri fir-rigward tar-Russja u l-Belarus skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(8)

It-talba saret fl-10 ta’ Frar 2005 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Potassa (“l-applikant”) f’isem il-produtturi, li s-sehem kollettiv tagħhom ilaħħaq għal madwar 99 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-potassa, jiġifieri proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali tal-Komunità.

(9)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal biex jibqa’ jsir jew jerġa’ jsir l-iddampjar u d-dannu lill-industrija tal-Komunità. Tabilħaqq, l-applikant allega li l-potassa mill-pajjiżi konċernati għadha qed tinbiegħ bi prezzijiet iddampjati fil-Komunità. L-applikant stqarr ukoll li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Belarus u r-Russja żdiedu u l-volumi u l-prezzijiet tal-prodott importat baqa' jkollhom impatt negattiv fuq il-prezz li nżamm fis-suq, il-kwantitajiet mibjugħa u l-livell ta' prezzijiet iċċarġjati mill-industrija Komunitarja, wasslu għal effetti negattivi sostanzjali fuq il-ħidma globali u l-qagħda finanzjarja ta' l-industrija tal-Komunità. Fl-aħħarnett, l-applikant allega dwar il-probabbiltà li jkun hemm aktar iddampjar offensiv u ta provi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu l-qagħda fraġli ta’ l-industrija tal-Komunità tmur aktar għall-agħar.

(10)

Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat li Jagħti Pariri, li kien hemm biżżejjed provi biex tinbeda reviżjoni ta’ l-iskadenza, il-Kummissjoni nidiet investigazzjoni permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ inizjazzjoni (10) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

2.2.   Talba għal reviżjoni parzjali fl-intervall

(11)

Intalbet reviżjoni parzjali sadattant limitata għall-iddampjar mill-produttur esportatur waħdieni fil-Belarus, Republican Unitary Enterprise Production Amalgamation Belaruskali (“Belaruskali”).

(12)

Belaruskali ta’ provi li, safejn hu kkonċernat, iċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom ġew stabbiliti miżuri nbidlu u dawn il-bidliet huma ta' natura dejjiema.

(13)

Belaruskali wera li paragun bejn il-valur normali f’terza pajjiż b’ekonomija tas-suq adattata u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tiegħu lejn l-UE fuq perjodu estiż iwassal għal tnaqqis fl-iddampjar sew taħt il-livell tal-miżuri preżenti. Għalhekk, l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li hi bbażata fuq l-iddampjar stabbilit qabel, ma tkunx meħtieġa aktar biex tpatti għall-iddampjar.

(14)

Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat li Jagħti Pariri, li kien hemm biżżejjed provi biex tinbeda sadattant din ir-reviżjoni parzjali, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż ta' inizjazzjoni (11) skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

3.   L-investigazzjoni

3.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(15)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà li d-dampjar jibqa’ jsir jew jerġa’ jsir għar-reviżjoni ta’ l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku li jikkonċerna l-Belarus u r-Russja kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2004 (il-“PI” jew “il-perjodu investigattiv”). L-eżaminar ta’ xejriet relevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà li tibqa' ssir jew terġa' ssir ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2001 sa l-aħħar tal-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

(16)

Il-perjodu investigattiv għar-reviżjoni parzjali sadattant skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku li jikkonċerna ‘l Belarus huwa l-istess bħal dak tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza.

3.2.   Partijiet interessati mill-investigazzjoni

(17)

Il-Kummissjoni tat parir uffiċjali lill-produtturi tal-Komunità, lill-esportaturi u u lill-produtturi fil-pajjiżi li jesportaw u lill-importaturi/lil min juża’ l-prodott kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom magħrufa li huma interessati u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw dwar it-tibdija taż-żewġ reviżjonijiet. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li taw tagħrif dwarhom infushom fiż-żmien stipulat iffissat fl-avviżi dwar l-inizjazzjoni. Barra minn hekk, il-produtturi magħrufa fil-Kanada, li ntgħażlet bħala l-pajjiż analogu potenzjali, kienu kkuntattjati u rċevew kwestjonarji. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet direttament konċernati l-opportunità biex jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu li jinstemgħu.

(18)

It-tliet produtturi tal-Komunità wieġbu l-kwestjonarju. Erbatax-il importatur li ma jiġux min xulxin u/jew min juża' l-prodott ukoll taw tweġibiet sħaħ għal kwestjonarju u esprimew il-fehmiet tagħhom bil-miktub.

(19)

Tweġibiet għall-kwestjonarju ġew mingħand tliet produtturi li jesportaw fil-pajjiżi konċernati, kif ukoll mingħand ħames importaturi fil-Komunità u mingħand kummerċjant wieħed li jespora fir-Russja li kienu jiġu mill-produtturi esportaturi.

(20)

Produttur wieħed fil-pajjiż analogu wieġeb bi sħiħ il-kwestjonarju u produttur ieħor fil-pajjiż analogu ta informazzjoni dettaljata li tikkonċerna l-prezz tal-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili.

3.3.   Partijiet Interessati u żjajjar ta’ verifikazzjoni

(21)

Il-Kummissjoni stħarrġet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tiddetermina jekk hemmx jew m'hemmx probabbiltà li l-iddampjar jibqa' jsir jew jerġa' jsir u jekk l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri hiex fl-interess tal-Komunità jew le. Il-Kummissjoni stħarrġet ukoll u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja biex tiddetermina l-livell ta’ ddampjar għall-produttur esportatur waħdieni fil-Belarus. Saru investigazzjonijiet fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Komunità

Cleveland Potash Limited, Saltburn, United Kingdom,

Iberpotash, S.A., Suria (Barcelona), Spain,

K+S Kali GmbH, Kassel, Germany;

(b)

Produtturi esportaturi fir-Russja

JSC Silvinit (“Silvinit”), Solikamsk, Perm Region, Russia,

JSC Uralkali (“Uralkali”), Berezniki, Perm Region, Russia;

(ċ)

Esportatur relatat ma' JSC Silvinit u ma' Belaruskali

International Potash Company (“IPC”), Moscow, Russia;

(d)

Importatur relatat ma' JSC Silvinit u minn Belaruskali

Belurs GmbH (“Belurs”), Vienna, Austria;

(e)

Produtturi fil-pajjiż analogu

Agrium, Inc. (“Agrium”), Calgary, Alberta, Canada,

PCS Potash Corp, Inc (“PCS”). Saskatoon, Saskatchewan, Canada;

(f)

Importaturi mhux relatati fil-Komunità

AUREPIO SP, Warsaw, Poland;

(g)

Utenti mhux relatati fil-Komunità

Zaklady Chemiczne “Police” SA, Police, Poland,

Fosfan S.A., Szczecin, Poland,

Tessenderlo Chemie NV/SA, Brussels, Belgium,

Yara SA, Brussels, Belgium.

B.   PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott konċernat

(22)

Il-prodott konċernat hu l-istess bħal fl-investigazzjoni ta’ qabel, jiġifieri potassium chloride (“potassa”). Ġeneralment jintuża’ bħala fertilizzant agrikolu, direttament, imħallat ma’ fertilizzanti oħra jew wara trasformazzjoni f’fertilizzant kumpless magħruf bħala NPK (nitroġenu, fosfru, potassa). Il-kontenut ta’ potassium jvarja u hu mfisser bħala persentaġġ tal-piż ta' l-ossidu tal-potassium (K2O) fuq il-prodott xott mingħajr ilma.

(23)

Il-potassa hi ġeneralment mibjugħa jew f’forma standard/ta’trab (potassa standard) jew f’xi forma “oħra barra dik standard” li tinkludi iżda mhux limitata biss għal forma mrammla (potassa mrammla). Il-prodott hu kklassifikat fi tliet kategoriji bażiċi, ibbażat fuq il-kontenut K2O, l-aktar:

il-kontenut ta’ potassium li ma jeċċedix 40 % – li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3104 20 10 ,

kontenut tal-potassium li jeċċedi 40 % K2O iżda inqas minn jew ugwali għal 62 % – li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 ,

kontenut tal-potassium ‘l fuq minn 62 % K2O – li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3104 20 90

u ċerti taħlitiet jew tħawwid speċjali b’kontenut għoli ta’ potassa, l-aktar:

kontenut tal-potassa ugwali għal jew li jeċċedi 35 % K2O iżda li ma jeċċedix 40 % – li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3105 20 10 , ex 3105 20 90 , ex 3105 60 90 , ex 3105 90 91 u ex 3105 90 99 ,

kontenut tal-potassium li jeċċedi 40 % K2O iżda li ma jeċċedix 62 % – li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3105 20 10 , ex 3105 20 90 , ex 3105 60 90 , ex 3105 90 91 u ex 3105 90 99 .

Bħal fl-investigazzjonijiet ta’ qabel, ġie stabbilit li t-tipi differenti u l-kwalitajiet ta’ potassa kollha għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u essenzjalment l-istess użu bażiku. Għalhekk, għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed.

2.   Prodott Simili

(24)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-prodott konċernat u l-potassa magħmula u mibjugħa mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, kif ukoll il-potassa magħmula u mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati u dik magħmula u mibjugħa mill-produtturi Kanadiżi fis-suq Kanadiż għandhom l-istess kwalitajiet bażiċi fiżiċi u kimiċi u l-istess użu. Huma għalhekk meqjusa bħala prodott simili fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(25)

Esportatur wieħed fir-Russja talab li tiġi eskluża potassa standard b'kontenut ta' K2O ogħla minn 62 %, li, hu stqarr, tintuża' biss f'applikazzjonijiet farmaċewtiċi, għandha prezzijiet differenti u titwassal ippakkjata (kuntrarjament għal twassil f'massa ta’ potassa użata bħal fertilizzant). Iżda, kif spjegat hawn fuq, il-prodott konċernat għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u kompożizzjoni kimika bażika bħall-potassa ta' gradi oħra. Rigward id-differenzi allegati fil-prezzijiet, l-investigazzjoni uriet li dan il-prodott hu spiss mibjugħ bi prezzijiet li jipparagunaw mal-potassa b’kontenut ta’ K2O ta’ 60 % – 62 %. Barra minn hekk, la l-fatt li għandha kontenut ta’ K2O kemxejn ogħla u lanqas il-mod kif tiġi ppakkjata ma jżommha milli tintuża’ bħala fertilizzant. Għalhekk, it-talba kellha tiġi miċħuda.

Ċ.   ID-DUMPING

1.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni

1.1.   Belarus

1.1.1.   Pajjiż Analogu

(26)

Peress li l-Belarus hu meqjus bħala pajjiż mingħajr ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni kellha tiddetermina l-valur normali f’dan il-każ abbażi ta’ dejta miksuba mingħand produtturi f’terza pajjiż b’ekonomija tas-suq, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni, il-Kanada kienet maħsuba bħala pajjiż analogu adattat. Il-Kanada kienet ukoll il-pajjiż analogu li ntuża’ fl-investigazzjonijiet kollha ta’ qabel f’din il-proċedura.

(27)

Il-partijiet kollha interessati ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw dwar l-għażla tal-pajjiż analogu.

(28)

L-awtoritajiet tal-Belarus sostnew li r-Russja tkun pajjiż analogu aktar adattat mill-Kanada minħabba li, wara l-investigazzjoni ta' qabel, ir-Russja kienet rikonuxxuta bħala pajjiż b'ekonomija tas-suq mill-Komunità. Barra minn hekk, kien allegat li s-suq domestiku Kanadiż mhux aktar kompetittiv minn dak Russu. Fl-aħħarnett, huma allegaw li wieħed mill-produtturi l-kbar Kanadiżi, permezz ta’ terza kumpanija, huwa relatat ma' xi produtturi fil-Komunità u, għalhekk, ma jkunx jixraq li jiġi kkalkulat il-valur normali għal Belarus abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-kumpaniji Kanadiżi.

(29)

Barra minn hekk l-awtoritajiet tal-Belarus issuġġerew li r-Russja għandha tintgħażel bħala l-pajjiż analogu minħabba li (i) il-produtturi tal-potassa tal-Belarus u dawk Russi kienu jiffurmaw parti minn industrija waħda fil-perjodu ta’ l-USSR, (ii) l-industrija tal-potassa Russa għandha livell ta’ żvilupp li jipparaguna l-aktar ma’ dak tal-Belarus, u (iii) il-volum tal-produzzjoni fir-Russja hu aktar paragunabbli mal-Belarus milli mal-Kanada. Barra minn hekk, ir-Russja tkun għażla aktar adattata bħala pajjiż analogu minħabba l-aċċess għall-materjal mhux maħdum u l-pagi tal-ħaddiema fir-Russja huma paragunabbli ma’ dawn il-kundizzjonijiet fil-Belarus. Fl-aħħarnett, intqal li r-Russja għandha tintgħażel minħabba li l-produtturi esportaturi Russi qed jieħdu sehem fir-reviżjoni dwar l-iskadenza u r-riskju ta’ nuqqas ta’ ko-operazzjoni mill-kumpaniji Russi hu negliġibbli.

(30)

Belaruskali allega li l-komparabbiltà bejn l-aċċess għall-materjal mhux maħdum u l-proċess ta’ produzzjoni fil-Kanada u l-Belarus ma kinetx imsaħħa biżżejjed. Barra minn hekk, hu allega li l-fatt li l-Kanada hi l-akbar produttur ta’ potassa m’għandu l-ebda rilevanza direttaf fuq l-għażla tal-pajjiż analogu u li l-għażla tar-Russja għal dan il-għan tkun aktar adattata.

(31)

L-industrija Komunitarja sostniet li l-minjieri tal-Belarus u dawk Kanadiżi huma paragunabbli fir-rigward ta’ l-istruttura finanzjarja u l-effiċjenza finanzjarja u li l-aċċess għall-materjal mhux maħdum hu ħafna drabi l-istess fiż-żewġ pajjiżi. Barra minn hekk, stqarret li l-prezzijiet tal-potassa fil-Kanada huma maħkuma minn forzi normali tas-suq u mhumiex imxekkla minn iżolament fis-suq jew minn xi fatturi oħra. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja allegat li hemm indikazzjonijiet ċari li fatturi ta’ l-ispejjeż fir-Russja ma jirrappreżentawx sew il-qagħda finanzjarja vera u jridu jiġu aġġustati xorta waħda. Fl-aħħarnett, instqarr li hemm relazzjoni mill-qrib bejn talanqas wieħed mill-produtturi tal-potassa Russi u l-produttur tal-Belarus permezz ta’ kumpanija konġunta li tbiegħ u, għalhekk, din il-kumpanija jkollha interess turi valur normali baxx fis-suq Russu.

(32)

Fir-rigward tat-talbiet magħmul rigward kemm hi adattata li l-Kanada tintuża’ bħala pajjiż analogu, ta’ min jiftakar li l-valuri normali għal Belarus ġew stabbiliti billi l-Kanada ntużat bħala pajjiż analogu adattat fl-investigazzjonijiet ta’ qabel fl-istess proċedura u m’hemm l-ebda evidenza li tindika li din l-għażla mhix se tibqa’ adattata aktar. Barra minn hekk, ta’ min jiftakar li l-Kanada hi l-produttur ewlieni u l-esportatur ewlieni tal-potassa mad-dinja kollha, qabel il-Belarus u r-Russja. Fir-rigward tal-kompetizzjoni fis-suq Kanadiż u s-suq Russu, instab li kemm fir-rigward tal-produzzjoni kif ukoll fin-numru ta' operaturi s-suq Kanadiż hu talanqas kompetittiv daqs is-suq Russu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li ma hemm l-ebda dazji jew limitazzjonijiet oħra fuq l-importazzjonijiet tal-potassa fil-Kanada. Fir-rigward tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni u l-aċċess għall-materjal mhux maħdum, ta’ min jiftakar li l-investigazzjonijiet ta’ qabel diġà stabbilixxew li l-proċess ta’ fabbrikazzjoni u l-aċċess għall-materjal mhux maħdum huma, fil-parti l-kbira, l-istess fil-Kanada u l-Belarus u ma tressqet l-ebda prova biex turi li din setgħet tinbidel.

(33)

Fir-rigward ta’ kemm hu adattat li r-Russja tintuża’ bħala l-pajjiż analogu, ġie konkluż li ma ġew preżentati l-ebda raġunijiet validi mill-partijiet għaliex għandha tintuża' l-informazzjoni miksuba mis-suq Russu minflok dik mis-suq Kanadiż bħala bażi aħjar biex jiġi stabbilit il-valur normali tal-potassa fil-Belarus. F’dan ir-rigward, ta’ min jiftakar li ċertu elementi ta’ spejjeż fir-Russja ma kinux riflessi sew fil-prezz tal-produzzjoni tal-produtturi Russi u li dawn l-elementi ta’ spejjeż kellhom jiġu aġġustati f’ammonti sinifikanti kif imfisser fil-premessa (54). Iżda, ġie meqjus li r-relazzjoni bejn produttur wieħed Russu u produttur tal-Belarus mhux neċessarjament ipprekludiet li r-Russja setgħet tintgħażel bħala l-pajjiż analogu. L-istqarrija li l-kumpanija Russu jkollha interess biex turi valur normali baxx tinjora l-fatt li dejta użata, inter alia, f’pajjiżi analogi hi suġġetta għal skrutinju strett qabel ma tista’ tintuża’.

(34)

L-istituzzjonijiet qiesu l-allegazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet tal-Belarus li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn talanqas produttur wieħed fil-pajjiż analogu u l-produtturi tal-Komunità. Konsegwentement, ġie eżaminat jekk dik ir-relazzjoni kinetx teżisti bejn il-kumpaniji li taw l-informazzjoni fil-Kanada u l-produtturi tal-Komunità. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni uriet li produttur wieħed Kanadiż li ta l-informazzjoni meħtieġa kien jiġi indirettament minn xi produtturi fil-Komunità. L-informazzjoni mogħtija minn din il-kumpanija ġiet ivverifikata fil-bini tal-kumpanija u nstab li kienet preċiża u affidabbli u li għalhekk kienet bażi soda biex jiġi stabbilit valur normali. Ġie konkluż li r-relazzjoni bejn kumpanija waħda fil-pajjiż analogu ma’ xi wħud mill-produtturi tal-Komunità ma kinetx tipprekludi li l-Kanada tintgħażel bħala l-pajjiż analogu. Barra minn hekk, ġie meqjus li l-fatt li l-produtturi tal-Belarus u dawk Russi kienu parti minn industrija waħda waqt il-perjodu tal-USSR m’għamilx lir-Russja pajjiż analogu aktar adattat mill-Kanada peress li ma ġiex ippruvat kif dan il-fatt seta’ jikkontribwixxi biex ir-Russja tkun pajjiż analogu aktar adattat. Fir-rigward tal-volum tal-produzzjoni fil-Kanada ta' min jiftakar li l-Kanada hi l-akbar produttur tal-potassa mad-dinja kollha li tbiegħ potassa f'kwantitajiet sostanzjali kemm domestikament kif ukoll għall-esportazzjoni. Il-produtturi Kanadizi individwali, iżda, ma jaqblux bejniethom fir-rigward tal-produzzjoni u l-kwantitajiet ta’ bejgħ. Dan jikkontribwixxi għall-fatt li l-informazzjoni disponibbli li tikkonċerna s-suq Kanadiż hi bilanċjata u mhix preġudikata. Ta’ min jiftakar ukoll li d-daqs tas-suq mhux deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż analogu u li abbażi ta' l-ekonomiji ta' l-iskala l-akbar suq jista' jikkontribwixxi biss għall-benefiċċju tal-produttur tal-Belarus. Għalhekk anki din it-talba ġiet miċħuda fl-aħħar, għaliex peress li t-talba li tikkonċerna l-livell ta' żvilupp ma kinetx imsaħħa hi wkoll kellha tiġi miċħuda.

(35)

Għalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li l-Kanada għandha tintuża’ bħala pajjiż analogu adattat.

(36)

B’konsegwenza ta’ dan, il-kalkolazzjonijiet kienu bbażati fuq l-informazzjoni vverifikata miż-żewġ produtturi Kanadiżi.

1.1.2.   Valur normali

(37)

Il-bejgħ domestiku tal-produttur Kanadiż (li wieġeb bi sħiħ il-kwestjonarju) tal-prodott simili instab li kien rappreżentattiv għaliex irrappreżenta presentaġġ maġġuri meta mqabbel mal-prodott konċernat esportat lejn il-Komunità mill-produttur esportatur fil-Belarus.

(38)

Sar eżami wkoll dwar jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ b’mod domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies li sar fil-proċess normali tal-kummerċ, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti tat-tip ta' prodott imsemmi. F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz nett ugwali għal jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni kkalkulat, u fejn il-prezz medju kkunsidrat ta' dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku proprja, ikkalkulat bħala l-medja kkunsidrata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip magħmul waqt il-PI, minkejja jekk dan il-bejgħ ħalliex profitt jew le. Instab li dan kien il-każ għal tip ta’ prodott wieħed ta’ Agrium li nbiegħ fis-suq Kanadiż u ġie esportat lejn il-Komunità minn Belaruskali.

(39)

Għal tliet tipi ta’ prodotti li ma nbigħux fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, il-valur normali msawwar intuża’ skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali ssawwar billi ġew magħdud ma' l-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni tat-tipi esportati persentaġġ raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u ammont ta' profitt raġonevoli. F’dan ir-rigward u skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u għall-qligħ kienu bbażati fuq dejta proprja marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, waqt il-proċess normali tal-kummerċ, tal-prodott simili fis-suq domestiku. L-informazzjoni li tirrigwarda l-prezz tal-produzzjoni kienet ibbażata fuq it-tweġibiet li ġew milqugħa mingħand iż-żewġ produtturi Kanadiżi li kkooperaw.

1.1.3.   Il-prezz ta' l-esportazzjoni

(40)

Minħabba li l-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet ta’ l-esportatur li kkoopera irrappreżenta t-totalità ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat li joriġina fil-Belarus waqt il-PI, il-prezz ta' l-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-produttur esportatur li kkoopera fil-Belarus. Instab li l-bejgħ tal-potassa ta’ Belaruskali lejn il-Komunità matul il-perjodu investigattiv sar 1) direttament lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, 2) permezz ta’ importaturi li jiġu minn xulxin fil-Komunità jew 3) permezz ta’ negozjant relatat li kien jinstab fir-Russja (IPC). In-negozjant relatat fir-Russja biegħ il-prodott jew lill-klijenti li ma jiġux minn xulxin fil-Komunità jew lill-importaturi li jiġu minn xulxin fil-Komunità.

(41)

Fir-rigward tal-bejgħ magħmul direttament lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet imħallsa jew fil-verità jew li jridu jitħallsu lil Belaruskali jew lill-IPC minn dawn il-klijenti ttieħdu bħala l-bażi biex jiġi kkalkulat il-prezz ta’ l-esportazzjoni.

(42)

Fir-rigward tal-bejgħ minn Belaruskali jew minn IPC lill-importaturi li jiġu minn xulxin fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ssawwar abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kienu ġew l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li nteħlu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid minn dawk l-importaturi, inkluż l-SG&A u d-dazji u billi qisu ammont ta’ qligħ raġonevoli. Ammont ta’ profitt ta’ 7,9 % tqis li hu raġonevoli għal dan it-tip ta’ suq u nstab ukoll li jaqbel mal-profitt ta’ importaturi mhux relatati.

1.1.4.   Paragun

(43)

Bil-għan li jiġi assigurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, ingħata lok sew f’forma ta’ aġġustamenti għal differenzi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti fejn kien jixraq fir-rigward tat-trasport (inkluż spejjeż marbuta mat-tqandil), spejjeż tal-ġarr tal-merkanzija fl-oċean u spejjeż ta’ l-assikurazzjoni, spejjeż ta’ l-ippakkjar u tal-kreditu. L-aġġustamenti fil-prezz ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-ġarr tal-merkanzija fuq l-art fil-pajjiż li jesporta u l-ispejjeż tal-kreditu saru abbażi ta' l-ispejjeż stabbiliti fil-pajjiż analogu. Għall-bejgħ ta’ l-esportazzjoni magħmul permezz ta’ negozjant relatat fir-Russja, sar aġġustament ukoll fil-prezz ta’ l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-aġġustament skond dan l-Artikolu sar fuq il-livell ta' 3 % peress li dan il-livell tqis raġonevoli biex jirrifletti l-ħlas mogħti lill-aġenti indipendenti involuti fil-kummerċ tal-prodott konċernat.

1.1.5.   Marġni ta’ Dumping

(44)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit abbażi ta’ paragun bejn il-medja tal-valur normali kkunsidrat u l-medja tal-prezz ta’ l-esportazzjoni kkunsidrat għal kull tip ta’ prodott. Paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni ta’ Belaruskali wera marġni ta’ dumping ta’ 27,5 % matul il-PI.

(45)

Il-paragun tad-dejta li tikkonċerna esportazzjonijiet lejn il-Komunità mogħtija minn Belaruskali u l-volum totali ta' importazzjonijiet kif mnissla mill-istatistiċi dwar l-importazzjoni tal-Eurostat indika li l-livell ta' kooperazzjoni kien għoli, għaliex kif imsemmi hawn fuq, l-esportazzjonijiet ta' Belaruskali rrappreżentaw it-totalit ta' l-importazzjonijiet kollha tal-Komunità minn Belarus matul il-PI.

1.2.   Ir-Russja

1.2.1.   Valur normali

(46)

Ġie stabbilit l-ewwel għal kull wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw jekk il-bejgħ domestiku tiegħu tal-prodott simili kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ dak il-bejgħ kienx jirrappreżenta talanqas 5 % tal-volum tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni totali tiegħu lejn il-Komunità, skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Instab li dan kien il-każ għaż-żewġ produtturi esportaturi.

(47)

Sussegwentement, billi ġew definiti t-tipi ta’ prodotti skond il-kodiċi TARIC li taħthom huwa klassifikat il-prodott (jiġifieri permezz ta' grad standard jew grad ieħor barra dak standard, inkluż imrammel) u permezz ta' l-ippakkjar jew il-forma li fiha jintbagħat bil-baħar (jiġifieri f'massa, f'basktijiet jew f'kontenituri), saret analiżi dwar jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' prodott kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott partikolari tqis li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta' dak it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali ta’ tip ta’ prodott paragunabbli esportat lejn il-Komunità. Dan kien il-każ għal 3 minn 4 tipi ta’ prodotti esportati lejn il-Komunità minn Uralkali u għal 2 minn 3 tipi ta’ prodotti esportati lejn il-Komunità minn Silvinit.

(48)

Sar eżami wkoll dwar jekk il-bejgħ domestiku ta’ kull tip ta’ prodott, mibjugħ b’mod domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, setax jitqies bħala li sar fil-proċess normali tal-kummerċ, billi ġie stabbilit l-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lill-klijenti indipendenti tat-tip ta' prodott imsemmi. F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett ugwali għal jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni aġġustat, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-medja tal-prezz ikkunsidrat ta’ dak it-tip kien ugwali għal jew aktar mill-prezz tal-produzzjoni aġġustat, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku proprja, ikkalkulat bħala l-medja kkunsidrata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip matul waqt il-PI, minkejja jekk dan il-bejgħ ħalliex qligħ jew le. Instab li dan kien il-każ għal dawk it-tipi kollha ta’ prodotti ta’ Silvinit u Uralkali li t-tnejn inbiegħu b’mod domestiku u ġew esportati lejn il-Komunità.

(49)

Kull fejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali minħabba li kinux inbiegħu fis-suq domestiku fi kwantitajiet rappreżentattivi, kellu jiġi applikat metodu ieħor. Fin-nuqqas ta’ kull metodu raġonevoli ieħor, il-valur normali msawwar intuża’.

(50)

Fil-każijiet kollha fejn intuża’ l-valur normali msawwar u skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ssawwar billi ġie miżjud ma’ l-ispejjeż tal-fabbrikazzjoni tat-tipi esportati, persentaġġ raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amminstrattivi (SG&A) u ammont ta’ profitt raġonevoli. F’dan ir-rigward u skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitti kienu bbażati fuq informazzjoni proprja marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fil-proċess normali tal-kummerċ, tal-prodott simili fis-suq domestiku.

(51)

Fir-rigward ta' l-ispejjeż marbuta ma' l-enerġija, bħal dawl u gass użati fit-tħaffir fil-minjieri u l-proċessi ta' produzzjoni tal-prodott konċernat, l-investigazzjoni stabbilixxiet li dawn l-ispejjeż jiffurmaw proporzjon sinifikanti ta’ l-ispejjeż totali tal-fabbrikazzjoni tal-produtturi tal-potassa, mhux biss fir-Russja iżda f’pajjiżi produtturi oħra wkoll. Deher xieraq fil-każ preżenti biex jiġu mqabbla wkoll l-ispejjeż tal-produzzjoni għax-xiri ta' l-enerġija tal-produtturi Russi ma’ dawk ta' produtturi oħra maġġuri tal-potassa b'metodi ta' produzzjoni simili, livelli ta' kemm jipproduċu u vantaġġi naturali simili sabiex jiġi determinat jekk il-prezzijiet imħallsa kinux baxxi b’mod mhux normali u jirriflettux l-ispejjeż normali. Peress li m’hemmx aktar produtturi tal-potassa fir-Russja, din l-informazzjoni ġiet imfittxa u nkisbet mingħand żewġ produtturi Kanadiżi.

(52)

Id-dejta mogħtija turi li r-rekwiżiti ta’ l-enerġija taż-żewġ produtturi Kanadiżi kienu simili għal dawk tal-produtturi Russi u li d-dawl u l-gass mixtri minn dawn il-kumpaniji nkiseb minn sors ta’ saħħa idro-elettrika domestika u minn sorsi ta’ gass maġġuri, bħalma huma d-dawl u l-gass użat mill-kumpaniji Russi. Il-paragun wera li l-prezz tal-produzzjoni għad-dawl imħallas mill-produtturi Kanadiżi kien simili għal dak imħallas mill-produtturi Russi.

(53)

Fir-rigward tal-provvista tal-gass, ġie stabbilit abbażi ta' l-informazzjoni misjuba fir-rapport annwali ppubblikat għall-2004 tal-fornitur tal-gass Russu OAO Gazprom (li d-distributur reġjonali tiegħu kien il-fornitur tal-produtturi esportaturi msemmija) li l-prezz domestiku tal-gass imħallas miż-żewġ produtturi Russi kien madwar wieħed minn kull ħamsa tal-prezz ta' l-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja. L-istess rapport jgħid li ‘OAO Gazprom flimkien mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa jagħmlu ħafna xogħol biex itejb il-prezzijiet regolati tal-bejgħ bl-imnut tal-gass.' Skond l-analiżi ppreżentata fir-rapport imsemmi, hemm ‘riskju ta’ prezzijiet baxxi għall-gass naturali mibjugħ fis-suq domestiku’ u ‘l-Grupp Gazprom hu meħtieġ jissupplixxi gass naturali lill-konsumaturi Russi bi prezzijiet regolati mis-Servizz tat-Tariffi Federali. Fil-preżent, dawn il-prezzijiet huma konsiderevolment ibaxx mill-prezzijiet internazzjonali għall-gass naturali.' Barra minn hekk, kif instab fl-investigazzjoni dwar ir-reviżjoni ta’ qabel mitmuma f'Novembru ta' l-2005 permezz ta' Regolament (KE) Nru 1891/2005, ir-rapport annwali ta’ l-2003 stqarr li ‘OAO Gazprom m’għamel l-ebda profitt fis-suq domestiku'. F’dan ir-rigward, peress li l-prezzijiet tal-gass imħallsa mill-kumpaniji ma żdiedx, m’hemm l-ebda indikazzjoni li l-qagħda setgħet inbidlet fil-PI. Għalhekk, id-dejta kollha disponibbli tissuġġerixxi bi sħiħ li l-prezzijiet tal-gass iċċarġjati lill-klijenti domestiċi saru bi prezzijiet regolati 'l bogħod mil-livelli ta' rkuprar tal-prezz. Barra minn hekk, l-investigazzjoni uriet li l-prezz tal-gass imħallas miż-żewġ produtturi Russi kien sinifikament ibaxx mill-prezz tal-gass imħallas miż-żewġ produtturi Kanadiżi.

(54)

Fl-ambitu ta' dan t'hawn fuq, kien għalhekk meqjus li l-prezzijiet iċċarġjati mill-fornitur tal-gass Russu reġjonali lill-produtturi tal-potassa Russi fil-perjodu investigattiv ma setgħux jirriflettu sew l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni tal-gass meta mqabbla mal-prezz ta' l-esportazzjoni tal-gass mir-Russja u l-prezz tal-fornitur tal-gass Kanadiż lill-ażjendi industrijali maġġuri fil-Kanada. Għalhekk, bi qbil ma’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, sar aġġustament fil-prezz tal-produzzjoni għal waħda mill-kumpaniji Russi. Fin-nuqqas ta’ kull bażi oħra raġonevoli, dak l-aġġustament skond informazzjoni li tikkonċerna l-prezz tal-gass għall-esportazzjoni, in-nett ta' l-ispejjeż tal-ġarr, it-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa. Dan l-aġġustament sar skond il-metodoloġija użata fl-investigazzjoni ta’ l-iskadenza ta’ qabel mitmuma f’Novembru ta’ l-2005 permezz tar-Regolament (KE) Nru 1891/2005.

(55)

Fir-rigward ukoll ta' l-aġġustament li jikkonċerna l-prezzijiet tal-gass naturali, l-awtoritajiet Russi qalu li vantaġġi komparattivi jew kompetittivi jridu jitqiesu sew fil-proċeduri ta’ anti-dumping. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Russi allegaw li l-metodoloġija użata biex ikun magħruf il-profitt waqt li jkun qed jissawwar il-valur normali hi illegali u mhux aċċettabbli. Għal dan il-għan, ta’ min jiftakar li l-ebda aġġustament ma sar li jikkonċerna xi vantaġġi komparattivi jew kompetittivi referuti. Iżda, sar aġġustament li jikkonċerna l-ispejjeż tal-gass marbuta mal-produzzjoni tal-potassiumpotassium chloride skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku kif spjegat fil-premessi (51) sa (54) t’hawn fuq għaliex dawn l-ispejjeż ma kinux riflessi sew fir-reġistri tal-partijiet konċernati. Fir-rigward tat-tiswir tal-valur normali, dan sar skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku kif imfisser fil-premessa (50) hawn fuq. Konsegwentement, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(56)

Fejn jidħlu l-ispejjeż tal-produzzjoni, ġie mistqarr mill-industrija Komunitarja li waqgħa fil-prezz ibbażata konvenzjonalment fuq l-valur ta' l-akkwist (storiku) ta’ l-assi kapitali ma tkunx, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, tirrifletti sew l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni tal-prodott konċernat. Ġie mistqarr, għalhekk, li kien meħtieġ aġġustament ‘l fuq fl-ispejjeż tal-produtturi Russi.

(57)

F'dan ir-rigward, iż-żjajjar ta’ verifika fuq il-post lill-produtturi Russi urew li l-valur oriġinali ta’ l-assi tagħhom kien determinat abbażi tal-valutazzjonijiet li saru waqt il-proċess ta’ privatizzazzjoni li sar fl-1993. Dawn il-valuri ta’ l-assi kienu reveduti sussegwentement bejn l-1993 u l-1997 bħala riżultat ta' l-applikazzjoni tal-“koeffiċjenti ta’ rivalutazzjoni” maħruġa mill-Gvern Russu biex jittratta l-inflazzjoni għolja ħafna. Fl-aħħar ta’ l-1997, wara Digriet mill-Gvern Russu, saru valutazzjonijiet indipendenti ta’ l-assi minn evalwaturi indipendenti. Kienu adottati tliet kriterji bażiċi biex jiġu stabbiliti l-valuri ta’ dawn l-assi, wieħed minnhom kien il-valur ta’ rimpjazzament ta’ l-ass. Ir-riżultat ta’ dawn l-evalwazzjonijiet indipendenti huwa rifless fil-Karta tal-Bilanċ tal-bidu tal-kumpaniji fl-1998.

(58)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kull evidenza sostantiva li turi li l-waqgħa fil-prezz ma kinetx riflessa sew fl-accounts tal-produtturi esportaturi, mhux meqjus ġustifikat bħalissa biex isir xi aġġustament fl-ispejjeż tal-waqgħa fil-prezz fid-dejta dwar il-prezz tal-produzzjoni użati biex jiġi stabbilit il-valur normali tal-kumpaniji.

1.2.2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(59)

Fir-rigward ta’ Silvinit, instab li l-bejgħ tal-potassa li għamlet il-kumpanija lill-Komunità waqt il-perjodu investigattiv sar 1) direttament lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, 2) permezz ta' importaturi relatati fil-Komunità jew 3) permezz ta' kummerċjant mhux relatat li jinsab fl-Iżvizzera. Fil-każ ta’ Uralkali l-bejgħ kollu tal-potassa lill-Komunità sar permezz ta’ kummerċjanti mhux relatati li jinsabu f’Ċipru u fl-Iżvizzera.

(60)

Fil-każijiet kollha fejn l-esportazzjonijiet tal-potassa saru lill-klijenti indipendenti fil-Komunità, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri abbażi tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni li tħallsu fil-verità jew li jridu jitħallsu. Fir-rigward tal-bejgħ lill-importaturi relatati fil-Komunità minn negozjant relatat, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ssawwar abbażi tal-prezz li bih il-prodotti importati kien l-ewwel mibjugħa mill-ġdid lil xerrej indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li nteħlu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid minn dawk l-importaturi, inkluż SG&A u d-dazji u billi assumew ammont ta’ qligħ raġonevoli, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Ammont ta’ profitt ta’ 7,9 % tqis li hu raġonevoli għal dan it-tip ta’ suq u nstab ukoll li kien jaqbel mal-profitt ta' importaturi mhux relatati.

1.2.3.   Paragun

(61)

Bil-għan li jiġi assikurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni, ingħata lok biżżejjed f'forma ta' aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-komparabbiltà tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti, fejn jixraq, fir-rigward ta' taxxi indiretti, trasport (inkluż spejjeż marbuta mat-tqandil), l-ispejjeż tal-ġarr ta' merkanzija fl-oċean u l-ispejjeż ta' l-assigurazzjoni, l-ispejjeż ta' l-ippakkjar u tal-kreditu. Saru wkoll aġġustamenti fejn il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni sar permezz ta’ kumpanija relatata li tinsab f’pajjiż barra l-Komunità, skond l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. L-aġġustament skond dan l-Artikolu sar fil-livell ta’ 3 % peress li dan il-livell tqis raġonevoli biex jirrifletti l-ħlas li ngħata lill-aġenti indipendenti involuti fil-kummerċ tal-prodott konċernat.

1.2.4.   Marġni ta’ dumping

(62)

Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni ta’ dumping ġie stabbilit abbażi ta’ paragun tal-valur normali medju kkunsidrat mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni medji kkunsidrati għal kull tip ta’ prodott. Dan il-paragun wera li kien hemm dumping sinifikanti ta’ importazzjonijiet tal-prodott konċernat mill-esportaturi li kkooperaw fil-livell ta' aktar minn 8 % għal Uralkali u aktar minn 14 % għal Silvinit.

(63)

Il-paragun tad-dejta li tikkonċerna l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mogħtija mill-produtturi esportaturi u l-volum totali ta’ importazzjonijiet kif imnissla mill-istatistiċi dwar l-importazzjoni tal-Eurostat indikaw li l-livell ta' kooperazzjoni kien għoli, peress li, il-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżentaw it-totalità ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-Komunità mir-Russja matul il-PI.

2.   Probabbiltà li d-dumping jibqa’ jsir

2.1.   Ġenerali

(64)

It-tliet produtturi li kkooperaw jirrappreżentaw it-totalità ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati. L-eżaminar ta’ jekk ikunx hemm tendenza li d-dumping jibqa’ jsir jekk il-miżuri jiġu revokati kien għalhekk ibbażat ħafna minnu fuq l-informazzjoni mogħtija minn dawn il-produtturi esportaturi li kkooperaw.

2.1.1.   Id-Dumping Preżenti

(65)

Sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm probabbiltà li d-dumping jibqa' jsir, il-Kummissjoni investigat l-eżistenza tad-dumping preżenti fuq esportazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati lejn il-Komunità abbażi tar-raġunijiet li jekk id-dumping kien qed isir, mela kien raġonevoli, fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni kuntrarja għal dan, li jitqies li dan x'aktarx jibqa' jsir fil-futur. F’dan ir-rigward, ta' min jiftakar li l-livell ta' dumping għall-potassa li toriġina fiż-żewġ pajjiżi konċernati baqa' jkun sinifikanti (ara r-reċitazzjonijiet (26) sa (62)).

2.1.2.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn terza pajjiżi u l-prezz tal-bejgħ fil-Komunità

(66)

Ġie innutat ukoll li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn terza pajjiżi mill-produtturi kollha konċernati nstab li kienu bħala medja inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fil-Komunità. Dan ifisser li l-livell tal-prezz prevalenti għall-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità jagħmel lis-suq tal-Komunità attraenti ħafna għall-esportaturi fil-pajjiżi konċernati. Abbażi ta’ dan, ġie kkunsidrat li hemm tabilħaqq inċentiv ekonomiku biex ixaqilbu l-esportazzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex fl-UE għas-suq tal-Komunità li jrendi aktar fil-każ li jiġu revokati l-miżuri li hemm fis-seħħ.

2.2.   Il-Belarus

2.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-investiment fil-Belarus

(67)

Belaruskali rnexxilu jżid il-produzzjoni tiegħu b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif jidher fit-tabella, il-volumi tal-produzzjoni żdiedu l-aktar fl-2003 u fil-PI.

 

2001

2002

2003

PI

Produzzjoni proprja fil-Belarus

100

102

114

125

(68)

Matul il-perjodu kkunsidrat, Belaruskali żied il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu bi 3 %. Tkabbir ieħor ta’ 12-il punt ta’ persentaġġ fil-kapaċità tal-produzzjoni kien previst sa l-2006. Barra minn hekk, ta' min jinnota li filwaqt li Belaruskali kien qrib jipproduċi l-potassa f'livelli qrib il-kapaċità sħiħa matul il-PI, hu ddikjara żieda sinifikanti oħra fil-kapaċità tiegħu u fl-investiment totali fl-2005 u fl-2006. Il-kapaċità tal-produzzjoni rrappurtata u l-investiment imsarraf f’euro f’forma ta’ indiċi hi kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004 (PI)

2005 (*1)

2006 (*1)

Kapaċità tal-produzzjoni

100

100

100

103

114

115

Investiment

100

132

111

128

175

175

(69)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li Belaruskali għandu kapaċit biżżejjed biex iżid l-esportazzjonijiet tiegħu lejn is-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati għaliex Belaruskali ddikjara żieda oħra fil-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu u tkabbir sinifikanti fl-attività tiegħu ta' investiment.

2.2.2.   Is-suq domestiku fil-Belarus

(70)

Il-bejgħ domestiku ta’ potassa fil-Belarus baqa' f'livell baxx matul il-perjodu kkunsidrat, jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-bejgħ totali ta’ Belaruskali. Fil-fatt, il-volum tal-bejgħ domestiku fil-Belarus naqas bi 3 % bejn l-2001 u l-PI. Peress li s-suq domestiku kien qed jiċkien xi ftit ma setax jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni. Dan ma tantx għandu ċans li jinbidel fil-futur. Għalhekk, il-kumpanija jkollha tesporta parti essenzjali mill-produzzjoni tagħha.

2.2.3.   Bejgħ ta’ esportazzjonijiet mill-Belarus lejn pajjiżi oħra

(71)

L-informazzjoni mogħtija mill-produttur esportatur waħdieni fil-Belarus uriet li l-bejgħ lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, li jagħmel tajjeb għal 82 % ta’ l-esportazzjonijiet totali (s-swieq ewlenin ta’ l-esportazzjoni huma r-Repubblika tan-Nies taċ-Ċina, il-Brażil u l-Indja). Barra minn hekk, il-volumi ta’ esportazzjoni lejn terza pajjiżi żdiedu b’25 % bejn l-2001 u l-PI. Għalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li ħafna mill-produzzjoni tal-potassa fil-Belarus kienet immirata lejn swieq ta’ esportazzjoni fi kwantitajiet li qed jiżdiedu.

(72)

Il-prezzijiet tat-tipi ta’ potassa mibjugħa lill-Komunità minn Belaruskali, bħala medja, instab li kienu ftit ogħla mill-prezzijiet tat-tipi korrispondenti ta’ potassa mibjugħa lil swieq terzi. Peress, kif konkluż fil-premessa (44), il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni mill-Belarus lejn il-Komunità sar f’livelli ddampjati, dan indika li l-esportazzjonijiet lejn swieq terzi kienu wkoll iddampjati f’livelli kemxejn ogħla mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Barra minn hekk, is-suq tal-Komunità hu aktar attraenti għall-esportazzjonijiet tal-potassa bi prezzijiet iddampjati mill-kumpanija kkonċernata minħabba l-livell tal-prezz kemxejn ogħla tagħha, il-qrubija tagħha, riskji mnaqqsa fuq il-ħlas minħabba li l-klijenti għandhom flus biżżejjed biex iħallsu dejnhom lura, u minħabba kundizzjonijiet ta’ pagamenti favorevoli.

2.3.   Ir-Russja

2.3.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-investimenti fir-Russja

(73)

Il-produtturi Russi rnexxilhom iżidu l-produzzjoni tagħhom b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif jidher fit-tabella, il-volumi tal-produzzjoni żdiedu l-aktar matul l-PI.

 

2001

2002

2003

PI

Produzzjoni proprja fir-Russja

100

104

112

129

(74)

Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni taż-żewġ kumpaniji Russi kienet baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, il-kumpaniji indikaw żieda ta’ 6 % sa l-2006. Barra minn hekk, skond l-informazzjoni mogħtija mill-produtturi Russi, huma xorta għandhom kapaċità disponibbli biex iżidu l-produzzjoni tal-potassa.

 

2001

2002

2003

2004 (PI)

2005 (*2)

2006 (*2)

Kapaċità tal-produzzjoni fir-Russja

100

100

100

100

102

106

(75)

Barra minn hekk, huma rrappurtaw tkabbir sinifikanti fl-investiment tagħhom fl-2005 u fl-2006. L-investiment irrappurtat imsarraf f’euro f’forma ta’ indiċi hu kif ġej:

 

2001

2002

2003

2004 (PI)

2005 (*3)

2006 (*3)

Investiment fir-Russja

100

64

71

84

103

261

(76)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li l-produtturi esportaturi fir-Russja għandhom kapaċità disponibbli biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Komunità jekk il-miżuri jiġu revokati. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpaniji ddikjaraw tkabbir sinifikanti fl-investimenti tagħhom li jissuġġerixxi żieda aktar fil-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom.

2.3.2.   Is-suq domestiku fir-Russja

(77)

Il-bejgħ domestiku tal-potassa fir-Russja baqa’ fuq livell baxx matul il-perjodu kkunsidrat, jirrappreżenta, bħala medja, inqas minn 15 % tal-bejgħ totali taż-żewġ kumpaniji. Il-volum tal-bejgħ domestiku fir-Russja żdied b’5 % bejn l-2001 u l-PI. It-tkabbir tas-suq domestiku ma setax jassorbi ż-żieda fil-produzzjoni (29 %) u għalhekk iż-żewġ kumpaniji jkollhom jesportaw parti essenzjali mill-produzzjoni tagħhom.

2.3.3.   Bejgħ ta’ esportazzjoni Russa lejn pajjiżi oħra

(78)

L-informazzjoni mogħtija mill-produtturi esportaturi wriet li l-bejgħ lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE sar fi kwantitajiet sinifikanti, jagħmel tajjeb għal 95 % ta’ l-esportazzjonijiet kollha (bis-swieq ewlenin ta' l-esportazzjoni jkunu r-Repubblika tan-Nies taċ-Ċina u l-Brażil). Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet Russi lejn terza pajjiżi kibru b’46 % bejn l-2001 u l-PI. Għalhekk, l-investigazzjoni kkonfermat li ħafna mill-produzzjoni tal-potassa fir-Russja kienet immirata lejn swieq ta’ esportazzjoni bi kwantitajiet li kull ma jmur qed jiżdiedu.

(79)

Il-prezzijiet tat-tipi ta’ potassa mibjugħa lill-Komunità mill-kumpaniji konċernati nstabu li kienu ibaxx mill-prezzijiet ta' tipi korrispondenti ta' potassa mibjugħa lil swieq terzi. Iżda, is-suq tal-Komunità xorta għadu jiġbed lejh esportazzjonijiet tal-potassa bi prezzijiet iddampjati mill-kumpaniji konċernati minħabba l-qrubija tiegħu, ir-riskji mnaqqsa fuq il-ħlas minħabba li l-klijenti kapaċi jħallsu dejnhom lura u minħabba kundizzjonijiet ta’ ħlas favorevoli.

2.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà li d-dumping jibqa’ jsir

(80)

Il-fatt li l-livell tal-prezz ġeneralment prevalenti tal-produtturi Komunitarji fil-Komunità hu ogħla mil-livell tal-prezz medju ta' l-esportazzjoni tal-produtturi li jesportaw tal-Belarus u tar-Russja lejn swieq terzi jrid jitqies bħala inċentiv għall-esportazzjonijiet li qed jiżdiedu lejn il-Komunità bi prezzijiet iddampjati.

(81)

Peress li l-produtturi esportaturi kemm fil-Belarus kif ukoll fir-Russja għandhom kapaċità tal-produzzjoni mhux użata u jekk wieħed iqis li l-kumpaniji kollha konċernati wrew żieda sinifikanti fl-investiment totali tagħhom u fil-kapaċità tal-produzzjoni totali tagħhom, wieħed jista’ jikkonkludi li, jekk il-miżuri jiġu revokati, produzzjoni addizzjonali tiġi esportata lejn il-Komunità, jew il-bejgħ li bħalissa qed jiġi esportat lejn pajjiżi barra l-Komunità jerġa' jiġi redirezzjonat lejn is-suq tal-Komunità fi kwantitajiet sinifikanti.

(82)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li s-suq tal-potassa barra l-Komunità kien karatterizzat, matul il-PI, minn ċerta volatilità, fil-forma ta' ċaqliq konsiderevoli fil-prezzijiet ta' l-esportazzjoni. Din il-volatilità hi meqjusa bħala r-riżultat ta’ qagħda rari kkawżati miż-żieda qawwija fit-talba f'xi swieq li qed jitwieldu, bħal dawk ta' l-Ażja u ta' l-Amerika t'Isfel. F’dawn iċ-ċirkostanzi, x’aktarx li kwantitajiet sinifikanti ta’ potassa mill-Belarus u mir-Russja jerġgħu jiġu direzzjonati lejn is-suq aktar stabbli tal-Komunità, jekk it-tkabbir f’dawn is-swieq ta’ esportazzjoni jilħqu saturazzjoni u ż-żieda fit-talba konsegwentement tieqaf jew tibda tonqos. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota wkoll li s-swieq barranin huma suġġetti għal spejjeż tal-ġarr ħafna ogħla mis-suq tal-Komunità, li, peress li hu qrib, hu aktar irħas biex tilħqu bil-baħar jew bil-ferrovija.

(83)

Fir-rigward tal-prezzijiet, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet fil-Komunità li joriġinaw fil-Belarus u r-Russja għadhom xorta qed isiru bi prezzijiet iddampjati. Għalhekk, wieħed irid jassumi, li fin-nuqqas ta’ kull indikazzjoni kuntrarja, d-dumping x’aktarx jibqa’ jsir fil-futur.

(84)

Għal dawn ir-raġunijiet, wieħed jikkonkludi li hemm probabbiltà li l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi konċernati jibqgħu jsiru u li l-importazzjonijiet iddampjati jiżdiedu konsiderevolment jekk il-miżuri jiġu revokati.

D.   PROBABBILTÀ LI D-DANNU JIBQA’ JSIR JEW JERĠA’ JSIR

1.   Definizzjoni ta’ l-Industrija Komunitarja

(85)

L-investigazzjoni kkonfermat li t-tliet produtturi tal-Komunità li lmentaw irrappreżentaw 99 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-potassa. Huma għalhekk jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(86)

Peress li żewġ produtturi Komunitarji huma kumpaniji relatati (Cleveland Potash Ltd. u Iberpotash S.A. it-tnejn jappartjenu għal ICL Group, Israel Chemicals Ltd, Tel-Aviv), l-industrija Komunitarja hi magħmula biss minn żewġ gruppi indipendenti ta’ fabbrikanti, l-ICL Group u K+S Kali GmbH.

(87)

Peress li l-industrija Komunitarja hi magħmula minn żewġ gruppi biss ta’ fabbrikanti, l-informazzjoni li tirrigwarda l-industrija Komunitarja tista’ tingħata biss f’forma ta’ indiċi, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Għall-finijiet ta' l-analiżi tad-dannu, il-potassa biss magħmula mill-industrija Komunitarja tqieset, filwaqt li l-bejgħ mill-ġdid tal-potassa mixtrija (l-aktar potassa magħmula mill-grupp ICL fl-Iżrael) kien eskluż.

(88)

L-analiżi ta’ l-indikaturi tad-dannu saret abbażi tad-dejta tal-Eurostat u ta’ l-informazzjoni mogħtija fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mill-industrija Komunitarja.

2.   Analiżi tal-qagħda ta’ l-Industrija Komunitarja u tas-suq tal-Komunità għall-potassa

2.1.   Il-konsum tal-Komunità

(89)

Il-konsum totali tal-potassa fil-Komunità kien ikkalkulat billi ġew magħduda mal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq tal-Komunità l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-potassa li toriġina fil-pajjiżi konċernati u mit-terza pajjiżi l-oħra kollha.

(90)

Abbażi ta’ dan, il-konsum tal-Komunità żdied minn 7 231 000 tunnellata fl-2001 għal madwar 8 030 000 tunnellata fil-PI, jiġifieri żieda ta’ madwar 11 %.

Il-konsum tal-Komunità f’1000 tunnellata

2001

2002

2003

2004 (PI)

UE-10

1 053

1 055

1 154

1 381

Indiċi

100

100

110

131

UE-15

6 177

6 206

6 568

6 649

Indiċi

100

100

106

108

UE-25

7 231

7 262

7 722

8 030

Indiċi

100

100

107

111

(91)

Waqt il-perjodu kkunsidrat, kważi l-importazzjonijiet kollha mill-Belarus u mir-Russja fil-15-il Stat Membru ta’ l-UE saru taħt il-mekkaniżmu ta’ l-eżenzjoni mill-ipproċessar ‘il ġewwa (l-IPR), filwaqt li l-IPR ma ntużax għall-importazzjonijiet fl-10 Stat Membru ta’ l-UE. L-importazzjonijiet taħt l-IPR jidħlu f’kompetizzjoni mal-prodott simili fabbrikat mill-industrija Komunitarja, għaliex jiġu pproċessati fil-Komunità mill-fabbrikanti tal-fertilizzanti li jixtru parti mill-materjal mhux maħdum tagħhom użat fil-produzzjoni ta' fertilizzanti kumplessi, li huma wkoll maħsuba għall-esportazzjoni, mill-industrija Komunitarja. L-importazzjonijiet taħt l-IPR għalhekk tqisu bi qbil mal-prassi konsistenti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità, biex jiġi stabbilit il-konsum tal-Komunità u l-analiżi ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati.

2.2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati

2.2.1.   Volum ta’ importazzjonijiet

(92)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati biegħu potassa fis-suq ta’ l-10 Stati Membri ġodda ta’ l-UE taħt il-kundizzjonijiet ta' l-impriżi speċjali tat-tkabbir imsemmija hawn fuq fil-premessa (3). Il-kwantitajiet mibjugħa taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-impriża tqisu biex jirriflettu l-preżenza tal-pajjiżi konċernati fis-suq ta’ l-UE.

(93)

Il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-potassa li toriġina fir-Russja għal ġol-25 Stat Membru ta' l-UE żdied b'19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet li joriġinaw fil-Belarus żdied, matul l-istess perjodu, b’44 %. L-importazzjonijiet globali mill-pajjiżi konċernati, ikkalkulati abbażi tal-25 Stat Membru ta’ l-UE, żdiedu b’37 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis żgħir fl-2002 minħabba waqgħa fil-bejgħ mill-Belarus l-aktar lejn Spanja, il-bejgħ mill-pajjiżi konċernati żdied b’mod sinifikanti fl-2003 u fl-2004 b’madwar 20 % fiż-żewġ snin.

Kwantità ta’ l-importazzjoni

2001

2002

2003

2004 (PI)

Belarus UE-15

100

58

104

154

Belarus UE-10

100

105

127

140

Belarus UE-25

100

94

122

144

Russja UE-15

100

88

95

105

Russja UE-10

100

112

98

131

Russja UE-25

100

101

97

119

Il-pajjiżi konċernati UE-25

100

96

115

137

2.2.2.   Il-prezz tas-suq

(94)

Il-prezz tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għal ġos-suq tal-Komunità żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iżda, iż-żieda ma kinetx kostanti: il-prezz tas-suq baqa' kważi stabbli sa l-2003 u mbagħad żdied f'daqqa fl-2004.

Il-prezz tas-suq tal-pajjiżi konċernati

2001

2002

2003

PI

Belarus UE-15

100

57

98

143

Belarus UE-10

100

105

116

107

Belarus UE-25

100

94

114

129

Russja UE-15

100

88

90

97

Russja UE-10

100

100

90

107

Russja UE-25

100

112

89

100

Il-pajjiżi konċernati UE-25

100

95

108

123

2.2.3.   L-evoluzzjoni tal-prezz u kif ġab ruħu l-prezz

2.2.3.1.   L-Evoluzzjoni tal-prezz ta’ l-importazzjonijiet konċernati

(95)

Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet suġġetti għal investigazzjoni tul il-perjodu kkunsidrat segwew xejra 'l isfel kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Kien hemm żieda moderata fil-prezz matul il-PI wara żieda fit-talba f’terza pajjiżi oħra, l-aktar fiċ-Ċina. Din iż-żieda kienet, iżda, sinifikament iżgħar mill-waqgħat fil-prezzijiet fis-snin ta’ qabel.

Il-prezzijiet medji tal-potassa f’EUR/tunnellata (UE-25)

2001

2002

2003

PI

Belarus (Indiċi)

100

95

82

95

Russja (Indiċi)

100

97

78

84

Total (Indiċi)

100

95

82

93

(96)

Il-waqgħa medja fil-prezz tal-potassa mill-pajjiżi konċernati tammonta għal 7 % matul il-perjodu kkunsidrat.

2.2.3.2.   Kif ġab ruħu l-Prezz

(97)

Sabiex ikun stabbilit it-tnaqqis fil-prezz taħt il-prezz normali, il-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet tal-potassa li toriġina fil-Belarus u fir-Russja biex tinbiegħ lill-klijenti indipendenti kienu mqabbla mal-prezzijiet fatturati magħmula mill-industrija tal-Komunità għall-bejgħ tagħha fis-suq tal-Komunità. Kien għalhekk stabbilit li l-marġni tal-prezz imnaqqas taħt il-prezz normali għall-potassa b'oriġni mill-Belarus kien 18 %, filwaqt li l-marġni tal-prezz imnaqqas taħt il-prezz oriġinali għall-potassa li toriġina fir-Russja kien bejn 17 % u 23 %.

2.3.   Il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja

2.3.1.   Il-produzzjoni

(98)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni totali tal-potassa fil-Komunità kibret kemxejn b’eċċezzjoni għall-2002, meta l-produzzjoni naqset kemxejn minħabba nuqqas ta’ mineral maħruġ mill-minjieri għal produttur wieħed fil-Komunità. Il-figuri għall-produzzjoni totali fil-Komunità tal-potassa kienu kif ġej:

Produzzjoni

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

95

102

104

2.3.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni

(99)

Il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ l-industrija Komunitarja kienet stabbli tul il-perjodu kkunsidrat kollu. Il-figuri tal-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-potassa kienu kif ġej:

Kapaċità

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

100

100

100

2.3.3.   Utilizzazzjoni tal-kapaċità

(100)

L-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ l-industrija Komunitarja naqset fl-2002 iżda bdiet tiżdied fl-2003. Tul il-perjodu kkunsidrat l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta’ l-industrija Komunitarja tal-potassa żdiedet bi 3 %.

Utilizzazzjoni tal-kapaċità

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

96

102

103

2.3.4.   Volum tal-Bejgħ ta’ l-UE

(101)

Il-volum tal-bejgħ totali ta’ l-industrija Komunitarja lill-klijenti mhux relatati fl-UE naqas kemxejn b’1 % matul il-perjodu kkunsidrat kif jidher hawn taħt:

Volum tal-Bejgħ ta’ l-UE

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

98

102

101

2.3.5.   Il-prezz tas-suq

(102)

Il-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat kif muri hawn taħt:

Il-prezz tas-suq ta’ l-UE

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

97

95

91

2.3.6.   Tkabbir

(103)

Għalkemm is-suq tal-potassa tal-Komunità żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija Komunitarja ma kinetx f’pożizzjoni li tgawdi minn dan. Huma kienu kapaċi biss iżidu l-volum tal-bejgħ tagħhom ta’ l-UE b’1 %, dan hu ħafna inqas mit-tkabbir tas-suq.

2.3.7.   Żvilupp fil-prezz

(104)

L-investigazzjoni uriet li l-prezz tal-bejgħ medju tal-produtturi tal-Komunità għola waqt il-perjodu kkunsidrat b'6 %. L-ewwel baqa’ qisu stabbli bejn l-2001 u l-2003, iżda mbagħad żdied b'6 % bejn l-2003 u l-PI. Iż-żieda fil-prezz tikkoinċidi ma’ żieda sinifikanti fit-talba f’terza pajjiżi oħra, l-aktar fir-Repubblika tan-Nies taċ-Ċina. Dan juri li l-prezzijiet fis-suq Komunitarju tal-potassa huma influwenzat mit-talba li jkun hemm fis-swieq oħra. Il-prezz tal-bejgħ medju ta' l-industrija Komunitarja għall-potassa fis-suq tal-Komunità żviluppa kif ġej:

Prezz tal-bejgħ medju f’EUR/tunnellata

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

99

100

106

2.3.8.   Ammont ta’ profitt

(105)

L-ammont ta’ profitt tal-bejgħ domestiku ta’ l-industrija Komunitarja, imfisser bħala persentaġġ tal-bejgħ nett, żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li l-industrija Komunitarja għamlet telf fl-2001 u fl-2002, huma reġgħu għamlu profitt fl-2003 u fl-2004. L-ammont ta' profitt ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità għall-potassa żviluppa kif ġej:

Rata ta' profitt

2001

2002

2003

PI

Indiċi

– 100

– 497

51

412

2.3.9.   Xogħol, produttività u pagi

(106)

Ix-xogħol fl-industrija Komunitarja baqa’ essenzjalment stabbli:

Il-personal impjegati fil-produzzjoni tal-potassa

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

100

101

100

2.3.10.   L-istokks

(107)

Il-materjal li jifdal fl-aħħar tal-produtturi tal-Komunità għall-potassa naqas b'mod kostanti b'madwar 27 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-materjal li jifdal fl-aħħar ta’ l-industrija Komunitarja kien, fiż-żmien mezzan, madwar 500 000 tunnellata. Il-materjal li jifdal fl-aħħar tal-PI kien taħt il-medja minħabba żieda fil-bejgħ, b’mod partikolari minħabba żieda fl-esportazzjonijiet, u għal raġunijiet loġistiċi. Il-materjal li jifdal fl-aħħar ta’ l-industrija Komunitarja tal-potassa żviluppa kif ġej:

Il-materjal li jifdal fl-aħħar

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

93

84

73

2.3.11.   Investimenti

(108)

L-investimenti totali ta’ l-industrija Komunitarja żdiedu sinifikament fil-bidu bejn l-2001 u l-2002, iżda naqsu sussegwentement għal livell 22 % taħt il-figuri ta’ l-2001 l-aktar minħabba tnaqqis ippjanat fl-investimenti ta’ rimpjazzament għal produttur wieħed tal-Komunità. L-investimenti ta’ l-industrija Komunitarja żviluppaw kif ġej:

Investimenti

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

147

98

78

2.3.12.   Kemm rendew l-investimenti

(109)

Peress li valur nett proprja ta’ l-assi investiti użati għall-produzzjoni tal-prodott simili inbidel ftit li xejn matul il-perjodu kkunsidrat, kemm renda l-investiment ġie żviluppat b'mod parallel ma' l-ammont ta' profitt.

Kemm rendew l-Investimenti

2001

2002

2003

PI

Indiċi

– 100

– 477

48

412

2.3.13.   Il-likwidità u l-kapaċità li tiġġenera l-flus

(110)

Il-likwidità totali ta’ l-industrija Komunitarja l-ewwel naqset b’mod konsiderevoli bejn l-2001 u l-2002, iżda wara żdiedet fl-2003 u fil-PI. Matul il-perjodu kkunsidrat il-likwidità żdiedet b’64 %.

Il-likwidità

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

56

127

164

(111)

Il-produtturi kollha tal-Komunità huma parti minn gruppi kbar korporattivi mniżżla fil-Borża, li jagħtuhom lok biex jiġġeneraw il-flus fi ħdan il-grupp.

2.3.14.   Id-daqs tad-dumping u l-irkuprar minn dumping imgħoddi

(112)

Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija Komunitarja mid-daqs ta’ l-ammont proprja ta’ dumping li nstab fil-PI, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi, dan l-impatt ma jistax jitqies li hu negliġibbli. Iżda, ta’ min jinnota li l-ammont għal Belarus huwa ibaxx minn dak misjub fl-investigazzjoni ta’ qabel. Ta’ min jinnota wkoll li l-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati mill-Belarus u mir-Russja żdied mill-investigazzjoni ta’ qabel.

2.3.15.   Konklużjoni dwar il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja

(113)

L-industrija Komunitarja għadha xorta fi proċess ta’ rkuprar mid-dumping imgħoddi. Matul il-perjodu kkunsidrat dan l-irkuprar kiber sa ċertu punt fiż-żieda tal- prezzijiet tal-bejgħ u żvilupp pożittiv ta’ indikaturi bħall-produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċità, volumi tal-bejgħ u stokks. Dawn l-iżviluppi pożittivi wasslu għal qagħda li tħalli profitt għall-industrija Komunitarja matul l-PI. Iżda, il-prezz tas-suq wera xejra negattiva u kif intqal hawn fuq l-industrija Komunitarja kellha tnaqqas l-investimenti. Barra minn hekk, il-livell ta’ profitt milħuq għadu xorta sostanzjalment inqas mill-profitt li kien ikkunsidrat bħala livell li l-industrija Komunitarja kienet mistennija li tilħaq fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet iddampjati, jiġifieri 9 %. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi li l-industrija Komunitarja rkuprat parzjalment mid-dumping dannuż, iżda xorta għadha f’qagħda fraġli.

(114)

Wara li ntwerew is-sejbiet, esportatur wieħed u parti interessata qalu li l-iżvilupp negattiv ta’ xi indikaturi tal-ħsara kien influwenzat mill-fatt li produttur wieħed tal-Komunità li kien jinsab fi Franza kien waqqaf il-produzzjoni tiegħu tal-potassa tul il-perjodu ta’ l-analiżi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, peress li dan il-produttur Franċiż kien waqqaf il-produzzjoni tiegħu ta’ potassa matul is-sena 2001 u kieku ddaħħlet fl-analiżi tad-dannu għal dik is-sena biss ma kinetx tagħti dehra ċara tal-komparabbiltà tad-dejta, l-informazzjoni marbuta ma’ dak il-produttur tal-Komunità qatt ma ddaħħlet fl-indikaturi tal-ħsara.

2.4.   Volumi ta’ importazzjonijiet u prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra

(115)

Il-volum ta’ l-importazzjoni tal-potassa minn terza pajjiżi oħra żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 1 016 000 tunnellata fl-2001 għal 1 255 000 tunnellata matul il-PI. Dan jikkorrispondi għal żieda ta’ 24 %. Il-parti l-kbira taż-żieda hi dovuta għall-importazzjonijiet mill-Iżrael u mill-Ġordan. Ta’ min jinnota li l-importazzjonijiet mill-Iżrael kienu l-aktar magħmula minn kumpaniji relatati ma’ l-industrija Komunitarja.

Importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra f’elf tunnellata

2001

2002

2003

PI

Bidla 2001-PI

L-Iżrael

552

745

740

643

+17  %

Il-Ġordan

140

180

210

278

+99  %

Il-Kanada

225

184

174

203

–10  %

Pajjiżi Oħra

91

96

95

128

–55  %

Total

1 016

1 209

1 223

1 255

+24  %

(116)

Il-prezz tas-suq ta' importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra żdied kemxejn minn 14 % fl-2001 għal 15 % fl-2004. L-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi saru l-aktar għal ġol-15-il Stat Membru ta' l-UE.

(117)

Skond l-Eurostat, il-prezz tal-bejgħ medju għal dawn l-importazzjonijiet naqas minn 134,94 EUR kull tunnellata fl-2001 għal 127,24 EUR kull tunnellata matul il-PI, iżda xorta waħda dejjem qabeż il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u kien ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-potassa li toriġina fir-Russja u l-Belarus. Fid-dettall, l-iżvilupp kien kif ġej:

Prezzijiet medji ta’ l-importazzjoni minn terza pajjiżi oħra (EUR/tunnellata)

2001

2002

2003

PI

Bidla 2001-PI

L-Iżrael

119,80

126,25

127,17

125,16

+4  %

Il-Ġordan

170,55

145,41

123,69

117,02

–31  %

Il-Kanada

139,83

137,12

120,46

127,51

–9  %

Pajjiżi Oħra

159,95

142,94

158,24

157,76

–1  %

Total

134,94

132,10

128,03

127,24

–6  %

(118)

Joħroġ minn dan t’hawn fuq li, minħabba l-livelli ogħla tagħhom tal-prezzijiet u l-prezz tas-suq tagħhom li hu x'aktarx stabbli, l-importazzjonijiet minn terza pajjiżi m'affettwawx il-qagħda preżenti ta’ l-industrija Komunitarja.

2.5.   Attività ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

(119)

L-esportazzjonijiet tal-potassa ta’ l-industrija Komunitarja lejn terza pajjiżi kellhom xejra pożittiva. Iż-żieda globali fl-esportazzjonijiet tammonta għal 23 % fil-perjodu kkunsidrat. L-esportazzjonijiet għalhekk ma kellhom l-ebda effett negattiv fuq il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità. Fid-dettall, l-iżvilupp matul il-perjodu kkunsidrat kien kif ġej:

Volumi tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

2001

2002

2003

PI

Indiċi

100

107

127

123

3.   Konklużjoni dwar li jibqa’ jsir jew jerġa’ jsir id-dannu

3.1.   Il-qagħda preżenti ta’ l-industrija Komunitarja

(120)

Kif imsemmi fir-rakkont (90) hawn fuq, il-potassa li tikkonsma l-Komunità żdiedet b'madwar 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, biex laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2004.

(121)

Filwaqt li l-prezz tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja naqas b’9 %, il-prezz tas-suq tal-pajjiżi konċernati żdied bi 23 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(122)

Il-prezz tas-suq ta’ terza pajjiżi oħra żdied b’punt ta’ persentaġġ 1 għal livell ta’ 15 % fi prezzijiet li ma jaqgħux taħt il-prezzijiet normali tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja. Għalhekk, hu meqjus li l-importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra ma kellhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja matul il-PI.

(123)

Fl-istess ħin l-evoluzzjoni tal-qagħda ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja tħalltet, numru ta' indikaturi tal-ħsara bħall-prezz tas-suq u l-investimenti żviluppaw b’mod negattiv, filwaqt li oħrajn, bħall-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ammont ta’ profitt tjiebu.

(124)

L-investigazzjoni uriet li jeżistu prezzijiet ta' importazzjonijiet li huma baxxi b'mod mhux normali li jibqgħu jiġu ddampjati u li kellhom effett negattiv fuq il-volumi tal-bejgħ, il-prezz tas-suq u konsegwentement fuq l-ammont ta’ profitt ta’ l-industrija Komunitarja. L-effett negattiv fuq il-volum tal-bejgħ jidher mill-fatt li ż-żieda fil-volum tal-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja kien żgħir ħafna (+1 %), meta mqabbel maż-żieda fil-konsum fis-suq Komunitarju tul il-perjodu kkunsidrat (+11 %). Matul l-aħħar sitt xhur biss tal-PI, il-qagħda fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni konċernati tjiebet b’xi mod minħabba li dawn il-prezzijiet ġew mgħollija minħabba l-impriżi fis-seħħ.

(125)

B’mod globali, l-industrija Komunitarja għalhekk tibqa’ vulnerabbli għall-kontinwazzjoni ta’ dumping dannuż, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(126)

Abbażi ta’ l-elementi t’hawn fuq, instab li ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda sejba dwar it-tkomplija tal-ħsara. Għalhekk ġie eżaminat jekk hemmx probabbiltà li l-ħsara terġa’ tiġri.

3.2.   Probabbiltà li l-ħsara terġa’ tiġri

(127)

Ġie konkluż hawn fuq (ara reċitazzjoni (84)) li l-importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi konċernati jiżdiedu b'mod sinifikanti jekk il-miżuri kellhom jiġu revokati. Tabilħaqq, is-suq tal-Komunità hu wieħed li jiġbdek minħabba l-qrubija ġeografika meta mqabbel mas-swieq l-oħra ewlenin ta’ l-esportazzjoni (il-Brażil, iċ-Ċina u l-Indja) u kundizzjonijiet ta’ ħlas aktar favorevoli. Barra minn hekk, is-swieq domestiċi tal-produtturi esportaturi jassorbu biss partijiet limitati tal-produzzjoni tagħhom.

(128)

Il-kapaċità tal-produzzjoni fil-Belarus u fir-Russja baqgħet stabbli sew matul il-perjodu kkunsidrat b’total ta’ 20 miljun tunnellata ta’ potassa, li hu madwar 33 % tal-kapaċità mad-dinja kollha u madwar 250 % tal-konsum tal-Komunità. Investimenti importanti oħra huma ppjanati biex iżidu l-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, hemm kapaċità żejda fir-Russja.

(129)

Barra minn hekk, l-irkuprar parzjali ta’ l-industrija Komunitarja deskritt fil-premessa (113) hu fil-parti l-kbira dovut għall-eżistenza tal-miżuri ta’ anti-dumping. Dan l-irkuprar ikun ipperikolat jekk il-miżuri jiġu revokati. Jekk il-miżuri jiġu revokati jwassal għall-bejgħ ta’ kwantitajiet li qed jiżdiedu ta’ potassa mill-pajjiżi konċernati fis-suq tal-potassa tal-Komunità. Dik iż-żieda fil-bejgħ tista’ ssir biss billi jkun tnaqqis fil-livelli tal-prezzijiet taħt il-prezz normali. Dak it-tnaqqis fil-livell tal-prezzijiet taħt il-prezz normali se joħloq b'mod inevitabbli tħaffir fil-prezzijiet tal-bejgħ u tnaqqis fl-ammont ta' profitt ta' l-industrija Komunitarja, li jwassal għal ħsara.

3.3.   Konklużjoni dwar li jerġa’ jsir id-dannu

(130)

Kif muri hawn fuq, il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja tibqa’ vulnerabbli u fraġli. Fil-premessa (81) ġie konkluż li produzzjoni addizzjonali x’aktarx tiġi esportata lejn il-Komunità mill-Belarus u mir-Russja jekk il-miżuri jiskadu. Peress li dawn l-esportazzjonijiet x’aktarx isiru bi prezzijiet iddampjati, dan iwassal għal deterjorazzjoni fil-bejgħ ta’ l-industrija Komunitarja, il-prezz tagħha tas-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll id-deterjorazzjoni konsegwenti tal-qagħda finanzjarja tagħha. Abbażi ta’ dan, wieħed għalhekk jikkonkludi li l-iskadenza tal-miżuri twassal fil-probabbiltà kollha biex il-qagħda li għadha fraġli ta’ l-industrija Komunitarja tmur għall-agħar u jerġa’ jsir id-dannu. Konsegwentement, hu propost li l-miżuri preżenti ta’ anti-dumping għandhom jinżammu.

E.   L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Introduzzjoni

(131)

Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk titwil tal-miżuri ta’ anti-dumping eżistenti jmurx jew ma jmurx kontra l-interess tal-Komunità in ġenerali. L-għarfien ta’ l-interess tal-Komunità kien ibbażat fuq apprezzament ta' l-interessi kollha differenti, bħall-industrija Komunitarja, l-importaturi u min juża' l-prodott konċernat. Sabiex jiġi evalwat l-impatt li x’aktarx ikun hemm jekk jitkomplew il-miżuri, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu informazzjoni mingħand il-partijiet kollha interessati msemmija hawn fuq.

(132)

Ta’ min jiftakar li fl-investigazzjoni ta’ qabel l-adozzjoni u ż-żamma tal-miżuri tqisu li mhumiex kontra l-interess tal-Komunità.

(133)

Minħabba n-numru kbir ta’ importaturi, ġie deċiż li jiġi applikat it-teħid ta’ kampjuni. Kwestjonarji kampjunarji ntbagħtu lil 21 importatur/min juża' l-prodott u tweġibiet mingħandhom kollha ġew irċevuti. Il-kampjun meħud inkluda 5 importaturi tal-Komunità. Skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, dan il-kampjun kopra aktar minn 80 % ta’ l-importazzjonijiet kollha u kien l-akbar volum ta’ importazzjonijiet rappreżentattiv li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Kull wieħed mill-ħames importaturi inkluż fil-kampjun wieġeb bi sħiħ il-kwestjonarju.

(134)

B’kollox, 23 kwestjonarju ntbagħtu lil dawk li jużaw il-prodott li 7 minnhom taw tweġibiet għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-kwestjonarji ntbagħtu lill-organizzazzjonijiet ta’ l-importaturi/ta’ dawk li jużaw il-prodotti. L-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-Importazzjoni tal-Fertilizzant (l-EFIA) wieġbet il-kwestjonarju kif ukoll numru ta’ assoċjazzjonijiet ta’ min juża’ l-prodott fi Stati Membri differenti.

(135)

Abbażi ta' dan, ġie eżaminat jekk, minkejja s-sejbiet dwar il-fatt li d-dumping baqa' għaddej u d-dannu jerġa' jsir, kien hemm raġunijiet interessanti li jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Komunità li l-miżuri jinżammu f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interessi ta’ l-industrija Komunitarja

(136)

Waqt din l-investigazzjoni ġie stabbilit li l-industrija Komunitarja hi vijabbli u kompetittiva, iżda tibqa’ tkun f’qagħda fraġli. Dan hu dovut parzjalment għall-prezz tagħha tas-suq fil-Komunità li qed jiċkien, u anki għall-qagħda mhux sodisfaċenti tagħha ta' profitt li xorta għadha ma rkupratx għal livell normali u stabbli, billi tappoġġja l-investiment għoli meħtieġ biex terġa’ ġġib lill-industrija lura f’perspettiva b’saħħitha fit-tul.

(137)

L-assoċjazzjoni tat-trejd unjin tal-ħaddiema tal-minjieri fil-Komunità u l-Unjoni Ġenerali tal-Ħaddiema tar-Renju Unit resqu jilmentaw li l-industrija Komunitarja ħasbet għal numru importanti ta’ impjiegi fil-Komunità li jiġu mhedda jekk il-miżuri jiskadu.

(138)

Minħabba d-diffikultajiet ekonomiċi li għaddiet minnhom l-industrija Komunitarja fl-imgħoddi u l-qagħda li għadha volatili tas-suq kif esperjenzat matul il-perjodu kkunsidrat, hu meqjus li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu l-qagħda ta' l-industrija Komunitarja tiġi mhedda. Dan iġorr miegħu probabbiltà kbira li l-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja terġa’ tmur għall-agħar mill-istat preżenti tagħha fejn qed tagħmel profitt b’mod moderat. Dan jista’ jfisser tnaqqis qawwi fl-investimenti u fin-numru ta' impjegati.

(139)

Jekk, iżda, il-miżuri jinżammu, dan jagħti lok lill-industrija Komunitarja biex tirkupra aktar u b’mod partikolari tikseb perspettiva li tagħti lok għall-investimenti meħtieġa sabiex tkun żgurata li l-industrija hi vijabbli u kompetittiva fit-tul. Għalhekk, il-fatt li l-miżuri jibqgħu għaddejjin hu fl-interess ta’ l-industrija Komunitarja.

3.   L-interessi ta’ l-importaturi (kummerċjanti)

(140)

L-importaturi tal-potassa li kkooperaw kienu ġeneralment kontra t-titwil tal-miżuri ta' anti-dumping.. Huma lmentaw li jekk il-miżuri jibqgħu għaddejjin ikollhom influwenza negattiva billi jaqtgħu r-rabtiet mal-fornituri tradizzjonali tagħhom, b’mod partikolari, jekk l-impriżi ma jitkomplewx. Huma lmentaw ukoll li l-produtturi tal-Komunità jistgħu, jekk id-dazji jiġu mtawla, jiżviluppaw pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Komunità, b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni libera fi ħdan il-Komunità għal minimu li jwassal biex ikompli jgħolli aktar il-prezzijiet fil-Komunità. Importatur wieħed, iżda, ilmenta li l-qagħda preżenti bil-miżuri fis-seħħ tiggarantixxi żvilupp korrett tas-suq. Konsegwentement, dan l-importatur talab li l-miżuri ta’ anti-dumping jinżammu.

(141)

Filwaqt li fil-15-il Stat Membru ta’ l-UE ħafna mill-potassa mill-pajjiżi kkonċernati kienet importata taħt l-IPR, l-impriżi tat-tkabbir taw lok li jsiru importazzjonijiet mingħajr dazju mill-pajjiżi konċernati taħt ċerti kundizzjonijiet. Barra minn hekk, importazzjonijiet minn terza pajjiżi oħra baqgħu fuq livell x’aktarx stabbli, bi prezz tas-suq ta’ 15 %. Għalhekk kien hemm kompetizzjoni sostanzjali fis-suq tal-Komunità u m’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jistenna li din se tinbidel. L-argument li jikkonċerna l-pożizzjoni allegatament dominanti ta’ l-industrija Komunitarja għandu għalhekk ikun imwarrab.

(142)

Wara li jintwerew is-sejbiet, numru ta’ partijiet interessati insistew li t-tkomplija tal-miżuri se twassal għal qagħda mhux kompetittiva, fejn l-industrija Komunitarja tkun tgawdi pożizzjoni dominanti. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li ma nstabet l-ebda indikazzjoni waqt l-investigazzjoni li l-eżistenza tal-miżuri, aparti milli jitnaqqsu l-effetti ta' dumping offensiv, modifikat sostanzjalment il-qagħda kompetittiva favur l-industrija Komunitarja. Kuntrarjament għal dan, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdiedu wkoll u l-importazzjonijiet minn terza pajjizi jibqgħu jirrappreżentaw sehem sostanzjali mis-suq tal-Komunità. Għalhekk, l-ebda element ma jidher li jindika li jekk il-miżuri jibqgħu għaddejjin jistgħu jwasslu biex il-qagħda kompetittiva tas-suq Komunitarju tmur għall-agħar.

(143)

Fir-rigward ta’ l-allegat aċċess diffiċli li l-kummerċjanti għandhom għall-potassa impurtata, din l-istqarrija ma kinetx imsaħħa. Għalhekk, din l-istqarrija kellha tiġi miċħuda.

(144)

Ta’ min jinnota wkoll li l-importaturi (l-kummerċjanti) tal-potassa ħafna drabi jimportaw ukoll prodotti oħra. Għalkemm xi importaturi jiffukaw in-negozju tagħhom fuq il-potassa, għal importaturi oħra n-negozju tal-potassa huwa biss 10 % tan-negozju tagħhom. Barra minn hekk, l-importaturi li bħalissa qed jiffukaw fuq il-potassa indikaw li jistgħu jdawru ħarsithom lejn prodotti oħra mitluba mill-klijentela tagħhom, primarjament fertilizzanti oħra. Wara li ntwerew is-sejbiet, iżda, importatur wieħed u assoċjazzjoni waħda ta’ l-importaturi qalu li ċerti importaturi qed jiddependu ħafna fuq importazzjonijiet tal-potassa mill-Belarus u ma tantx ikunu jistgħu jaqilbu għal sorsi oħra ta’ fornitura f’każ li l-miżuri jinżammu. Instab, iżda, li bidla lejn sorsi oħra ta’ fornitura, eż. l-industrija Komunitarja jew importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Belarus, hija tabilħaqq possibbiltà li teżisti għall-importaturi. Għalkemm din il-bidla jista’ jkollha xi impatt fuq ir-riżultati ekonomiċi u finanzjarji ta’ dawn l-importaturi, hu meqjus li l-livell ta’ profitt li jistgħu jagħmlu ma jkunx tant affettwat li jagħmel ħsara biex jibqgħu vijabbli fit-tul. Fid-dawl ta’ l-argumenti kollha mressqa mill-importaturi, wieħed jikkonkludi li l-effetti tal-miżuri ta’ anti-dumping fuq il-qagħda finanzjarja ta’ l-importaturi huma relattivament limitati. Tabilħaqq, abbażi tat-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju, instab li l-ammont ta’ profitt ta’ l-importaturi ma ġiex affettwat b’mod negattiv s’issa mill-miżuri eżistenti ta' anti-dumping. M’hemm l-ebda raġunijiet biex wieħed jaħseb li din il-qagħda tinbidel sew jekk il-miżuri jinżammu.

(145)

Għalhekk wieħed jikkonkludi li jekk il-miżuri jibqgħu għaddejjin ma jkollhom l-ebda impatt sostanzjali fuq il-qagħda ta’ l-importaturi (kummerċjanti).

4.   L-interessi ta’ min juża’ l-prodott

4.1.   Il-bdiewa

(146)

L-ebda kooperazzjoni ma nkisbet minn dawk li jużaw direttament il-potassa bħala fertilizzant (il-bdiewa), għalkemm l-organizzazzjoni rappreżentattiva tagħhom irċeviet kwestjonarju. Assoċjazzjoni waħda ta’ bidwi ta’ Stat Membru, iżda, sostniet li d-dazji ta’ anti-dumping jagħmlu ħsara lill-pożizzjoni tal-bdiewa f’suq kompetittiv fejn il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni ta’ inputs bħall-fertilizzanti huma regolati filwaqt li l-prezzijiet ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel impurtati mhumiex.

(147)

Dan l-argument m'għandux jiġi aċċettat minħabba li l-miżuri ta' anti-dumping ma jittrattawx il-mistoqsijiet globali li jikkonċernaw il-politika agrikola. L-investigazzjonijiet ta’ anti-dumping jimmiraw biss biex jerġgħu jistabbilixxu sitwazzjoni ta’ kummerċ ġust wara mġiba ta’ dumping offensiv. Fin-nuqqas ta’ kull argument ieħor sostanzjali u kull indikazzjoni li l-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping kieku kellhom effett negattiv fuq il-bdiewa, wieħed irid jikkonkludi li jekk jibqgħu għaddejjin id-dazji ta’ anti-dumping ma jkollhomx impatt negattiv għall-bdiewa.

4.2.   Il-fabbrikanti tal-fertilizzanti

(148)

Dawk li jużaw il-prodott li taw tweġibiet għall-kwestjonarju kienu kollha fabbrikanti tal-fertilizzanti li jixtru l-potassa mill-industrija Komunitarja u anki jimpurtawha mill-pajjiżi konċernati jew minn terza pajjiżi. Għalihom, il-potassa hija materjal mhux maħdum biex jipproduċu l-fertilizzanti li ħafna drabi fihom tliet nutrijenti differenti: in-nitroġenu, il-fosfat u l-potassa (fertilizzanti NPK jew fertilizzant kompost). Dan ifisser li l-potassa hija waħda mill-elementi ta’ spejjeż għall-prodotti finali tagħhom, li tirrappreżenta bejn 15 u 30 % ta' l-ispiża tal-produzzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-produzzjoni tal-fertilizzanti li fihom il-potassa naqsu b’mod sinifikanti fl-2002 u fl-2003, segwiti b’żieda moderata matul il-PI, mingħajr ma laħqu l-livelli prevalenti fl-2001. Għalhekk wieħed jista’ jikkonkludi li l-miżuri ta’ anti-dumping fuq il-potassa ma kellhom l-ebda impatt sinifikanti fuq l-istruttura tal-prezz tal-fabbrikanti tal-fertilizzant.

(149)

Ħafna minn dawn li jużaw il-prodott ilmentaw bl-istess mod bħall-importaturi kontra li l-miżuri jibqgħu għaddejjin. Iżda, produttur wieħed tal-fertilizzant qal li jkun fl-interess tiegħu li jkun hemm produtturi tal-potassa kemm fil-Komunità kif ukoll barra minnha anki fil-futur.

(150)

Peress li l-produtturi tal-fertilizzant li jikkompetu f’terza pajjiżi ma jħallsux dazji ta’ anti-dumping fuq ix-xiri tagħhom tal-potassa, il-fabbrikanti tal-fertilizzanti fil-Komunità wkoll qalu li mhumiex kapaċi jikkompetu mal-prezzijiet tal-prodott finali offrut mill-kompetituri tagħhom barranin. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota, iżda li, il-fabbrikanti tal-fertilizzanti fil-Komunità għandhom il-possibbiltà li jimportaw taħt l-IPR, jiġifieri mingħajr ma jħallsu dazji ta' anti-dumping. Barra minn hekk, ta’ min jiftakar li sorsi oħra ta’ fornitura jeżistu, kemm f’terza pajjiżi li mhumiex suġġetti għall-miżuri ta’ anti-dumping, kif ukoll fil-Komunità. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wrietx li dawn in-nies li jużaw il-prodott ma kinux kapaċi jikkompetu mal-fertilizzanti komposti impurtati fis-suq tal-Komunità.

(151)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, wieħed jikkonkludi li l-miżuri ma kellhomx impatt negattiv sinifikanti fuq il-qagħda ta’ min juża’ l-prodott. Tabilħaqq, l-impatt tal-miżuri fuq l-ammont ta' profitt tal-fabbrikanti tal-fertilizzant matul il-perjodu kkunsidrat kien minimu u l-ebda elementi ma tressqu biex jindikaw li dan jista’ jinbidel jekk il-miżuri jinżammu. Għalhekk wieħed jikkonkludi li l-interessi ta’ min juża’ l-prodott huma tali li jipprojbixxi li l-miżuri jibqgħu għaddejjin.

5.   Konsegwenzi għall-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità

(152)

Il-miżuri fil-forma preżenti tagħhom żgur kellhom effett li jistabbilizzaw fuq l-industrija Komunitarja li kienet kapaċi toħroġ mill-perjodu ta' telf u terġa' tikseb sitwazzjoni fejn tagħmel profitt b'mod moderat. Dan l-iżvilupp ma kienx ikun possibbli mingħajr miżuri. Iżda, dan ma setax jipprevjeni aktar konċentrazzjoni tas-suq kif jixhed it-teħid ta' żewġ produtturi tal-Komunità mill-Grupp ICL minn Iżrael. Barra minn hekk, kien hemm għeluq ta' l-industrija tal-potassa Franċiża fl-2001 minħabba li l-minjieri kienu eżawriti. L-importaturi u dawk li jużaw il-prodott kienu argumentaw li dan l-iżvilupp wassal prattikament għal duwopolju fis-suq ta' l-UE, billi żamm il-prezz tas-suq aktar minn 70 %, fil-15-il Stat Membru ta' l-UE anki aktar minn 80 %. Għalhekk, sostnew li l-miżuri preżenti affettwaw is-suq b’tali mod li xekklu l-kompetizzjoni.

(153)

Dan l-argument irid jiġi mwarrab, għaliex il-miżuri preżenti taw lok biex l-industrija Komunitarja żżomm l-operazzjonijiet tagħha u tirkupra parzjalment mill-effetti tad-dumping offensiv. Fin-nuqqas ta’ miżuri, kien ikun probabbli li l-kompetizzjoni kienet tonqos anki aktar, minħabba li l-produtturi tal-Komunità kienu jkunu mġiegħla jagħlqu l-produzzjoi tal-potassa. Għalhekk, jekk il-miżuri jibqgħu għaddejjin jinżamm milli jkun hemm aktar tnaqqis fil-kompetizzjoni billi jingħata lok biex l-industrija Komunitarja tibqa' ħajja u kompetittiva.

(154)

Barra minn hekk, ta’ min jiftakar ukoll li l-preżenza ta’ numru ta’ kompetituri oħra fis-suq tal-Komunità minn terza pajjiżi, kif ukoll mill-pajjiżi konċernati assigura kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità u m’hemm l-ebda raġuni biex wieħed jassumi li dan jista’ jinbidel jekk il-miżuri jinżammu.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(155)

Wara li ġew analizzati l-interessi differenti involuti, wieħed jasal għall-konklużjoni li, min-naħa, jekk il-miżuri ta' anti-dumping jibqgħu għaddejjin x’aktarx li jkun hemm żvilupp stabbli u prevedibbli għas-suq tal-potassa tal-Komunità, li jagħti lok lill-industrija Komunitarja biex tirkupra aktar u tibqa’ kompetittiva taħt il-kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, jekk l-industrija Komunitarja titħalla mingħajr protezzjoni biżżejjed kontra l-importazzjonijiet iddampjati x’aktarx li probabbilment jitneħħa għal kollox l-ammont żgħir ta' profitt tagħha li kisbet fis-snin riċenti u twassal biex il-qagħda tagħha tmur sew għall-agħar. Fil-fatt, jekk il-miżuri jiskadu, l-industrija Komunitarja fil-probabbiltà kollha tkun sfurzata tħalli s-suq bil-mod u parti kbira mis-suq tittieħed mill-esportaturi tal-Belarus u tar-Russja, li jħallu għażla ħafna iktar limitata tas-sorsi tal-potassa għall-importaturi, il-bdiewa u min juża’ l-prodotti fil-Komunità. Għalhekk, il-vantaġġ fil-prezz għall-importaturi, li jirriżulta milli l-miżuri ta' anti-dumping jitħallew jiskadu, hu misbuq ħafna iktar mill-benefiċċji għall-industrija tal-Komunità li joħorġu milli l-miżuri ta' anti-dumping offensiv jibqgħu għaddejjin.

(156)

L-iżvantaġġ għal min juża’ l-prodott u għal dawk li jużawh fl-aħħar meta l-miżuri jinżammu hu meqjus li hu limitat ħafna meta mqabbel mal-perspettiva biex tinkiseb industrija Komunitarja stabbli u vijabbli. Fil-fatt, it-titwil tal-miżuri ma jbiddel xejn mill-kundizzjonijiet preżenti tas-suq, li taħthom min juża’ l-prodott ma kienx sostanzjalment affettwat. L-effetti negattivi li x’aktarx ikun hemm fuq il-qagħda ta’ l-industrija Komunitarja qed jisbqu l-piż possibbli għal min juża' l-prodott u dawk li jagħmlu użu aħħari minnu, li mhux se jkun differenti mill-qagħda li teżisti bħalissa. Għalhekk wieħed jikkonkludi li m’hemm l-ebda raġunijiet interessanti kontra t-titwil tal-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping.

F.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKOSTANZI MIBDULA

(157)

Fil-qafas tar-reviżjoni fl-intervall li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-potassa li toriġina fil-Belarus, kien eżaminat ukoll jekk iċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward ta' l-investigazzjoni oriġinali li tirrigwarda d-dumping jistgħux jitqiesu b'mod raġonevoli li għandhom natura dejjiema skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(158)

Billi jitqabblu l-valuri normali u l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni misjuba bejn l-investigazzjoni ta’ qabel u dik preżenti ġie stabbilit li, wara li tqisu t-tipi ta’ prodotti paragunabbli, il-valur normali żdied b'mod konsiderevoli, iżda l-prezz medju ta’ l-esportazzjoni żdied ħafna iktar, u wassal għal livelli mnaqqsa ta’ dumping. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni mill-Belarus lejn swieq oħra, instab li ġeneralment jaqblu mal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn is-suq ta’ l-UE. L-ebda evidenza ma nstabet li l-esportazzjonijiet mill-Belarus ma jibqgħux isiru bi prezzijiet iddampjati, iżda fuq livell ibaxx mill-passat. Meta wieħed iqis dan t’hawn fuq, hu sikur biex jikkonkludi li l-livell il-ġdid ibaxx ta’ dumping huwa ta’ natura dejjiema.

(159)

Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, hu meqjus xieraq biex jiġu emendati l-miżuri eżistenti fir-rigward tal-Belarus, billi jitbaxxa l-marġni ta' dumping għal dak stabbilit fl-investigazzjoni preżenti.

(160)

Skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ dazju ta’ anti-dumping m’għandux jeċċedi l-marġni ta’ dumping stabbilit, iżda għandu jkun inqas minn dak il-marġni jekk dak id-dazju inqas ikun biżżejjed biex ineħħi d-dannu ta’ l-industrija Komunitarja. Peress li d-dazji eżistenti għall-Belarus kienu ġew ikkalkulati abbażi tal-marġni ta’ dumping, u peress li l-marġni l-ġdid ta’ dumping huwa ibaxx minn dak ikkalkulat qabel, id-dazju għandu jkun aġġustat għal-livell ta' dumping ibaxx misjub f'din l-investigazzjoni, l-aktar 27,5 %.

G.   IMPRIŻA

(161)

Wara li ntwerew is-sejbiet definittivi, il-produttur li jesporta fil-Belarus offra prezz għall-impriża.

(162)

Hija l-prassi normali tal-Kummissjoni biex ma taċċettax impriżi mingħand kumpaniji li ma jissodisfawx il-kriterji għal trattament ta’ l-ekonomija tas-suq jew trattament individwali bħala impriżi minn dawk il-kumpaniji hi meqjusa mhux prattika. Dan minkejja, f'ċirkostanzi partikolari, jistgħu jiġu aċċettati impriżi minn dawk il-kumpaniji. Dawn iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu, b’mod partikolari, involviment mill-awtoritajiet ta’ l-Istat fil-pajjiż li jesporta biex jassiguraw li l-kundizzjonijiet ta’ l-impriża huma mħarsa.

(163)

Fattur kruċjali biex tiġi aċċettata kull impriża huwa li trid tissodisfa r-relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-Komunità u l-partijiet fl-impriża. F'dan ir-rigward, ta' min jiftakar li l-Kunsill impona ċerti miżuri ristrettivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali mill-Belarus permezz ta' Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK (12) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (13). Ta’ min jiftakar ukoll li Belaruskali hija kumpanija għal kollox ta’ Stat u għalhekk l-awtoritajiet preżenti għandhom influwenza diretta u deċiżiva fuq l-operazzjonijiet tal-kumpanija. Għalhekk, peress li l-Kummissjoni ma setgħetx tissodisfa ruħha li kien hemm relazzjoni ta’ fiduċja bejn il-Komunità u l-partijiet kollha fl-impriża, ikkonkludiet li l-offerta ta’ l-impriża minn Belaruskali ma kinetx prattikabbli. Konsegwentement, l-offerta ġiet miċħuda.

H.   DAZJI PROPOSTI

(164)

Minħabba l-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward ta’ li d-dumping jibqa' jsir, il-probabbiltà li jerġa’ jsir id-dannu u l-interess tal-Komunità, għandhom ikunu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-Belarus u mir-Russja sabiex iżommu milli jerġa' jsir dannu li qed jiġi kkawżat lill-industrija Komunitarja mill-importazzjonijiet iddampjati.

1.   Ir-Russja

(165)

Fid-dawl tas-sejbiet t’hawn fuq u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fir-Russja imposti mir-Regolament (KEE) Nru 3068/92, kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1891/2005, għandhom jinżammu.

(166)

Impriżi offruti miż-żewġ produtturi Russi ġew aċċettati fil-qafas ta’ reviżjonjiiet parzjali fil-frattemp li ntemmu permezz tar-Regolament (KE) Nru 1891/2005.

2.   Il-Belarus

(167)

Fid-dawl tas-sejbiet t'hawn fuq u skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-miżuri dwar importazzjonijiet tal-potassium chloride li joriġina fil-Belarus għandhom ikunu modifikati. Il-miżuri eżistenti għall-Belarus huma magħmula minn ammonti fissi li jvarjaw minn EUR 19,51/tunnellata għal EUR 48,19/tunnellata, skond it-tip ta’ prodott. Waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni preżenti, iżda, instab li l-esportazzjonijiet kollha lejn il-Komunità minn Belaruskali kienu limitati għal tipi ta’ prodotti li jaqgħu taħt żewġ kodiċi NM. B’dan il-mod, minħabba l-informazzjoni fuq it-tipi ta’ prodotti oħra, u peress li t-tipi partikolari ta’ potassa konċernati jidhru li jinbiegħu l-aktar, l-aktar strateġija raġonevoli biex jiġu implimentati d-dazji emendati hu meqjus li hu t-tibdil ta’ l-ammonti fissi kollha b’dazju ad valorem jew prezz minimu ta’ importazzjoni, ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti fis-suq tal-potassa matul il-PI.

(168)

Peress li l-livell ta’ dumping li nstab hu aktar baxx mill-marġni ta' dannu stabbilit fl-investigazzjoni ta' qabel, ir-rata tad-dazju ad valorem għandha tkun iffissata fuq il-livell ta' dumping li hu 27,5 %.

(169)

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet speċjali tas-suq prevalenti fis-suq tal-potassa, jiġifieri ż-żieda fil-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott konċernat bejn l-2003 u l-PI, liema żieda fil-fatt issuktat fl-2005 u l-2006, tqies li hu xieraq li jiġu imposti miżuri fil-forma ta’ prezz minimu fuq l-importazzjoni (“MIP”) (i) ibbażat fuq is-sejbiet stabbiliti għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi jneħħu l-effetti tad-dumping offensiv misjub għal tipi ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 3104 20 50 (il-kodiċi TARIC 3104 20 50 10 u 3104 20 50 90) u 3104 20 90 (il-kodiċi TARIC 3104 20 90 00) importati fil-Komunità matul il-PI li jirrappreżentaw l-aktar tipi ta’ prodotti voluminużi li probabbilment huma dawk li jiġu impurtati fil-Komunità anki matul il-perjodu kopert bil-miżuri estiżi, u (ii) minħabba r-riskju li jistgħu jaħarbu mill-miżura marbuta maċ-ċirkostanzi partikolari deskritti fil-premessa (163) hawn fuq, sa marġni kwantitattiv li lil hemm minnu għandu japplika dazju ad valorem ta’ 27,5 %. L-istess dazju ad valorem għandu japplika wkoll fuq l-importazzjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-marġni kwantitattiv jekk il-prezz minimu ta’ l-importazzjoni ma jkunx imħares jew jekk l-importazzjonijiet tal-prodott suġġetti għall-miżuri ppreżentati għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera jaqgħu taħt dawk il-kodiċi NM, li għalihom mhu applikabbli l-ebda prezz minimu fuq l-importazzjoni (jiġifieri kodiċi NM 3104 20 10 , ex 3105 20 10 (kodiċi TARIC 3105 20 10 10 u 3105 20 10 20), ex 3105 20 90 (kodiċi TARIC 3105 20 90 10 u 3105 20 90 20), ex 3105 60 90 (kodiċi TARIC 3105 60 90 10 u 3105 60 90 20), ex 3105 90 91 (kodiċi TARIC 3105 90 91 10 u 3105 90 91 20), ex 3105 90 99 (kodiċi TARIC 3105 90 99 10 u 3105 90 99 20).) Konsegwentement, marġni kwantitattiv għandu jkun stabbilit b’referenza għall-ħidma riċenti fl-esportazzjoni matul is-sena 2005 ta' l-esportatur tal-Belarus lejn il-Komunità, għaliex dan huwa kwantità ta' esportazzjoni li jista' jintlaħaq mill-esportatur mingħajr ma jkollu għalfejn jaħrab mill-MIP. Abbażi ta’ dan, marġni kwantitattiv għall-prezz minimu ta’ importazzjoni għandu jkun stabbilit għal 700 000 tunnellata kull sena għall-oġġetti mħollija jidħlu fis-suq.

(170)

Sabiex iqis il-fatt li l-prodotti jitwasslu fuq kemm il-kundizzjonijiet tad-DAF u tas-CIF (port tal-Komunità) (kif definit f’Incoterms 2000) u li l-ispejjeż tal-ġarr, tat-tqandil u tat-tagħbija inklużi fil-prezzijiet ikkwotati għandhom differenzi sinifikanti skond jekk il-ġarr issir bit-trasport bl-art lejn fruntiera fuq l-art fil-Komunità (fuq il-kundizzjonijiet tad-DAF) jew bit-trasport bil-baħar minn portijiet marittimi f’terza pajjiżi lejn port fil-Komunità (kundizzjonijiet tas-CIF (port tal-Komunità)), l-MIPs li qed jirreferu għal dawn iż-żewġ tipi ta’ twassil għandhom ikunu differenzjati.

(171)

Il-Kunsill jirrikonoxxi li d-dħul ta’ marġni kwantitattiv jirrikjedi sistema ta’ maniġjar li ma tistax titħaddem qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Minħabba l-kumplessità ta’ dan is-suġġett, il-Kunsill qies li jixraq li l-Kummissjoni li tistipula permezz tar-Regolament il-modalitajiet hħall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-marġni kwantitattiv jekk huwa teknikament possibbli.

(172)

Il-Kunsill jirrikonoxxi wkoll li minħabba l-fatt li r-Regolament li jibdel il-forma u l-livell preżenti tal-miżura jidħol fis-seħħ biss fit-tieni nofs ta’ l-2006, u li esportazzjonijiet tal-prodott konċernat li qed jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-preżent joffru diffikultajiet loġistiċi, ir-riskju li jaħarbu mill-miżuri msemmija fil-premessa (169) fil-preżent hu limitat. Għalhekk, meta jitqiesu d-diffikultajiet tekniċi msemmija fil-premessa (171) u minħabba r-riskju limitat, jidher li jixraq li ma jiġix impost marġni kwantitattiv f’dan l-istadju. Għalhekk, l-MIPs u d-dazju ad valorem kif imfissra fil-premessa (169) hawn fuq għandhom japplikaw minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

(173)

Minkejja dan, jekk il-kwantità li titħalla tidħol fis-suq, kif stabbilit mill-Kummissjoni abbażi tad-dejta miġbura skond l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku, fi kwalunkwe sena kalendarja, jew għall-bqija tas-sena 2006 fuq bażi pro rata temporis, teċċedi b’mod sinifikanti s-700 000 tunnellata li tirrifletti l-kwantitajiet tradizzjonali kif stabbilit fik-premessa (169) hawn fuq, u għar-raġunijiet imsemmija f’dik il-premessa u b’referenza għaċ-ċirkostanzi partikolari deskritti fil-premessa (163) hawn fuq il-Kummissjoni għandha tressaq proposta lill-Kunsill għall-impożizzjoni tad-dazju ad valorem li jikkonċerna l-prodotti kollha li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni.

(174)

Sabiex jiġi assikurat li l-MIP jitħares b'mod effettiv, l-importaturi għandhom ikunu konxji li meta jinstab li wara li ssir verifikazzjoni wara l-importazzjoni li (i) l-prezz nett, b’xejn fil-fruntiera tal-Komunità (jiġifieri ħieles mid-dazji doganali u kull spejjeż wara l-importazzjoni, bħal spejjeż tat-tqandil, tagħbija u ġarr) imħallsa fil-verità mill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (prezz ta’ wara l-importazzjoni) huwa inqas mill-prezz nett, b’xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, kif irriżulta mid-dikjarazzjoni tad-dwana; u ii) il-prezz ta' wara l-importazzjoni hu inqas mill-MIP, id-dazju ad valorem għandu japplika b'lura fuq it-transazzjonijiet rilevanti. L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih kull meta jinstabu indikazzjonijiet ta' dikjarazzjoni ħażina.

(175)

F’dan il-kuntest, qed issir referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (14), inter alia, għall-Artikolu 78, li skond liema l-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jispezzjonaw id-dokumenti kummerċjali u d-dejta marbuta ma’ l-operazzjonijiet ta’ importazzjoni jew esportazzjoni fir-rigward ta’ l-oġġetti konċernati jew għall-operazzjonijiet kummerċjali sussegwenti li jinvolvu dawk l-oġġetti. Dawk l-ispezzjonijiet jistgħu jsiru fil-bini tad-dikjarant, jew ta’ xi persuna oħra li hi direttament jew indirettament involuta fl-operazzjonijiet imsemmija f’kapaċità ta’ negozju jew xi persuna oħra li għandha d-dokument imsemmi u d-dejta għall-fini ta' negozju,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dazju definittiv ta’ anti-dumping hu b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-potassium chloride li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 3104 20 10 , 3104 20 50 , 3104 20 90 u fuq taħlitiet speċjali (jiġifieri l-potassium chloride li fih elementi tal-fertilizzanti addizzjonali, b'kontenut tal-potassju evalwat bħala K2O, bl-użin, ugwali għal jew jaqbeż il-35 % iżda li ma jeċċedix 62 % tal-prodott xott mhux imxarrab) li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM ex 3105 20 10 (kodiċi TARIC 3105 20 10 10 u 3105 20 10 20), ex 3105 20 90 (kodiċi TARIC 3105 20 90 10 u 3105 20 90 20), ex 3105 60 90 (kodiċi TARIC 3105 60 90 10 u 3105 60 90 20), ex 3105 90 91 (kodiċi TARIC 3105 90 91 10 u 3105 90 91 20), ex 3105 90 99 (kodiċi TARIC 3105 90 99 10 u 3105 90 99 20), li joriġina fil-Belarus u r-Russja.

Artikolu 2

1.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping applikabbli għal prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1 u li joriġina fil-Belarus se jkun ta’ 27,5 %. Se jkun applikat taħt il-kondizzjonijiet stipulati hawn taħt:

a)

Id-dazju se jitħallas fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 u 3104 20 90 (kodiċi addizzjonali TARIC A999) ħlief meta

il-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott huwa l-prezz minimu ta’ importazzjoni adattat stipulat fl-Anness I jew ogħla minnu,

u

il-kwantità totali importata tal-prodotti speċifikati fl-Anness I u rilaxxati f’ċirkulazzjoni libera ma laħqitx b' mod kumulattiv is-700 000 tunnellata għal kull sena kalendarja.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ta' dan il-marġni kwantitattiv permezz ta’ Regolament malajr kemm jista' jkun.

(b)

Id-dazju se jinżamm fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 3104 20 10 , ex 3105 20 10 (kodiċi TARIC 3105 20 10 10 u 3105 20 10 20), ex 3105 20 90 (kodiċi TARIC 3105 20 90 10 u 3105 20 90 20), ex 3105 60 90 (kodiċi TARIC 3105 60 90 10 u 3105 60 90 20), ex 3105 90 91 (kodiċi TARIC u 3105 90 91 10 u 3105 90 91 20), ex 3105 90 99 (kodiċi TARIC 3105 90 99 10 u 3105 90 99 20).

2.   B’deroga għall-Artikolu 2(1), sakemm iseħħ id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni ċitat fil-paragrafu 1, id-dazju de japplika kif ġej:

(a)

Id-dazju se jinżamm fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 50 and 3104 20 90 (kodiċi addizjonali TARIC A999) ħlief meta l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott, huwa l-prezz minimu ta’ importazzjoni adattat stipulat fl-Anness I jew ogħla minnu.

(b)

Id-dazju se jinżamm fuq prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3104 20 10 , ex 3105 20 10 (kodiċi TARIC 3105 20 10 10 u 3105 20 10 20), ex 3105 20 90 (kodiċi TARIC 3105 20 90 10 u 3105 20 90 20), ex 3105 60 90 (kodiċi TARIC 3105 60 90 10 u 3105 60 90 20), ex 3105 90 91 (kodiċi TARIC u 3105 90 91 10 u 3105 90 91 20), ex 3105 90 99 (kodiċi TARIC 3105 90 99 10 u 3105 90 99 20).

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, se japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li għandhom x’jaqsmu mad-dazji doganali.

Artikolu 3

1.   Ir-rata tad-dazju definittiv ta’ anti-dumping applikabbli lill-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1, li joriġina fil-Federazzjoni Russa u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt se tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata tad-Dazju

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ir-Russja

JSC Silvinit, Solikamsk

23,0 %

A665

JSC Uralkali, Berezniki

12,3 %

A666

2.   Ir-rata tad-dazju ta’ anti-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fl-Artikolu 1, li joriġina fil-Federazzjoni Russa u manifatturat mill-kumpaniji kollha l-oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 (kodiċi addizzjonali TARIC A999) se tammonta għall-ammont fiss f’euro għal kull tunnellata tal-KCl muri hawn taħt għal kull kategorija u grad (potassa standard għandha tinftiehem bħala potassa f’forma ta’ trab):

Potassium chloride li ma fih ebda elementi fertilizzanti addizzjonali

Kategorija

B’kontenut ta’ potassium evalwat bħala, skond il-piż, li ma jaqbiżx l-40 % fuq il-prodott anidridu xott

B’kontenut ta’ potassium evalwat bħala, skond il-piż, li jaqbeż l-40 % iżda li ma jaqbiżx it-62 % fuq il-prodott anidridu xott

B’kontenut ta’ potassium evalwat bħala, skond il-piż, li jaqbeż it-62 % fuq il-prodott anidridu xott

Grad

Standard

Li mhuwiex standard (includż granulari)

Standard

Li mhuwiex standard (includż granulari)

 

Kodiċi TARIC

3104 20 10 10

3104 20 10 90

3104 20 50 10

3104 20 50 90

3104 20 90 00

Ammont fiss (EUR/tunnellata)

19,61

26,01

29,65

39,33

40,63


Potassium chloride li fih elementi addizzjoali ta’ fertilizzanti f’taħlitiet speċjali

 

B’kontenut ta’ potassium evalwat bħala, skond il-piż, ta’ 35 % jew ogħla iżda li ma jaqbiżx l-40 % fuq il-prodott anidridu xott

B’kontenut ta’ potassium evalwat bħala, skond il-piż, li jaqbeż l-40 % iżda li huwa ta’ 62 % fuq il-prodott anidridu xott, jew ogħla

Kodiċi TARIC

3105 20 10 10, 3105 20 90 10, 3105 60 90 10, 3105 90 91 10, 3105 90 99 10

3105 20 10 20, 3105 20 90 20, 3105 60 90 20, 3105 90 91 20, 3105 90 99 20

Ammont fiss (EUR/tunnellata)

26,01

39,33

3.   Minkejja l-Artikolu 1 hawn fuq, id-dazju anti-dumping definittiv mhuwiex se japplika għal importazzjonijiet rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skond l-Artikolu 4.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, se japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li għandhom x’jaqsmu mad-dazji doganali.

Artikolu 4

1.   L-importazzjonijiet dikjarati biex jitħallew jidħlu fis-suq għandhom ikunu eżentati mid-dazji anti-dumping imposti mill-Artikolu 1, dejjem jekk jintwerew minn kumpaniji li minn għandhom huma aċċettati impriżi mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma mniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/802/KE, kif emendata minn żmien għal żmien, u ġew impurtati b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-istess Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   L-importazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mid-dazju anti-dumping dejjem jekk:

(a)

l-oġġetti dikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-prodott deskritt fl-Artikolu 1;

(b)

fattura kummerċjali li fiha talanqas l-elementi mniżżla fl-Anness II tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fuq preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni biex jitħallew jidħlu fis-suq;

u

(ċ)

l-affarijiet dikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu eżatt mad-deskrizzjoni fuq il-fattura kummerċjali.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, il-11 ta’ Lulju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)   ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)   ĠU L 308, 24.10.1992, p. 41.

(3)   ĠU L 112, 11.5.2000, p. 4. Rettifika pubblikata fil-ĠU L 2, 5.1.2001, p. 42.

(4)   ĠU L 182, 19.5.2004, p. 23.

(5)   ĠU L 183, 20.5.2004, p. 16. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 588/2005 (ĠU L 98, 16.4.2005, p. 11).

(6)   ĠU L 143, 7.6.2005, p.11.

(7)   ĠU L 302, 19.11.2005, p. 14.

(8)   ĠU L 302, 19.11.2005, p. 79.

(9)   ĠU L C 249, 8.10.2004, p. 3.

(10)   ĠU Ċ 89, 13.4.2005, p. 3.

(11)   ĠU Ċ 89, 13.4.2005, p.7.

(*1)  ibbażati fuq l-estimi ta' Belaruskali

(*2)  ibbażati fuq l-estimi tal-produtturi Russi

(*3)  ibbażati fuq l-estimi tal-kumpaniji Russi

(12)   ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5.

(13)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(14)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).


ANNESS I

Kodiċi TARIC

Prezz Minimu ta’ l-Importazzjoni (“MIP”) f'euro kull tunnellata, CIF (port tal-Komunità) (*1), nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-oġġetti mwassla bit-trasport marittimu minn portijiet fil-baħar ta' terza pajjiżi

Prezz Minimu ta’ l-Importazzjoni (“MIP”) f'euro kull tunnellata, DAF (*1), nett, b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, ghall-oggetti mwassla bit-trasport bl-art

3104 20 50 10

114.3 (kodiċi addizzjonali TARIC A747)

102.4 (kodiċi addizzjonali TARIC A748)

3104 20 50 90

125.8 (kodiċi addizzjonali TARIC A749)

113.0 (kodiċi addizzjonali TARIC A750)

3104 20 90 00

124.1 (kodiċi addizzjonali TARIC A751)

110.3 (kodiċi addizzjonali TARIC A752)


(*1)  Kif imfisser f’Incoterms 2000.


ANNESS II

L-elementi li ġejjin għandhom ikunu indikati fuq il-fattura kummerċjali li jkun hemm mal-bejgħ tal-kumpanija tal-potassium chloride lill-Komunità li huma suġġetti għal kwalunkwe Impriża:

1.

It-titolu “FATTURA KUMMERĊJALI MA’ L-OĠĠETTI SUĠĠETTI GĦAL IMPRIŻA”.

2.

L-isem tal-kumpanija msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/802/KE li toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li permezz tagħha l-oġġetti fuq il-fattura jridu jinħelsu mid-dwana fil-fruntiera tal-Komunità.

6.

Id-deskrizzjoni preċiża ta’ l-oġġetti, inkluż:

In-Numru tal-Kowd tal-Prodott (PCN) użat għall-finijiet ta’ l-investigazzjoni u l-impriża (eż. PCN 1, PCN 2, eċċ.),

deskrizzjoni b’lingwaġġ sempliċi ta’ l-oġġetti li jikkorrispondi għall-PCN konċernat,

in-numru tal-kowd tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk japplika),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (li trid tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-bejgħ, inkluż:

il-prezz kull tunnellata,

il-kundizzjonijiet tal-ħlas applikabbli,

il-kundizzjonijiet applikabbli tat-twassil,

skonti u tnaqqis totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li qed taġixxi bħala importatur fil-Komunità li għaliha nħarġet direttament mill-kumpanija, il-fattura li hemm ma’ l-oġġetti.

9.

L-isem ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għal esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea ta' l-oġġetti koperti b’din l-invojs qed isir fi ħdan l-ambitu u taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-impriża offruta mill-… [kumpanija], u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2005/802/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din l-invojs hi sħiħa u korretta.”