|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( *1 ) |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 49 |
|
Werrej |
|
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
* |
||
|
|
|
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2006 dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping lir-Repubblika ta' Malta (Innotifikata fid-dokument bin-numru C(2006)1990) ( 1 ) |
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(*1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 151. |
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
|
6.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 805/2006
tal-25 ta’ April 2006
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federati tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federati tal-Mikronesja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità u l-Istati Federati tal-Mikronesja (SFM) innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija dwar l-Industriji tas-Sajd li jipprovdi lis-sajjieda tal-Komunità b’opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li fuqhom għandhom sovranità jew ġurisdizzjoni l-Istati Federati tal-Mikronesja f’dik li tirrigwarda l-industrija tas-sajd. |
|
(2) |
Dak il-Ftehim jipprovdi għal koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-ħsieb li jiggarantixxi l-konservazzjoni u l-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi, kif ukoll is-sħubijiet bejn intrapriżi mmirati lejn l-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ekonomiċi ta’ interess komuni fis-settur ta’ l-industriji tas-sajd u attivitajiet relatati. |
|
(3) |
Dak il-Ftehim għandu jiġi approvat. |
|
(4) |
Għandha tiġi stabbilita l-allokazzjoni ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri, |
|
(5) |
L-Istati Membri, li l-bastimenti tagħhom jistadu taħt dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull ħażna ta’ ħut maqbud ġewwa ż-żona tas-sajd ta’ l-SFM skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 dwar l-istabbiliment tal-modalitajiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-qabdiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji fl-ilmijiet tal-pajjiżi terzi u fil-baħar miftuħ (1). |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federati tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federati tal-Mikronesja (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti fil-Protokoll għall-Ftehim għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri skond dan li ġej:
|
— |
Tartaruni bil-friża tat-tonn: |
Spanja: |
75 % ta’ l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli |
|
Franza: |
25 % ta’ l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli |
||
|
— |
Bastimenti li jużaw l-konzijiet tal-wiċċ: |
Spanja: |
8 bastimenti |
|
Portugal: |
4 bastimenti |
Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzja minn dawn l-Istati Membri ma jkoprux l-opportunitajiet ta’ sajd kollha ffissati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tqis applikazzjonijiet għal-liċenzja minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-25 ta’ April 2006.,
Għall-Kunsill
Il-President
J. PRÖLL
IL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA
bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federati tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federati tal-Mikronesja
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn hawn 'il quddiem “il-Komunità”, u
IL-GVERN TA' L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA,
minn hawn 'il quddiem “SFM”;
It-tnejn flimkien jissejħu “il-Partijiet”,
QIESU l-koperazzjoni mill-qrib u r-relazzjonijiet kordjali bejn il-Komunità u l-SFM, b'mod partikolari fil-kuntest tal-Ftehimiet ta' Lomé u ta' Cotonou, u x-xewqa komuni tagħhom li jżommu u jiżviluppaw aktar dawn ir-relazzjonijiet;
QIESU x-xewqa ta' l-SFM li jinkoraġġixxu l-utilizzazzjoni razzjonali tar-riżorsi ta' l-industrija tas-sajd tagħha permezz ta' kooperazzjoni intensifikata u x-xewqa tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jkollhom aċċess għaż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' l-SFM;
FTAKRU LI, fir-rigward tal-konservazzjoni, ta' l-amministrazzjoni u ta' l-utilizzazzjoni razzjonali tal-ħażniet ta' ħut b'tendenza kbira li jpassi, l-SFM jeżerċitaw id-drittijiet sovrani jew il-ġurisdizzjoni tagħhom fuq żona li testendi sa 200 mil nawtiku mil-linji ta' bażi tal-kosta tagħha;
WARA LI KKUNSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta' l-1982 u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ħażniet tal-Ħut;
KONXJI mill-importanza tal-prinċipji stabbiliti mill-Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;
JAFFERMAW ILLI l-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani minn stati kostali f'ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għall-għan ta' l-utilizzazzjoni, il-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi ħajjin għandu jitmexxa skond il-prinċipji u l-prassi tal-liġi internazzjonali u billi titqies il-prattika stabbilita fil-livell reġjonali b'mod xieraq;
IDDETERMINATI LI jikkoperaw, fl-interess ta' xulxin, sabiex jinkoraġġixxu t-titjib tas-sajd responsabbli biex tiġi żgurata l-konservazzjoni u l-utilizzazzjoni sostenibbli fit-tul tar-riżorsi ta' l-ibħra ħajja;
KONVINTI LI din it-tip ta' koperazzjoni għandha tieħu l-forma ta' inizjattivi u miżuri li, kemm jekk jittieħdu flimkien jew kemm jekk jittieħdu b'mod separat, huma komplementari, konsistenti mal-politika u jiżguraw sinerġija ta' l-isforzi;
IDDEĊIDEW, għal dawn l-għanijiet, li jistabbilixxu djalogu bil-ħsieb li jassistu lill-SFM fid-definizzjoni ta' politika settorjali ta' l-industriji tas-sajd fl-SFM u fl-identifikazzjoni tal-mezzi adattati biex jiġi żgurat li din il-politika tiġi implimentata b'mod effettiv u li l-operaturi ekonomiċi u s-soċjetà ċivili jkunu involuti f'dan il-proċess;
MIXTIEQA LI jistabbilixxu termini u kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tal-Komunità fiż-ŻEE ta' l-SFM u s-sostenn tal-Komunità għat-tkattir ta' sajd responsabbli f'dik iż-ŻEE;
IDDETERMINATI LI jaħdmu għal koperazzjoni ekonomika iktar mill-qrib fl-industrija tas-sajd u fl-attivitajiet relatati permezz ta' l-inkoraġġiment ta' investiment dirett fl-industriji tas-sajd inkluż it-twaqqif ta' intrapriżi konġunti li jinvolvu kumpaniji miż-żewġ Partijiet;
HAWNHEKK JAQBLU SKOND DAK LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-ambitu
Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri li jirregolaw:
|
a) |
il-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur ta' l-industriji tas-sajd bil-ħsieb li jiżdied is-sajd responsabbli fiż-ŻEE ta' l-SFM biex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' l-industriji tas-sajd, u li jiġi żviluppat is-settur ta' l-industriji tas-sajd ta' l-SFM; |
|
b) |
il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għal bastimenti tas-sajd tal-Komunità għaż-ŻEE ta' l-SFM; |
|
ċ) |
l-arranġamenti għall-monitoraġġ tas-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm konformità mar-regoli u mal-kundizzjonijiet imsemmija aktar 'il fuq; |
|
d) |
il-miżuri għal konservazzjoni u amministrazzjoni effettivi tal-ħażniet tal-ħut; |
|
e) |
il-prevenzjoni ta' sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat; u |
|
f) |
l-inkoraġġiment biex ikun hemm kooperazzjoni fost operaturi ekonomiċi inklużi sħubijiet bejn kumpaniji mmirati lejn l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati, fl-interess komuni. |
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
|
a) |
L-“awtoritajiet ta' l-SFM” tfisser l-Awtorità Nazzjonali ta' l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi Oċeaniċi ta' l-SFM (NORMA). |
|
b) |
L-“awtoritajiet tal-Komunità” tfisser il-Kummissjoni Ewropea. |
|
ċ) |
Iż-“Żona Ekonomika Esklussiva ta' l-SFM” tfisser l-ilmijiet li fuqhom l-SFM għandhom dritt sovran jew ġurisdizzjoni fir-rigward ta' l-industriji tas-sajd, identifikati mit-Titoli 18 u 24 tal-Kodiċi ta' l-SFM. |
|
d) |
“Bastiment tal-Komunità” ifisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru u huwa rreġistrat fil-Komunità. |
|
e) |
“Intrapriża konġunta” tfisser kumpanija kummerċjali mwaqqfa fl-SFM minn sidien ta' bastimenti jew intrapriżi nazzjonali mill-Partijiet sabiex jinvolvu rwieħhom fis-sajd jew f'attivitajiet relatati. |
|
f) |
“Kumitat Konġunt” ifisser kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u ta' l-SFM li l-funzjonijiet tiegħu huma deskritti fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim. |
|
g) |
“Sajd” ifisser:
|
|
h) |
“Bastiment tas-sajd” ifisser kull bastiment użat jew intenzjonat biex jintuża għas-sajd, inklużi bastimenti ta' sostenn, bastimenti tal-ġarr, u kwalunkwe bastiment ieħor involut b'mod dirett f'dawn it-tip ta' operazzjonijiet tas-sajd. |
|
i) |
“Operatur” tfisser kwalunkwe persuna inkarigata minn, jew responsabbli għall-operazzjoni ta', jew tidderieġi jew tikkontrolla bastiment tas-sajd, inkluż is-sid, il-kerrej jew il-kaptan. |
|
j) |
“Trasbord” ifisser il-ħatt ta' kwalunkwe ħuta jew tal-ħut kollu abbord bastiment tas-sajd għal fuq bastiment tas-sajd ieħor f'port indikat. |
Artikolu 3
Il-Prinċipji u l-Għanijiet imsemmija fl-Implimentazzjon ta' dan il-Ftehim
1. B'dan il-Partijiet jintrabtu li jinkoraġġixxu sajd responsabbli fiż-ŻEE ta' l-SFM ibbażat fuq il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu fiż-żona, bla ħsara għall-ftehimiet konklużi bejn pajjiżi li qiegħdin jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku, inklużi ftehimiet reċiproċi dwar l-industriji tas-sajd.
2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-ħsieb li jassistu lill-SFM fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni ta' politika settorjali dwar is-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM u għandhom, għal dak il-għan, jibdew djalogu ta' politika dwar ir-riformi neċessarji. Huma hawnhekk jintrabtu li jinfurmaw u jikkonsultaw lil xulxin fuq kwalunkwe bidla fil-politika settorjali dwar is-sajd.
3. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw ukoll fit-twettiq ta' valutazzjonijiet ex-ante, matul it-twettiq u ex-post, kemm b'mod konġunt kif ukoll b'mod unilaterali, ta' miżuri, programmi u azzjonijiet implimentati fuq il-bażi ta' dan il-Ftehim.
4. Il-Partijiet hawnhekk jintrabtu li jiżguraw li dan il-Ftehim ikun implimentat skond il-prinċipji ta' kontroll ekonomiku u soċjali tajjeb.
5. L-impjieg ta' baħħara ta' l-SFM abbord bastimenti tal-Komunità għandu jkun irregolat mid-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li għandha tapplika bi dritt għall-kuntratti korrispondenti u għat-termini ġenerali ta' l-impjieg. Dan jikkonċerna b'mod partikolari il-libertà ta' assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta' negozjar kollettiv, u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni f'dak li jirrigwarda l-impjieg u x-xogħol.
Artikolu 4
Il-koperazzjoni xjentifika
1. Matul il-perjodu li fih jgħodd dan il-Ftehim, il-Komunità u l-SFM għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat korrenti tar-riżorsi fiż-ŻEE ta' l-SFM; għandha tissejjaħ laqgħa xjentifika konġunta meta dan ikun neċessarju biex jiġu rakkomandati miżuri lill-Kumitat Konġunt kif ipprovdut fl-Artikolu 9.
2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin, b'mod dirett jew fi ħdan l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, biex jiżguraw l-amministrazzjoni u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin fil-Punent u fiċ-Ċentru tal-Paċifiku, u biex jikkoperaw fir-riċerka xjentifika rilevanti.
Artikolu 5
L-aċċess mill-Bastimenti tal-Komunità għaż-ŻEE ta' l-SFM
1. L-SFM hawnhekk jintrabtu li jawtorizzaw bastimenti tal-Komunità sabiex jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tagħhom skond dan il-Ftehim, inkluż il-Protokoll u l-Anness tiegħu.
2. L-attivitajiet tas-sajd irregolati minn dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti ta' l-SFM. L-SFM għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull emenda lill-istess liġijiet u regolamenti malli jkun prattikabbli u għandhom japplikawha tliet xhur wara n-notifikazzjoni.
3. L-SFM għandhom ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ ta' l-industriji tas-sajd fil-Protokoll. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jossservaw dan it-tip ta' kundizzjonijiet meħtieġa għall-monitoraġġ. Il-passi meħuda mill-SFM biex jirregolaw is-sajd fl-interess tal-konservazzjoni tar-riżorsi ta' l-industriji tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi. Għandhom japplikaw mingħajr diskriminazzjoni għall-bastimenti tal-Komunità, ta' l-SFM u dawk barranin, bla ħsara għall-ftehim konkluż bejn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ġewwa reġjun ġeografiku wieħed, inklużi ftehimiet reċiproċi dwar l-industriji tas-sajd.
4. Il-Komunità għandha tieħu l-passi kollha xierqa meħtieġa biex tiżgura li l-bastimenti tagħha jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-liġijiet u r-regolamenti li jirregolaw l-industriji tas-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM.
Artikolu 6
Il-liċenzji
Il-proċedura biex tinkiseb liċenzja tas-sajd għal bastiment, il-ħlasijiet li japplikaw u l-metodu ta' pagament li għandu jintuża mis-sidien tal-bastimenti għandu jkun kif ipprovdut fl-Anness għall-Protokoll.
Artikolu 7
Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja
1. Il-Komunità għandha tikkonċedi lill-SFM kontribuzzjoni finanzjarja waħda skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll u fl-Annessi bla ħsara għal finanzjament konċess lill-SFM taħt il-Ftehim ta' Cotonou. Din il-kontribuzzjoni waħda għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' żewġ elementi relatati, jiġifieri:
|
a) |
L-aċċess mill-bastimenti tal-Komunità għaż-ŻEE ta' l-SFM; u |
|
b) |
Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għaż-żjieda tas-sajd responsabbli u għall-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' l-industriji tas-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM. |
2. Il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi determinata u amministrata fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bi ftehim komuni bejn il-Partijiet skond il-Protokoll, li għandhom jinkisbu fil-kuntest tal-politika settorjali ta' l-industriji tas-sajd ta' l-SFM u skond programm annwali u multi-annwali għall-implimentazzjoni tagħha.
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja konċessa mill-Komunità għandha titħallas kull sena skond il-Protokoll u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u għall-Protokoll tiegħu fuq kwalunkwe bidla ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni bħala riżultat ta':
|
a) |
ċirkostanzi serji, barra minn fenomeni naturali, li ma jħallux li jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM, skond l-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim; |
|
b) |
tnaqqis fl-opportunitajiet ta' sajd konċessi lill-bastimenti tal-Komunità magħmula bi ftehim bejn il-Partijiet għall-finijiet ta' l-amministrazzjoni tal-ħut konċernati, fejn dan hu kkunsidrat bħala neċessarju għall-konservazzjoni u għall-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi fuq il-bażi ta' l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, skond l-Artikolu 4 tal-Protokoll; |
|
ċ) |
żjieda fl-opportunitajiet ta' sajd konċessi lill-bastimenti tal-Komunità, magħmula bi ftehim bejn il-Partijiet fejn l-aħjar parir xjentifiku disponibbli jaqbel li l-istat tar-riżorsi jippermetti hekk, skond l-Artikoli 1 u 4 tal-Protokoll; |
|
d) |
valutazzjoni mill-ġdid tat-termini tas-sostenn finanzjarju tal-Komunità għall-implimentazzjoni ta' politika settorjali ta' l-industriji tas-sajd fl-SFM, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll, fejn dan huwa ggarantit mir-riżultati ta' l-ipprogrammar annwali u dak multi-annwali osservat miż-żewġ Partijiet; |
|
e) |
it-tmiem ta' dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 12. |
|
f) |
is-sospensjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 13. |
Artikolu 8
L-inkoraġġiment tal-Koperazzjoni fost l-Operaturi Ekonomiċi u fis-Soċjetà Ċivili
1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu koperazzjoni ekonomika, kummerċjali, xjentifika u teknika fis-settur ta' l-industriji tas-sajd u fis-setturi relatati. Huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jikkordinaw il-miżuri differenti li jistgħu jittieħdu għal dan il-għan.
2. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu skambji ta' informazzjoni fuq teknika u tagħmir tas-sajd, metodi ta' preservazzjoni u l-ipproċessar industrijali tal-prodotti ta' l-industriji tas-sajd.
3. Il-Partijiet għandhom jippruvaw joħolqu kundizzjonijiet favorevoli sabiex jingħataw spinta r-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi mill-Partijiet fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu t-twaqqif ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u ta' l-investiment.
4. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-investiment dirett, b'mod partikolari, it-twaqqif ta' intrapriżi konġunti fl-interess tagħhom it-tnejn. Il-ħolqien ta' intrapriżi konġunti fl-SFM u t-trasferiment ta' bastimenti tal-Komunità lill-intrapriżi konġunti għandhom jikkonformaw b'mod sistematiku mal-leġiżlazzjoni ta' l-SFM u tal-Komunità.
Artikolu 9
Il-Kumitat Konġunt
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Konġunt biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jwettaq il-funzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
jissorvelja l-eżekuzzjoni, l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u b'mod partikolari, id-definizzjoni ta' l-ipprogrammar annwali u multi-annwali msemmi fl-Artikolu 5(2) tal-Protokoll u l-valutazzjoni ta' l-implimentazzjoni tiegħu; |
|
b) |
jipprovdi l-komunikazzjoni neċessarja għal affarijiet ta' interess komuni relatati ma' l-industriji tas-sajd u b'mod partikolari mal-miżuri biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' l-industriji tas-sajd; |
|
ċ) |
li jaġixxi bħala forum għal ftehim bonarju ta' kwalunkwe kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; |
|
d) |
jivvaluta mill-ġdid, fejn neċessarju, il-livell ta' opportunitajiet ta' sajd u, għalhekk, tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti taħt l-Artikoli 1, 2, u 3 tal-Protokoll; |
|
e) |
kwalunkwe funzjoni oħra li l-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim bejniethom. |
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, darba fil-Komunità u darba fl-SFM, u għandu jkun ippresjedut mill-Parti li tkun qed tilqa' għandha l-laqgħa. Għandha tissejjaħ laqgħa speċjali fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-Partijiet.
Artikolu 10
Iż-Żona Ġeografika li għaliha japplika dan il-Ftehim
Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-SFM.
Artikolu 11
Il-perjodu tal-Ftehim
Dan il-Ftehim għandu japplika għal disa' snin mill-ġurnata li jidħol fis-seħħ u jista' jiġġedded għal perjodi addizzjonali ta' tliet snin kull wieħed, sakemm ma jingħatax avviż ta' tmiem skond l-Artikolu 12.
Artikolu 12
It-tmiem tal-Ftehim
1. Dan il-Ftehim jista' jintemm minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet fil-każ ta' ċirkostanzi serji bħad-degradazzjoni tal-ħażniet konċernati, is-sejba ta' livell imnaqqas ta' utilizzazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd konċessi lill-bastimenti tal-Komunità, jew in-nuqqas ta' konformità ma' l-impenji li ttieħdu mill-Partijiet fejn għandha x'taqsam il-ġlieda kontra sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.
2. Il-Parti konċernata għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim bil-miktub mill-inqas sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza tal-perjodu inizjali jew ta' kull perjodu addizzjonali.
3. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konultazzjonijiet, meta tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu 2.
4. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għas-sena li fiha jintemm il-Ftehim għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis.
5. Qabel it-tmiem tal-perjodu tal-validità ta' kwalunkwe Protokoll għal dan il-Ftehim, il-partijiet għandhom jagħmlu negozjati biex jistabbilixxu bi ftehim liema emendi jew żjidiet għall-Protokoll u l-Anness huma meħtieġa.
Artikolu 13
Is-Sospensjoni u r-Reviżjoni tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet f'każ ta' nuqqas ta' qbil serju dwar l-implimentazzjoni ta' dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim jew fil-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Din it-tip ta' sospensjoni għandha tinħtieġ li l-Parti konċernata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni mistennija tidħol fis-seħħ. Malli n-notifika tasal, il-Partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet bil-ħsieb li jsolvu d-differenzi ta' bejniethom b'mod bonarju.
2. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis, skond kemm iddum is-sospensjoni.
Artikolu 14
Is-Sospensjoni tal-Pagament tal-Kontribuzzjoni Finanzjarja minħabba Force Majeure
1. Fejn ċirkostanzi serji, għajr fenomeni naturali, jimpedixxu l-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' l-SFM, il-Komunità Ewropea tista' tissospendi l-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 2 tal-Protokoll, wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet fejn hu possibbli, u sakemm il-Komunità tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut kollu fiż-żmien tas-sospensjoni.
2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda malli l-partijiet isibu, bi ftehim bejniethom wara konsultazzjonijiet, li ċ-ċirkostanzi li jimpedixxu l-attivitajiet tas-sajd m'għadhomx preżenti u li s-sitwazzjoni tippermetti li jerġgħu jibdew l-attivitajiet tas-sajd. Dan il-pagament għandu jsir fi żmien xahrejn mill-konferma taż-żewġ partijiet.
3. Il-validità tal-liċenzji konċessi lill-bastimenti tal-Komunità taħt l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim u l-Artikolu 1 tal-Protokoll għandha tiġi estiża b'perjodu daqs il-perjodu li matulu l-attivitajiet tas-sajd kienu sospiżi.
Artikolu 15
Il-Protokoll u l-Anness
Il-Protokoll u l-Anness għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 16
Id-dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim, imfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portuġiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b'kull wieħed minn dawn it-testi awtentiku bl-istess mod, għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri tagħhom ta' adozzjoni tlestew.
2. Għandu jibda japplika b'effett minn ġurnata mhux qabel l-1 ta' Jannar 2005.
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroparti Finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federati tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federati tal-Mikronesja
Artikolu 1
Il-Perjodu ta' Applikazzjoni u l-Opportunitajiet ta' Sajd
1. L-SFM għandhom jikkonċedu liċenzji tas-sajd annwali lill-bastimenti tas-sajd tat-tonn tal-Komunità skond l-Artikolu 6 tal-Ftehim, b'konformità mat-Titolu 24 tal-Kodiċi ta' l-SFM u ġewwa l-limiti stabbiliti mill-Arranġament ta' Palau għall-Amministrazzjoni tas-sajd bit-Tartaruni tal-Paċifiku tal-Punent, minn hawn 'il quddiem “l-Arranġament ta' Palau”.
2. Għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll l-opportunitajiet ta' sajd previsti taħt l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom jipprovdu liċenzji annwali għas-sajd fl-istess ħin ġewwa ż-ŻEE ta' l-SFM għal 6 bastimenti tat-tartaruni u 12-il bastiment li juża lenza twila.
3. Mit-tieni sena ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll u bla ħsara għall-Artikolu 9(d) tal-Ftehim u għall-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, fuq talba tal-Komunità, in-numru ta' liċenzji tas-sajd għal bastimenti tat-tartaruni konċessi fl-Artikolu 1(2) ta' dan il-Protokoll jista' jiżdied. Dan ikun possibbli biss jekk ir-riżorsi jippermettu u skond il-limitazzjonijiet annwali ta' l-Arranġament ta' Palau u b'valutazzjoni xierqa tal-ħażniet tat-tonn ibbażata fuq kriterji oġġettivi u xjentifiċi, inkluża d-“Deskrizzjoni Qasira ta' l-Industrija tas-Sajd tat-Tonn fil-Punent u fiċ-Ċentru tal-Paċifiku u ta' l-Istatus tal-ħażniet” (“Western and Central Pacific Tuna Fishery Overview and Status of Stocks”) ippubblikata kull sena mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw soġġetti għall-Artikoli 4, 6 u 7 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Il-Kontribuzzjoni Finanzjarja – il-Metodi ta' Pagament
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija msemmija fl-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim għandha tkun ta' EUR 559 000 kull sena.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 4 ta' dan il-Protokoll u għall-Artikoli 13 u 14 ta' dan il-Ftehim.
3. Jekk il-kwantità totali ta' qabdiet tat-tonn kull sena minn bastimenti tal-Komunità fiż-ŻEE ta' l-SFM taqbeż it-8 600 tunnellata, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali annwali għandha tiżdied b'EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali ta' tonn maqbud. Madanakollu, l-ammont annwali totali li għandu jitħallas mill-Komunità ma jistax jaqbeż it-triplu ta' l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1.
4. Għal kull liċenzja addizzjonali għal bastiment tat-tartaruni maħruġa mill-SFM konformi fil-ma' l-Artikolu 1(3), il-Komunità għandha żżid il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll b'EUR 65 000 fis-sena.
5. Il-ħlas għandu jsir mhux aktar tard minn 3 xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data ta' l-anniversarju ta' dan il-Protokoll għas-snin ta' wara.
6. Soġġetti għall-Artikolu 5, l-SFM għandhom ikollhom diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu li jagħmlu minn din il-kontribuzzjoni finanzjarja.
7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas fil-Kont tal-Fond Ġenerali ta' l-SFM miżmum fil-Bank ta' l-SFM, fil-Fergħa ta' Pohnpei. Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali li għandha titħallas mill-Komunità bi skambju għall-ħruġ ta' liċenzji annwali addizzjonali b'konformità ma' l-Artikoli 1(3) u 2(4) ta' dan il-Protokoll għandha titħallas fl-istess kont. Id-dettalji bankarji għandhom jiġu kkomunikati minn NORMA lill-Kummissjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ.
8. Il-kopji tal-pagamenti jew tat-trasferimenti permezz ta' telegramma għandhom jiġu mgħoddija lil NORMA bħala prova tal-pagamenti magħmula.
Artikolu 3
Il-Koperazzjoni dwar is-Sajd Responsabbli
1. Iż-żewġ partijiet hawnhekk jintrabtu li jinkoraġġixxu sajd responsabbli fiż-ŻEE ta' l-SFM ibbażat fuq il-prinċipju ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f'dawk l-ibħra.
2. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, il-Komunità u l-SFM għandhom jimmonitorjaw l-istat u s-sostenibbiltà tar-riżorsi fiż-ŻEE ta' l-SFM.
3. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri għall-“Arranġament ta' Palau” u tal-valutazzjonijiet annwali tal-ħażniet magħmula mis-Segretarjat tal-Komunità Paċifika, iż-żewġ partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt ipprovdut fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim u, fejn ikun hemm bżonn u bi ftehim bejniethom, jieħdu miżuri biex jiżguraw l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 4
Eżami ta' l-Opportunitajiet ta' Sajd
1. L-opportunitajiet ta' sajd imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll jistgħu jiżdiedu bi ftehim ma' xulxin sakemm il-konklużjonijiet tal-laqgħa annwali tal-membri ta' l-“Arranġament ta' Palau” u l-eżami annwali ta' l-istat tal-ħażniet magħmul mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku jikkonfermaw li din iżżjieda ma tkunx se tqiegħed f'periklu l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd ta' l-SFM. F'dan il-każ il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll għandha tiżdied b'mod proporzjonali u pro rata temporis.
2. Min-naħa l-oħra, jekk il-partijiet jifthiemu li jadottaw miżuri li jirriżultaw fi tnaqqis fl-opportunitajiet ta' sajd ipprovduti fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, jew jekk huwa meħtieġ tnaqqis minħabba deċiżjoni tal-Partijiet ta' l-Arranġament ta' Palau, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b'mod proporzjonali u pro rata temporis.
3. L-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet ta' sajd fost kategoriji differenti ta' bastimenti jista' wkoll jiġi rivedut bi ftehim bejn il-partijiet, sakemm kwalunkwe bidla tkun konformi ma' kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mil-laqgħa xjentifika dwar l-amministrazzjoni tal-ħażniet li jistgħu jiġu affettwati b'din it-tip ta' distribuzzjoni mill-ġdid. Il-partijiet għandhom jaqblu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja fejn id-distribuzzjoni mill-ġdid ta' l-opportunitajiet ta' sajd hekk teħtieġ.
Artikolu 5
Is-Sostenn għal żieda fis-Sajd Responsabbli fl-SFM
1. L-SFM għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw politika settorjali ta' l-industriji tas-sajd bil-ħsieb li jiżdied is-sajd responsabbli. Sehem ta' tmintax fil-mija (18 %) tal-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija msemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll għandha tiġi utilizzata għal dawn l-għanijiet. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi amministrata fid-dawl ta' l-għanijiet identifikati bi ftehim bejn iż-żewġ partijiet, u ta' l-ipprogrammar annwali u multi-annwali biex jintlaħqu.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, malli dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, il-Komunità u l-SFM għandhom jaqblu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt ipprovdut fl-Artikolu 9 ta' dan il-Ftehim, fuq programm settorjali multi-annwali u fuq regoli dettaljati ta' implimentazzjoni li jkopru, b'mod partikolari:
|
a) |
il-linji ta' gwida annwali u dawk mifruxa tul bosta snin għall-użu tal-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1; |
|
b) |
l-għanijiet, kemm annwali kif ukoll dawk multi-annwali, li għandhom jintlaħqu bil-ħsieb li jiġu introdotti, maż-żmien, sajd responsabbli u industriji tas-sajd sostenibbli, waqt li jitqiesu l-prijoritajiet murija mill-SFM fil-politika nazzjonali ta' l-industriji tas-sajd tagħhom u l-politika l-oħra relatata ma', jew li għandha impatt fuq, it-titjib tas-sajd responsabbli u ta' l-industriji tas-sajd sostenibbli; |
|
ċ) |
il-kriterji u l-proċeduri biex jiġu vvalutati r-riżultati miksuba kull sena. |
3. Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multi-annwali għandha tiġi approvata miż-żewġ partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
4. Kull sena, l-SFM għandhom iqassmu l-persentaġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija, imsemmi fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jimplimentaw il-programm multi-annwali. Għall-ewwel sena ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, dik l-allokazzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Komunità fiż-żmien meta l-programm settorjali multi-annwali jiġi approvat fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Għal kull sena minn hemm 'il quddiem, l-SFM għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bl-allokazzjoni l-ġdida, mhux aktar tard minn 45 ġurnata qabel id-data ta' l-anniversarju ta' dan il-Protokoll.
5. It-tmintax fil-mija (18 %) sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija pprovduta fil-paragrafu (1) għandha tiġi kkontrollata minn NORMA.
6. Fejn il-valutazzjoni annwali tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali multi-annwali hekk teħtieġ, il-Kummissjoni Ewropea tista' titlob li s-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija msemmi fl-Artikolu 5(1) ta' dan il-Protokoll jitnaqqas bil-ħsieb li jinġieb l-ammont reali tar-riżorsi finanzjarji mqassma għall-implimentazzjoni tal-programm skond ir-riżultati tiegħu.
Artikolu 6
Tilwim – Is-Sospensjoni ta' l-Implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll
1. Kull tilwima bejn il-partijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll jew l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun is-suġġett ta' konsultazzjonijiet bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt ipprovdut fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, f'laqgħa speċjali jekk neċessarja.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 7 ta' dan il-Protokoll, l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk it-tilwima bejn il-partijiet tkun waħda serja u jekk il-konsultazzjonijiet li saru fi ħdan il-Kumitat Konġunt, taħt il-paragrafu 1 ta' dan il-Protokoll ma waslux għal ftehim bonarju.
3. Is-sospensjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll teħtieġ li l-parti interessata tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni mistennija tidħol fis-seħħ.
4. Fil-każ ta' sospensjoni, il-partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw bil-ħsieb li jinstab ftehim bonarju għat-tilwima tagħhom. Meta dan it-tip ta' ftehim jintlaħaq, l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tibda mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b'mod proporzjonat u pro rata temporis skond il-perjodu li matulu l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll kienet sospiża.
Artikolu 7
Is-Sospensjoni ta' l-Implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll minħabba n-Nuqqas ta' Pagament
1. Soġġett għall-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk il-Komunità tonqos milli tagħmel il-pagamenti pprovduti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Protokoll, l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża skond it-termini li ġejjin:
|
a) |
NORMA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea bin-nuqqas ta' pagament. Din ta' l-aħħar għandha tagħmel il-verifiki neċessarji u, fejn hemm bżonn, tittrasmetti l-pagament fi żmien mhux aktar minn 45 jum tax-xogħol mid-data li tkun waslet in-notifikazzjoni. |
|
b) |
Jekk ma jsir l-ebda pagament u n-nuqqas ta' pagament ma jkunx iġġustifikat b'mod adegwat fil-perjodu ta' żmien ipprovdut fil-punt (a), l-SFM ikunu intitolati li jissospendu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea b'din l-azzjoni minnufih. |
|
ċ) |
L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha terġa' tibda malli l-pagament konċernat ikun sar. |
Artikolu 8
Il-Liġijiet u r-Regolamenti Nazzjonali
L-attivitajiet tal-bastimenti li joperaw taħt dan il-Protokoll u l-Anness ta' miegħu, b'mod partikolari t-trasbord, l-użu tas-servizzi tal-port, u x-xiri tal-provvisti, għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet u mir-regolamenti nazzjoni applikabbli fl-SFM.
Artikolu 9
Id-Dħul fis-Seħħ
Dan il-Protokoll, bl-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
ANNESS
Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-komunità fl-SFM
KAPITOLU I
IL-FORMALITAJIET TA’ L-APPLIKAZZJONI U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI
TAQSIMA 1
Il-ħruġ tal-liċenzji
|
1. |
Il-bastimenti awtorizzati biss jistgħu jiksbu liċenzja biex jistadu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta’ l-Istati Federati tal-Makronesja (SFM ŻEE). |
|
2. |
Biex bastiment ikun awtorizzat, is-sid u l-kaptan iridu jkunu ssodisfaw l-obbligazzjonijiet preċedenti kollha li jinħolqu mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-Istati Federati tal-Mikronesja (SFM) taħt il-Ftehim. Il-bastiment innifsu għandu jkun f’kundizzjoni tajba fir-Reġistru Reġjonali u fir-Reġistru tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti. |
|
3. |
Il-bastimenti kollha tal-Komunità li japplikaw għal liċenzja tas-sajd għandhom ikunu rrappreżentati minn aġenti residenti fl-SFM. L-isem, l-indirizz u n-numri fejn jista’ jiġi kkuntattjat dak l-aġent għandhom ikunu ddikjarati fl-applikazzjoni tal-liċenzja. |
|
4. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Awtorità Nazzjonali ta’ l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi ta’ l-Oċean (Direttur Eżekuttiv) permezz tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għall-SFM (minn hawn ’il quddiem “id-Delegazzjoni”), applikazzjoni għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt il-Ftehim mill-inqas 30 ġurnata qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità mitlub. |
|
5. |
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu quddiem id-Direttur Eżekuttiv fuq il-formoli xierqa ippreparati skond il-kampjun fl-Appendiċi 1a, f’każ ta’ applikazzjoni għall-ewwel liċenzja, u fl-Appendiċi 1b, f’każ ta’ tiġdid tal-liċenzja. |
|
6. |
L-applikazzjonijiet tal-liċenzja kollha għandu jkollhom magħhom id-dokumenti li ġejjin:
|
|
7. |
Il-ħlasijiet kollha għandhom jiġu ddepożitati fil-kont imsemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll. |
|
8. |
Il-ħlasijiet għandhom jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port, it-taxxi tas-servizz u l-ħlasijiet tat-trasbord. |
|
9. |
Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mid-Direttur Eżekuttiv lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom permezz tad-Delegazzjoni fi 30 ġurnata tax-xogħol minn meta jaslu d-dokumenti kollha msemmija fil-punt 6. |
|
10. |
Jekk liċenzja tkun iffirmata fi żmien meta l-uffiċċji tad-Delegazzjoni jkunu magħluqa, għandha tintbagħat b’mod dirett lill-aġent tal-bastiment – u kopja għandha tintbagħat lid-Delegazzjoni. |
|
11. |
Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal bastiment speċifiku u m’għandhomx ikunu trasferibbli. |
|
12. |
Fuq talba tal-Komunità u fejn tkun ippruvata force majeure, il-liċenzja ta’ bastiment għandha titbiddel b’liċenzja ġdida għal bastiment ieħor li l-karatteristiċi tiegħu huma simili għal dawk ta’ l-ewwel bastiment, bl-ebda ħlas ieħor dovut. Il-qabda totali miż-żewġ bastimenti konċernati titqies meta jitqies il-livell ta’ qabdiet mill-bastimenti tal-Komunità biex jiġi determinat jekk għandhomx isiru xi pagamenti addizzjonali mill-Komunità skond l-Artikolu 2(3) tal-Protokoll. |
|
13. |
Is-sid ta’ l-ewwel bastiment, jew l-aġent, għandhom jirritornaw il-liċenzja biex titħassar lid-Direttur Eżekuttiv permezz tad-Delegazzjoni. |
|
14. |
Il-liċenzja l-ġdida għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata li d-Direttur Eżekuttiv joħroġ il-liċenzja. Id-Delegazzjoni fl-SFM għandha tkun informata bil-liċenzja l-ġdida. |
|
15. |
Il-liċenzja għandha tinżamm abbord il-ħin kollu, imqiegħda b’mod prominenti fil-post tat-tmunier, bla ħsara għall-punt 1 tal-Kapitolu IX ta’ dan l-Anness. Għal perjodu raġonevoli ta’ żmien wara l-ħruġ tal-liċenzja, li m’għandux jaqbeż il-45 ġurnata, u sakemm tasal il-liċenzja oriġinali għand il-bastiment, facsimile, jew dokumentazzjoni oħra approvata mid-Direttur Eżekuttiv, tal-liċenzja oriġinali attwali u valida għandha tikkostitwixxi prova suffiċjenti ta’ liċenzja valida għall-iskop ta’ sorveljanza, monitoraġġ u infurzar ta’ dan il-Ftehim. |
TAQSIMA 2
Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja – il-ħlasijiet u l-pagamenti bil-quddiem
|
1. |
Il-liċenzji għandhom ikunu validi għal sena. Jistgħu jiġġeddu. It-tiġdid tal-liċenzji għandu jkun soġġett għan-numru tal-possibbilitajiet ta’ sajd disponibbli stabbiliti mill-Protokoll. |
|
2. |
Il-ħlas għandu jkun EUR 35 għal kull tunnellata metrika maqbuda ġewwa ż-ŻEE ta’ l-SFM. |
|
3. |
Il-liċenzji għandhom jinħarġu ladarba l-ammonti standard li ġejjin jitħallsu fil-Kont msemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll:
|
|
4. |
Id-dikjarazzjoni finali tal-ħlasijiet dovuti għas-sena tas-sajd għandha tkun ikkompilata kull sena mill-Kummissjoni Ewropea sat-30 ta’ Ġunju għall-ammonti maqbuda matul is-sena ta’ qabel u fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ qabdiet magħmula minn kull sid ta’ bastiment. Id-data għandha tiġi kkonfermata mill-istituti xjentifiċi responsabbli għall-verifikazzjoni tad-data tal-qabdiet tal-Komunità (Institut de Recherche pour le Development (IRD), l-Instituto Español de Oceanografía (IEO) jew l-Instituto Portugues de Investigaçao Maritima (IPIMAR) u mis-Segretarjat tal-Komunità tal-Paċifiku (SPC). Fuq il-bażi ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet ikkonfermati ta’ figuri ta’ qabdiet il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi prospett tal-ħlasijiet dovuti fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ liċenzja, ikkalkulat fuq il-bażi ta’ EUR 35 kull tunnellata maqbuda. |
|
5. |
Il-prospett tal-ħlas ikkompilat mill-Kummissjoni għandu jiġi trasmess lid-Direttur Eżekuttiv għall-verifika u għall-approvazzjoni.
L-Awtorità Nazzjonali ta’ l-Amministrazzjoni tar-Riżorsi ta’ l-Oċean (NORMA) tista’ tqajjem mistoqsijiet dwar prospett tal-ħlas fi żmien 30 ġurnata mill-invojs tal-prospett u, f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, titlob li jissejjaħ il-Kumitat Konġunt. Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien 30 ġurnata mill-invojs tal-prospett, il-prospett tal-ħlas jitqies bħala li ġie aċċettat mill-SFM. |
|
6. |
Il-prospett tal-ħlas finali għandu jiġi nnotifikat fl-istess ħin mingħajr dewmien lid-Direttur Eżekuttiv, lid-Delegazzjoni, lill-SPC u lis-sidien tal-bastimenti permezz ta’ l-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom. |
|
7. |
Kwalunkwe pagament addizzjonali għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-SFM fi żmien ħamsa u erbgħin (45) ġurnata min-notifikazzjoni tal-prospett finali ikkonfermat fil-Kont msemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll. |
|
8. |
Madanakollu, jekk l-ammont tal-prospett finali huwa inqas mill-pagament bil-quddiem imsemmi fil-punt 3 ta’ din it-Taqsima, il-bilanċ li jirriżulta m’għandux jitħallas lura lis-sid tal-bastiment. |
KAPITOLU II
IŻ-ŻONI TAS-SAJD U L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD
|
1. |
Il-bastimenti msemmija fl-Artikolu 1 tal-Protokoll għandhom ikunu awtorizzati li jinvolvu rwieħhom f’attivitajiet tas-sajd ġewwa ż-ŻEE ta’ l-SFM, minbarra fl-ibħra territorjali u, ix-xtut imsemmija kif jintwerew fil-mapep nawtiċi: DMAHTC Nru 81019 (it-tieni ed. Marzu 1945; riveduta 17 ta’ Lulju 1972, ikkoreġuta permezz NM3/78 21 ta’ Ġunju 1978, DMAHTC Nru 81023 (it-tielet ed. 7 ta’ Awissu 1976 u DMAHATC Nru. 81002 (ir-raba’ ed. 26 ta’ Jannar 1980 ikkoreġut permezz NM 4/48). Id-Direttur Eżekuttiv għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe modifika fiż-żoni magħluqa msemmija mill-inqas xahrejn qabel l-applikazzjoni tagħhom. |
|
2. |
Ikun xi jkun il-każ, is-sajd kollu m’għandux ikun permess f’firxa ta’ 2 mili nawtiċi minn kwalunkwe tagħmir ankrat tal-Gvern ta’ l-SFM li jiggruppa l-ħut, jew minn kwalunkwe ċittadin ieħor jew entità oħra li n-notifikazzjoni tal-pożizzjoni tagħha għandha tingħata bil-koordinati ġeografiċi u mil nawtiku minn kull sikka taħt wiċċ il-baħar kif jintwerew fil-mapep nawtiċi msemmija fil-paragrafu 1 aktar ’il fuq. |
|
3. |
Sajd għat-tonn u speċijiet li jixbhu lit-tonn biss għandu jkun permess minn bastimenti tat-tartaruni u minn dawk li jużaw lenza twila. Kull qabda inċidentali ta’ speċijiet ta’ ħut barra mit-tonn għandha tiġi rrapportata lil NORMA. |
|
4. |
L-ebda sajd tal-qiegħ jew sajd tal-korall m’hu permess ġewwa ż-ŻEE ta’ l-SFM. |
|
5. |
Il-bastimenti tal-Komunità huma meħtieġa li jistivaw it-tagħmir tas-sajd kollu kull meta dawn il-bastimenti jkunu ġewwa l-ilmijiet interni ta’ kull stat, fil-Baħar Territorjali jew mil ’il bogħod minn sikek taħt wiċċ il-baħar. |
|
6. |
Il-bastimenti tal-Komunità għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod li ma jisfrattawx lill-industriji tas-sajd tradizzjonali, ibbażati lokalment, u għandhom jeħilsu l-fkieren, il-mammali ta’ l-ibħra u l-ħut tas-sikka kollha b’mod li jagħtu lil din il-qabda mħallta l-ikbar ċans li jibqgħu ħajjin. |
|
7. |
Il-bastimenti tal-Komunità, il-kaptan u l-operatur tiegħu għandhom iwettqu l-attivitajiet tas-sajd kollha b’mod, li ma jisfrattawx l-operazzjonijiet tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd oħra u m’għandhomx ifixklu t-tagħmir tas-sajd ta’ bastimenti tas-sajd oħra. |
|
8. |
Il-bastimenti tal-Komunità li jistadu fiż-ŻEE ta’ l-SFM m’għandhomx jittrasbordaw il-qabda tagħhom fuq il-baħar taħt l-ebda ċirkostanza. |
KAPITOLU III
L-ARRANĠAMENTI GĦALL-IRRAPPORTAR TAL-QABDIET
|
1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, kemm idum il-vjaġġ minn bastiment tal-Komunità għandu jkun iddefinit skond dak li ġej:
|
|
2. |
Il-bastimenti kollha tal-Komunità awtorizzati li jistadu fl-ibħra ta’ l-SFM taħt il-Ftehim għandhom ikunu obbligati li jikkomunikaw il-qabdiet tagħhom lid-Direttur Eżekuttiv kif ġej:
|
|
3. |
Fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-SFM jirriservaw id-dritt li jissospendu l-liċenzja tal-bastiment inġurjuż sakemm il-formalitajiet jitlestew u li japplikaw il-pieni stabbiliti fil-liġijiet u fir-regolamenti applikabbli ta’ l-SFM. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun informata b’dan. |
KAPITOLU IV
IL-BAĦRIN LI JIMBARKAW
|
1. |
Kull bastiment tal-Komunità li jistad taħt il-Ftehim għandu jintrabat li jimpjega mill-inqas ċittadin ta’ l-SFM wieħed (1) bħala membru ta’ l-ekwipaġġ. Il-kundizzjoni tas-servizz għaċ-ċittadini ta’ l-SFM għandha tkun skond l-istandard għall-industrija fl-SFM. |
|
2. |
F’każ li bastiment tal-Komunità ma jkunx fil-kundizzjoni li jimpjega ċittadin ta’ l-SFM wieħed (1) bħala membru ta’ l-ekwipaġġ u għal raġunijiet barra dawk imsemmija fil-punt 8 aktar ’l isfel, is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu obbligati li jħallsu somma f’darba ekwivalenti għall-pagi ta’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ għal kemm idum l-istaġun tas-sajd fiż-ŻEE ta’ l-SFM. Dik is-somma għandha tintuża għat-taħriġ ta’ baħrin/sajjieda fl-SFM u għandha titħallas fil-Kont msemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll. |
|
3. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-baħrin li jieħdu abbord il-bastimenti tagħhom mill-ismijiet fuq lista mressqa mid-Direttur Eżekuttiv. |
|
4. |
Is-sid tal-bastiment jew l-aġent għandu jinforma lid-Direttur Eżekuttiv bl-ismijiet tal-baħrin mill-SFM imtella’ abbord il-bastiment konċernat, fejn isemmi l-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ. |
|
5. |
Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji Fundamentali u d-Drittijiet fuq ix-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin impjegati minn bastimenti tal-Komunità. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-libertà ta’ l-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv, u t-tneħħija ta’ diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impjieg u x-xogħol. |
|
6. |
Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin ta’ l-SFM, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji, għandhom ikunu kkompilati bejn l-aġent/i tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom f’konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin kopertura tas-sigurtà soċjali li tapplika għalihom, inkluż assigurazzjoni fuq il-ħajja u għall-mard u assigurazzjoni f’każ ta’ aċċidenti. |
|
7. |
Il-pagi tal-baħrin mill-SFM għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Huma għandhom jiġu stabbiliti, qabel jinħarġu l-liċenzji, bi ftehim bejn is-sidien tal-bastimenti jew l-aġenti tagħhom u d-Direttur Eżekuttiv. Madankollu, il-kundizzjonijiet tal-paga mogħtija lill-baħrin mill-SFM m’għandhomx ikunu aktar baxxi minn dawk applikati għal ekwipaġġi mill-SFM u taħt l-ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu taħt l-istandards ta’ l-ILO. |
|
8. |
Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Komunità għandhom jirrapportaw lill-kaptan tal-bastiment indikat fil-ġurnata qabel id-data proposta għall-imbarkazzjoni tagħhom. Fejn baħri jonqos milli jirrapporta fid-data u l-ħin miftiehem għall-imbarkazzjoni, is-sidien tal-bastimenti għandhom jinħelsu b’mod awtomatiku mill-obbligazzjoni tagħhom li jieħdu l-baħri abbord. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun innotifikat fil-pront bil-pagament. |
KAPITOLU V
L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
1. Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jikkonformaw mal-miżuri meħuda mill-SFM u mill-Partijiet tal-“Arranġament ta’ Palau” dwar it-tagħmir tas-sajd u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ dawn u dwar il-miżuri tekniċi l-oħra li japplikaw għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.
KAPITOLU VI
L-OSSERVATURI
|
1. |
Fiż-żmien li tkun qed tiġi ddepożitata applikazzjoni għal liċenzja, kull bastiment tal-Komunità konċernat għandu jikkontribwixxu ħlas għall-impjieg ta’ osservatur kif speċifikat fit-Taqsima 1(6)(h) tal-Kapitolu I ta’ dan l-Anness fil-Kont imsemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, speċifikament għall-programm ta’ l-osservatur. |
|
2. |
Il-bastimenti tal-Komunità awtorizzati li jistadu fiż-ŻEE ta’ l-SFM taħt il-Ftehim għandhom jieħdu abbord osservaturi maħtura minn NORMA skond it-termini stabbiliti hawn taħt:
|
|
3. |
Iż-żmien li l-osservaturi jgħaddu abbord għandu jiġi stabbilit mid-Direttur Eżekuttiv imma, bħala regola ġenerali, m’għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom b’dan meta jinnotifikahom bl-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jittieħed abbord il-bastiment konċernat. |
|
4. |
Fi żmien ġimagħtejn u b’għaxart ijiem avviż, is-sidien tal-bastimenti konċernati għandhom jgħarrfu f’liema portijiet ta’ l-SFM u f’liema dati għandhom l-intenzjoni li jieħdu l-osservaturi abbord. |
|
5. |
Meta l-osservaturi jittellgħu abbord f’port barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tagħhom għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. Jekk bastiment b’osservatur mill-SFM abbord iħalli ż-ŻEE ta’ l-SFM, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi żgurat li l-osservatur jirritorna fl-SFM malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu mis-sid tal-bastiment. |
|
6. |
Jekk l-osservatur m’huwiex preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul is-sitt (6) sigħat wara l-ħin miftiehem, is-sidien ta’ bastimenti għandhom jinħelsu b’mod awtomatiku mill-obbligazzjoni tagħhom li jieħdu l-osservatur abbord. |
|
7. |
L-Osservaturi għandhom jiġu ttrattati bħala uffiċjali. Għandhom iwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
|
8. |
Il-kaptani għandhom jippermettu osservaturi awtorizzati ta’ l-SFM li jitilgħu abbord il-bastimenti awtorizzati li jaħdmu ġewwa ż-ŻEE ta’ l-SFM u għandhom jagħmlu dak kollu li hu fil-poter tagħhom biex jiżguraw is-sigurtà fiżika u l-benesseri ta’ l-osservaturi matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom:
|
|
9. |
Waqt li jkunu abbord, l-osservaturi għandhom:
|
|
10. |
Fl-aħħar tal-perjodu ta’ osservazzjoni u qabel iħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jikteb rapport ta’ l-attività biex jiġi ffirmat fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jipprovdi kummenti addizzjonali meqjusa rilevanti, segwit mill-firma tal-kaptan. Għandhom jiġu pprovduti kopji tar-rapport lill-kaptan meta l-osservatur jitniżżel l-art u lid-Delegazzjoni. |
|
11. |
Is-sidien tal-bastimenti għandhom iħallsu l-ispiża ta’ l-akkomodazzjoni ta’ l-osservaturi fl-istess kundizzjonijiet ta’ uffiċjali fuq il-bastiment. |
|
12. |
Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ l-osservatur għandhom jitħallsu mill-Gvern ta’ l-SFM. |
KAPITOLU VII
L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT U L-INFURZAR
|
1. |
Għall-finijiet ta’ l-industriji tas-sajd u tas-sigurtà ta’ l-ibħra, kull bastiment għandu jkun immarkat u identifikat skond l-ispeċifikazzjoni standard approvati mill Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u ta’ l-Agrikoltura (FAO) għall-immarkar u l-identifikazzjoni tal-bastimenti tas-sajd. |
|
2. |
L-isem tal-bastiment għandu jkun stampat b’mod ċar b’karattri Latini fuq il-pruwa u l-poppa tal-bastiment. |
|
3. |
Kull bastiment li ma jurix ismu u s-sinjal ta’ sejħa tar-radju jew l-ittri tas-sinjal bil-mod preskritt jista’ jiġi skortat lejn port ta’ l-SFM għal iktar investigazzjoni. |
|
4. |
Operatur ta’ bastiment għandu jiżgura l-monitoraġġ kontinwu tal-frekwenza internazzjonali ta’ għajnuna u ta’ sejħa (2 182) kHz (HF), u/jew il-frekwenza internazzjonali ta’ sigurtà u ta’ sejħa (156,8) MHz (Kanal 16, VHF-FM) biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-industriji tas-sajd, tas-sorveljanza u ta’ l-infurzar tal-Gvern ta’ l-SFM. |
|
5. |
Operatur ta’ bastiment għandu jiżgura li kopja tal-kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali (INTERCO) reċenti u aġġornata tkun abbord u aċċessibbli f’kull ħin. |
KAPITOLU VIII
IL-KOMUNIKAZZJONI MA’ BASTIMENTI TA’ L-GĦASSA TA’ L-ISTATI FEDERATI TAL-MIKRONESJA
Il-komunikazzjoni bejn il-bastimenti permessi u l-bastimenti ta’ l-għassa tal-Gvern għandha ssir b’kowds ta’ sinjali internazzjonali skond kif ġej:
Kowd ta’ Sinjal Internazzjonali – Tifsira:
|
L … |
Ieqaf immedjatament |
|
SQ3 … |
Ieqaf jew waqqaf bil-mod, nixtieq nitla’ abbord il-bastiment tiegħek |
|
QN … |
Qiegħed il-bastiment tiegħek ma’ ġenb in-naħa tal-lemin tal-bastiment tagħna |
|
QN1 … |
Qiegħed il-bastiment tiegħek ma’ ġenb in-naħa tax-xellug tal-bastiment tagħna |
|
TD2 … |
Intom bastiment tas-sajd? |
|
C … |
Iva |
|
N … |
Le |
|
QR … |
Ma nistgħux inqiegħdu l-bastiment tagħna ma’ ġenb il-bastiment tagħkom |
|
QP … |
Se nqiegħdu l-bastiment tagħna ma’ ġenb il-bastiment tagħkom |
KAPITOLU IX
IL-MONITORAĠĠ
|
1. |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li inħarġitilhom liċenzja tas-sajd taħt dan il-Protokoll. Malli tkun ikkompilata din il-lista, u kull darba li tkun aġġornata, għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet ta’ l-SFM responsabbli għall-ispezzjoni ta’ l-industriji tas-sajd. Is-sid tal-bastiment jista’ mbagħad jakkwista kopja ċċertifikata ta’ din il-lista li għandha tinżamm abbord minflok il-liċenzja tas-sajd sakemm il-liċenzja tinħareġ. |
2. Id-dħul u l-ħruġ miż-żona:
|
a) |
Il-bastimenti tal-Komunità għandhom jinnotifikaw lid-Direttur Eżekuttiv mill-inqas 24 siegħa minn qabel bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew immedjatament mat-tluq miż-ŻEE ta’ l-SFM. Malli l-bastimenti jidħlu fiż-ŻEE ta’ l-SFM, huma għandhom jinformaw lid-Direttur Eżekuttiv bil-fax jew bl-e-mail skond il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3 jew bir-radju. |
|
b) |
Meta jinnotifikaw it-tluq, il-bastimenti għandhom jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni tagħhom u l-volum u l-ispeċijiet li nqabdu li huma miżmuma abbord skond il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment bil-fax, imma fin-nuqqas ta’ dan, fil-każ ta’ bastimenti mingħajr fax, għandhom isiru bl-e-mail jew bir-radju. |
|
ċ) |
Il-bastimenti li jinstabu jistadu mingħajr ma jkunu informaw lid-Direttur Eżekuttiv għandhom ikunu kkunsidrati bħala bastimenti mingħajr liċenzja. |
|
d) |
Il-bastimenti għandhom ikunu informati wkoll bin-numri tal-fax u tat-telefon u bl-indirizz ta’ l-e-mail tan-NORMA meta l-liċenzja tas-sajd tinħareġ. |
3. Il-proċeduri tal-kontroll:
|
a) |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità impenjati f’attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta’ l-SFM għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u l-qadi tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal awtorizzat ta’ l-infurzar ta’ l-SFM responsabbli għall-ispezzjoni u għall-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd fi kwalunkwe ħin ġewwa ż-ŻEE ta’ l-SFM jew fl-Ilmijiet Territorjali jew fl-ilmijiet interni ta’ kull Stat ta’ l-SFM. |
|
b) |
L-uffiċjali ta’ l-infurzar għandu jkollhom aċċess sħiħ għar-reġistri tal-bastiment, inklużi l-ġurnali, ir-Rapporti tal-Qabda, id-dokumentazzjoni tiegħu u kwalunkwe għodda elettronika użata biex tirrekordja jew taħżen id-data, u l-kaptan tal-bastiment għandu jippermetti lil dawn l-uffiċjali awtorizzati li jagħmlu notazzjoni fuq kwalunkwe permess maħruġ minn NORMA jew fuq kwalunkwe dokumentazzjoni oħra meħtieġa taħt il-Ftehim. |
|
ċ) |
Il-kaptan għandu jikkonforma immedjatament ma’ l-istruzzjonijiet kollha raġonevoli mogħtija mill-uffiċjali awtorizzati, u għandu jiffaċilita t-tlugħ abbord bla periklu, u jiffaċilita l-ispezzjoni tal-bastiment, ta’ l-għodod, tat-tagħmir, tar-reġistri, tal-ħut u tal-prodotti tal-ħut. |
|
d) |
Il-kaptan jew l-ekwipaġġ tal-bastiment m’għandhomx jattakkaw, jostakolaw, jirreżistu, jdewmu, jirrifjutaw it-tlugħ abbord, jintimidaw, jew ifixklu l-uffiċjal awtorizzat fit-twettiq tad-dmirijiet. |
|
e) |
Dawn l-uffiċjali m’għandhomx jibqgħu abbord għal iktar milli huwa neċessarju biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. |
|
f) |
Ladarba l-ispezzjoni tkun tlestiet, għandu jinħareġ ċertifikat lill-kaptan tal-bastiment. |
4. L-arrest ta’ bastimenti tas-sajd:
|
a) |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lid-Delegazzjoni, fi żmien 48 siegħa, bl-arresti u l-pieni kollha imposti fuq bastimenti tal-Komunità fiż-ŻEE ta’ l-SFM. |
|
b) |
Id-Delegazzjoni għandha fl-istess ħin tirċievi rapport qasir biċ-ċirkostanzi u bir-raġunijiet li wasslu għall-arrest. |
5. Id-dikjarazzjoni ta’ l-arrest:
|
a) |
Wara li l-uffiċjal ta’ l-ispezzjoni jkun ikkompila dikjarazzjoni, il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirmaha. |
|
b) |
Din il-firma m’għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-kaptan jew kwalunkwe difiża li huwa jista’ jagħmel għall-allegat ksur. |
|
ċ) |
Il-kaptan għandu jieħu l-bastiment lejn il-port indikat mill-uffiċjal ta’ spezzjoni. Fil-każ ta’ ksur minuri, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jawtorizza l-bastiment li fuq sar l-imbark biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu. |
6. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni fil-każ ta’ arrest:
|
a) |
Qabel titqies kwalunkwe miżura li tirrigwarda lill-kaptan jew lill-ekwipaġġ tal-bastiment jew kwalunkwe azzjoni dwar it-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, barra minn dawk biex jissalvagwardjaw evidenza relatata mal-ksur preżunt, għandha tinżamm laqgħa ta’ konsultazzjoni, mhux aktar tard minn ġurnata tax-xogħol wara li tasal l-informazzjoni t’aktar ’il fuq, bejn id-Delegazzjoni u d-Direttur Eżekuttiv, jekk hu possibbli bis-sehem tar-rappreżentant ta’ l-Istat Membru konċernat. |
|
b) |
Fil-laqgħa, il-Partijiet għandhom jiskambjaw kwalunkwe dokumentazzjoni jew informazzjoni rilevanti li tgħin biex jiġu kkjarifikati ċ-ċirkostanzi tal-fatti stabbiliti. Is-sid tal-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jiġi informat bir-riżultat tal-laqgħa u bi kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-arrest. |
7. Il-ftehim dwar l-arrest:
|
a) |
Qabel kwalunkwe proċedura ġudizzjarja, għandu jsir tentattiv biex jissolva l-ksur preżunt permezz ta’ proċedura ta’ kompromess. Din il-proċedura għandha tintemm mhux aktar tard minn erba’ (4) ġranet tax-xogħol wara l-arrest. |
|
b) |
Fil-każ ta’ ftehim bonarju, id-daqs tal-multa għandha tiġi determinata skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-SFM. |
|
ċ) |
Jekk il-każ ma jistax jiġi solvut bi ftehim bonarju u jkollu jinġieb quddiem organu ġudizzjarju kompetenti, is-sid tal-bastiment fil-Kont msemmi fl-Artikolu 2(7) tal-Protokoll, għandu jħallas garanzija tal-bank magħmula biex jitqiesu l-ispejjeż ta’ l-arrest u tal-multi u tal-kumpens li għandhom jitħallsu mill-partijiet responsabbli għall-ksur. |
|
d) |
Il-garanzija tal-bank għandha tkun irrevokabbli sakemm il-proċeduri legali jkunu ġew konklużi. Għandha tintreħa ladarba l-proċeduri legali jispiċċaw mingħajr kundanna. Bl-istess mod, fil-każ ta’ kundanna li twassal għal multa ta’ inqas mill-garanzija ddepożitata, il-bilanċ għandu jintreħa mill-organu ġudizzjarju kompetenti responsabbli mill-proċeduri legali. |
|
e) |
Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jkun awtorizzat li jħalli l-port:
|
8. It-trasbord:
|
a) |
Il-bastimenti tal-Komunità li jixtiequ jittrasbordaw il-qabdiet fl-ilmijiet ta’ l-SFM għandhom jagħmlu hekk ġewwa portijiet indikati ta’ l-SFM. |
|
b) |
Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw l-informazzjoni li ġejja lid-Direttur Eżekuttiv mill-inqas 48 siegħa qabel skond il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3 (4). |
|
ċ) |
It-trasbord għandu jiġi kkunsidrat bħala ħruġ miż-ŻEE ta’ l-SFM. Il-bastimenti għandhom għalhekk iressqu d-dikjarazzjonijiet tal-qabda tagħhom lid-Direttur Eżekuttiv u jiddikjaraw jekk għandhomx l-intenzjoni li jkomplu jistadu jew li jħallu ż-ŻEE ta’ l-SFM. |
|
d) |
Kull trasbord ta’ qabdiet mhux koperti aktar ’il fuq għandu jkun projbit fiż-ŻEE ta’ l-SFM. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun soġġetta għall-pieni taħt il-liġijiet ta’ l-SFM. |
9. Il-ħażna ta’ faħam u żejt fil-banker tal-bastiment.
Fejn il-ħażna ta’ faħam u żejt fil-banker tal-bastiment isseħħ matul vjaġġ fl-SFM, il-bastimenti tal-Komunità għandhom jirrapportaw din it-tip ta’ attività skond il-kampjun ipprovdut fl-Appendiċi 3(6).
|
10. |
Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità impenjati f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trasbord f’port ta’ l-SFM għandhom jippermettu u jiffaċilitaw l-ispezzjoni ta’ dawn it-tip ta’ operazzjonijiet minn spetturi ta’ l-SFM. Ladarba l-ispezzjoni tkun tlestiet, għandu jinħareġ ċertifikat lill-Kaptan tal-bastiment. |
KAPITOLU X
IS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠ TAL-BASTIMENTI
|
1. |
Kull bastiment tal-Komunità għandu jkun meħtieġ li jikkonforma mas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti reġjonali (VMS) li tapplika bħalissa fiż-ŻEE ta’ l-SFM. Kull bastiment tal-Komunità għandu jkollu abbord mezz tal-komunikazzjoni awtomatiku tal-pożizzjoni (“ALC”) installat, miżmum, u jaħdem sewwa l-ħin kollu. Il-bastiment u l-operatur jaqblu li ma jbagħbsux, ineħħu jew iħallu lil min ineħħi xi ALC mill-bastiment wara l-installazzjoni, għajr għall-finijiet ta’ manutenzjoni u tiswija kif meħtieġ. L-operatur u kull bastiment għandhom ikunu responsabbli għax-xiri, għall-manutenzjoni u għall-ispejjeż tat-tħaddim ta’ l-ALC, u għandhom jikkoperaw b’mod sħiħ man-NORMA fl-utilizzazzjoni tiegħu. |
|
2. |
Il-punt 1 aktar ’il fuq ma jfixkilx lill-Partijiet milli jikkunsidraw għażliet alternattivi tal-VMS. |
KAPITOLU XI
IR-RESPONSABBILTÀ AMBJENTALI
|
1. |
Il-bastimenti tal-Komunità jirrikonoxxu l-bżonn li jippreservaw il-kundizzjonijiet ambjentali (ta’ l-ibħra) fraġli tal-laguni u ta’ l-atolli ta’ l-SFM u l-bastimenti tal-Komunità m’għandhomx jitilqu kwalunkwe sustanza li tista’ tikkawża dannu għal, jew deterjorament fil-kwalità tar-riżorsi ta’ l-ibħra. |
|
2. |
Il-bastimenti tal-Komunità m’għandhomx jitilqu ħut jew qabdiet sekondarji fi kwalunkwe port jew jagħtu ħut jew qabdiet sekondarji lil kwalunkwe persuna jew entità mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel bil-miktub mill-awtorità xierqa fl-Istat ta’ l-SFM affetwat u mingħajr approvazzjoni minn qabel bil-miktub minn NORMA. |
KAPITOLU XII
IR-RESPONSABBILTÀ TA’ L-OPERATUR
|
1. |
L-operatur għandu jiżgura li l-bastimenti tiegħu huma tajbin għall-vjaġġi u li fihom tagħmir ta’ sigurtà tal-ħajja u ta’ sopravivenza adegwati għal kull passiġġier u għal kull membru ta’ l-ekwipaġġ. |
|
2. |
Għall-ħarsien ta’ l-SFM, l-Istati tagħhom, u ċ-ċittadini u r-residenti tagħhom, l-operatur għandu jżomm kopertura ta’ l-assigurazzjoni xierqa u kompluta fuq il-bastiment tiegħu permezz ta’ assigurazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment aċċettabbli għan-NORMA għaż-żoni kollha taħt il-ġurisdizzjoni ta’ l-SFM, inklużi ż-żoni ġewwa l-laguni u l-atolli, il-Baħar Territorjali, is-sikek taħt wiċċ il-baħar, u ż-ŻEE kif jintwera b’mod ċar miċ-Ċertifikat ta’ Assikurazzjoni msemmi fit-Taqsima 1(6)(f) tal-Kapitolu 1 ta’ dan l-Anness. |
|
3. |
Fil-każ li bastiment tal-Komunità jkun involut f’aċċident jew inċident marittimu fl-ibħra ta’ l-SFM (inklużi l-ilmijiet interni, il-Baħar Territorjali u ż-ŻEE), li jirriżulta f’danni ta’ kull tip għall-ambjent, għall-proprjetà jew għal kwalunkwe persuna, il-bastiment u l-operatur għandhom jinnotifikaw immedjatament lil NORMA u lis-Segretarju tad-Dipartiment tat-Trasport, tal-Komunikazzjoni u ta’ l-Infrastruttura ta’ l-SFM. |
KAPITOLU XIII
IL-LIĠIJIET, IR-REGOLI U R-REGOLAMENTI APPLIKABBLI
1. Il-bastiment u l-operaturi tiegħu għandhom jikkonformaw b’mod strett ma’ l-Anness u mal-liġijiet, mar-regoli, u mar-regolamenti ta’ l-SFM u l-Istati tagħhom u mat-trattati internazzjonali, mal-konvenzjonijiet, u mal-ftehim ta’ amministrazzjoni ta’ industriji tas-sajd li tagħhom l-SFM huma parti. Nuqqas ta’ konformità b’mod strett ma’ dan l-Anness u mal-liġijiet, mar-regoli, u mar-regolamenti ta’ l-SFM u l-Istati tagħhom jista’ jirriżulta f’multi sostanzjali u pieni ċivili u kriminali oħra.
APPENDIĊIJIET
|
1. |
Il-Formoli ta' l-Applikazzjoni tal-Liċenzja
|
|
2. |
Il-Formoli tar-Rapport tal-Qabda
|
|
3. |
Id-Dettalji tar-Rapport |
Appendiċi 3
Dettalji tar-Rapportar
Rapport lil NORMA
Fax: (691) 320-2383, Email: norma@mail.fm
1. L-irrapportar tad-Dħul fiż-ŻEE ta' l-SFM
24 siegħa qabel id-dħul fiż-ŻEE ta' l-SFM
|
a) |
|
|
b) |
Isem il-Bastiment |
|
ċ) |
In-Numru tal-Permess |
|
d) |
Id-Data tad-Dħul (ġġ.xx.ss) |
|
e) |
Il-Ħin tad-Dħul (GMT) |
|
f) |
Il-Pożizzjoni tad-Dħul |
|
g) |
Il-Qabda Totali abbord
|
eż. ZENT/COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/0635Z/1230N; 150E/SKJ: 200; YFT: 90; OTH: 50
2. L-irrapportar tat-Tluq miż-ŻEE ta' l-SFM
Immedjatament mat-tluq mil-limiti tal-medda tal-baħar fejn jinqabad il-ħut għall-kummerċ:
|
a) |
|
|
b) |
Isem il-Bastiment |
|
ċ) |
In-Numru tal-Permess |
|
d) |
Id-Data tat-tluq (ġġ.xx.ss) |
|
e) |
Il-Ħin tat-tluq (GMT) |
|
f) |
Il-Pożizzjoni tat-Tluq |
|
g) |
Il-Qabda Totali abbord
|
|
(h) |
Qabda Totali magħmula fiż-ŻEE ta' l-SFM bil-piż jew bin-numru (kif xieraq) skond l-ispeċi (bħall-Qabda Abbord) |
|
(i) |
It-total tal-ġranet tas-sajd |
eż. ZDEP/COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/20-5-04/0635Z/1300N; 145E/SKJ: 300; YFT: 130; OTH: 80/SFMŻEE; SKJ: 100; YFT: 40; OTH: 30/10
3. L-irrapportar tal-pożizzjoni u tal-qabda ta' kull ġimgħa sakemm il-bastiment għadu ġewwa ż-ŻEE ta' l-SFM.
Kull nhar ta' Erbgħa f'nofsinhar sakemm il-bastiment għadu ġewwa l-limiti tas-sajd wara r-rapport tad-dħul jew l-aħħar rapport ta' kull ġimgħa fiż-ŻEE ta' l-SFM.
|
a) |
|
|
b) |
Isem il-Bastiment |
|
ċ) |
In-Numru tal-Permess |
|
d) |
Id-Data tal-Pożizzjoni tal-ġimgħa (ġġ.xx.ss) |
|
e) |
Il-Pożizzjoni tal-WPCR |
|
f) |
Il-Qabda mill-aħħar rapport
|
|
(g) |
In-numru ta' ġranet ta' sajd matul il-ġimgħa |
Eż. WPCR/COSMOC/F031-EUCPS-00000-01/12-5-04/0530N; 14819E/SKJ: 200; YFT: 90; OTH: 50/10
4. It-Tluq mill-Port
Immedjatament wara t-tluq mill-port.
|
a) |
|
|
b) |
Isem il-Bastiment |
|
ċ) |
In-Numru tal-Permess |
|
d) |
Id-Data tat-Tluq (ġġ.xx.ss) |
|
e) |
Il-Ħin tat-Tluq (GMT) |
|
f) |
Il-Port tat-Tluq |
|
g) |
Il-Qabda Totali abbord
|
|
(h) |
Id-destinazzjoni li jmiss Pohnpei |
eż. PDEP/COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/23-5-04/0635Z/Pohnpei/SKJ: 0; YFT: 0; OTH: 0
5. Ir-Rapport ta' l-Attività ta' Ħażna ta' Faħam u Żejt
Immedjatament wara li jerġa' jimtela l-fjuwil minn tanker liċenzjat.
|
a) |
|
|
b) |
|
|
ċ) |
|
|
d) |
Id-Data tal-bidu tal-ħażna ta' faħam u żejt u l-ħin (GMT) ĠĠ-XX-SS: ssmm |
|
e) |
Il-Pożizzjoni tal-bidu tal-ħażna tal-faħam u żejt |
|
f) |
L-Ammont ta' fuel li ttieħed f'kl |
|
g) |
Id-data u l-ħin tat-tmiem tal-ħażna tal-faħam u żejt (GMT) |
|
h) |
Il-pożizzjoni tat-tmiem tal-ħażna ta' faħam u żejt |
|
i) |
|
Eż. BUNK/COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/0635Z/1230N; 150E/160/10-5-04/1130N; 145E/KIM
6. Ir-Rapport ta' l-Attività tat-Trasbord
Immedjatament wara t-trasbord f'port awtorizzat fl-SFM għal bastiment tal-ġarr liċenzjat.
|
a) |
|
|
b) |
|
|
ċ) |
|
|
d) |
|
|
e) |
Il-Port tal-Ħatt |
|
f) |
Il-Qabda ttrasbordata
|
|
g) |
|
|
h) |
|
eż. PNOT/COSMOS/F031-EUCPS-00000-01/10-5-04/PAGO PAGO/SKJ: 200; YFT: 90; OTH: 50/KIN/JP
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
Il-Kummissjoni
|
6.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Mejju 2006
dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping lir-Repubblika ta' Malta
(Innotifikata fid-dokument bin-numru C(2006)1990)
(It-test bil-Malti biss huwa awtentiku)
Test b'rilevanza għaż-ŻEE
(2006/382/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet rilevanti ta’ l-amministrazzjoniet marittimi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-ittra ta' l-awtoritajiet Maltin, bid-data tal-15 ta' Settembru 2004, li talbet l-estensjoni għal Malta tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping (minn hawn 'il quddiem “HRS”), mogħti skond l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 94/57/KE,
Billi:
|
(1) |
Ir-rikonoxximent limitat imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 94/57/KE jingħata lill-organizzazzjonijiet imsejħa “soċjetajiet tal-klassifika” li jissodisfaw il-kriterji kollha ta' l-Anness tad-Direttiva għajr dawk li huma stipulati fil-punti 2 u 3 tas-sezzjoni A (Ġenerali), iżda huwa limitat fiż-żmien u fl-ambitu tiegħu biex iħalli lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati jiksbu aktar esperjenza. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/890/KE (2) tat lill-HRS ir-rikonoxximent mitlub mill-Greċja skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE (3) estendiet dan ir-rikonoxximent għal perjodu ta' tliet snin b'bidu mit-3 ta' Awissu 2005, b'effetti limitati għal Greċja u għal Ċipru. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-awtoritajiet marittimi Maltin, ivverifikat li l-HRS kienet tissodisfa l-kriterji kollha ta' l-Anness tad-Direttiva 94/57/KE għajr dawk li huma stipulati fil-punti 2 u 3 tas-sezzjoni A (Ġenerali) tad-Direttiva msemmija. Barra minn hekk, l-HRS obbligat ruħha li tfittex tilħaq l-għan li twassal il-prestazzjonijiet tagħha għall-medja ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat COSS stabbilit skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/57/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-effetti tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping li ngħata permezz tad-Deċiżjoni 2001/890/KE huma estiżi għar-Repubblika ta' Malta.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).
Corrigendum
|
6.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
33 |
Għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/828/KE tat-23 ta’ Novembru 2001 li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/197/KEE f’dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta’ ekwidi vaċċinati kontra d-Deni tal-Nil tal-Punent,
|
1. |
Fl-Artikolu 1, il-punt (m) jinbidel b’li ġej:
|
|
2. |
Fl-Artikolu 2, il-punt (n) jinbidel b’li ġej:
|