ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 48 |
|
|
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
Il-Kummissjoni |
|
|
* |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità (notifikata bid-dokument numru C(2005)5503) ( 4 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 344 |
|
(4) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2110/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
dwar l-aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 179 u 181a tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-prassi ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna, b’mod dirett jew indirett, għax-xiri ta’ merkanzija u s-servizzi mixtrija permezz ta’ dik l-għajnuna mill-pajjiż donatur tnaqqas l-effettività tagħha u mhix koerenti ma’ politika ta’ l-iżvilupp favur il-foqra. It-tneħħija ta’ l-għajnuna mhix għan fiha innifisha iżda għandha tintuża bħala għodda biex jissaħħu elementi oħra fil-ġlieda kontra l-faqar bħal ma huma l-proprjetà, l-integrazzjoni reġjonali u l-bini ta’ kapaċità, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ fornituri lokali u reġjonali ta’ merkanzija u servizzi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(2) |
F’Marzu 2001, il-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) ta’ l-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) adotta “Rakkomandazzjoni dwar Tneħħija ta’ Rbit fuq l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati” (3). L-Istati Membri adottaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-Kummissjoni rrikonoxxiet l-ispirtu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni bħala gwida għall-għajnuna tal-Komunità. |
(3) |
Fl-14 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali li sar flimkien mal-Kunsill Ewropew f’Barċellona bi preparazzjoni għall-Konferenza Internazzjonali fuq il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f’Monterrey bejn it-18 u t-22 ta’ Marzu 2002, ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea għandha “timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tad-DAC dwar it-tneħħija ta’ l-irbit ta’ l-għajnuna għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u tkompli d-diskussjonijiet bil-għan li tkompli tnaqqas l-irbit fuq l-għajnuna bilaterali. L-UE għandha tikkonsidra wkoll passi sabiex tnaqqas l-irbit ta’ l-għajnuna tal-Komunità filwaqt li żżomm is-sistema eżistenti tal-preferenzi tal-prezzijiet tal-qafas EU-ACP”. |
(4) |
Fit-18 ta’ Novembru 2002, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolata “Tneħħija ta’ rbit: Żieda fl-effettività ta’ l-għajnuna”. Hi ppreżentat l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-suġġett u l-għażliet possibli għall-implimentazzjoni ta’ l-impenn ta’ Barċellona msemmi hawn fuq fis-sistema ta’ l-Assistenza ta’ l-Għajnuna ta’ l-UE. |
(5) |
Fil-Konklużjonijiet dwar it-Tneħħija ta’ l-Irbit fuq l-Għajnuna ta’ l-20 ta’ Mejju 2003 il-Kunsill enfasizza l-bżonn li jitneħħa iżjed l-irbit fuq l-għajnuna tal-Komunità. Hu qabel li l-modalitajiet dettaljati għall-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq huma deċiżi fuq l-għażliet proposti. |
(6) |
Fl-4 ta’ Settembru 2003, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija (4), li fiha indika l-bżonn li jkompli jitneħħa l-irbit mill-għajnuna tal-Komunità. Hija appoġġat il-modalitajiet speċifikati fil-Komunikazzjoni hawn fuq msemmija u qablet ma’ l-għażliet proposti. Hi enfasizzat il-bżonn li jkun hemm aktar dibattitu fil-fond bl-intenzjoni li jitneħħa iktar irbit fuq il-bażi ta’ studji kumplimentari u ta’ proposti dokumentati, u talbet b’mod espliċitu li jkun hemm “preferenza ċara għal koperazzjoni lokali u reġjonali, waqt li jitpoġġew f’ordni ta’ prijorità - skond l-importanza - il-fornituri mill-pajjiż destinatarju, pajjiżi ġirien li qed jiżviluppaw u pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw”, sabiex jissaħħu l-isforzi tal-pajjiżi benefiċjarji biex itejbu l-produzzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-familja, kif ukoll l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu d-disponibiltà u l-aċċessibiltà tal-pubbliku għal prodotti ta’ l-ikel u ta’ servizzi bażiċi, b’mod konsistenti mad-drawwiet lokali u mas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ kummerċ. |
(7) |
Hemm bżonn li jiġu indirizzati diversi elementi biex jiġi stabbilit l-aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità. Ir-regoli dwar l-eliġibilità li jirregolaw l-aċċess ta’ persuni huma msemmija fl-Artikolu 3. Ir-regoli dwar l-ingaġġ ta’ esperti u l-oriġini tal-provvisti u tal-materjali mixtrija minn persuni eleġibbli huma stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament. Id-definizzjoni u l-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tar-reċiproċità jinsabu fl-Artikolu 6. Id-derogi u l-implimentazzjoni tagħhom huma definiti fl-Artikolu 7. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni reġjonali, jew kofinanzjati ma’ pajjiż terz, huma definiti fl-Artikolu 8. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ għajnuna umanitarja huma definiti fl-Artikolu 9. |
(8) |
L-aċċess għall-assistenza esterna tal-Komunità huwa definit fl-atti bażiċi li jirregolaw tali assistenza, flimken mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għal budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) (hawn aktar ’il quddiem “Ir-Regolament Finanzjarju”). It-tibdil magħmul minn dan ir-Regolament għall-aċċess ta’ l-għajnuna tal-Komunità għandhom iwasslu għal emendi għal dawk l-istrumenti kollha. Il-modifiki kollha għall-atti bażiċi konċernati huma mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Meta tingħata offerta skond strument Komunitarju, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għar-rispett ta’ l-istandards internazzjonali miftiehma dwar ix-xogħol ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO), pereżempju l-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni tax-xogħol infurzat u obbligatorju, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impjiegi u l-okkupazzjoni, u l-eliminazzjoni tax-xogħol minorili. |
(10) |
Meta tingħata offerta skond strument Komunitarju, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għar-rispett tal-konvenzjonijiet miftiehma internazzjonalment dwar l-ambjent li ġejjin: il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ta’ l-1992, il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosigurtà ta’ l-2000 u l-Protokoll ta’ Kjoto dwar il-Konvenzjoni-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ta’ l-1997. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-aċċess tal-partijiet interessati għall-istrumenti ta’ assistenza esterna tal-Komunità iffinanzjati mill-budget ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-interpretazzjoni tat-termini użati f’dan ir-Regolament, għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6).
Artikolu 3
Regoli ta’ l-eliġibilità
1. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt istrument tal-Komunità, għandhom ikunu miftuħa lill-persuni legali kollha li huma stabbiliti fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, jew f’pajjiż kandidat uffiċjali kif rikonoxxut mill-Komunità Ewropea, jew fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea.
2. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati minn strument tal-Komunità bi skop tematiku, kif definita fl-Anness I Parti A, għandha tkun miftuħa għall-persuni legali kollha li f’pajjiż li qed jiżviluppa, kif speċifikat mil-lista tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, li tinsab fl-Anness II, kif ukoll lil dawk il-persuni legali li diġa huma eleġibbli bis-saħħa ta’ l-istrument relevanti.
3. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt strument tal-Komunità bi skop ġeografiku, kif definit fl-Anness I Parti B, għandha tkun miftuħa għall-persuni legali kollha li f’pajjiż li qed jiżviluppa, kif speċifikat fil-lista tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, li tinsab fl-Anness II, u li huma espliċitament imsemmija bħala eliġibbli, kif ukoll lil dawk li diġa huma msemmija bħala eleġibbli bis-saħħa ta’ l-istrument relevanti.
4. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt l-istrument tal-Komunità għanda tkun miftuħa lill-persuni legali kollha li huma stabbiliti f’kwalunkwe pajjiż ieħor għajr dawk imsemmija f’paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu fejn l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna għandu jkun stabbilit skond Artikolu 6.
5. Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt strument komunitarju għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
6. Dan ta’ qabel hu mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni ta’ kategoriji ta’ l-organizzazzjonijiet eleġibbli għal għotja ta’ kwalunkwe kuntratt, jew għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 4
Esperti
L-esperti kollha mqabbdin minn min jagħmel offerta kif definit fl-Artikoli 3 u 8 jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe nazzjonalità. Dan l-Artikolu hu bla ħsara għar-rekwiżiti kwalitattivi u finanzjarji stipulati fir-regoli tal-Komunità dwar ix-xiri.
Artikolu 5
Regoli ta’ l-oriġini
Il-provvisti u l-materjali kollha mixtrija taħt kuntratt iffinanzjat taħt strument Komunitarju jridu joriġinaw mill-Komunità jew minn pajjiż eleġibbli kif definit fl-Artikoli 3 u 7. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kelma “oriġini” hi definita fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità dwar regoli dwar l-oriġini għal skopijiet ta’ dwana.
Artikolu 6
Reċiproċità ma’ pajjiżi terzi
1. Aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandu jingħata lil pajjiż li jaqa’ taħt l-iskop ta’ l-Artikolu 3(4), fil-każ li tali pajjiż jagħti l-eleġibiltà fuq termini ndaqs lill-Istati Membri u lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.
2. L-għotja ta’ l-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq progress bejn l-UE u donaturi oħrajn u għandha tkompli f’livell settorjali kif definit mill-kategoriji tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, jew fil-livell ta’ pajjiż, kemm jekk ikun pajjiz donatur jew benefiċjarju. Id-deċiżjoni li tingħata din ir-reċiproċità lil pajjiż donatur għanda tkun ibbażata fuq it-trasparenza, il-konsistenza u l-proporzjonalità ta’ l-għajnuna pprovduta minn dak id-donatur, inklużi n-natura kwalitattiva u kwantitattiva tagħha.
3. L-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandu jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni speċifika dwar pajjiż partikolari jew grupp reġjonali partikolari ta’ pajjiżi. Deċiżjoni ta’ dan it-tip għandha tkun addottata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (7) taħt il-proċeduri u l-kumitat relevanti assoċjat ma’ l-att ikkonċernat. Id-dritt tal-Parlament Ewropew li jkun infurmat regolarment skond l-Artikolu 7(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jiġi rispettat kompletament. Tali deċiżjoni għandha titmexxa għal perjodu minimu ta’ sena.
4. L-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati elenkati fl-Anness II għandu jingħata awtomatikament lill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III.
5. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom ikunu kkonsultati bħala parti mill-proċess deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Artikolu 7
Derogi mir-regoli ta’ l-eliġibilità u l-oriġini
1. F’każijiet eċċezzjonali sostanzjati sew, il-Kummissjoni tista’ testendi l-eliġibilità lil ċittadini minn pajjiż li mhux eleġibbli taħt l-Artikolu 3.
2. F’każijiet eċċezzjonali sostanzjati sew, il-Kummissjoni tista’ tippermetti x-xiri ta’ provvisti u materjali li joriġinaw minn pajjiż li mhux eleġibbli taħt l-Artikolu 3.
3. Id-derogi kif previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu ġustifikati fuq il-bażi ta’ nuqqas tad-disponibbilità ta’ prodotti u servizzi fis-swieq tal-pajjiżi konċernati, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema, jew jekk ir-regoli eliġibbli jagħmlu r-realizzazzjoni tal-proġett, programm jew azzjoni impossibbli jew diffiċli ħafna.
Artikolu 8
Operazzjonijiet li jinvolvu organizzazzjonijiet internazzjonali jew kofinanzjar
1. Kull meta l-Komunità tiffinanzja operazzjoni implimentata minn organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni ġuridiċi kollha li huma eleġibbli skond l-Artikolu 3 kif ukoll għall-persuni ġuridiċi kollha li huma eleġibbli skond ir-regoli ta’ tali organizzazzjoni, waqt li jiġi assigurat li qed jingħata trattament ugwali għad-donaturi kollha. Għandhom japplikaw l-istess regoli għall-provvisti, materjali u esperti.
2. Kull meta l-Komunità tiffinanzja operazzjoni kofinanzjata ma’ pajjiż terz, bla ħsara għar-reċiproċità kif definita fl-Artikolu 6, jew ma’ organizzazzjoni reġjonali, jew ma’ Stat Membru, il-parteċipazzjoni fi proċeduri kontrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni ġuridici li huma eleġibbli skond l-Artikolu 3 kif ukoll għall-persuni ġuridiċi li huma eliġibbli skond ir-regoli ta’ tali pajjiż terz, organizzazzjoni reġjonali jew Stat Membru. Għandhom japplikaw l-istess regoli għall-provvisti, materjali u esperti.
3. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-qasam ta’ l-ikel, l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi limitata għall-operazzjonijiet ta’ emerġenza.
Artikolu 9
Għajnuna umanitarja u NGOs
1. Għal skopijiet ta’ għajnuna umanitarja fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 dwar l-għajnuna umanitarja (8), u għal skopijiet ta’ għajnuna li tingħata direttament minn NGOs, fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 dwar il-kofinanzjar ta’ operazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet non-Governattivi Ewropej għall-Iżvilupp f’oqsma ta’ interess għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (9), id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament m’għandhomx japplikaw għall-kriterji ta’ l-eliġibilità stabbiliti għall-għażla tal-benefiċjarji ta’ l-għotjiet.
2. Il-benefiċjarji ta’ dan it-tip ta’ għotjiet għandhom jaderixxu mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fil-każ li l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni umanitarja assistita u ta’ l-għajnuna amministrata direttament minn NGOs fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1658/98 teħtieġ l-għotja ta’ kuntratti ta’ akkwist.
Artikolu 10
Rispett għall-prinċipji fundamentali u tisħiħ tas-swieq lokali
1. Sabiex titħaffef l-eliminazzjoni tal-faqar permezz tal-promozzjoni tal-kapaċitajiet lokali, tas-swieq u tax-xiri, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għax-xiri lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba.
2. Dawk li jingħataw kuntratt wara li jkunu għamlu offerta għandhom jirrispettaw l-istandards ewlenin miftiehma internazzjonalment dwar ix-xogħol, pereżempju l-istandards ewlenin dwar ix-xogħol ta’ l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u obbligatorju, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impjiegi u l-okkupazzjoni, u l-eliminazzjoni tax-xogħol minorili.
3. Aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità minn pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun megħjuna permezz ta’ l-assistenza teknika kollha meqjusa xierqa.
Artikolu 11
Implimentazzjoni tar-Regolament
Dan ir-Regolament jemenda u jirregola l-partijiet relevanti ta’ l-istrumenti eżistenti kollha tal-Komunità elenkati fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi II sa IV ta’ dan ir-Regolament minn żmien għal żmien biex jittieħed kont ta’ kwalunkwe emenda fit-test ta’ l-OECD.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) ĠU C 157, tat-28.6.2005, p. 99.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2005 (għada mhux pubblikata fil-ĠU) u d-Deċizjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Novembru 2005.
(3) OECD/DAC 2001 Rapport, 2002, Volum 3, Nru 1, p. 46.
(4) ĠU C 76 E, tal-25.3.2004, p. 474.
(5) ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, tat-2.8.2005, p. 3).
(7) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
(8) ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(9) ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS I
L-emendi li ġejjin huma magħmula għall-istrumenti tal-Komunità hawn imniżżla.
PARTI A- Strumenti tal-Komunità bi skop tematiku
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1568/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-għajnuna u l-ġlieda kontra l-mard kkawżat minn faqar (HIV/AIDS, tuberkolożi u malarja) fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (1):
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1567/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-għajnuna għall-politika u azzjonjiet dwar saħħa riproduttiva u sesswali u drittijiet fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2).
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1724/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar l-azzjoni kontra l-majns taħt l-art anti-personali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (3).
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2493/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 dwar miżuri biex jippromwovu l-integrazzjoni sħiħa tad-dimensjoni ambjentali fil-proċess ta’ l-iżvilupp ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw (4).
|
(5) |
Regolament (KE) Nru 2494/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Novembru 2000 dwar il-miżuri biex jippromwovu l-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sostenibilità ta’ foresti tropikali u foresti oħrajn fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (5).
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ l-iżvilupp tal-koperazzjoni li tikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ żvilupp u konsolidar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u ta’ dawk li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali (6).
|
(7) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2836/98 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar l-integrazzjoni ta’ affarijiet dwar is-sessi fil-koperazzjoni ta’ l-iżvilupp (7).
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 dwar l-operazzjonijiet ta’ konfinanzjament ma’ l-organizzazzjonijiet ta’ l-iżvilupp Ewropej mhux governattivi (NGOs) fl-oqsma ta’ l-interess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (8).
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2046/97 tat-13 ta’ Ottubru 1997 dwar il-koperazzjoni tramuntana-nofsinhar fil-kampanja kontra d-drogi u l-abbuż tad-drogi (9).
|
(10) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2258/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 dwar ir-riabilitazzjoni u l-operazzjonijiet tar-rikostruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (10).
|
(11) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/96 tas-27 ta’ Ġunju 1996 dwar il-politika ta’ l-għajnuna ta’ l-ikel u t-tmexxija ta’ l-għajnuna ta’ l-ikel u l-ħidmiet speċjali b’appoġġ għas-sigurtà ta’ l-ikel (11).
|
PARTI B- Strumenti tal-Komunità bi skop ġeografiku
(12) |
Regolament (KE) Nru 257/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2001 dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri biex jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali fit-Turkija (12).
|
(13) |
Regolament (KE) Nru 2130/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2001 dwar l-operazzjonijiet ta’ l-għajnuna għan-nies magħqluha minn djarhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ta’ l-Ażja u ta’ l-Amerika Latina (13).
|
(14) |
Regolament (KE) Nru 1726/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar l-iżvilupp tal-koperazzjoni ma’ l-Afrika t’Isfel (14).
|
(15) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1734/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 dwar il-finanzjament u l-koperazzjoni teknika mal-West Bank u x-Xatt ta’ Gaża (15):
|
(1) ĠU L 224, tas-6.9.2003, p. 7.
(2) ĠU L 224, tas-6.9.2003, p. 1.
(3) ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 1.
(4) ĠU L 288, tal-15.11.2000, p. 1.
(5) ĠU L 288, tal-15.11.2000, p. 6.
(6) ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2240/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 390, tal-31.12.2004, p. 3).
(7) ĠU L 354, tat-30.12.1998, p. 5. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(8) ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(9) ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(10) ĠU L 306, tat-28.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(11) ĠU L 166, tal-5.7.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(12) ĠU L 39, tad-9.2.2001, p. 1.
(13) ĠU L 287, tal-31.10.2001, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 107/2005 (ĠU L 23, tas-26.1.2005, p. 1).
(14) ĠU L 198, ta’ l-4.8.2000, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1934/2004 (ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 1).
(15) ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 669/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, ta’ l-14.4.2004, p. 1).
ANNESS II
Lista DAC tal-benefiċjarji ta’ l-Għajnuna – L-1 ta’ Jannar 2003
Parti I: Pajjiżi u Territorji li qed jiżviluppaw (Assistenza għall-Iżvilupp Soċjali) |
Parti II: Pajjiżi Żviluppati u Territorji fit-Transizzjoni (Għajnuna Uffiċjali) |
|||||
Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs) |
Pajjiżi Oħra bi Dħul Baxx (LICs oħra) (per capita GNI <$745 fl- 2001) |
Pajjiżi bi Dħul Medju Inqas (LMICs) (per capita GNI $746 - $2 975 fl-2001) |
Pajjiżi bi Dħul Medju Għola (UMICs) (per capita GNI $2 976 -$9 205 fl-2001) |
Pajjiżi bi Dħul Għoli (HICs) (per capita GNI > $9 206 fl-2001) |
Pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant u Pajjiżi Indipendenti Ġodda li kienu parti ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika (CEECs/NIS) |
Iktar Pajjiżi u Territorji li qed jiżviluppaw |
L-Afganistan L-Angola Il-Bangladexx Il-Benin Il-Butan Il-Burkina Faso Il-Burundi Il-Kambodja Il-Kap Verde Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali Iċ-Ċad Il-Komoros Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Dijubiti Il-Ġinea Ekwatorjali L-Eritrea L-Etjopja Il-Gambja Il-Ginea Il-Ginea Bissaw Il-Haiti Il-Kiribati Il-Laos Il-Lesoto Il-Liberja Il-Madagaskar Il-Malawi Il-Maldive Il-Mali Il-Mawritanja Il-Możambijk Il-Mijanmar In-Nepal In-Niġer Ir-Rwanda Samoa Sao Tome u Prinċipe Is-Senegal Is-Sierra Leone Il-Gżejjer Solomon Is-Somalja Is-Sudan It-Tanzanija It-Timor tal-Lvant It-Togo It-Tuvalu L-Uganda Il-Vanwatu Il-Jemen Iż-Żambja |
L-Armenja (*) L-Ażerbajġan (*) Il-Kamerun Ir-Repubblika tal-Kongo Il-Kosta ta’ l-Avorju Ġeorgja (*) Il-Gana L-Indja L-Indoneżja Il-Kenja Ir-Repubblika Demokratika tal-Korea Ir-Repubblika tal-Kirgistan (*) Il-Moldova (*) Il-Mongolja In-Nikaragwa In-Niġerja Il-Pakistan (*) Il-Papwa- Ginea Ġdida It-Taġikistan L-Uzbekistan (*) Il-Vjetnam Iż-Żimbabwe |
L-Albanija (*) L-Alġerija Il-Beliże Il-Bolivja Il-Bożnja u Ħerżegovina Ic-Ċina Il-Kolombja Kuba Ir-Repubblika Dominikana Ekwador L-Eġittu El Salvador Il-Fiji Gwatemala Il-Gujana Honduras L-Iran L-Iraq Il-Ġamajka Il-Ġordan Il-Każakistan (*) Il-Maċedonja (dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava) Il-Gżejjer Marshall L-Istati Federali tal-Mikronesja Il-Marokk In-Namibja In-Niue Il- Palestina territorji okkupati Il-Paragwaj Il-Perù Il-Filippini Is-Serbja u l-Montenegro L-Afrika t’Isfel Sri Lanka San Vincenz u l-Grenadini Is-Surinam Is-Sważiland Is-Sirja It-Tajlandja Tokelau (**) It-Tonga It-Tuniżija It-Turkija It-Turkmenistan (*) Wallis u Futuna (**) |
Il-Botswana Il-Brażil Iċ-Ċilì Il-Gżejjer ta’ Cook Il-Kosta Rika Il-Kroazja Id-Dominika Il-Gabon Il-Grenada Il-Libanu Il-Malażja Il-Mawrizju Mayotte (**) In-Nauru Il-Panama Santa Elena (**) Santa Luċija Il-Venezuela |
Il-Baħrajn |
Il-Belarus (*) Il-Bulgarija (*) Ir-Repubblika Ċeka (*) L-Estonja (*) L-Ungerija (*) Il-Latvja (*) Il- Litwanja (*) Il-Polonja (*) Ir-Rumanija (*) Ir-Russja (*) Ir-Repubblika Slovakka (*) L-Ukraina (*) |
Aruba (*) Il-Baħamas (**) Bermuda (**) Brunej II-Gżejjer Cayman (**) Taipei Ċina Ċipru Il-Gżejjer Falklands Polineżja Franċiża Ġibiltà (**) Hong Kong, Iċ-Ċina (**) L-Iżrael (**) Il-Korea Il-Kuwajt Il-Libja Macao (**) Malta Antilles Olandiżi (**) Il-Caledonia l-Ġdida (**) Il-Qatar Singapor Is-Slovenja L-Emirati Għarab Magħquda Il-Gżejjer Virgin (Renju Unit) (**) |
Limitu għal Eliġibiltà għal Self mill-Bank Dinji ($5 185 fl-2001) |
||||||
Anguilla (**) L-Antigwa u Barbuda L-Arġentina Il-Barbados Il- Messiku Montserrat L-Oman (**) Il-Gżejjer Palau L-Għarabja Sawdita Is-Seychelles St Kitts u Nevis Trinidad u Tobago Il-Gżejjer Turki u Caicos (**) L-Urugwaj |
(*) Pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant u Pajjiżi Indipendenti Ġodda ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika (CEECs/NIS).
(**) Territorju.
ANNESS III
LISTA TA’ MEMBRI TAL-KUMITAT TA’ L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-OECD
L-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kanada, id-Danimarka, il-Kummisjoni Ewropea, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġappun, il-Lussumburgu, l-Olanda, New Zealand, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti.
ANNESS IV
Estratti minn Rakkomandazzjoni dwar it-Tneħħija ta’ Rbit ta’ l-Għajnuna ta’ l-Iżvilupp Uffiċjali għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati mid-Direttorat ta’ Koperazzjoni ta’ l-Organizzazzjonijiet għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC), Marzu 2001
II. Implimentazzjoni
(a) Kopertura
7. |
It-tneħħija ta’ rbit huwa proċess kumpless. Metodi differenti huma meħtieġa għall-kategoriji differenti ta’ l-ODA, u azzjonjiet minn Membri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjonijiet li għandhom ivarjaw fil-kopertura u l-ħin. B’kunsiderazzjoni ta’ dan, il-Membri tad-DAC għandhom ineħħu l-Irbit għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati sa l-iktar mod possibbli u b’mod konformi mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet:
|
8. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għall-attivitajiet b’valur inqas minn SDR 700 000 (SDR 130 000 f’każ ta’ koperazzjoni teknika relatata ma’ l-investiment). |
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
15 |
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2111/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Azzjoni mill-Komunità fil-qasam tat-trasport ta’ l-ajru għandha timmira, bħala prijorità, li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri minn riskji ta’ sigurtà. Barra minn hekk, għandu jingħata rendikont sħiħ tar-rekwiżiti ta’ ħarsien tal-konsumatur b’mod ġenerali. |
(2) |
Għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-passiġġieri lista Komunitarja ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ sigurtà rilevanti sabiex tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli. Din il-lista Komunitarja għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni mfassla fuq livell Komunitarju. |
(3) |
Kumpanniji ta’ l-ajru inklużi fil-lista Komunitarja għandhom ikunu suġġetti għal projbizzjoni. Il-projbizzjonijiet mill-operar inklużi fil-lista Komunitarja għandhom japplikaw għat-territorju kollu ta’ l-Istati Membri li għalih japplika t-Trattat. |
(4) |
Kumpanniji ta’ l-ajru li ma jgawdux drittijiet tat-traffiku fi Stat Membru jew iżjed jistgħu xorta waħda jtiru lejn u mill-Komunità meta l-ajruplani tagħhom, bl-ekwipaġġ jew mingħajru, jkunu mikrija minn kumpanniji li jgawdu minn drittijiet bħal dawn. Għandu jkun hemm disposizzjoni sabiex projbizzjoni ta’ operar inkluża fil-lista Komunitarja tapplika bl-istess mod għal kumpanniji ta’ l-ajru bħal dawn, billi jekk ikun xort’oħra dawn il-kumpanniji ta’ l-ajru jkunu jistgħu joperaw fil-Komunità mingħajr ma jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ sigurtà relevanti. |
(5) |
Kumpannija ta’ l-ajru li hija suġġetta għal projbizzjoni ta’ operar tista’ tingħata l-permess li teżerċita drittijiet tat-traffiku billi tuża ajruplani mikrija bl-ekwipaġġ (wet-lease) ta’ kumpannija ta’ l-ajru li mhijiex suġġetta għal projbizzjoni mill-operar, sakemm din tkun konformi ma’ l-istandards tas-siġurtà relevanti. |
(6) |
Il-proċedura għall-aġġornament tal-lista Komunitarja għandha tgħin biex id-deċiżjonijiet jittieħdu malajr, sabiex tiġi provduta informazzjoni adegwata u aġġornata dwar is-sigurtà lil passiġġieri ta’ l-ajru u biex jiġi ggarantit li l-kumpanniji ta’ l-ajru li rranġaw in-nuqqasijiet fis-sigurtà jitneħħew mil-lista kemm jista’ jkun malajr. Fl-istess ħin, il-proċeduri għandhom jirrispettaw id-drittijiet ta’ difiża tal-kumpanniji ta’ l-ajru u m’għandhomx ikunu ta’ ħsara għal ftehim u konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom l-Istati Membri jew il-Komunità huma parti, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni għal affarijiet ta’ proċedura, li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni, għandhom jieħdu ħsieb b’mod partikolari ta’ dawn ir-rekwiżiti. |
(7) |
Meta projbizzjoni ta’ operar tiġi imposta fuq kumpannija ta’ l-ajru, għandha tittieħed azzjoni xierqa bil-għan li tgħin lil dik il-kumpannija ta’ l-ajru biex ittejjeb in-nuqqasijiet li wasslu għall-projbizzjoni ta’ operar. |
(8) |
F’każi eċċezzjonali, l-Istati Membri għandhom jitħallew jieħdu miżuri unilaterali. F’każijiet ta’ urġenza u meta jkollhom problema ta’ sigurtà mhux mistennija, l-Istati Membri għandhom jkollhom il-possibiltà li jimponu immedjatament projbizzjoni ta’ operar fir-rigward tat-territorju tagħhom. Barra minn hekk, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tinkludix kumpannija ta’ l-ajru fil-lista Komunitarja, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu kapaċi li jimponu jew iżommu projbizzjoni ta’ operar minħabba xi problema ta’ sigurtà li ma teżistix fl-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu restrittiv ta’ dawn il-possibilitajiet, iqisu l-interess tal-Komunità u bil-għan li jippreżentaw approċċ komuni fir-rigward tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni. Dan għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni ta’ rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (3) u għall-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili u l-istabbiliment ta’ Aġenzija tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni Ewropea (4). |
(9) |
Informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ kumpanniji ta’ l-ajru għandha tiġi ppubblikata b’mod effettiv, bħal ma hu l-użu ta’ l-Internet. |
(10) |
Sabiex il-qafas ta’ kompetittività fit-trasport ta’ l-ajru jagħti l-akbar benefiċċji possibbli lill-kumpanniji u lill-passiġġieri, huwa importanti li l-konsumaturi jirċievu l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. |
(11) |
L-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li fil-fatt ikunu qegħdin joperaw it-titjira hija biċċa informazzjoni essenzjali. Madankollu, konsumaturi li jikkonkludu kuntratt ta’ trasport, li jista’ jkun fih kemm titjira ‘l barra kif ukoll ta’ ritorn, mhumiex dejjem infurmati dwar l-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li jkunu fil-fatt qed joperaw it-titjira jew it-titjiriet ikkonċernati. |
(12) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vakanzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (5) titlob li ċertu informazzjoni tkun disponibbli għal konsumaturi, iżda dik l-informazzjoni ma tinkludix l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera. |
(13) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89 ta’ l-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta’ kondotta għas-Sistemi ta’ Riservazzjoni Kompjuterizzata (CRS) (6) jintitola lill-konsumaturi li jirriservaw titjira permezz ta’ sistema ta’ riservazzjoni kompjuterizzata li jkunu infurmati dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera. Minkejja dan, anki fit-trasport ta’ l-ajru skedat, jeżistu prassi ta’ l-industrija, bħall-kiri ta’ ajruplani bl-ekwipaġġ, jew code-sharing jekk ir-riservazzjoni ssir mingħajr CRS, fejn il-kumpannija ta’ l-ajru li biegħet it-titjira taħt isimha fil-fatt ma toperahiex u fejn bħalissa ma hemm l-ebda dritt legali tal-passiġġier li jkun informat dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li fil-fatt qiegħda topera s-servizz. |
(14) |
Dawn il-prattiċi jżidu l-flessibilità u jippermettu l-forniment aħjar ta’ servizzi għall-passiġġieri. Barra minn dan, ċertu numru ta’ tibdil fl-aħħar minuta, b’mod partikolari għal raġunijiet tekniċi, ma jistax jiġi evitat u jikkontribwixxi għas-sigurtà tat-trasport ta’ l-ajru. Din il-flessibilità għandha, madankollu, tkun ibbilanċjata permezz ta’ verifika li l-kumpanniji li fil-fatt qegħdin joperaw it-titjiriet jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sigurtà u permezz ta’ trasparenza għall-konsumaturi sabiex id-dritt tagħhom li jagħmlu għażla infurmata jkun garantit. Għandu jitfittex li jintlaħaq bilanċ ġust bejn il-vijabilità kummerċjali tal-kumpanniji ta’ l-ajru u l-aċċess għall-informazzjoni min-naħa tal-passiġġieri. |
(15) |
Il-kumpanniji ta’ l-ajru għandhom isegwu politika ta’ trasparenza fil-konfront ta’ passiġġieri fir-rigward ta’ l-informazzjoni relatata mas-sigurtà. L-ippubblikar ta’ informazzjoni bħal din għandha tikkontribwixxi għall-għarfien mill-passiġġieri dwar l-affidabilità tal-kumpanniji ta’ l-ajru f’dik li hi sigurtà. |
(16) |
Il-kumpanniji ta’ l-ajru huma responsabbli biex jirrapportaw nuqqasijiet fis-sigurtà lill-awtoritajiet nazzjonali għas-sigurtà ta’ l-ajru kif ukoll biex jindirizzaw nuqqasijiet bħal dawn bla dewmien. L-ekwipaġġ ta’ l-ajru u ta’ l-art huma mistennija li jieħdu azzjoni xierqa meta jidrilhom li hemm nuqqasijiet fis-sigurtà, Jekk l-istaff jiġi penalizzat talli jagħmel hekk, dan imur kontra l-interessi tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni kif isegwi mill-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar ir-rapportar ta’ ġrajjiet fl-avjazzjoni ċivili (7). |
(17) |
B’żieda mas-sitwazzjonijiet koperti mir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni għal kumpens u għajnuna lill-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ l-imbarkazzjoni u fil-każ ta’ tħassir jew dewmien twil ta’ titjiriet (8), il-passiġġieri għandhom jiġu offruti d-dritt għal rimbors jew għal għotja ta’ rotta ġdida f’ċertu sitwazzjonijiet speċifiċi oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjon ta’ dan ir-Regolament, jekk hemm rabta biżżejjed mill-qrib mal-Komunità. |
(18) |
Flimkien mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-implikazzjonijiet ta’ tibdil fl-identità tal-kumpannija li topera għat-twettiq tal-kuntratt tat-trasport għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri applikabbli għall-kuntratti u mil-liġi Komunitarja relevanti, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 90/314/KEE u 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar termini mhux ġusti kuntratti tal-konsumatur (9). |
(19) |
Dan ir-Regolament huwa parti minn proċess leġislattiv li jfittex approċċ effiċjenti u koerenti għar-rinfurzar tas-sigurtà ta’ l-ajru fil-Komunità, li fih tilgħab rwol importanti l-Aġenzija għas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea. B’estensjoni tal-kompetenzi ta’ din l-Aġenzija, bħal fir-rigward ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi, ir-rwol tagħha taħt dan ir-Regolament jista’ jikber iżjed. Attenzjoni speċjali għandha tingħata biex titjieb iżjed il-kwalità u l-kwantità ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà ta’ l-ajruplani u għall-armonizzazzjoni ta’ dawn l-ispezzjonijiet. |
(20) |
Fejn hemm riskju għas-sigurtà li ma ssolviex b’mod adegwat mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibilità li tadotta miżuri immedjati fuq bażi proviżorja. F’każijiet bħal dawn, il-kumitat li jgħin lill-Kummissjoni f’xogħolha taħt dan ir-Regolament għandu jaġixxi skond il-proċedura konsultattiva li jipprovdi għaliha l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (10). |
(21) |
Fil-każijiet l-oħra kollha, il-kumitat li jgħin lill-Kummissjoni f’xogħolha taħt dan ir-Regolament għandu jaġixxi skond il-proċedura regolatorja li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(22) |
Billi jekk ikun xort’oħra r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti Komunitarji (11) ma tkunx ċara, dak l-Artikolu għandu jitħassar bil-għan li tiġi provduta ċertezza legali. |
(23) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jkunu ta’ natura ċivili jew amministrattiva, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(24) |
Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, wara perijodu suffiċjenti, għandha tirrapporta dwar l-effiċjenza tad-disposizzjonijiet tiegħu. |
(25) |
Kwalunkwe awtorità kompetenti ta’ l-avjazzjoni ċivili fil-Komunità tista’ tiddeċiedi li kumpanniji ta’ l-ajru, inklużi dawk li ma joperawx fit-territorju ta’ l-Istati Membri li għalih japplika t-Trattat, jistgħu jressqu talba lil dik l-awtorità biex tgħaddi l-kumpannija ta’ ajru li titlob dan minn kontrolli sistematiċi sabiex tiġi ivverifikata l-possibiltà għandha li hi tikkonforma ma’ l-istandards relevanti ta’ sigurtà. |
(26) |
Dan ir-Regolament m’għandux iċaħħad lill-Istati Membri milli jintroduċu sistema ta’ ttikkettar skond il-kwalità għal kumpanniji ta’ l-ajru fuq livell nazzjonali, li tirrikjedi kriterji li jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet oħra minbarra r-rekwiżiti minimi għas-sigurtà, skond il-liġi Komunitarja. |
(27) |
Arranġamenti għal koperazzjoni ikbar għall-użu ta’ l-ajruport ta’ Ġibiltà ġew miftiehma f’Londra fit-2 ta’ Diċembru 1987 mir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit f’dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Dawn l-arranġamenti għad iridu jibdew jitħaddmu; |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli:
(a) |
dwar l-istabbiliment u l-pubblikazzjoni ta’ lista Komunitarja, ibbażata fuq kriterji komuni, ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità, u |
(b) |
li jinfurmaw lil passiġġieri ta’ l-ajru dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera t-titjiriet li fuqhom huma jivvjaġġaw. |
2. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà titqies li hija bla ħsara għall-posizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tal-kwistjoni dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.
3. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta’ Diċembru 1987 jibdew jitħaddmu. Il-Gvernijiet ta’ Spanja u tar-Renju Unit jinfurmaw lill-Kunsill b’din id-data ta’ bidu ta’ tħaddim.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“kumpannija ta’ l-ajru” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja valida sabiex topera jew ekwivalenti; |
(b) |
“kuntratt ta’ trasport” tfisser kuntratt għal servizzi ta’ trasport bl-ajru jew li jinkludihom, inkluż meta t-trasport huwa magħmul minn żewġ titjiriet jew iżjed operati mill-istess kumpannija ta’ l-ajru jew minn kumpanniji ta’ l-ajru differenti; |
(ċ) |
“kuntrattur ta’ trasport bl-ajru” tfisser il-kumpannija li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier jew fejn il-kuntratt jinkludi pakkett, l-organizzatur ta’ ġiti. Kwalunkwe bejjiegħ tal-biljetti għandu wkoll jitqies bħala kuntrattur ta’ trasport bl-ajru; |
(d) |
“bejjiegħ ta’ biljetti” tfisser il-bejjiegħ ta’ biljett ta’ l-ajru li jirranġa kuntratt ta’ trasport bl-ajru ma’ passiġġier, sew jekk ikun għal titjira biss kif ukoll jekk ikun parti minn pakkett, minbarra kumpannija ta’ l-ajru jew organizzatur ta’ ġiti; |
(e) |
“kumpannija ta’ l-ajru li topera” tfisser kumpannija ta’ l-ajru li qiegħda twettaq jew biħsiebha twettaq titjira taħt kuntratt ta’ trasport ma’ passiġġier, jew f’isem persuna oħra, ġuridika jew naturali, li għandha kuntratt ta’ trasport ma’ dak il-passiġġier; |
(f) |
“awtorizzazzjoni għall-operar jew permess tekniku” tfisser kwalunkwe att leġislattiv jew amministrattiv minn Stat Membru, li jistipula jew li kumpannija ta’ l-ajru tista’ topera servizzi ta’ l-ajru minn u lejn l-ajruporti tagħha jew li kumpannija ta’ l-ajru tista’ topera fl-ispazju ta’ l-ajru tiegħu jew li kumpannija ta’ l-ajru tista’ teżerċita drittijiet tat-traffiku; |
(g) |
“projbizzjoni ta’ l-operar” tfisser ir-rifjut, is-sospensjoni, ir-revoka jew ir-restrizzjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ l-operar jew permess tekniku ta’ kumpannija ta’ l-ajru għal raġunijiet ta’ sigurtà, jew kwalunkwe miżura ta’ sigurtà ekwivalenti fir-rigward ta’ kumpannija ta’ l-ajru li m’għandha l-ebda drittijiet ta’ traffiku fil-Komunità imma li l-ajruplani tagħha jistgħu joperaw fil-Komunità taħt ftehim ta’ kiri; |
(h) |
“pakkett” tfisser dawk is-servizzi definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 90/314/KEE; |
(i) |
“riservazzjoni” tfisser il-fatt li passiġġier għandu biljett jew prova oħra, li jindika li r-riservazzjoni ġiet aċċettata u reġistrata mill-kuntrattur ta’ trasport ta’ l-ajru; |
(j) |
“standards ta’ sigurtà relevanti” tfisser l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali li jinsabu fil-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha kif ukoll, fejn hu applikabbli, dawk fil-liġi Komunitarja relevanti. |
KAPITOLU II
LISTA KOMUNITARJA
Artikolu 3
L-istabbiliment tal-Lista Komunitarja
1. Bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà ta’ l-ajru, għandha tiġi stabbilita lista ta’ kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ l-operar fil-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-lista Komunitarja”). Kull Stat Membru għandu jinforza, fit-territorju tiegħu, il-projbizzjonijiet ta’ l-operar inklużi fil-lista Komunitarja fir-rigward tal-kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal dawk il-projbizzjonijiet.
2. Il-kriterji komuni biex tiġi imposta projbizzjoni ta’ l-operar għal kumpannija ta’ l-ajru, li għandhom ikunu bbażati fuq l-istandards tas-sigurtà relevanti, huma stabbiliti fl-Anness (u huma minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-kriterji komuni”). Il-Kummissjoni tista’ timmodifika l-Anness, b’mod partikolari sabiex tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3).
3. Sabiex tiġi stabbilita l-lista Komunitarja għall-ewwel darba, kull Stat Membru għandu, sa 16 ta’ Frar 2006, jikkomunika lill-Kummissjoni l-identità tal-kumpanniji ta’ l-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ l-operar fit-territorju tiegħu, flimkien mar-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni ta’ tali projbizzjonijiet u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-projbizzjonijiet ta’ l-operar.
4. Fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-kriterji komuni, tiddeċiedi dwar l-imposizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ l-operar għall-kumpanniji ta’ l-ajru kkonċernati u għandha tistabbilixxi l-lista Komunitarja tal-kumpanniji ta’ l-ajru li fuqhom tkun ġiet imposta projbizzjoni ta’ l-operar, skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 4
Aġġornament tal-lista Komunitarja
1. Il-lista Komunitarja għandha tkun aġġornata:
(a) |
biex timponi projbizzjoni ta’ l-operar fuq kumpannija ta’ l-ajru u tinkludi din il-kumpannija ta’ l-ajru fil-lista Komunitarja, fuq il-bażi tal-kriterji komuni; |
(b) |
biex tneħħi kumpannija ta’ l-ajru mil-lista Komunitarja, jekk in-nuqqas jew nuqqasijiet tas-sigurtà li wasslu għall-inklużjoni tal-kumpannija ta’ l-ajru fil-lista Komunitarja ikunu ġew rimedjati u ma jkun hemm l-ebda raġuni oħra, fuq il-bażi tal-kriterji komuni, għaż-żamma tal-kumpannija ta’ l-ajru fil-lista Komunitarja; |
(ċ) |
biex jiġu modifikati l-kondizzjonijiet ta’ projbizzjoni ta’ l-operar imposti fuq kumpannija ta’ l-ajru li hija inkluża fil-lista Komunitarja. |
2. Il-Kummissjoni, li taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq it-talba ta’ Stat Membru, għandha tiddeċiedi li taġġorna l-lista Komunitarja malli dan ikun meħtieġ taħt il-paragrafu 1, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u fuq il-bażi tal-kriterji komuni. Il-Kummissjoni għandha tivverifika, mill-inqas kull tliet xhur, jekk ikunx xieraq li tiġi aġġornata l-lista Komunitarja.
3. Kull Stat Membru u l-Aġenzija għas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li tista’ tkun relevanti fil-kuntest ta’ l-aġġornar tal-lista Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni relevanti kollha lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 5
Miżuri proviżorji għall-aġġornar tal-lista Komunitarja
1. Fejn ikun evidenti li t-tkomplija ta’ l-operar ta’ kumpannija ta’ l-ajru fil-Komunità x’aktarx toħloq riskju serju għas-sigurtà, u li dan ir-riskju ma jkunx issolva b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri urġenti meħuda mill-Istat(i) Membru/i kkonċernati skond l-Artikolu 6(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta, b’mod proviżorju, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) jew 4(1)ċ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2).
2. Kemm jista’ jkun malajr, u fi żmien mhux aktar minn għaxart ijiem tax-xogħol, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-kwistjoni lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 15(1) u għandha tiddeċiedi li tikkonferma, temenda, tirrevoka jew testendi l-miżura li hi tkun adottat taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3).
Artikolu 6
Miżuri eċċezzjonali
1. F’każ ta’ urġenza, dan ir-Regolament m’għandux jipprekludi lil Stat Membru milli jirreaġixxi għal xi problema ta’ sigurtà mhux mistennija billi jimponi projbizzjoni ta’ l-operar immedjata fir-rigward tat-territorju tiegħu stess, b’kont meħud tal-kriterji komuni.
2. Deċiżjoni mill-Kummissjoni biex ma tinkludix kumpannija ta’ l-ajru fil-lista Komunitarja skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(4) jew 4(2) m’għandhiex tipprekludi Stat Membru milli jimponi jew iżomm projbizzjoni ta’ l-operar fuq il-kumpannija ta’ l-ajru kkonċernata minħabba problema ta’ sigurtà li taffettwa speċifikament lil dak l-Istat Membru.
3. Fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra. Fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta mingħajr dewmien talba lill-Kummissjoni biex taġġorna l-lista Komunitarja, skond l-Artikolu 4(2).
Artikolu 7
Drittijiet ta’ difiża
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta tadotta deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 3(4), 4(2) u 5, il-kumpannija ta’ l-ajru kkonċernata tingħata l-opportunità li tinstema’, b’kont meħud tal-bżonn, f’ċerti każijiet, għal proċedura ta’ urġenza.
Artikolu 8
Miżuri ta’ implimentazzjoni
1. Il-Kummissjoni, li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) għandha, fejn hu xieraq, tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri msemmija f’dan il-Kapitolu.
2. Meta tiddeċiedi dwar dawn il-miżuri, il-Kummissjoni għandha tqis sew il-bżonn li deċiżjonijiet dwar l-aġġornar tal-lista Komunitarja jittieħdu malajr u għandha, fejn ikun xieraq, tipprovdi l-possibiltà ta’ proċedura ta’ urġenza.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni
1. Il-lista Komunitarja u kwalunkwe modifika li ssir għaliha għandhom jiġu ppubblikati immedjatament fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iħaffu l-aċċess pubbliku għal-lista Komunitarja, kif aġġornata l-aħħar, b’mod partikolari permezz ta’ l-użu ta’ l-Internet.
3. Il-kuntratturi tal-kumpanniji ta’ l-ajru, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-avjazzjoni ċivili, l- Aġenzija ta’ l-Avjazzjoni tas-Sigurtà Ewropea u l-ajruporti fit-territorju ta’ l-Istati Membri għandhom iġibu l-lista Komunitarja għall-attenzjoni tal-passiġġieri, kemm permezz tal-websites tagħhom, kif ukoll, fejn hu relevanti, fuq il-postijiet tagħhom.
KAPITOLU III
INFORMAZZJONI GĦALL-PASSIĠĠIERI
Artikolu 10
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri bl-ajru, meta t-titjira tkun parti minn kuntratt ta’ trasport u dak it-trasport ikun beda fil-Komunità, u
(a) |
it-titjira titlaq minn ajruport fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat; jew |
(b) |
it-titjira titlaq minn ajruport f’pajjiż terz u tasal f’ajruport fit-territorju ta’ Stat li għalih japplika t-Trattat; jew |
(ċ) |
it-titjira titlaq minn ajruport li jinsab f’pajjiż terz u tasal f’ajruport ieħor bħal dan. |
2. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw kemm jekk it-titjira hija skedata kif ukoll jekk mhijiex skedata, u kemm jekk it-titjira tagħmel parti minn pakkett kif ukoll jekk le.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-passiġġieri taħt id-Direttiva 90/314/KEE u r-Regolament (KEE) Nru 2299/89.
Artikolu 11
Informazzjoni dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera
1. Meta ssir riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport bl-ajru għandu jinforma lill-passiġġier dwar l-identità tal-kumpannija jew kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw, ikun xi jkun il-mezz użat għar-riservazzjoni.
2. Fejn l-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw ma jkunux magħrufa fiż-żmien tar-riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport tal-ajru għandu jiżgura li l-passiġġier jiġi infurmat bl-isem jew l-ismijiet tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li x’aktarx se tkun jew ikunu l-kumpannija jew il-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw għat-titjira jew titjiriet ikkonċernati. F’każ bħal dan, il-kuntrattur tat-trasport bl-ajru għandu jiżgura li l-passiġġier huwa infurmat bl-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw malli din l-identità tkun magħrufa.
3. Kull fejn il-kumpannija jew il-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw tinbidel jew jinbidlu wara r-riservazzjoni, il-kuntrattur tat-trasport ta’ l-ajru, irrispettivament mir-raġuni għall-bidla, għandu jieħu immedjatament il-passi xierqa kollha biex jiżgura li l-passiġġier jiġi infurmat dwar il-bidla kemm jista’ jkun malajr. Fil-każi kollha, il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati fiċ-check-in, jew mat-tlugħ fuq l-ajruplan fejn m’hemmx bżonn ta’ check-in għal titjira ta’ konnessjoni.
4. Il-kumpannija ta’ l-ajru jew l-organizzatur ta’ ġiti, skond il-każ, għandu jiżgura li l-kuntrattur relevanti tat-trasport ta’ l-ajru jiġi infurmat dwar l-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw hekk kif dan ikun magħruf, b’mod partikolari f’każ ta’ bdil ta’ tali identità.
5. Jekk bejjiegħ tal-biljetti ma jkunx ġie infurmat dwar l-identità tal-kumpannija ta’ l-ajru li topera, m’għandux ikun responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligazzjonijiet provduti f’dan l-Artikolu.
6. L-obligazzjoni tal-kuntrattur tat-trasport bl-ajru li jinforma lill-passiġġieri bl-identità tal-kumpannija jew tal-kumpanniji ta’ l-ajru li joperaw għandha tiġi speċifikata fil-kondizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ li japplikaw għall-kuntratt tat-trasport.
Artikolu 12
Dritt għal rimbors jew l-għoti ta’ rotta ġdida
1. Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa d-dritt għal rimbors jew l-għoti ta’ rotta ġdida kif inhu provdut fir-Regolament (KE) Nru 261/2004.
2. F’każijiet fejn ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 ma japplikax, u
(a) |
il-kumpannija ta’ l-ajru li topera u li ġiet notifikata lill-passiġġier tniżżlet fil-lista Komunitarja u hija suġġetta għal projbizzjoni ta’ l-operar li wasslet għat-tħassir tat-titjira kkonċernata, jew li kienet twassal għal tħassir bħal dan jkieku it-titjira kkonċernata tkun ġiet operata fil-Komunità; jew |
(b) |
il-kumpannija ta’ l-ajru li topera u li ġiet notifikata lill-passiġġier inbidlet b’kumpannija ta’ l-ajru li topera oħra u li tniżżlet fil-lista Komunitarja u hija suġġetta għal projbizzjoni ta’ l-operar li wasslet għat-tħassir tat-titjira kkonċernata, jew li kienet twassal għal tħassir bħal dan kieku t-titjira kkonċernata kienet ġiet operata fil-Komunità; |
il-kuntrattur tat-trasport ta’ l-ajru li huwa parti mill-kuntratt tat-trasport għandu joffri lill-passiġġier id-dritt għal rimbors jew l-għotji ta’ rotta ġdida stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004, kemm-il darba, meta t-titjira ma tkunx ġiet ikkanċellata, il-passiġġier ikun għażel li ma jieħux dik it-titjira.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika bla ħsara għall-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004.
Artikolu 13
Penali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rrispettati r-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu u għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur ta’ dawn ir-regoli. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Informazzjoni u emendar
Sa 16 ta’ Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 15
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 (“il-Kumitat”).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.
4. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-Kumitat dwar kwalunkwe kwistjoni oħra li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
Artikolu 16
Tħassir
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE huwa hawnhekk imħassar.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 10, 11 u 12 għandhom japplikaw minn 16 ta’ Lulju 2006 u l-Artikolu 13 għandu japplika minn 16 ta’ Jannar 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni tat-28 ta’ Settembru 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Novembru 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2871/2000 (ĠU L 333, tad-29.12.2000, p. 47).
(4) ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, tas-27.9.2003, p. 5).
(5) ĠU L 158, tat-23.6.1990, p. 59.
(6) ĠU L 220, tad-29.7.1989, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 323/1999 (ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 1).
(7) ĠU L 167, ta’ l-4.7.2003, p. 23.
(8) ĠU L 46, tas-17.2.2004, p. 1.
(9) ĠU L 95, tal-21.4.1993, p. 29.
(10) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
(11) ĠU L 143, tat-30.4.2004, p. 76.
ANNESS
Kriterji komuni għall-kunsiderazzjoni ta’ projbizzjoni ta’ l-operar għal raġunijiet ta’ sigurtà fuq livell Komunitarju
Deċiżjonijiet għal azzjoni fuq livell Komunitarju għandhom jittieħdu skond il-merti ta’ kull każ individwali. Skond il-merti ta’ kull każ, kumpannija jew il-kumpanniji kollha ċċertifikati fl-istess stat jistgħu jkunu eliġibbli għal azzjoni fuq livell Komunitarju.
Fil-kunsiderazzjoni ta’ jekk kumpannija ta’ l-ajru għandhiex tiġi totalment jew parzjalment projbita, għandu jiġi evalwat jekk il-kumpannija ta’ l-ajru hijiex qed tissodisfa l-istandards relevanti tas-sigurtà billi jitqiesu dawn li ġejjin:
1. |
Evidenza vverifikata dwar nuqqasijiet serji tas-sigurtà min-naħa tal-kumpannija ta’ l-ajru:
|
2. |
Nuqqas ta’ kapaċità u/jew volontà ta’ kumpannija ta’ l-ajru biex tindirizza nuqqasijiet ta’ sigurtà kif jidhru minn:
|
3. |
Nuqqas ta’ kapaċità u/jew volontà ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ kumpannija ta’ l-ajru biex jiġu ndirizzati nuqqasijiet ta’ sigurtà kif jidher minn:
|
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
23 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2112/2005
tal-21 ta’ Novembru 2005
dwar l-aċċess għall-Għajnuna Esterna tal-Komunità
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-prattika ta’ l-għoti ta’ l-għajnuna, b’mod dirett jew indirett, għax-xiri ta’ merkanzija u s-servizzi mixtrija permezz ta’ dik l-għajnuna mill-pajjiż donatur tnaqqas l-effettività tagħhom u mhix koerenti ma’ politika ta’ l-iżvilupp favur il-foqra. It-tneħħija ta’ l-għajnuna mhix għan fiha innifisha iżda għandha tintuża bħala għodda biex jissaħħu elementi oħra fil-ġlieda kontra l-faqar bħal ma huma l-proprjeta’s-sjieda, l-integrazzjoni reġjonali u l-bini ta’ kapaċità, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta’ fornituri lokali u reġjonali ta’ merkanzija u servizzi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. |
(2) |
F’Marzu 2001, il-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) ta’ l-Organizazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) adotta “Rakkomandazzjoni dwar Tneħħija ta’ Rbit fuq l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati” (2). L-Istati Membri adottaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-Kummissjoni irrikonoxxiet l-ispirtu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni bħala gwida għall-għajnuna tal-Komunità. |
(3) |
Fl-14 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali li sar flimkien mal-Kunsill Ewropew f’Barċellona bi preparazzjoni għall-Konferenza Internazzjonali fuq il-Finanzjament għall-Iżvilupp, li saret f’Monterrey fit-18-22 ta’ Marzu 2002, ikkonkluda li l-Unjoni Ewropea għandha “timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tad-DAC dwar it-tneħħija ta’ l-irbit ta’ l-għajnuna għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u tkompli d-diskussjonijiet bil-għan li tkompli tnaqqas l-irbit fuq l-għajnuna bilaterali. L-UE għandha tikkonsidra wkoll passi sabiex tnaqqas l-irbit ta’ l-għajnuna tal-Komunità filwaqt li żżomm is-sistema eżistenti tal-preferenzi tal-prezzijiet tal-qafas EU-ACP.”. |
(4) |
Fit-18 ta’ Novembru 2002, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew intitolat “Tneħħija ta’ rbit: Żieda fl-effettività ta’ l-għajnuna”. Hi ppreżentat l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-suġġett u l-għażliet possibli għall-implimentazzjoni ta’ l-impenn ta’ Barcellona msemmi hawn fuq fis-sistema ta’ l-Assistenza ta’ l-Għajnuna tal-UE. |
(5) |
Fil-Konklużjonijiet dwar it-Tneħħija ta’ l-Irbit fuq l-Għajnuna ta’ l-20 ta’ Mejju 2003 il-Kunsill enfasizza l-bżonn li jtitneħħa iżjed l-irbit fuq l-għajnuna tal-Komunità. Hu qabel li l-modalitajiet dettaljati għall-Komunikazzjoni msemmija hawn fuq huma deċiżi fuq l-għażliet proposti. |
(6) |
Fl-4 ta’ Settembru 2003, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija (3), li fiha indika l-bżonn li jkompli jitneħħa l-irbit mill-għajnuna tal-Komunità. Hija appoġġat il-modalitajiet speċifikati fil-Komunikazzjoni hawn fuq msemmija u qablet ma’ l-għażliet proposti. Hi enfasizzat il-bżonn li jkun hemm aktar dibattitu fil-fond bl-intenzjoni li jitneħħa iktar irbit fuq il-bażi ta’ studji kumplimentari u ta’ proposti dokumentati, u talbet b’mod espliċitu li jkun hemm “preferenza ċara għal koperazzjoni lokali u reġjonali, waqt li jitpoġġew f’ordni ta’ prijorità - skond l-importanza - il-fornituri mill-pajjiż destinatarju, pajjiżi ġirien li qed jiżviluppaw u pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw”, sabiex jissaħħu l-isforzi tal-pajjiżi benefiċjarji biex itejbu l-produzzjoni tagħhom fuq livell nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-familja, kif ukoll l-azzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu d-disponibiltà u l-aċċessibiltà tal-pubbliku għal prodotti ta’ l-ikel u ta’ servizzi bażiċi, b’mod konsistenti mad-drawwiet lokali u mas-sistemi ta’ produzzjoni u ta’ kummerċ. |
(7) |
Hemm bżonn li jiġu indirizzati diversi elementi biex jiġi stabbilit l-aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità. Ir-regoli dwar l-eliġibilità li jirregolaw l-aċċess ta’ persuni huma msemmija fl-Artikolu 3. Ir-regoli dwar l-ingaġġ ta’ esperti u l-oriġini tal-provvisti u tal-materjali mixtrija minn persuni eleġibbli huma stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 rispettivament. Id-definizzjoni u l-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni tar-reċiproċità jinsabu fl-Artikolu 6. Id-derogi u l-implimentazzjoni tagħhom huma definiti fl-Artikolu 7. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali, organizzazzjoni reġjonali, jew kofinanzjati ma’ pajjiż terz, huma definiti fl-Artikolu 8. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ għajnuna umanitarja huma definiti fl-Artikolu 9. |
(8) |
L-aċċess għall-assistenza esterna tal-Komunità huwa definit fl-atti bażiċi li jirregolaw tali assistenza, flimken mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għal budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) (hawn aktar il ‘quddiem “Ir-Regolament Finanzjarju”). It-tibdil magħmul minn dan ir-Regolament għall-aċċess ta’ l-għajnuna tal-Komunità għandhom iwasslu għal emendi għal dawk l-istrumenti kollha. Il-modifiki kollha għall-atti bażiċi konċernati huma mniżżla fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(9) |
Meta tingħata offerta skond strument Komunitarju, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għar-rispett ta’ l-istandards internazzjonali miftiehma dwar ix-xogħol ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għax-Xogħol (ILO), pereżempju l-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni tax-xogħol infurzat u obbligatorju, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impjiegi u l-okkupazzjoni, u l-eliminazzjoni tax-xogħol minorili. |
(10) |
Meta tingħata offerta skond strument Komunitarju, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali għar-rispett tal-konvenzjonijiet miftiehma internazzjonalment dwar l-ambjent li ġejjin: il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ta’ l-1992, il-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosigurtà ta’ l-2000 u l-Protokoll ta’ Kjoto dwar il-Konvenzjoni-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima ta’ l-1997, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-aċċess tal-partijiet interessati għall-istrumenti ta’ assistenza esterna tal-Komunità iffinanzjati mill-budget ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Definizzjoni
Għall-interpretazzjoni tat-termini użati f’dan ir-Regolament, għandha ssir referenza għar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).
Artikolu 3
Regoli ta’ l-eliġibilità
1. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt istrument tal-Komunità, għandhom ikunu miftuħa lill-persuni legali kollha li huma stabbiliti fl-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, jew f’pajjiż kandidat uffiċjali kif rikonoxxut mill-Komunità Ewropea, jew f’Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea.
2. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati minn strument tal-Komunità bi skop tematiku, kif definita fl-Anness I Parti A, għandha tkun miftuħa għall-persuni legali kollha li f’pajjiż li qed jiżviluppa, kif speċifikat mil-lista tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, li tinsab fl-Anness II, kif ukoll lil dawk il-persuni legali li diġa huma eleġibbli bis-saħħa ta’ l-istrument relevanti.
3. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt strument tal-Komunità bi skop ġeografiku, kif definit fl-Anness I Parti B, għandha tkun miftuħa għall-persuni legali kollha li f’pajjiż li qed jiżviluppa, kif speċifikat fil-lista tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, li tinsab fl-Anness II, u li huma espliċitament imsemmija bħala eliġibbli, kif ukoll lil dawk li diġa huma msemmija bħala eleġibbli bis-saħħa ta’ l-istrument relevanti.
4. Parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt l-istrument tal-Komunità għanda tkun miftuħa lill-persuni legali kollha li huma stabbiliti ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor għajr dawk imsemmija f’paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu fejn l-aċċess reċiproku għall-assistenza esterna għandu jkun stabbilit skond l-Artikolu 6.
5. Il-parteċipazzjoni fl-għotja ta’ kuntratti għal xiri jew għal għajnuna ffinanzjati taħt strument komunitarju għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
6. Dan ta’ qabel hu mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni ta’ kategoriji ta’ l-organizzazzjonijiet eleġibbli għal għotja ta’ kwalunkwe kuntratt, jew għall-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 114(1) tar-Regolament Finanzjarju.
Artikolu 4
Esperti
L-esperti kollha mqabbdin minn min jagħmel offerta kif definit fl-Artikoli 3 u 8 jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe nazzjonalità. Dan l-Artikolu hu bla ħsara għar-rekwiżiti kwalitattivi u finanzjarji stipulati fir-regoli tal-Komunità dwar ix-xiri.
Artikolu 5
Regoli ta’ l-oriġini
Il-provvisti u l-materjali kollha mixtrija taħt kuntratt iffinanzjat taħt strument Komunitarju jridu joriġinaw mill-Komunità jew minn pajjiż eleġibbli kif definit fl-Artikoli 3 u 7. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kelma “oriġini” hi definita fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità dwar regoli dwar l-oriġini għal skopijiet ta’ dwana.
Artikolu 6
Reċiproċità ma’ pajjiżi terzi
1. Aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandu jingħata lil pajjiż li jaqa’ taħt l-iskop ta’ l-Artikolu 3(4), fil-każ li tali pajjiż jagħti l-eleġibiltà fuq termini ndaqs lill-Istati Membri u lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.
2. L-għotja ta’ l-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq progress bejn l-UE u donaturi oħrajn u għandha tkompli f’livell settorjali kif definit mill-kategoriji tal-Kumitat ta’ l-Għajnuna għall-Iżvilupp ta’ l-OECD, jew fil-livell ta’ pajjiż, kemm jekk ikun pajjiz donatur jew benefiċjarju. Id-deċiżjoni li tingħata din ir-reċiproċità lil pajjiż donatur għanda tkun ibbażata fuq it-trasparenza, il-konsistenza u l-proporzjonalità ta’ l-għajnuna pprovduta minn dak id-donatur, inklużi n-natura kwalitattiva u kwantitattiva tagħha.
3. L-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità għandu jiġi stabbilit permezz ta’ deċiżjoni speċifika dwar pajjiż partikolari jew grupp reġjonali partikolari ta’ pajjiżi. Deċiżjoni ta’ dan it-tip għandha tkun addottata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (6) taħt il-proċeduri u l-kumitat relevanti assoċjat ma’ l-att ikkonċernat. Id-dritt tal-Parlament Ewropew li jkun infurmat regolarment skond l-Artikolu 7(3) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jiġi rispettat kompletament. Tali deċiżjoni għandha titmexxa għal perjodu minimu ta’ sena.
4. L-aċċess reċiproku għall-għajnuna esterna tal-Komunità fil-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati elenkati fl-Anness II għandu jingħata awtomatikament lill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness III.
5. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom ikunu kkonsultati bħala parti mill-proċess deskritt fil-paragrafi 1, 2 u 3.
Artikolu 7
Derogi mir-regoli ta’ l-eliġibilità u l-oriġini
1. F’każijiet eċċezzjonali sostanzjati sew, il-Kummissjoni tista’ testendi l-eliġibilità lil ċittadini minn pajjiż li mhux eleġibbli taħt l-Artikolu 3.
2. F’każijiet eċċezzjonali sostanzjati sew, il-Kummissjoni tista’ tippermetti x-xiri ta’ provvisti u materjali li joriġinaw minn pajjiż li mhux eleġibbli taħt l-Artikolu 3.
3. Id-derogi kif previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu ġustifikati fuq il-bażi ta’ nuqqas tad-disponibbilità ta’ prodotti u servizzi fis-swieq tal-pajjiżi konċernati, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema, jew jekk ir-regoli eliġibbli jagħmlu r-realizzazzjoni tal-proġett, programm jew azzjoni impossibbli jew diffiċli ħafna.
Artikolu 8
Operazzjonijiet li jinvolvu organizzazzjonijiet internazzjonali jew kofinanzjar
1. Kull meta l-Komunità tiffinanzja operazzjoni implimentata minn organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fi proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni ġuridiċi kollha li huma eleġibbli skond l-Artikolu 3 kif ukoll għall-persuni ġuridiċi kollha li huma eleġibbli skond ir-regoli ta’ tali organizzazzjoni, waqt li jiġi assigurat li qed jingħata trattament ugwali għad-donaturi kollha. Għandhom japplikaw l-istess regoli għall-provvisti, materjali u esperti.
2. Kull meta l-Komunità tiffinanzja operazzjoni kofinanzjata ma’ pajjiż terz, bla ħsara għar-reċiproċità kif definita fl-Artikolu 6, jew ma’ organizzazzjoni reġjonali, jew ma’ Stat Membru, il-parteċipazzjoni fi proċeduri kontrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni ġuridici li huma eleġibbli skond l-Artikolu 3 kif ukoll għall-persuni ġuridiċi li huma eliġibbli skond ir-regoli ta’ tali pajjiż terz, organizzazzjoni reġjonali jew Stat Membru. Għandhom japplikaw l-istess regoli għall-provvisti, materjali u esperti.
3. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-qasam ta’ l-ikel, l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi limitata għal operazzjonijiet ta’ emerġenza.
Artikolu 9
Għajnuna umanitarja u NGOs
1. Għal skopijiet ta’ għajnuna umanitarja fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 dwar l-għajnuna umanitarja (7), u għal skopijiet ta’ għajnuna li tingħata direttament minn NGOs, fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1658/98 tas-17 ta’ Lulju 1998 dwar il-kofinanzjar ta’ operazzjonijiet ma’ Organizzazzjonijiet non-Governattivi Ewropej għall-Iżvilupp f’oqsma ta’ interess għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (8), id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament m’għandhomx japplikaw għall-kriterji ta’ l-eliġibilità stabbiliti għall-għażla tal-benefiċjarji ta’ l-għotjiet.
2. Il-benefiċjarji ta’ dan it-tip ta’ għotjiet għandhom jaderixxu mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament fil-każ li l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni umanitarja assistita u ta’ l-għajnuna amministrata direttament minn NGOs fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1658/98 teħtieġ l-għotja ta’ kuntratti ta’ akkwist.
Artikolu 10
Rispett għall-prinċipji fundamentali u tisħiħ tas-swieq lokali
1. Sabiex titħaffef l-eliminazzjoni tal-faqar permezz tal-promozzjoni tal-kapaċitajiet lokali, tas-swieq u tax-xiri, għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għax-xiri lokali u reġjonali fil-pajjiżi msieħba.
2. Dawk li jingħataw kuntratt wara li jkunu għamlu offerta għandhom jirrispettaw l-istandards ewlenin miftiehma internazzjonalment dwar ix-xogħol, per eżempju l-istandards ewlenin dwar ix-xogħol ta’ l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u obbligatorju, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta’ l-impjiegi u l-okkupazzjoni, u l-eliminazzjoni tax-xogħol minorili.
3. Aċċess għall-għajnuna esterna tal-Komunità minn pajjiżi li qed jiżviluppaw għandha tkun megħjuna permezz ta’ l-assistenza teknika kollha meqjusa xierqa.
Artikolu 11
Implimentazzjoni tar-Regolament
Dan ir-Regolament jemenda u jirregola l-partijiet relevanti ta’ l-istrumenti eżistenti kollha tal-Komunità elenkati fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi II sa IV ta’ dan ir-Regolament minn żmien għal żmien biex jittieħed kont ta’ kwalunkwe emenda fit-test ta’ l-OECD.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU C 157, tat-28.6.2005, p. 99.
(2) Rapport OECD/DAC 2001, 2002, Volum 3, Nru 1, p. 46.
(3) ĠU C 76 E, tal-25.3.2004, p. 474.
(4) ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, tat-2.8.2005, p. 3).
(6) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
(7) ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(8) ĠU L 213, tat-30.7.1998, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
ANNESS I
L-emendi li ġejjin huma magħmula għall-istrumenti tal-Komunità hawn imniżżla.
PARTI A. Strumenti tal-Komunità bi skop tematiku
1) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1725/2001 tat-23 ta’ Lulju 2001 dwar azzjoni kontra l-mini ta’ l-art anti-personali fil-pajjiżi terzi għajr dawk li qed jiżviluppaw (1).
|
2) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999 tad-29 ta’ April 1999 li jfassal il-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Komunità, għajr dawk ta’ l-iżvilupp tal-kooperazzjoni, li, fil-kwadru tal-politika ta’ kooperazzjoni tal-Komunità, jikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ l-iżvilupp u l-ikkonsolidar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u ta’ dawk li jirrispettaw id-drittijiet umani u libertajiet fundamentali f’pajjiżi terzi (2).
|
PARTI B. Strumenti tal-Komunità bi skop ġeografiku
3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2500/2001 tas-17 ta’ Diċembru 2001 li jikkonċerna l-għajnuna finanzjarja għat-Turkija (3).
|
4) |
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2666/2000 tal-5 ta’ Diċembru 2000 (CARDS) dwar l-għajnuna għall-Albanija, l-Bosnija u l-Ħerzegovina, l-Kroazja, r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4).
|
5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 99/2000 (Tacis) tad-29 ta’ Diċembru 1999 dwar il-provvista ta’ l-għajnuna għal Stati sħab fl-Ewropa tal-Lvant u l-Asja Ċentrali (5).
|
6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għal Pre-Adeżjoni (6).
|
7) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għall-miżuri għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali pri-adeżjoni fil-pajjiżi applikanti għall-pajjiżi ċentrali u tal-Lvant ta’ l-Ewropa fil-perjodu qabel l-adeżjoni (7).
|
8) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1488/96 tat-23 ta’ Lulju 1996 (MEDA) dwar miżuri finanzjarji u tekniċi biex jakkompanjaw (MEDA) ir-riforma ekonomika u l-istrutturi soċjali fil-kwadru tas-Sħubija Euro-Mediterranja (8).
|
9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1762/92 tad-29 Ġunju 1992 dwar l-implimentazzjoni tal-Protokolli dwar il-kooperazzjoni finanzjarja u teknika konkluża mill-Komunità mal-pajjiżi tal-Mediterran li mhumiex membri (9).
|
10) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 443/92 tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-għajnuna finanzjarja u teknika lil, u kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja u l-Amerika Latina (10).
|
(1) ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 6.
(2) ĠU L 120, tat-8.5.1999, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2242/2004 (ĠU L 390, tal-31.12.2004, p. 21).
(3) ĠU L 342, tas-27.12.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 850/2005 (ĠU L 141, tal-4.6.2005, p. 1).
(4) ĠU L 306, tas-7.12.2000, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004 (ĠU L 389, tat-30.12.2004, p. 1).
(5) ĠU L 12, tat-18.1.2000, p. 1.
(6) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004.
(7) ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2257/2004.
(8) ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000 (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 1).
(9) ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 1.
(10) ĠU L 52, tas-27.2.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).
ANNESS II
Lista DAC tal-benefiċjarji ta’ l-Għajnuna – L-1 ta’ Jannar 2003
Parti I: Pajjiżi u Territorji li qed jiżviluppaw (Assistenza għall-Iżvilupp Soċjali) |
Parti II: Pajjiżi Żviluppati u Territorji fit-Transizzjoni (Għajnuna Uffiċjali) |
|||||
Pajjiżi l-Inqas Żviluppati (LDCs) |
Pajjiżi Oħra bi Dħul Baxx (LICs oħra) (per capita GNI <$745 fl- 2001) |
Pajjiżi bi Dħul Medju Inqas (LMICs) (per capita GNI $746 - $2 975 fl-2001) |
Pajjiżi bi Dħul Medju Għola (UMICs) (per capita GNI $2 976 -$9 205 fl-2001) |
Pajjiżi bi Dħul Għoli (HICs) (per capita GNI > $9 206 fl-2001) |
Pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant u Pajjiżi Indipendenti Ġodda li kienu parti ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika (CEECs/NIS) |
Iktar Pajjiżi u Territorji li qed jiżviluppaw |
L-Afganistan L-Angola Il-Bangladexx Il-Benin Il-Butan Il-Burkina Faso Il-Burundi Il-Kambodja Il-Kap Verde Ir-Repubblika Afrikana Ċentrali Iċ-Ċad Il-Komoros Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo Dijubiti Il-Ġinea Ekwatorjali L-Eritrea L-Etjopja Il-Gambja Il-Ginea Il-Ginea Bissaw Il-Haiti Il-Kiribati Il-Laos Il-Lesoto Il-Liberja Il-Madagaskar Il-Malawi Il-Maldive Il-Mali Il-Mawritanja Il-Możambijk Il-Mijanmar In-Nepal In-Niġer Ir-Rwanda Samoa Sao Tome u Prinċipe Is-Senegal Is-Sierra Leone Il-Gżejjer Solomon Is-Somalja Is-Sudan It-Tanzanija It-Timor tal-Lvant It-Togo It-Tuvalu L-Uganda Il-Vanwatu Il-Jemen Iż-Żambja |
L-Armenja (*) L-Ażerbajġan (*) Il-Kamerun Ir-Repubblika tal-Kongo Il-Kosta ta’ l-Avorju Ġeorgja (*) Il-Gana L-Indja L-Indoneżja Il-Kenja Ir-Repubblika Demokratika tal-Korea Ir-Repubblika tal-Kirgistan (*) Il-Moldova (*) Il-Mongolja In-Nikaragwa In-Niġerja Il-Pakistan (*) Il-Papwa- Ginea Ġdida It-Taġikistan L-Uzbekistan (*) Il-Vjetnam Iż-Żimbabwe |
L-Albanija (*) L-Alġerija Il-Beliże Il-Bolivja Il-Bożnja u Ħerżegovina Ic-Ċina Il-Kolombja Kuba Ir-Repubblika Dominikana Ekwador L-Eġittu El Salvador Il-Fiji Gwatemala Il-Gujana Honduras L-Iran L-Iraq Il-Ġamajka Il-Ġordan Il-Każakistan (*) Il-Maċedonja (dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugożlava) Il-Gżejjer Marshall L-Istati Federali tal-Mikronesja Il-Marokk In-Namibja In-Niue Il- Palestina territorji okkupati Il-Paragwaj Il-Perù Il-Filippini Is-Serbja u l-Montenegro L-Afrika t’Isfel Sri Lanka San Vincenz u l-Grenadini Is-Surinam Is-Sważiland Is-Sirja It-Tajlandja Tokelau (**) It-Tonga It-Tuniżija It-Turkija It-Turkmenistan (*) Wallis u Futuna (**) |
Il-Botswana Il-Brażil Iċ-Ċilì Il-Gżejjer ta’ Cook Il-Kosta Rika Il-Kroazja Id-Dominika Il-Gabon Il-Grenada Il-Libanu Il-Malażja Il-Mawrizju Mayotte (**) In-Nauru Il-Panama Santa Elena (**) Santa Luċija Il-Venezuela |
Il-Baħrajn |
Il-Belarus (*) Il-Bulgarija (*) Ir-Repubblika Ċeka (*) L-Estonja (*) L-Ungerija (*) Il-Latvja (*) Il- Litwanja (*) Il-Polonja (*) Ir-Rumanija (*) Ir-Russja (*) Ir-Repubblika Slovakka (*) L-Ukraina (*) |
Aruba (*) Il-Baħamas (**) Bermuda (**) Brunej II-Gżejjer Cayman (**) Taipei Ċina Ċipru Il-Gżejjer Falklands Polineżja Franċiża Ġibiltà (**) Hong Kong, Iċ-Ċina (**) L-Iżrael (**) Il-Korea Il-Kuwajt Il-Libja Macao (**) Malta Antilles Olandiżi (**) Il-Caledonia l-Ġdida (**) Il-Qatar Singapor Is-Slovenja L-Emirati Għarab Magħquda Il-Gżejjer Virgin (Renju Unit) (**) |
Limitu għal Eliġibiltà għal Self mill-Bank Dinji ($5 185 fl-2001) |
||||||
Anguilla (**) L-Antigwa u Barbuda L-Arġentina Il-Barbados Il- Messiku Montserrat L-Oman (**) Il-Gżejjer Palau L-Għarabja Sawdita Is-Seychelles St Kitts u Nevis Trinidad u Tobago Il-Gżejjer Turki u Caicos (**) L-Urugwaj |
(*) Pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant u Pajjiżi Indipendenti Ġodda ta’ dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika (CEECs/NIS).
(**) Territorju.
ANNESS III
LISTA TAL-MEMBRI TAL-KUMITAT TA’ L-GĦAJNUNA TA’ L-IŻVILUPP TA’ L-OECD
L-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Kanada, id-Danimarka, il-Kummissjoni Ewropea, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Ġappun, il-Lussumburgu, l-Olanda, New Zealand, in-Norveġja, il-Portugall, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti.
ANNESS IV
Estratti minn Rakkomandazzjoni dwar it-Tneħħija ta’ Rbit fuq l-Għajnuna Uffiċjali ta’ l-Iżvilupp għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati mill-Kumitat ta’ l-Għajnuna ta’ l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC), Marzu 2001
II. Implimentazzjoni
(a) Kopertura
7. |
It-tneħħija ta’ l-irbit huwa proċess kumpless. Metodi differenti huma meħtieġa għall-kategoriji differenti ta’ l-ODA, u azzjonjiet minn Membri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjonijiet li għandhom ivarjaw fil-kopertura u l-ħin. Filwaqt li dan jinżamm preżenti, il-Membri tad-DAC għandhom ineħħu l-Irbit għall-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati sa l-iktar mod possibbli u b’mod konformi mal-kriterji u l-proċeduri stabbiliti fir-Rakkomandazzjonijiet:
|
8. |
Din ir-Rakkomandazzjoni ma tapplikax għal attivitajiet b’valur inqas minn SDR 700 000 (SDR 130 000 f’każ ta’ ko-operazzjoni teknika relatata ma’ l-investiment). |
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
34 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 2113/2005/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE bil-ħsieb li jiġi estiż il-programm fl-2006 għad-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin u l-monitoraġġ ta’ l-adozzjoni tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tat-Telekomunikazzjoni (ICTs)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157 (3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE (3) stabbiliet il-programm MODINIS għall-monitoraġġ tal-Pjan ta’ Azzjoni eEurope 2005, id-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin u t-titjib tas-sigurtà tan-networks u ta’ l-informazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2005. |
(2) |
Id-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE sabiex jiġu adattati l-ammonti referenzjarji biex jittieħed kont tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(3) |
Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Diċembru 2004 dwar ħarsa lejn il-futur tat-Tekonoloġiji ta’ l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) (4), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tibda l-ħidma bi tħejjija għas-segwiment tal-pjan ta’ azzjoni eEurope 2005 bħala parti importanti ta’ l-Aġenda l-ġdida għas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni ‘l hinn mill-2005. |
(4) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Novembru 2004, imsejħa “L-Isfidi għas-Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni wara l-2005” tanalizza l-isfidi li jeħtieġ li tindirizza strateġija għal Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni sa l-2010. Din tisħaq favur użu usa’ ta’ l-ICT u għal tkomplija ta’ l-attenzjoni politika lejn kwistjonijiet konnessi ma’ l-ICTs, li tinvolvi l-ħtieġa għall-monitoraġġ u l-iskambju ta’ prattiki tajbin. Dik il-komunikazzjoni kienet il-punt tat-tluq għal proċess ta’ riflessjoni li wassal għal inizjattiva ġdida tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni fl-2005, li ser titnieda fl-2006. |
(5) |
L-inizjattiva l-ġdida, imsejħa “i2010: Is-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni Ewropea” tħabbret fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005 lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, imsejħa “Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi - Bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona”, bil-mira li titħeġġeġ l-adozzjoni ta’ l-ICTs. |
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005, imsejħa “i2010 - Soċjetà ta’ l-Informazzjoni Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi” tindika b’mod ġenerali l-prijoritajiet politiċi ewlenin ta’ strateġija ta’ ħames snin li tippromwovi ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva. Il-promozzjoni ta’ l-iskambju ta’ l-aqwa prattika u l-monitoraġġ ta’ l-adozzjoni tas-servizzi mħaddma bl-ICT ser ikomplu jappoġġaw id-djalogu mal-partijiet interessati u ma’ l-Istati Membri, notevolment fil-kuntest tal-metodu miftuħ ta’ koordinament. |
(7) |
Fil-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013), huwa propost Programm ta’ Qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-kompetittività u l-innovazzjoni, li jkopri l-perjodu 2007-2013 u li jiġbor flimkien il-miżuri Komunitarji speċifiċi li jikkontribwixxu lejn l-intraprenditorija, l-SMEs, il-kompetittività industrijali, l-innovazzjoni, it-teknoloġija ta’ l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, it-teknoloġiji ambjentali u l-enerġija intelliġenti, inklużi dawk il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar statistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni (5) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ l-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Din l-istatistika tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-proċess ta’ stabbiliment ta’ punti ta’ referenza ta’ l-eEurope, hija relevanti għall-indikaturi strutturali li jappoġġaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni ta’ l-Istati Membri, u hija neċessarja sabiex ikun ipprovdut bażi uniformi għal analiżi tas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni. |
(9) |
Fit-12-il xahar bejn l-iskadenza tal-Pjan ta’ Azzjoni eEurope 2005 u l-bidu antiċipat tal-Programm ta’ Qafas fl-2007, l-adozzjoni ta’ l-ICTs mill-ekonomija kollha teħtieġ li tiġi mmonitorjata u appoġġata permezz tat-tkomplija ta’ l-istabbiliment ta’ punti ta’ referenza u analiżi statistika bbażati fuq indikaturi strutturali, u l-iskambju ta’ prattiki tajbin. L-azzjoni meħuda taħt il-programm dwar l-istabbiliment ta’ punti ta’ referenza, prattiki tajbin u koordinament tal-politika fl-2006 ser ikun ta’ appoġġ għall-kisba ta’ l-għanijiet tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005 u ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005 imsemmija iktar ’il fuq. |
(10) |
Il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-iskambju ta’ l-esperjenzi, l-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ punti ta’ referenza, id-disseminazzjoni tal-prattiki tajbin u l-analiżi tal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjetali tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni għandhom jitkomplew fl-2006 sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005, bil-għan li tiġi stimulata l-adozzjoni ta’ l-ICTs bħala tkomplija ta’ l-aġenda ta’ l-eEurope, u dawk tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005. |
(11) |
Id-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE għandha għalhekk tiġi emendata. |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 2256/2003/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 1a 1. Il-programm għall-2006 għandu jkompli l-monitoraġġ ta’ l-adozzjoni u l-użu tat-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICTs) fl-ekonomija kollha u d-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin, u għandu jkollu dawk l-miri li ġejjin:
2. L-attivitajiet tal-programm għandhom ikunu azzjonijiet ta’ natura trans-settorjali, li jikkomplementaw l-azzjonijiet Komunitarji f’oqsma oħra. L-ebda waħda minn dawn l-azzjonijiet m’għandha tidduplika l-ħidma li qed titwettaq f’dawn l-oqsma taħt programmi Komunitarji oħra. L-azzjonijiet meħuda taħt il-programm dwar l-istabbiliment ta’ punti ta’ referenza, il-prattiki tajbin u l-koordinament tal-politika għandhom iwasslu għall-ksib ta’ l-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Frar 2005 lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, imsejħa ‘Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi - Bidu ġdid għall-Istrateġija ta’ Liżbona’, bil-għan li tiġi stimulata l-adozzjoni ta’ l-ICTs bi tkomplija ta’ l-aġenda ta’ l-eEurope u b’mod partikolari biex jippromwovu l-broadband, l-eGvern, l-eNegozju, l-eSaħħa u l-eTagħlim u l-għanijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005, imsejħa ‘i2010 - Soċjetà Ewropea ta’ l-Informazzjoni għat-tkabbir u l-impjiegi’, li tippromwovi ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva. 3. Il-programm għandu jipprovdi wkoll qafas komuni għall-interazzjoni komplementarja fil-livell Ewropew tal-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali varji.” |
2) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal: “Artikolu 2a Sabiex jintlaħqu l-miri msemmja fl-Artikolu 1a, għandhom jittieħdu l-kategoriji ta’ azzjonijiet li ġejjin:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b’li ġej: “Il-programm għandu jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2006. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm huwa permezz ta’ dan stabbilit għal EUR 30 160 000.” |
(4) |
L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-1 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 336, tat-23.12.2003, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, tat-30.4.2004, p. 12).
(4) ĠU C 62, tat-12.3.2005, p. 1.
(5) ĠU L 143, tat-30.4.2004, p. 49.
ANNESS
“ANNESS
Programm multi-annwali għall-monitoraġġ ta’ l-eEurope, id-disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin u t-titjib tas-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni (MODINIS)
Analiżi indikattiva tan-nefqa għall-2003 sa l-2005
Perċentwal tal-baġit totali skond il-kategorija u s-sena |
||||
|
2003 |
2004 |
2005 |
Total 2003-2005 |
Azzjoni 1 - monitoraġġ u paragun tal-prestazzjoni |
12 % |
14 % |
14 % |
40 % |
Azzjoni 2 - disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin |
8 % |
10 % |
12 % |
30 % |
Azzjoni 3 - analiżi u diskussjoni strateġika |
2 % |
3 % |
3 % |
8 % |
Azzjoni 4 - titjib tas-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni |
17 % |
5 % |
0 % |
22 % |
Perċentwal tat-Total |
39 % |
32 % |
29 % |
100 % |
Analiżi indikattiva tan-nefqa għall-2006
Perċentwal tal-baġit totali skond il-kategorija u s-sena |
|
|
2006 |
Azzjoni 1 - monitoraġġ u paragun tal-prestazzjoni |
55 % |
Azzjoni 2 - disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin |
30 % |
Azzjoni 3 - analiżi u diskussjoni strateġika |
15 % |
Azzjoni 4 - titjib tas-sigurtà tan-networks u l-informazzjoni |
0 % |
Perċentwal tat-Total |
100 %” |
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
ID-DIRETTIVA 2005/82/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li tirrevoka d-Direttiva 90/544/KEE tal-Kunsill dwar il-meded ta’ frekwenza magħżula għall-introduzzjoni koordinata ta’ sistema terrestri pubblika pan-Ewropea ta’ paging bir-radju fil-Komunità
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 90/544/KEE (4) kienet tesiġi li l-Istati Membri, sal-31 ta’ Diċembru 1992, fil-medda ta’ l-ispettru tar-radju bejn il-169,4 u l-169,8 MHz jagħżlu erba’ kanali għas-servizz terrestri pubbliku pan-Ewropew ta’ paging bir-radju (minn hawn ’il quddiem “ERMES”) u jħejju, malajr kemm jista’ jkun, pjani sabiex is-servizz terrestri pubbliku pan-Ewropew ta’ paging bir-radju jokkupa l-medda sħiħa ta’ bejn il-169,4 u l-169,8 MHz skond it-talba kummerċjali. |
(2) |
L-użu tal-medda ta’ l-ispettru bejn il-169,4 u l-169,8 MHz ta’ l-ERMES fil-Komunità naqas u saħansitra waqaf, u għalhekk din il-medda bħalissa mhix qed tintuża b’mod effiċjenti mill-ERMES u tista’ tintuża aħjar biex taqdi ħtiġijiet oħra tal-politika Komunitarja. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (5) stabbiliet qafas politiku u legali Komunitarju sabiex tiżgura l-koordinazzjoni ta’ strateġiji politiċi u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ l-ispettru meħtieġa għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern. Dik id-Deċiżjoni tippermetti li l-Kummissjoni tadotta miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-medda ta’ l-ispettru. |
(4) |
Billi l-medda bejn il-169,4 u l-169,8 MHz hija approprjata għal applikazzjonijiet li huma ta’ benefiċċju għal min għandu xi diżabilità jew xkiel ieħor, u billi l-promozzjoni ta’ applikazzjonijiet bħal dawn hija għan politiku għall-Komunità flimkien ma’ l-għan ġenerali li jiġi żgurat l-operat tas-suq intern, il-Kummissjoni skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju tat mandat lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem is-“CEPT”) sabiex teżamina, inter alia, l-applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-assistenza għal persuni b’diżabilità. |
(5) |
Skond il-mandat, is-CEPT ipproduċiet pjan ġdid għall-frekwenzi, u organizzat il-kanali b’tali mod li sitt tipi ta’ applikazzjonijiet ippreferuti jkunu jistgħu jaqsmu bejniethom il-medda sabiex jaqdu bosta ħtiġijiet tal-politika tal-Komunità. |
(6) |
Għal dawn ir-raġunijiet u bi qbil ma’ l-għanijiet tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju, id-Direttiva 90/544/KEE għandha tiġi rrevokata, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 90/544/KEE hija permezz ta’ dan irrevokata b’effett minn 27 ta’ Diċembru 2005.
Artikolu 2
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni mogħtija, wara konsultazzjoni mhux obbligatorja, fis-17 ta’ Novembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2005 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Diċembru 2005....
(4) ĠU L 310, tad-9.11.1990, p. 28.
(5) ĠU L 108, ta’ l-24.4.2002, p. 1.
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
40 |
ID-DIRETTIVA 2005/84/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li temenda għat-tnejn u għoxrin darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (ftalati f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
L-Artikolu 14 tat-Trattat jistabbilixxi żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital. |
(2) |
Ix-xogħol fuq is-suq intern għandu jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumatur. Din id-Direttiva tikkonforma mal-ħtiġijiet li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u protezzjoni tal-konsumatur fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet kollha tal-Komunità. |
(3) |
L-użu ta’ ċerti ftalati f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal magħmula minn materjal plastiċizzat jew li jinkludu partijiet ta’ materjal plastiċizzat għandu jiġi projbit minħabba li l-preżenza ta’ ċerti ftalati tippreżenta jew tista’ potenzjalment tippreżenta riskji relatati mas-saħħa tat-tfal. Ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal li, għalkemm mhux maħsuba għal dak l-iskop jistgħu jitpoġġew fil-ħalq, jistgħu f’ċertu ċirkostanzi iqajjmu riskju għas-saħħa ta’ tfal żgħar jekk dawn ikunu magħmula minn materjal plastiċizzat, jew jekk jinkludu partijiet magħmula minn materjal plastiċizzat, li jikkontjeni ċertu flalati. |
(4) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE), wara li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni, ta opinjonijiet dwar ir-riskji għas-saħħa kkawżati minn dawn il-ftalati. |
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/485/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 1998 dwar artikoli għall-kura tat-tfal u ġugarelli intiżi biex jitqiegħdu fil-ħalq minn tfal ta’ taħt it-tliet snin, magħmula minn PVC artab li fih ċerti ftalati (4), stiednet lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri sabiex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tat-tfal fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. |
(6) |
Mill-1999, l-użu ta’ sitt ftalati f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal intiżi biex jitqiegħdu fil-ħalq minn tfal ta’ taħt it-tliet snin huwa soġġett għal projbizzjoni temporanja fuq il-livell ta’ l-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/815/KE (5) fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 92/59/KEE tad-29 ta’ Ġunju 1992 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (6). Din id-Deċiżjoni qiegħda tiġi mġedda regolarment. |
(7) |
Limitazzjonijiet diġà adottati minn ċerti Stati Membri dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal minħabba l-kontenut tagħhom ta’ ftalati jaffettwaw b’mod dirett l-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern. Huwa għalhekk meħtieġ li l-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam jiġu approssimati u b’konsegwenza li jiġi emendat l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE (7). |
(8) |
Il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi applikat fejn l-evalwazzjoni xjentifika ma tippermettix li r-riskju jiġi determinat b’ċertezza biżżejjed sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, b’mod partikolari għat-tfal. |
(9) |
It-tfal bħala organiżmi li qed jiżviluppaw huma partikolarment vulnerabbli għal sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni. Għaldaqstant, l-esposizzjoni ta’ tfal għal kull fonti ta’ emissjoni ta’ dawn is-sustanzi li jistgħu jiġu evitati b’mod prattiku, speċjalment minn artikoli li jitqiegħdu fil-ħalq mit-tfal, għandha titnaqqas kemm jista’ jkun. |
(10) |
Matul l-istimi ta’ riskju u/jew fi ħdan id-Direttiva kwadru tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’sustanzi perikolużi (8), di(2-ethylhexyl) phthalate (DEHP), dibutyl phthalate (DBP) u benzyl butyl phthalate (BBP) ġew identifikati bħala sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni u għalhekk ġew klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni, kategorija 2. |
(11) |
Informazzjoni xjentifika fir-rigward tad-di-isononyl phthalate (DINP), di-isodecyl phthalate (DIDP) u di-n-octyl phthalate (DNOP) hija nieqsa jew kontradittorja, iżda ma jistax jiġi eskluż li jistgħu jkunu ta’ riskju potenzjali jekk użati f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal, li mid-definizzjoni tagħhom huma prodotti għat-tfal. |
(12) |
L-inċertezzi fl-evalwazzjoni ta’ esposizzjoni għal dawn il-ftalati, bħal ħinijiet li fihom il-prodotti konċernati jkunu fil-ħalq u esposizzjoni għal emissjonijiet oħra minn fonti oħra, jeħtieġu li jittieħed kont ta’ konsiderazzjonijiet ta’ prekawzjoni. Għalhekk, għandhom jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ dawn il-ftalati għal ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal u fuq it-tqegħid fis-suq ta’ tali artikoli. Madankollu, ir-restrizzjonijiet għad-DINP, id-DIDP u d-DNOP għandhom inkunu inqas ħarxa minn dawk proposti għad-DEHP, id-DBP u d-BBP għal raġunijiet ta’ proporzjonalità. |
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi applikazzjonijiet oħra ta’ artikoli magħmula minn materjal plastiċizzat jew li jinkludu partijiet magħmula minn materjal plastiċizzat li jista’ jesponi lil persuni għal riskji, speċjalment dawk użati f’apparat mediku. |
(14) |
F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prinċipju tal-Prekawzjoni, il-miżuri bbażati fuq dan il-prinċipju għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida. |
(15) |
F’ koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar tas-suq għal ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal, u b’konsultazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet rilevanti ta’ produtturi u importaturi, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-użu ta’ ftalati u sustanzi oħra bħal plastifikanti f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal. |
(16) |
Għall-fini tad-Direttiva 76/769/KEE, għandu jiġi definit it-terminu “artikolu għall-kura tat-tfal”. |
(17) |
Skond il-paragrafu 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar ta’ liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li, sa fejn ikun possibbli, jillustraw il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ trasposizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(18) |
Il-Kummissjoni sejra tirrevedi l-użu tal-ftalati elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE fi prodotti oħra meta l-evalwazzjoni tar-riskju taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (10) tkun intemmet. |
(19) |
Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi ħtiġijiet minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurta’ u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol (11) u fid-direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/394/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1990 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ l-espożizzjoni għall-kanċeroġeni fuq il-post tax-xogħol (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’ aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (13). |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 76/769/KEE qiegħda hawn tiġi emendata kif ġej:
1. |
Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 1 (3):
|
2. |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha terġa’ tevalwa, sa 16 ta’ Jannar 2010 l-aktar tard, il-miżuri previsti fid-Direttiva 76/769/KEE kif emendata minn din id-Direttiva fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida dwar sustanzi deskritti fl-Anness ta’ din id-Direttiva u s-sostituti tagħhom, u jekk ikun ġustifikat, dawn il-miżuri għandhom jiġu modifikati kif xieraq.
Artikolu 3
1. Sa 16 ta’ Lulju 2006 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih.
Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet mill-16 ta’ Jannar 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tkun ġiet pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) ĠU C 116 E, tas-26.4.2000, p. 14.
(2) ĠU C 117, tas-26.4.2000, p. 59.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Lulju 2000 (ĠU C 121, tal-24.4.2001, p. 410), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2005 (ĠU C 144 E, tal-14.6.2005, p. 24) Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2005.
(4) ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 35.
(5) ĠU L 315, tad-9.12.1999, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/781/KE (ĠU L 344, ta’ l-20.11.2004, p. 35).
(6) ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 24. Direttiva mħassra bid-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 11, tal-15.1.2002, p. 4).
(7) ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/98/KE (ĠU L 305, ta’ l-1.10.2004, p. 63).
(8) ĠU 196, tas-16.8.1967, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, tat-30.4.2004, p. 1).
(9) ĠU C 321, tal-31.12.2003, p. 1.
(10) ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(11) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.
(12) ĠU L 196, 26.7.1990, p. 1. Direttiva mħassra bid-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50).
(13) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
ANNESS
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE:
“[XX.] Il-ftalati li ġejjin (jew numri CAS- u EINECS oħra li jkopru s-sustanza):
|
M’għandhomx jintużaw bħala sustanzi jew bħala kostitwenti ta’ preparazzjonijiet, f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,1 % tal-massa tal-materjal plastiċizzat, f’ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal. Tali ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal li fihom dawn il-ftalati f’konċentrazzjoni akbar mil-limitu msemmi hawn fuq m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq. |
||||||
[XXa.] Il-ftalati li ġejjin (jew numri CAS- u EINECS oħra li jkopru s-sustanza):
|
M’għandhomx jintużaw bħala sustanzi jew bħala kostitwenti ta’ preparazzjonijiet, f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,1 % tal-massa tal-materjal plastiċizzat, f’ġugarelli u artikoli li jistgħu jitqiegħdu fil-ħalq mit-tfal. Ġugarelli u artikoli għall-kura tat-tfal li fihom dawn il-ftalati f’konċentrazzjoni akbar mil-limitu msemmi hawn fuq m’għandhomx jitqiegħdu fis-suq.” |
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
44 |
ID-DIRETTIVA 2005/88/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-emissjoni ta’ ħsejjes fl-ambjent minn tagħmir li jintuża fil-miftuħ
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kienet is-suġġett ta’ reviżjoni mill-Grupp ta’ Xogħol dwar it-Tagħmir li Jintuża fil-Miftuħ, imwaqqaf mill-Kummissjoni. |
(2) |
Fir-rapport tiegħu ddatat it-8 ta’ Lulju 2004, dan il-Grupp ta’ Xogħol ikkonkluda li għadd ta’ limiti ta’ l-istadju II li se jkunu applikati b’mod mandatorju mit-3 ta’ Jannar 2006 ma kienux teknikament fattibbli. Madankollu, l-intenzjoni qatt ma kienet li t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ tagħmir jiġi ristrett abbażi biss tal-fattibbiltà teknika. |
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stipulat li ċerti tipi ta’ tagħmir elenkati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/14/KE, li ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-limiti ta’ l-istadju II sat-3 ta’ Jannar 2006 biss għal raġunijiet tekniċi, xorta jistgħu jitqiegħdu fis-suq u/jew jidħlu fis-servizz minn dik id-data. |
(4) |
L-esperjenza ta’ l-ewwel ħames snin ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/14/KE uriet li huwa meħtieġ aktar żmien sabiex jiġu sodisfatti d-disposizzjonijiet taħt l-Artikoli 16 u 20 tagħha u emfasizzat il-ħtieġa li dik id-Direttiva tiġi riveduta b’ħarsa lejn il-possibbiltà ta’ emenda għaliha, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti ta’ l-istadju II imsemmija fiha. Huwa għalhekk meħtieġ li d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tad-Direttiva 2000/14/KE kif imsemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva tiġi estiża b’sentejn. |
(5) |
L-Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2000/14/KE jipprevedi l-preżentazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk, u sa fejn, il-progress tekniku jippermettix tnaqqis tal-valuri ta’ limitu għal tagħmir li jaqta’ l-ħaxix u tagħmir li jittrimmja l-ħaxix li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix. Fid-dawl tal-fatt li l-obbligi li jinsabu fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva huma aktar preskrittivi minn dawk fl-Artikolu 20(3), u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-isforzi, huwa xieraq li dan it-tip ta’ tagħmir jiġi inkuż fir-rapport ġenerali previst fl-Artikolu 20(1) ta’ dik id-Direttiva. B’konsegwenza, l-obbligu separat ta’ rappurtaġġ fl-Artikolu 20(3) ta’ dik id-Direttiva għandu jitħassar. |
(6) |
Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri, li jiġi żgurat it-tħaddim kontinwu tas-suq intern billi jkun meħtieġ li tagħmir li jintuża fil-miftuħ jkun konformi mad-disposizzjonijiet armonizzati dwar l-istorbju ambjentali, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u, għalhekk, minħabba d-daqs u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan, minħabba li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha hu ristrett għal dawk it-tipi ta’ tagħmir li għalihom il-konformità mal-limiti ta’ l-istadji II hija bħalissa impossibbli għal raġunijiet tekniċi. |
(7) |
F’konformità mal-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar il-leġislazzjoni aħjar (4), l-Istati Membri huma mħeġġa biex iħejju, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn id-Direttivi u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi. |
(8) |
Id-Direttiva 2000/14/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2000/14/KE hija permezz ta’ dan emendata kif ġej:
(1) |
It-tabella fl-Artikolu 12 għandha tinbidel b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 20 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-3 ta’ Jannar 2006.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta’ tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li dawn jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar l-14 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) Opinjoni mogħtija fis-27 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 162, tat-3.7.2000, p. 1.
(4) ĠU C 321, tal-31.12.2003, p. 1.
(5) Pel għal Ġeneraturi tal-Welding: Il-kurrent konvenzjonali tal-welding immultiplikat bil-vultaġġ ta’ tagħbija konvenzjonali għall-inqas valur tad-duty factor mogħti mill-manifattur.
Pel għal Ġeneraturi tal-Kurrent: Il-prime power skond ISO 8528-1:1993, klawsola 13.3.2
(6) Il-figuri għall-istadju II huma indikattivi biss għat-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:
— |
rombli vibranti operati bil-mixi; |
— |
pjanċi vibratorji (>3kW); |
— |
rammers vibratorji; |
— |
Dożers (li jimxu fuq ċinturini ta’ l-azzar); |
— |
tagħmir għat-tagħbija (li jimxi fuq ċinturini ta’ l-azzar >55kW); |
— |
trakkijiet bil-lift kontrobilanċjati li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni; |
— |
Compacting screed paver-finishers; |
— |
breakers tal-konkrit u fisien ta’ l-idejn li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni interna (15<m<30); |
— |
Tagħmir li jaqta’ l-ħaxix, u tagħmir li jittrimmja l-ħaxix/tagħmir li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix. |
Il-figuri definittivi jiddependu fuq l-emenda tad-Direttiva b’segwitu għar-Rapport previst fl-Artikolu 20(1). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe emenda bħal din, il-figuri għall-istadju I jibqgħu japplikaw għall-istadju II.
(7) Għal krejnijiet b’magna waħda, il-figuri ta’ l-istadju I għandhom ikomplu japplikaw sat-3 ta’ Jannar 2008. Wara dik id-data, għandhom japplikaw il-figuri ta’ l-Istadju II.
Il-livell permissibbli ta’ qawwa tal-ħoss għandha titqarreb ’il fuq jew l-isfel għall-eqreb integru (inqas minn 0,5, uża n-numru ta’ qabel; ikbar minn, jew daqs 0,5, uża n-numru ta’ wara)”
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
Il-Kummissjoni
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
47 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005
dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità
(notifikata bid-dokument numru C(2005)5503)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/928/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/544/EEC tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-meded ta’ frekwenza magħżula għall-introduzzjoni koordinata ta’ sistema pubblika terrestri pan-Ewropea ta’ pejġing bir-radju fil-Komunità (id-Direttiva ERMES) (2) ġiet revokata fit-27 ta’ Diċembru 2005 bid-Direttiva 2005/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din id-Direttiva obbligat lill-Istati Membri jagħżlu, fil-medda bejn il-169.4 u l-169.8 MHz ta’ l-ispektrum tar-radju, erba’ kanali għas-servizz pubbliku terrestri pan-Ewropew ta’ pejġing bir-radju (minn hawn ’il quddiem “ERMES”) u li jiżguraw li s-servizzi ERMES jokkupaw, malajr kemm jista’ jkun, il-medda kollha ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8 MHz skond it-talba kummerċjali. |
(2) |
L-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8 MHz għall-ERMES fil-Komunità naqas b’mod drammatiku jew saħansitra waqaf għal kollox, bir-riżultat li din il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju mhix qed tintuża b’mod effiċjenti mill-ERMES u tista’ għalhekk tintuża aħjar sabiex taqdi ħtiġijiet oħra ta’ politika Komunitarja. |
(3) |
Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni dwar l-Ispektrum tar-Radju, il-Kummissjoni, fis-7 ta’ Lulju 2003, ħarġet mandat għall-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u tat-Telekomunikazzjoni (minn hawn ’il quddiem “CEPT”) biex tiġbor informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet attwali u ġejjiena possibbli tal-medda bejn 169.4 sa 169.8 MHz, tidentifika lista ta’ għażliet alternattivi għall-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju u partikolarment dawk l-użi li mhumiex marbuta biss mal-komunikazzjonijiet elettroniċi tradizzjonali. Is-CEPT intalbet tevalwa, għal kull applikazzjoni possibbli, il-koeżistenza bejn l-applikazzjonijiet varji u l-possibbiltà li jintużaw meded alternattivi ta’ l-ispektrum tar-radju, konformement mal-prinċipji tad-Direttiva ta’ Qafas. Il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju, li hija diġà parzjalment armonizzata, hija xierqa għal ċerti applikazzjonijiet marbuta ma’ l-istabbilment u t-tħaddim tas-suq intern f’għadd ta’ oqsma politiċi tal-Komunità, fosthom uħud li jistgħu jgawdu minnhom persuni b’diżabilità jew inkella jgħinu l-kollaborazzjoni ta’ l-oqsma tal-ġustizzja u l-intern fl-Unjoni Ewropea. |
(4) |
L-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva ta’ Qafas) (4), tobbliga lill-Istati Membri jġibu ’l quddiem l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea billi inter alia jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, partikolarment nies neqsin mis-smigħ u persuni li jkunu jeħtieġu għajnuna urġenti. |
(5) |
Fuq il-bażi ta’ investigazzjonijiet tekniċi u ġbir ta’ informazzjoni, is-CEPT ikkonfermat illi minkejja l-adozzjoni tad-Direttiva 90/544/KE, l-użu tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju għall-ERMES baqgħet limitata ħafna u fl-Ewropa nbidlet il-ħtieġa għas-sistemi ta’ messaġġi jew pejġing bir-radju minħabba li l-funzjonijiet tagħhom ġew sostitwiti minn teknoloġiji oħra bħas-sistemi ta’ messaġġi qosra (SMS) minn fuq is-sistema GSM. |
(6) |
L-għażla tal-partijiet tal-medda bejn 169.4 u 169.8 MHz ta’ l-ispektrum tar-radju għall-ERMES għandha għalhekk tiġi mmodifikata fil-Komunità sabiex tiżgura użu aktar effiċjenti ta’ din il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju, filwaqt li jiġi ppreservat il-karattru armonizzat tagħha. |
(7) |
Skond il-mandat li ngħatalha, is-CEPT ipproduċiet pjan ġdid għall-frekwenzi u għat-tqssim tal-kanali li jippermetti li sitt tipi ta’ applikazzjonijiet preferuti jaqsmu l-ispketrum tar-radju mill-169.4 sal-169.8125 MHz, sabiex jintlaħqu bosta ħtiġijiet tal-politika Komunitarja. Dawn il-ħtiġijiet jinkludu l-assistenza bis-saħħa ta’ l-użu ta’ hearing aids għal persuni b’diżabilità marbuta mas-smigħ. Medda armonizzata ta’ l-ispektrum tar-radju fil-Komunità tkun ta’ ġid għal dawn il-persuni għaliex ittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ l-ivjaġġar bejn l-Istati Membri u tnaqqas il-prezz tat-tagħmir minħabba l-ekonomiji ta’ skala. L-iżvilupp tas-suq intern għal alarms soċjali, li jippermettu lill-anzjani jew lin-nies b’diżabilità jibagħtu messaġġi ta’ allarm għall-għajnuna, it-traċċar ta’ l-assi jew mezzi ta’ rintraċċar, li jippermettu t-traċċar u l-irkupru ta’ oġġetti misruqa madwar il-Komunità, sistemi tal-qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma użati mill-kumpanji li jfornu dawn is-servizzi; u sistemi tal-pejġing eżistenti bħal ERMES kif wkoll sistemi privati ta’ komunikazzjoni mobbli bir-radju (PMR) meta użati b’mod temporanju, sabiex jassistu fix-xandir ta’ ġrajjiet temporanji speċjali għal perjodu minn ftit jiem sa ftit xhur. |
(8) |
Ir-riżultati tal-mandat tas-CEPT, li l-Kummissjoni tqis bħala sodisfaċenti, għandhom isiru applikabbli fil-Komunità u jiġu implimentati mill-Istati Membri. Il-bqija ta’ l-awtorizzazzjonijiet għal ERMES u/jew PMR li mhumiex f’konformità mal-pjan ta’ frekwenza ġdid u t-tqassim tal-kanali għandhom jitħallew jibqgħu mhux affettwati sa l-iskadenza tagħhom jew sakemm applikazzjonijiet ERMES u/jew PMR ikunu jistgħu jiċċaqalqu lejn il-medda ta’ l-ispektrum tar-radju adatta mingħajr piż eċċessiv. |
(9) |
Meta jiġi permess l-aċċess għall-ispektrum tar-radju, għandha tintuża s-sistema l-inqas oneruża, f’konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20/KE tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjonijiet) (5), inkluż in-nuqqas ta’ drittijiet individwali għall-użu. |
(10) |
Bla ħsara għall-fatt li r-rekwiżiti ta’ l-ispektrum ta’ politika speċifika jistgħu jeħtieġu assenjazzjoni esklussiva tal-frekwenza, huwa ġeneralment xieraq illi jiġu proposti bħala allokazzjonijiet kemm jista’ jkun ġeneriċi sabiex l-użu tagħhom jitmexxa biss permezz tad-definizzjoni ta’ limiti speċifiċ fuq l-użu bħal m’huma ċ-ċiklu tat-tħaddim (duty cycle) jew il-livelli tal-qawwa, u sabiex jiġi żgurat, permezz ta’ standards armonizzati rikonoxxuti taħt id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/5/KE tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tat-terminals tat-telekomunikazzjoni u l-għarfien reċiproku tal-konformità tagħhom (6), li t-tagħmir li jopera fl-ispektrum allokat tar-radju jimminimizza l-użu ta’ l-ispektrum tar-radju b’tali mod li tiġi evitata intereferenza li tagħmel il-ħsara. |
(11) |
Il-koordinazzjoni tal-kanali fil-parti ta’ qawwa għolja tal-medda bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz ta’ bejn pajjiżi ġirien se tiġi żgurata bis-saħħa ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali. |
(12) |
Sabiex jiġi żgurat l-użu efftiv tal-medda bejn 169.4 u 169.8125 MHz anki għaż-żmien fit-tul, l-amministrazzjonijiet għandhom ikomplu bi studji li jistgħu jkabbru l-effiċjenza, l-aktar fl-użu tal-medda ta’ ħarsien (guard band). |
(13) |
Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispektrum tar-Radju. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Suġġett
Is-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni huwa l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz fil-Komunità.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“hearing aid” tfisser sistema ta’ komunikazzjoni bir-radju li s-soltu tinkludi wieħed jew aktar trażmettituri tar-radju u wieħed jew aktar riċevituri tar-radju li jippermettu li n-nies b’diżabilità marbuta mas-smigħ ikabbru l-kapaċità tagħhom għas-smigħ; |
(b) |
“alarm soċjali” tfisser sistema u netwerk affidabbli ta’ komunikazzjoni bir-radju li jinkludi tagħmir li jista’ jinġarr minn post għall-ieħor u jippermetti lil persuna li tinsab f’diffikultajiet f’żona limitata li ssejjaħ għall-għajnuna bis-saħħa ta’ azzjoni sempliċi; |
(c) |
“sistema ta’ qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u ta’ l-ilma” tfisser sistema li tippermetti l-monitoraġġ mill-bogħod, il-kejl u t-trażmissjoni ta’ kmandi tas-sistema bl-użu ta’ mezzi għall-komunikazzjoni bir-radju; |
(d) |
“sistema għar-rintraċċar u għat-traċċar ta’ l-assi” tfisser sistema li tipermetti r-rintraċċar u t-traċċar ta’ l-oġġetti, li twassal għall-irkupru tagħhom, u li ġeneralment tikkonsisti fi trażmettitur tar-radju li jitqiegħed fuq l-oġġett li għandu jitħares u riċevitur, u tista’ wkoll tinkludi alarm; |
(e) |
“sistema ta’ pejġing” tfisser sistema li tippermetti komunikazzjonijiet bir-radju f’direzzjoni waħda biss bejn min jibgħat u min jirċievi, bis-saħħa ta’ base station u l-mowbajl bħala riċevitur; |
(f) |
“komunikazzjonijiet mobbli privati bir-radju (PMR)” tfisser servizzi ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri li jużaw modi simplex, half duplex u possibbilment full duplex fil-livell tat-terminal sabiex jipprovdu komunikazzjonijiet għal grupp definit ta’ utenti. |
Artikolu 3
Applikazzjonijiet armonizzati
1. Il-medda bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se tkun maqsuma f’parti b’qawwa baxxa u parti b’qawwa għolja. Il-pjan tal-frekwenza u t-tqassim tal-kanali għal din il-medda se jiġu stipolati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-parti ta’ qawwa baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz takkomoda dawn l-applikazzjonijiet preferuti:
(a) |
użu esklussiv għall-hearing aids; |
(b) |
użu esklussiv għall-alarms soċjali; |
(c) |
użu esklussiv għas-sistemi ta’ qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma; |
(d) |
użu mhux esklussiv għal trażmettituri b’qawwa baxxa għat-traċċar u r-rintraċċar ta’ l-assi. |
3. Il-parti ta’ qawwa għolja tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se takkomoda dawn l-applikazzjonijiet preferuti:
(a) |
trażmettituri b’qawwa għolja għat-traċċar u r-rintraċċar ta’ l-assi; |
(b) |
sistemi ta’ pejġing eżistenti jew sistemi ta’ pejġing li qed jiċċaqlqu minn kanali oħra fil-medda ta’ l-ispektrum tar-radju. |
4. Applikazzjonijiet alternattivi għall-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz jistgħu jiġu implimentati sakemm ma jillimitawx l-implimentazzjoni armonizzata ta’ l-applikazzjonijiet ippreferuti. Dawn l-applikazzjonijiet alternattivi huma:
(a) |
hearing aids, għall-parti non-esklussiva u ta’ qawwa baxxa fil-medda ta’ l-ispektrum tar-radju; |
(b) |
ir-rintraċċar, il-pejġing, l-użu temporanju jew il-komunikazzjonijiet privati mobbli bir-radju fuq bażi nazzjonali fil-parti ta’ qawwa għolja tal-medda. |
5. Il-qawwa massima rradjata fil-parti ta’ qawwa baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz se tkun limitata għall-qawwa effettiva rradjata ta’ 0.5 Watt (e.r.p.): Iċ-ċikli ta’ tħaddim massimi għas-sistemi tal-qari ta’ l-arloġġ tad-dawl u l-ilma u tas-sistema ta’ rintraċċar u traċċar ta’ l-assi fil-parti tal-qawwa l-baxxa tal-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn l-169.4 u l-169.8125 MHz għandha tkun ta’ < 10 % u < 1 % rispettivament.
6. L-użu ta’ medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz mis-sistemi ta’ pejġing u l-komunikazzjonijiet mobbli privati bir-radju li huwa awtorizzat fid-data tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni u li mhuwiex f’konformità ma’ l-Artikolu 3 paragrafi 1 sa 5, jista’ jkompli sakemm l-awtorizzazzjonijiet għal servizzi bħal dawn, li jkunu eżistenti fid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni, jibqgħu validi.
Artikolu 4
Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 3
L-Artikolu 3 se japplika mit-27 ta’ Diċembru 2005.
Artikolu 5
Reviżjoni
L-Istati Memmbri għandhom iżommu l-medda ta’ l-ispektrum tar-radju ta’ bejn il-169.4 u l-169.8125 MHz taħt skrutinju sabiex jiżguraw l-użu effiċjenti tagħha, u għandhom jirraportaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, nhar l-20 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Membru tal-Kummissjoni
Viviane REDING
(1) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 310, 9.11.1990, p. 28.
(3) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 38.
(4) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.
(5) ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.
(6) ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Pjan ta’ frekwenza għall-medda ta’ l-ispektrum tar-radju bejn il-169,4 - 169,8125 MHz
Applikazzjonijiet ta’ qawwa baxxa |
“Medda ta’ ħarsien” |
Applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
Applikazzjonijiet speċifiċi ta’ qawwa baxxa |
Alarms soċjali |
Hearing aids |
Alarms soċjali |
Sistemi ta’ rintraċċar |
Pejġing |
Pejġing |
Pejġing |
Sistemi ta’ rintraċċar |
Sistemi ta’ rintraċċar |
Sistema ta’ pejġing |
Sistemi ta’ rintraċċar |
|||||||||||||||||||||||||
Hearing aids |
Użu esklussiv |
Dawn il-kanali jistgħu jintużaw fuq bażi nazzjonali għall-applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja bħall-pejġinġ, ir-rintraċċar, l-użu temporanju jew PMR. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
12,5 |
12,5 |
50 |
12,5 |
12,5 (1) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
1a |
1b |
2a |
2b |
3a |
3b |
4a |
4b+5+6a |
6b+7+8a |
8b |
9a |
9b |
10a |
10b |
11a |
11b |
12a |
12b |
13a |
13b |
14a |
14b |
15a |
15b |
16a |
16b |
|||||||||||
Spjega: L-ewwel filliera: i.e. applikazzjonijiet ta’ qawwa baxxa jew applikazzjonijiet ta’ qawwa għolja It-tieni filliera: applikazzjonijiet ippreferuti:
It-tielet filliera: applikazzjonijiet alternattivi: ara l-Artikolu 3(4); Ir-raba’ u l-ħames filliera: raster tal-kanali (f’kHz) u numru tal-kanal |
Tqassim tal-kanali għall-medda bejn il-169,4 - 169,8125 MHz
12,5 kHz |
25 kHz |
50 kHz |
|||
Numru tal-kanal |
Frekwenza ċentrali |
Numru tal-kanal |
Frekwenza ċentrali |
Numru tal-kanal |
Frekwenza ċentrali |
1a |
169,406250 |
1 |
169,412500 |
|
|
1b |
169,418750 |
“0” |
169,437500 |
||
2a |
169,431250 |
2 |
169,437500 |
||
2b |
169,443750 |
||||
3a |
169,456250 |
3 |
169,462500 |
||
3b |
169,468750 |
|
|
||
4a |
169,481250 |
4 |
169,487500 |
||
4b |
169,493750 |
“1” |
169,512500 |
||
5a |
169,506250 |
5 |
169,512500 |
||
5b |
169,518750 |
||||
6a |
169,531250 |
6 |
169,537500 |
||
6b |
169,543750 |
“2” |
169,562500 |
||
7a |
169,556250 |
7 |
169,562500 |
||
7b |
169,568750 |
||||
8a |
169,581250 |
8 |
169,587500 |
||
8b |
169,593750 |
|
|
||
12,5 kHz “guard band” |
|||||
9a |
169,618750 |
9 |
169,62500 |
||
9b |
169,631250 |
||||
10a |
169,643750 |
10 |
169,65000 |
||
10b |
169,656250 |
||||
11a |
169,668750 |
11 |
169,67500 |
||
11b |
169,681250 |
||||
12a |
169,693750 |
12 |
169,70000 |
||
12b |
169,706250 |
||||
13a |
169,718750 |
13 |
169,72500 |
||
13b |
169,731250 |
||||
14a |
169,743750 |
14 |
169,75000 |
||
14b |
169,756250 |
||||
15a |
169,768750 |
15 |
169,77500 |
||
15b |
169,781250 |
||||
16a |
169,793750 |
16 |
169,80000 |
||
16b |
169,806250 |
(1) Minħabba l-possibbilità ta’ l-użu ta’ kwalunkwe kanal b’qawwa għolja għall-applikazzjoni b’użu temporanju. Madankollu, sabiex jiġu ffaċilitati s-sistemi ta’ koordinazzjoni fuq il-fruntieri, is-sistemi li jużaw il-kanali ta’ 25kHz iridu jirrispettaw ir-raster ta’ kanali mit-tarf t’isfel tal-kanal 9.
Rettifika
27.12.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
Rettifika għad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar Servizzi armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità
Paġna 155, Artikolu 5(2), punti (a) u (ċ)
Flok:
“2. |
(…) L-istabbiliment għandu jsir skond l-iskeda kronoloġika li ġejja:
|
Aqra:
“2. |
(…) L-istabbiliment għandu jsir skond l-iskeda kronoloġika li ġejja:
|