|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( *1 ) |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 48 |
|
|
|
|
|
(*1) Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi uffiċjali ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea fil-ĠU L 264 |
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
Kummissjoni
|
8.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
1 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2005,
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri dwar l-istatistika li għandha tinġabar għas-snin ta’ referenza 2004 u 2006 skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 2772)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan u bil-Malti huma awtentiċi)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/685/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 tat-13 ta’ Awwissu 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-innovazzjoni (1), u b’mod partikolari t-taqsima 8 ta’ l-Anness tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004 fih il-qafas ta’ referenza ta’ l-istandards komuni, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet għall-ġabra ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-innovazzjoni sabiex jinkisbu riżultati statistiċi ta’ l-aħjar kwalità mill-Istati Membri skond dawn l-istandards, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet. |
|
(2) |
It-Taqsima 8 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1450/2004 tistipula li, safejn is-sistemi ta’ l-istatistika nazzjonali jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istatistika miġbura għas-sena ta’ referenza 2004. Derogi oħra jistgħu jingħataw fir-rigward tal-kopertura ta’ l-attivitajiet ekonomiċi skond in-NACE Rev. 1. 1 jew analiżi skond il-klassi ta’ daqs ta’ l-istatistika li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006. |
|
(3) |
Derogi bħal dawn ġew mitluba mill-awtoritajiet rispettivi tal-Greċja, Franza, Malta, l-Italja u l-Awstrija. |
|
(4) |
Skond it-tagħrif li wasal lill-Kummissjoni (Eurostat), it-talbiet mill-Istati Membri kkonċernati saru minħabba l-fatt li jeħtieġu jagħmlu bidliet importanti fis-sistemi ta’ l-istatistika tagħhom. |
|
(5) |
Id-derogi mitluba għandhom għalhekk jingħataw, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Derogi jingħataw lill-Greċja, Franza, l-Italja, Malta u l-Awstrija, kif stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Griega, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Malta u lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
DEROGI MOGĦTIJA
|
Pajjiż |
|
|
Il-Greċja |
Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2004: id-dewmien ta’trażmissjoni msemmi fit-taqsima 6 ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni 9KE) Nru 1450/2004 ser ikun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
Franza |
Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006: għar-riżultati kollha minbarra dawk li għandhom x’jaqsmu mat-taqsima D ta’ NACE Rev.1.1 u mal-klassi ta’daqs ta’ 10-49 impjegati |
|
L-Italja |
Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006: ir-riżultati m’għandhomx jiġu analizzati skond l-attivitajiet ekonomiċi fi qbil man-NACE Rev.1.1 jew skond il-klassi ta’ daqs |
|
Malta |
Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2004: l-ebda riżultati m’għandhom jiġu trażmessi Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2006: ir-riżultati m’għandhomx jiġu analizzati skond l-attivitajiet ekonomiċi fi qbil man-NACE Rev.1.1 jew skond il-klassi ta’ daqs |
|
L-Awstrija |
Għall-istatistika tal-Komunità ta’ l-innovazzjoni li għandha tinġabar għas-sena ta’ referenza 2004: is-sena ta’ referenza għandha tkun 2005 minflok 2004 |
|
8.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
3 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Lulju 2005,
dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiki li jridu jinġabru għas-snin ta’ referenza 2003, 2004 u 2005 b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 2773)
(It-testi bid-Daniż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti u l-Iżvediż huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/686/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tax-xjenza u t-teknoloġija (1), u b’mod partikulari t-taqsimiet 1 2 ta’ l-anness tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 753/2004 għandu l-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, definizzjoni u kjarifiki għal ġbir ta’ l-istatistiċi tal-Komunità dwar ix-xjenza u t-teknoloġija sabiex jinkisbu riżultati statistiċi ta’ kwalità għolja mill-Istati Membri b’konformità ma’ dawn l-istandards, definizzjonijiet u kjarifiki. |
|
(2) |
Taqsima 1, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2003 fl-ewwel sena ta’ riferenza. F’każi eċċezzjonali għall-aħħar, dan il-perjodu ta’ deroga jista’ jkun estiż għall-analiżijiet reġjonali ta’ ċerti fatturi varjabbli. |
|
(3) |
Taqsima 2, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2004 fl-ewwel sena ta’ referenza. |
|
(4) |
Derogi ta’ din ix-xorta kienu mitluba mill-awtoritajiet rispettivi tal-Belġju, l-Estonja, i-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit. |
|
(5) |
Skond l-informazzjoni li waslet lill-Kummissjoni (il-Eurostat), it-talbiet mill-Istati Membri kkonċernati huma minħabba l-fatt li dawn jeħtieġu li jagħmlu bidliet importanti fis-sistema ta’ l-istatistika tagħhom. |
|
(6) |
Id-derogi mitluba għandhom għalhekk ikunu mogħtija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi huma mogħtija lill-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit kif stipulat fl-anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
DEROGI MOGĦTIJA
Statistiċi dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp
|
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet li għalihom qed tingħata deroga |
|
Il-Belġju |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.3, 1.11.5.4; skond il-kariga u s-sess 1.11.1.0, 1.11.1.2; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2.0, 1.11.2.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.11.4.2 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.3, 1.12.5.4; skond is-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.12.4.2 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.3, 1.13.5.4 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
skond ir-reġjun (NUTS 2) 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.3, 1.14.5.4 |
|
Infiq intramurali R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.3, 1.20.10.4 |
|
Il-Greċja |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond il-kariga u s-sess 1.11.1; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2; skond l-attività ekonomika: 1.11.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond is-sess: 1.12.1; skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond il-kariga: 1.13.1; skond il-kwalifika: 1.13.2; skond l-attività ekonomika: 1.13.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.13.6 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5; skond id-daqs tal-klassi: 1.14.7 |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0, 1.20.0.2, 1.20.0.3, 1.20.0.4 (riżultati preliminari); skond is-sors tal-fondi: 1.20.1; skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4; skond l-attività ekonomika: 1.20.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.20.6; skond is-sors tal-fondi u d-daqs tal-klassi: 1.20.7; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10 |
|
Franza |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Mingħajr analiżi: 1.11.1; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7 Għar-riżultati 1.11.5 u 1.11.7: id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5; Għar-riżultati 1.12.3 u 1.12.5 id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5; Għar-riżultati 1.13.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5; Għar-riżultati 1.14.3 - 1.14.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
Infiq intramurali R&D |
skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10; Għar-riżultati 1.20.10 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar. |
|
L-Irlanda |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2, 1.11.4.3 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2, 1.12.4.3 |
|
L-Italja |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0, 1.13.0.2 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0,1.14.0.2 |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0, 1.20.0.2 ; skond is-sors tal-fondi: 1.20.1.0, 1.20.1.2 |
|
Il-Lussemburgu: |
|
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); |
|
Malta |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.11.0.0 – 1.11.0.4 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.12.0.0 – 1.12.0.4 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.13.0.0 – 1.13.0.4 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.14.0.0 – 1.14.0.4 |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.20.0.0 – 1.20.0.4 |
|
L-Olanda |
|
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); |
|
L-Awstrija |
|
|
In-numru totali tal-persunal R&D, in-numru totali ta’ riċerkaturi, in-numru tal-persunal R&D fl-FTE, in-numru ta’ riċerkaturi fl-FTE, l-infiq intramurali R&D |
Għar-riżultati kollha l-ewwel sena ta’ referenza se tkun l-2004 minflok l-2003. Għar-riżultati preliminari l-ewwel sena ta’ referenza se tkun ukoll l-2004 minflok l-2003. |
|
L-Iżvezja |
|
|
Article Numru totali tal-persunal R&D |
Article skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.4 |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.5.3; skond ir-reġjun: 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.4 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun: 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjuni: 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.4 |
|
Infiq intramurali R&D |
1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari); skond ir-reġjun: 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4 |
|
L-istatistiki R&D fis-settur ta’ l-intrapriża tan-negozju |
Għar-riżultati kollha: l-intrapriżi biss li għandhom 50 impjegati u aktar huma inklużi |
|
L-istatistiki R&D fis-settur governattiv |
Għar-riżultati kollha: il-gvern lokali u reġjonali huwa eskluż |
|
Ir-Renju Unit |
|
|
Numru totali tal-persunal R&D |
Mingħajr analiżi: 1.11.0.0, 1.11.0.1, 1.11.0.2, 1.11.0.4; skond is-sess: 1.11.1.0, 1.11.1.1, 1.11.1.2, 1.11.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.11.2.0, 1.11.2.1, 1.11.2.2, 1.11.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.1.1; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7. Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.1, 1.11.5.2, 1.11.5.4; |
|
Numru totali ta’ riċerkaturi |
Mingħajr analiżi: 1.12.0.0, 1.12.0.1, 1.12.0.2, 1.12.0.4; skond il-kariga u s-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.1, 1.12.1.2, 1.12.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.12.2.0, 1.12.2.1, 1.12.2.2, 1.12.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.1, 1.12.5.2, 1.12.5.4 |
|
Numru tal-persunal R&D fl-FTE |
Għar-riżultati premliminari mingħajr analiżi 1.13.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Mingħajr analiżi: 1.13.0.0, 1.13.0.2; skond il-kariga: 1.13.1.0, 1.13.1.2; skond il-kwalità u s-sess: 1.13.2.0, 1.13.2.2; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4 |
|
Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE |
Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.14.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Mingħajr analiżi: 1.14.0.0, 1.14.0.2; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5.0, 1.4.5.2, 1.14.5.4. |
|
Infiq intramurali R&D |
Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.20.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4.0, 1.20.4.2, 1.20.4.4; Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4. |
Statistiki dwar l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-gvern jew investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD)
|
Fatturi varjabbli |
|
L-Estonja |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
Il-Greċja |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0); id-data hi trasmessa fi żmien 8 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)); id-data hi trasmessa fi żmien 14-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. |
|
Franza |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-Italja |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
Il-Latvja |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
Il-Litwanja |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
Il-Lussemburgu: |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
L-Ungerija |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
Malta |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0) |
|
L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1) |
|
8.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
8 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Settembru 2005
dwar il-format għar-rendikont dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali tal-kollegamenti ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 1508)
(It-testijiet fil-lingwa Ġermaniża, Ingliża, Spanjola, Estona, Franċiża, Finlandiża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portuguiża, Slovakka, Slovena, Żvediża u Ċeka biss huma awtentiċi)
(2005/687/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk ta’ l-uffiċjali ta’ kollegament ta’ l-immigrazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-rapporti meħtieġa taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 377/2004 għandhom jippermettu lill-Kummissjoni biex tfassal ir-rapport tagħha tal-valutazzjoni dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi fejn l-uffiċjali ta’ l-immigrazzjoni ta’ l-Istati Membri jkunu stazzjonati kif ukoll ir-rapport annwali tagħha dwar l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu u t-traffikar tan-nies, fruntieri esterni u r-ritorn ta’ residenti illegali |
|
(2) |
Il-format tar-rapporti għalhekk għandu jirrifletti dawn l-oġġettivi fir-rigward tan-natura ta’ l-informazzjoni li għandha tkun inkluża. |
|
(3) |
Fir-rigward ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċizjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk l-Istati bl-implimentazzjoni, bl-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, (2) li jaqgħu fil-qasam riferut fl-Artikolu 1, punti A u E tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (3). |
|
(4) |
Fir-rigward ta’ l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-Ftehim iffirmat mill-Unjoni Ewropea, mill-Komunità Ewropea u mill-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din ta’ l-aħħar bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/860/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim (4). |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 377/2004 fil-liġi Daniża. Ir-Regolament (KE) Nru 377/2004 għalhekk jorbot lid-Danimarka fil-liġi internazzjonali. |
|
(6) |
B’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-kwadru ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u ma’ l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (5), ir-Renju Unit jieħu sehem fir-Regolament (KE) Nru 377/2004 u b’konsegwenza f’din id-Deċiżjoni preżenti. |
|
(7) |
B’mod konformi ma’ l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-kwadru ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (6), l-Irlanda tieħu sehem fir-Regolament (KE) Nru 377/2004 u b’konsegwenza f’din id-Deċiżjoni preżenti. |
|
(8) |
Il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda f’din id-Deċiżjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2000/365/KE u ma’ l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2002/192/KE li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltajiet tal-Komunità biex tieħu miżuri għall-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kontra l-organizzazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali li fiha jipparteċipaw ir-Renju Unit u l-Irlanda. |
|
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li hu relatat miegħu b’xi mod ieħor fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003, |
ADOTTAT ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
Il-format tar-rapport meħtieġ bir-Regolament (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 għandu jkun kif stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika ta’ l-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Irlanda, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Repubblika ta’ l-Ungerija, lir-Repubbika ta’ Malta, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta’ l-Iżvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 64, tat-2.3.2004, p. 1.
(2) ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 36.
(3) ĠU L 176, tal-10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 370, tas-17.12.2004, p. 78.
ANNESS
Rapport dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta' l-uffiċjali ta' kollegament ta' l-immigrazzjoni u dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali
|
Pajjiż ospitant: |
|
|
Stat Membru li qed jirrapporta: |
|
|
Perjodu rrapporat: |
|
INTRODUZZJONI
B’mod konformi ma’ l-Artikolu 6 paragrafu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar il-ħolqien ta’ netwerk ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ l-immigrazzjoni (minn hawn ‘il quddiem: Regolament) “L-Istat Membru li jżomm il-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jew, jekk dan l-Istat Membru mhux rappreżentat fil-pajjiż jew fir-reġjun, l-Istat Membru li qed iservi bħala aġent President għandu jfassal sat-tmiem ta’ kull semestru rapport dwar l-attivitajiet tan-netwerks ta’ uffiċjali ta' kollegament ta' l-immigrazzjoni fejn hu għandu rappreżentant, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni illegali għall-Kunsill u l-Kummissjoni.”
Għandu jkun imfakkar ukoll li skond l-Artikolu 4 (1) tar-Regolament l-ILOs kollha stazzjonati fil-pajjiż terz ikkonċernat għandhom jikkontribwixxu għal dan ir-rapport.
Dan ir-rapport għandu żewġ partijiet:
|
(1) |
Attivitajiet tan-Netwerk ta’ l-ILO |
|
(2) |
Sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immigrazzjoni illegali. |
Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq fatti u figuri kull meta jkun applikabbli u fuq sorsi ta’ informazzjoni disponibbli u ta’ min joqgħod fuqhom. Jekk it-tali sors ma jeżistix, dan għandu jkun indikat fir-rapport. Data statistika għandha tkun ipprovduta b’mod konformi mad-definizzjonijiet relevanti miftehma mill-Istati Membri fil-kwadru tas-CIREFI. Deskrizzjonijiet u valutazzjonijiet meħtieġa b’dan il-format, għandhom ikunu fil-qosor kemm meħtieġ u megħjuna b’fatti, jekk ikun possibbli. Fir-rapport, jekk jogħġbok indika biss l-iktar informazzjoni relevanti sabiex tippermetti valutazzjoni tajba tas-sitwazzjoni.
Jekk ma tkun saret l-ebda bidla sinjifikanti fir-rigward ta’ kwistjonijiet diġà koperti f’rapporti ta’ qabel, għandha ssir referenza għaliha. Jekk ikun applikabbli, ir-rapport għandu jiffoka fuq l-iżviluppi tul il-perjodu ta’ rapportaġġ bi qbil mar-rapport ta’ qabel li kien imfassal fuq dak il-pajjiż ospitant.
Ir-rapport komplut għandu jkun trattat bħala dokument “RESTREINT UE” u d-dispożizzjonjiet relevanti tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li jaddottaw ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill (1) għandhom ikunu osservati.
I. ATTIVITAJIET TAN-NETWERK TA’ L-ILO
1. Lista ta’ l-Istati Membri li stazzjonaw ILOs fil-pajjiż konċernat
|
Stat Membru |
Numru ta’ ILOs |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Ġie kostitwit netwerk ta' koperazzjoni b'mod konformi ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament? ( jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba korrispondenti)
|
IVA |
LE |
2.1. Jekk it-tweġiba tkun “LE” jekk jogħġbok speċifika r-raġunijiet ewlenin għaliha:
2.2. Jekk it-tweġiba tkun “IVA”, jekk jogħġbok evalwa l-utilità in ġenerali ta’ l-attivitajiet li saru fil-kwadru tan-netwerk minn 1 sa 5. ( 1 = mhux bżonjuż, 5 = bżonjuż ħafna)
2.3. X’tip ta’ attivitajiet seħħew fil-perijodu ta’ rapportar? (jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba(iet) korrispondenti.
|
(1) |
Laqgħat |
|
(2) |
Skambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenzi prattiċi |
|
(3) |
Kordinazzjoni ta’ pożizzjonijiet li għandha tkun addottata b’kuntatt ma’ min iġorr |
|
(4) |
Taħriġ speċjalizzat konġunt |
|
(5) |
Organizzazzjoni ta' sessjonijiet/taħriġ ta’ informazzjoni għall-istaff diplomatiku u/jew konsulari ta' l-Istati Membri fil-pajjiż ospitant |
|
(6) |
L-addozzjoni ta’ trattamenti komuni għall-metodi ta’ ġbir u ta’ rapportar ta’ informazzjoni strateġika relevanti |
|
(7) |
It-twaqqif ta’ kuntatti ma’ netwerks simili fil-pajjiż u fil-pajjiżi ġirien |
|
(8) |
Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika) |
2.4. Kemm-il darba ltaqgħu l-ILOs fil-perijodu rrappurtat? (jekk jogħġbok aqta’ linja taħt it-tweġiba korrispondenti)
|
Qatt |
Darba |
kull xahar |
Kull tlett xhur |
Oħrajn |
Kummenti:
2.5. Ġew anke mistiedna organizzazzjonijiet jew awtoritajiet oħrajn biex jipparteċipaw fit-tali laqgħat? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.
2.6. Liema jidher li kien l-iktar mod/metodu effettiv fl-iskambju ta’ l-informazzjoni?
2.7. In-Netwerk stabbilixxa kuntatt u/jew addotta pożizzjoni ta’ kordinament b’kuntatt ma’ min iġorr? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.
2.8. L-ILOs kellhom taħriġ speċjalizzat konġunt matul il-perjodu rrapportat? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika s-suġġett/i u evalwahom. (1 = mhux bżonjuż, 5 = bżonjuż ħafna)
2.9. In-netwerk ta’ l-ILO organizza sessjonijiet/taħriġ ta’ informazzjoni għall-istaff diplomatiku u/jew konsulari ta’ l-Istati Membri fil-pajjjiż ospitant?
|
IVA |
LE |
2.9.1. Jekk it-tweġiba hi IVA, jekk jogħġbok speċifika is-suġġett ta’ l-avveniment ikkonċernat:
2.9.2. Jekk jogħġbok ipprovdi xi kummenti dwar l-avveniment/i (parteċipanti, l-impatt tiegħu fuq ix-xogħol ta’ kuljum tal-parteċipanti, is-segwitu eċċ.):
2.10. Hemm xi metodu sistematiku biex tiġbor u taqsam l-informazzjoni fost l-ILOs? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi kummenti.
2.11. In-netwerk ta’ l-ILO stabilixxa kuntatti regolari ma’ l-ILOs individwali stazzjonati minn Stati Membri li mhumiex fl-UE jew ma’ netwerks simili tagħhom? Jekk iva, jekk jogħġbok ipprovdi xi dettalji.
2.12. Jekk jogħġbok ipprovdi sommarju qasir ta’ l-attivitajiet tan-netwerk ta’ l-ILO li seħħew fuq bażi reġjonali fil-perijodu rrapportat (i.e. laqgħa reġjonali, taħriġ).
3. Min meta r-Regolament ta’ l-ILO daħal fis-seħħ,
|
a) |
il-koperazzjoni u l-kordinament fost l-ILOs stazzjonati mill-Istati Membri ssaħħew u/jew tjiebu?
|
|
b) |
l-attivitajiet tan-netwerking jiffaċilitaw eżekuzzjoni aktar effettiva tad-doveri ta’ l-ILOs?
|
|
c) |
bħala netwerk, l-ILOs qegħdin f’pożizzjoni aħjar li jistabbilixxu u jżommu kuntatt ma’ l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ospitant?
|
|
d) |
L-ILOs jistgħu jgħinu b’mod aktar effettiv lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex iwettqu d-doveri tagħhom (i.e. fil-preparazzjoni tad-dħul, jistabbilixxu kuntatti fil-pajjiż ospitant, jistabbilixxu l-identità taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi)?
|
|
e) |
il-koperazzjoni ma’ l-ILOs l-oħrajn li huma stazzjonati mill-Istati Membri li mhumiex fl-UE tjiebet?
|
4. Jekk jogħġbok iġbor fil-qosor l-esperjenzi u l-valutazzjoni in ġenerali tiegħek dwar l-attivitajiet tan-netwerk ta’ l-ILOs.
5. Jekk jogħġbok agħti kwalunkwe suġġerimenti, proposti li jistgħu jtejbu u/jew isaħħu x-xogħol ta’ l-ILOs bħala netwerk fil-pajjiż konċernat:
II. SITWAZZJONI FIL-PAJJIŻ OSPITANT DWAR KWISTJONIJIET LI GĦANDHOM X’JAQSMU MA’ L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI
6. Ġestjoni ta’ migrazzjoni, kontroll tal-fruntieri u twaqqif ta’ l-immigranti illegali
6.1. Valutazzjoni ġenerali tal-koperazzjoni mal-pajjiż ospitant fil-qasam tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali
Jekk jogħġbok ipprovdi xi informazzjoni fir-rigward ta’ kif inhi s-sitwazzjoni u kif qed tiżviluppa (il-kuntatt ma’ l-awtoritajiet kompetenti, it-tip ta’ għajnuna pprovduta, il- kwalità ta’ informazzjoni miġbura)
6.2. Rifjut ta’ dħul fil-fruntieri kollha tal-pajjiż ospitant
Inkludi xi informazzjoni disponibbli fir-rigward tan-numri, il-pajjiżi ewlenin ta’ l-oriġini u informazzjoni relevanti oħra
6.2.1. Bl-art
6.2.2. Bl-ajru
6.2.3. Bil-baħar (fejn applikabbli)
6.2.4. Informazzjoni/rimarki addizzjonali
6.3. Immigranti illegali maqbuda fil-pajjiż ospitant
6.3.1. Numri u tendenzi
6.3.2. Pajjiżi ta’ l-oriġini (niżżel l-ogħla 10 pajjiżi)
6.3.3. Informazzjoni/rimarki addizzjonali
6.4. Riskji u theddid fil-fruntieri tal-pajjiż ospitant
Il-lista li ġejja hija biss indikattiva, għalhekk jekk jogħġbok inkludi l-informazzjoni relevanti, jekk is-sitwazzjoni teħtieġ dan.
|
|
Infrastruttura |
|
|
Tagħmir |
|
|
Persunal |
|
|
Pressjoni ta’ Migrazzjoni |
|
|
Min qed ifittex kenn |
|
|
Traffikar ta’ nies |
|
|
Terroriżmu u traffikar tad-drogi marbuta ma’ l-immigrazzjoni illegali |
6.5. Rotot u modus operandi għall-immigrazzjoni illegali
6.5.1. Rotot ewlenin
6.5.2. Rotot sekondarji
6.5.3. Modus operandi
6.6. Strateġiji u miżuri nazzjonali biex ma jħallux u biex jikkumbattu t-traffikar u l-kuntrabandu tan-nies
Iddeskrivi t-tip ta’ strateġiji u l-miżuri (leġiżlattivi, operazzjonali, finanzjarji) u l-impatt tagħhom.
6.6.1. Strateġiji u miżuri eżistenti
6.6.2. Strateġiji u miżuri ppjanati
7. Ammissjoni Mill-Ġdid/Ritorn Taċ-Ċittadini Tagħhom U Taċ-Ċittadini Ta’ Pajjiżi Terzi
7.1. Infurzar tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tar-ritorn u ta’ l-ammissjoni mill-ġdid
Deskrizzjoni tal-kapaċità għal:
7.1.1. Ammissjoni mill-ġdid taċ-ċittadini proprji tiegħu u ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pajjiż ospitant
7.1.2. Ritorn ta' immigranti illegali mit-territorju tal-pajjiż ospitant
7.2. Ċittadini u ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi mill-ġdid fil-pajjiż ospitant
7.2.1. Numri
7.2.2. Pajjiżi li jirritornaw
7.3. L-identifikazzjoni taċ-ċittadini proprji tiegħu mingħajr karti li jkunu qed jirritornaw minn pajjiż ieħor
7.3.1. Proċeduri segwiti
7.3.2. Żmien medju biex jinħarġu l-karti għar-ritorn
7.3.3. Koperazzjoni bejn in-Netwerk ta’ l-ILOs u l-awtoritajiet kompetenti (formoli, livell, effiċjenza)
7.3.4. Aċċettazzjoni ta’ Ittra ta’ Vjaġġar ta’ l-UE jew dokumenti oħra għall-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż tar-ritorn
7.4. Reġistri tal-popolazzjoni
7.4.1. Eżistenza ta’ reġistru ċentrali
7.4.2. L-użu ta' reġistru għall-identifikazzjoni tan-nies li għandhom ikunu mibgħuta lura
7.5. Riżorsi tal-pajjiż ospitant għall-immigranti mibgħuta lura (kemm ċittadini u kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi)
7.5.1. Kapaċitajiet legali, ekonomiċi u amministrattivi fil-qasam tar-riċeviment
7.5.2. Kapaċitajiet legali, ekonomiċi u amministrattivi fil-qasam ta’ l-integrazzjoni mill-ġdid
7.6. Programmi volontarji tar-ritorn għaċ-ċittadini tal-pajjiż ospitant u għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (inkluża informazzjoni dwar dawn il-programmi)
Ipprovdi informazzjoni ġenerali
8. Kapaċitajiet legali, istituzzjonali u finanzjarji għall-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni
8.1. Infurzar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-ġestjoni tal-flussi migratorji
Ipprovdi informazzjoni dwar l-istat ta’ kif inhuma l-affarijiet u kif qed jiżviluppaw fil-perijodu tar-rapportaġġ
8.1.1. Kontrolli tal-fruntieri
8.1.2. Responsabbiltà ta’ min iġorr
8.1.3. Penali għall-kuntrabandisti u għal min jittraffika n-nies
8.1.4. Penali għall-iffalsifikar u għall-użu ta’ dokumenti ta’ l-ivjaġġar foloz
8.1.5. Penali għal min jgħin u għal min jipprovdi xogħol mhux dikjarat
8.2. Kapaċità amministrattiva li tinkludi riżorsi umani u finanzjarji
Jekk jogħġbok ikkummenta dwar il-livell ta’ riżorsi b’relazzjoni ma’ l-ammont ta’ xogħol
8.2.1. Gwardjani tal-fruntieri
8.2.1.1. Fruntieri ta’ l-art
8.2.1.2. Fruntieri tal-baħar (jekk applikabbli)
8.2.1.3. Fruntieri ta’ l-Ajru
8.2.2. Forzi tal-pulizija involuti biex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu, it-traffikar tan-nies u l-koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija
8.3. Edukazzjoni u taħriġ tal-persunal
Ipprovdi xi informazzjoni dwar it-tip u l-livell ta’ taħriġ / edukazzjoni u inkludi kummenti addizzjonali, jekk neċessarji
8.3.1. Gwardjani tal-fruntieri
8.3.2. Forzi tal-pulizija involuti biex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, il-kuntrabandu, it-traffikar tan-nies
8.3.3. Forzi tal-pulizija responsabbli għall-koperazzjoni internazzjonali
8.4. Kapaċità u fondi għall-akkomodazzjoni ta' residenti illegali li jistgħu jitkeċċew inklużi dawk li qed ifittxu kenn u li ma kinux aċċettati
Iddeskrivi s-sitwazzjoni in relazzjoni ma’ l-ammont ta’ każijiet / il-bżonnijiet attwali
8.5. Id-disponibbilità ta’ sistemi għall-ġbir ta’ data u t-trattament ta’ l-informazzjoni fir-rigward ta’ l-immigrazzjoni illegali
Iddeskrivi l-istat ta’ kif inhi s-sitwazzjoni u kwalunkwe titjib fil-perjodu tar-rapportaġġ
8.6. Il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni dwar problemi u riskji ta’ l-immigrazzjoni illegali
Jekk jogħġbok indika xi informazzjoni ġenerali
9. Politika tal-viża u s-sigurtà tad-dokumenti
9.1. Politika dwar il-viża
9.1.1. Is-suffiċjenza tal-lista tal-pajjiżi li għalihom hija meħtieġa l-viża fil-kuntest tal-flussi migratorji
Ipprovdi valutazzjoni qasira ta’ din is-sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant f’dan ir-rigward
9.1.2. Ivvaluta l-kriterju u l-proċedura standard għall-ħruġ ta’ viżi
9.2. Sigurtà tad-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar, viżi, dokumenti tar-reżidenza u ta’ l-identità
9.2.1. Konformità ma’ l-istandards ta’ l-ICAO (inkluża l-integrazzjoni ta’ data bijometrika)
9.2.2. Sitwazzjoni fil-pajjiż ospitant fir-rigward tal-falsifikazzjoni ta’ dokumenti
10. Kwalunkwe kumment ieħor u informazzjoni relevanti fir-rigward is-sitwazzjoni fil-pajjiż/reġjun ospitant li għandu x’jaqsam ma’ l-immigrazzjoni illegali (i.e. malfunzjoni fl-amministrazzjoni responsabbli għall-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali; inċidenti u avvenimenti fil-perijodu tar-rapportaġġ li jistgħu jwasslu għal żviluppi ġodda fir-rigward tal-flussi ta’ l-immigranti illegali)
11. Proposti dwar il-metodi u l-mezzi biex jgħinu l-pajjiż ospitant fil-prevenzjoni tal-flussi tal-migrazzjoni illegali li joriġinaw minn jew jgħaddu minn post għall-ieħor fit-territorju tiegħu (i.e. azzjonijiet possibbli tal-kommunità)