ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 47
31 ta' Diċembru 2004


Werrej

 

I   Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

*

Id-Deċiżjoni Nru. 2239/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2004 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/784/KE dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

1

 

*

Regolament (KE) Nru 2240/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' żvilupp u konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal dak ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

3

 

*

Deċiżjoni Nru. 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass)

6

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2242/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Komunitarji, minbarra dawk ta' politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koperazzjoni Komunitarja, jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi

21

 

*

Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE(1)

24

 

*

Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

38

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/1


ID-DEĊIŻJONI NRU. 2239/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Novembru 2004

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 1999/784/KE dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2),

Wara li jikkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3)

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjoni 1999/784/KE (4) il-Kunsill ddeċieda li l-Komunità għandha ssir membru ta' l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (minn issa l'quddiem “l-Osservatorju”) sabiex tagħti sostenn lill-attività ta' dan ta' l-aħħar. L-Osservatorju jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-industrija awdjoviżiva tal-Komunità billi jtejjeb it-trasferiment ta' informazzjoni lill-industrija, b'mod partikolari lil intrapriżi zgħar u ta' daqs medju, u tippromovi fehma iktar ċara tas-suq.

(2)

Il-multimedja u t-teknoloġiji l-ġodda se jkollhom rwol dejjem akbar fis-settur awdjoviżiv. L-Osservatorju jistgħa jkompli jkollu r-rwol importanti tiegħu jekk il-kapaċità tiegħu li jsegwi dawn l-iżviluppi l-ġodda tiġi msaħħa meta jkun f'waqtu.

(3)

Għalkemm il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi hu miġbur fit-Trattat, in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-bosta differenzi f'regolamenti nazzjonali fl-oqsma tal-liġi fiskali u tax-xogħol hu ta' ostaklu għall-moviment liberu ta' merkanzija u servizzi awdjoviżivi. L-Osservatorju jista' joffri kontribut positiv billi jiġbor u jipprovdi esperti u informazzjoni sistematika fil-oqsma tal-liġi fiskali u tax-xogħol, tad-dritt ta' l-awtur u tal-liġi għall-ħarsien tal-konsumatur.

(4)

Wara r-risoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Settembru 2003 dwar it-Televiżjoni mingħajr fruntieri, li sejħet għal rapport annwali ta' benchmarking dwar kif it-TV diġitali tista' tiġi magħmula aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, l-Osservatorju għandu jiġi mistieden sabiex jiġbor data fuq bażi annwali dwar il-livelli ta' servizzi tat-televiżjoni pprovduti fl-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill ta' l-Ewropa biex jassistu l-persuni b'diżabbilità, bħal ma huma t-tpoġġija ta' sottotitoli, deskrizzjoni bl-awdjo u lingwa tas-sinjali.

(5)

ġie ppruvat li l-parteċipazzjoni tal-Komunità fl-Osservatorju hija effettiva biex tagħti sostenn lill-attività ta' dan ta' l-aħħar.

(6)

Huwa xieraq li titkompla tali parteċipazzjoni tul il-perijodu meħtieġ biex l-Osservatorju jadotta linji gwida għall-attività futura tiegħu, mill-2006 il'quddiem.

(7)

Id-Deċiżjoni 1999/748/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/784/KE għandu jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sa l-aħħar ġurnata ta' l-aħħar xahar tas-seba' sena wara s-sena ta' l-adozzjoni tagħha.”

Magħmula fi Strasburgu, 17 ta' Novembru 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  ĠU C 98, tat-23.4.2004, p. 34.

(2)  ĠU C 241, tat-28.9.2004, p. 15.

(3)  L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2004.

(4)  ĠU L 307, tat-2.12.1999, p.61.


31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/3


REGOLAMENT (KE) Nru 2240/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' żvilupp u konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għal dak ta' rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 179(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

FIlwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

L-azzjoni Komunitarja biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2001 mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “L-Irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni f'Pajjiżi Terzi” għandha tkompli wara l-2004. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 (2) uriet li hija strument legali adegwat għall-implimentazzjoni tas-sostenn tekniku u finanzjarju tal-Komunità għal attivitajiet għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokratizzazzjoni f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u f'pajjiżi terzi oħra biex jintlaħqu l-għanijiet globali f'dan il-qasam. Il-perijodu ta' validità ta' dak ir-Regolament, madankollu, jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġi estiż dak il-perijodu.

(2)

Abbażi tal-proporzjon tal-qafas finanzjarju inkluż fir-Regolament (KE) Nru. 975/1999 u l-approprjazzjonijiet indikattivi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni sa l-2006, dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul estiż tal-programm, qafas finanzjarju li jkun jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget  (3), għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget.

(3)

Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 975/1999 dwar proċeduri għall-implimentazzjoni ta' għajnuna għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet legali tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4) fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet.

(4)

Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jagħmlu parti integrali mir-Regolament (KE) Nru 975/1999. B'mod partikolari, ftehim u kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex twettaq il-miżuri previsti mir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti mill-frodi u irregolaritajiet oħrajn (5).

(5)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 975/1999 għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 975/1999 għandu, għalhekk, jiġi hekk emendat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 975/1999 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 2(2) għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(h)

sforzi ta' sostenn biex jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta' gruppi ta' pajjiżi demokratiċi fil-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, aġenziji speċjalizzati u organizzazzjonijiet reġjonali.”;

2)

Fl-aħħar ta' l-Artikolu 4(1) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet u proċedimenti ‘amicus curiae’, persuni fiżiċi għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt dan ir-Regolament.”;

3)

L-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 5 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Biex ikunu eliġibbli għal għajnuna Komunitarja, is-sħab imsemmija fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 4(1) għandu jkollhom il-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom f'pajjiż terz eliġibbli għal għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament jew fi Stat Membru tal-Komunità.”;

4)

L-Artikolu 7(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Finanzjament Komunitarju taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet jew kuntratti. Fil-qafas ta' l-operazzjonijiet taħt l-Artikolu 2, membri tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet imħallsa mill-approprjazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni għandhom ikunu reklutati skond il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni.”;

5)

L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2006 huwa b'dan stabbilit għal EUR 134 miljun.”;

6)

L-Artikoli 11 u 12 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas għall-ipprogrammar u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet Komunitarji.

Il-qafas għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn

(a)

programmi indikattivi multiannwali u aġġornamenti annwali ta' dawn il-programmi;

(b)

programmi annwali ta' ħidma.

F'sitwazzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi mhux koperti bi programm annwali ta' ħidma jistgħu jkunu approvati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport annwali li jistabbilixxi l-programmazzjoni għas-sena li jkun imiss skond ir-reġjun u skond is-settur, u għandha tirrapporta lura dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-adattament, skond dan ir-Regolament u skond il-ħtiġiet ta' flessibilità, tal-programmi annwali ta' ħidma li kienu definiti fil-qafas ġenerali ta' l-istabbiliment multiannwali. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jirriflettu l-prijoritajiet u t-tħassib ewlieni ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, ta' l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u għandhom ikunu determinati min-natura unika tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat bil-proċedimenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-operazzjonijiet Komunitarji taħt dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-budget u skond proċeduri oħra fis-seħħ, b'mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*).

Artikolu 12

1.   L-istrumenti msemmija fl-Artikolu 11(1) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).

F'każijiet fejn emendi għal programmi annwali ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) ma jaqbżux l-20 % ta' l-ammont globali allokat lilhom jew ma jbiddlux b'mod sostanzjali n-natura tal-proġetti jew tal-programmi li hemm fihom, dawk l-emendi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 13(1).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, deċiżjonijiet dwar finanzjament ta' proġetti u programmi mhux koperti bi programmi annwali ta' ħidma u li jaqbżu EUR 1 miljun għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2).”

(*)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1."

7)

L-Artikolu 13(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (1) għandhom japplikaw, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 30 jum.”;

8)

It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 15 għandha titħassar;

9)

L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Kwalunkwe ftehim jew kuntratt konkluż skond dan ir-Regolament għandu jipprovdi b'mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' kontroll, fuq dokumenti u fuq il-bini, fuq il-kuntratturi u s-sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej ikunu protetti mill-frodi u irregolaritajiet (**) oħrajn għandu japplika.”

(**)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2."

10.

Fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 20, id-data “31 ta' Diċembru 2004” għandha tiġi sostitwita bid-data “31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2004.

(2)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 25).

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(6)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/6


DEĊIŻJONI Nru. 2241/2004/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 149 u 150 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Trasparenza ikbar tal-kwalifiki u tal-kompetenzi tiffaċilita fl-Ewropa kollha l-mobbiltà għall-finijiet ta' tagħlim tul il-ħajja kollha, biex b'hekk isir kontribut għall-iżvilupp ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ ta' kwalità, u tiffaċilita l-mobbiltà għal finijiet ta' xogħol bejn il-pajjiżi kif ukoll bejn is-setturi.

(2)

Il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobbiltà (4) approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Nizza fis-7 sad-9 ta' Diċembru 2000 u r-Rakkomandazzjoni 2001/613/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Lulju 2001 dwar il-mobbiltà fil-Komunità ta' l-istudenti, tal-persuni li jkunu qed jiġu mħarrġa, ta' voluntiera, ta' għalliema u ta' istrutturi (5), irrakkomandaw li jiġi ġeneralizzat l-użu ta' dokumenti maħsuba biex jiffaċilitaw it-trasparenza ta' kwalifiki u kompetenzi, bil-ħsieb li tinħoloq żona Ewropea tal-kwalifiki. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-kompetenzi u l-mobbiltà sejjaħ għall-iżvilupp u t-tisħiħ ta' strumenti li jsostnu t-trasparenza u t-trasferibbiltà tal-kwalifiki biex tiġi faċilitata l-mobbiltà fis-setturi u bejniethom. Azzjoni ulterjuri biex jiġu introdotti strumenti li jtejbu t-trasparenza ta' diplomi u ta' kwalifiki intalbet ukoll mill-Kunsill Ewropew f'Barċellona fil-15 u s-16 ta' Marzu 2002. Ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2002 dwar il-kompetenzi u l-mobbiltà (6) u tas-27 ta' Ġunju 2002 dwar it-tagħlim tul il-ħajja kollha (7) isejħu għal koperazzjoni ikbar, bil-għan inter alia li jinħoloq qafas li jipprovdi għat-trasparenza u r-rikonoxximent ibbażat fuq l-istrumenti eżistenti.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar il-promozzjoni ta' koperazzjoni Ewropea ikbar fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali (8) sejħet għal azzjoni sabiex tiżdied it-trasparenza fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali, permezz ta' l-implimentazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni ta' għodda u retikolati ta' informazzjoni, inkluż l-integrazzjoni ta' l-istrumenti eżistenti f'qafas waħdieni. Dan il-qafas għandu jikkonsisti f'portafoll ta' dokumenti b'marka komuni u b'logo komuni, appoġġat minn sistemi ta' informazzjoni adegwati u promoss permezz ta' azzjoni promozzjonali sostnuta fuq il-livell Ewropew u nazzjonali.

(4)

F'dawn l-aħħar snin ġew żviluppati numru ta' strumenti, kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell internazzjonali, biex jgħinu liċ-ċittadini Ewropej jikkomunikaw aħjar il-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom meta jkunu qed ifittxu xogħol jew ammissjoni fi skema ta' tagħlim. Dawn jinkludu l-format komuni Ewropew għal curricula vitae (CVs) propost mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/236/KE tal-11 ta' Marzu 2002 (9), is-Suppliment għad-Diploma rakkomandat mill-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki dwar l-Edukazzjoni Għolja fir-Reġjun Ewropew, adottata f'Lisbona fil-11 ta' April 1997, it-Taħriġ ta' l-Europass stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/51/KE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar il-promozzjoni ta' passaġġi Ewropej f'taħriġ relatat max-xogħol, inkluż l-apprendistat (10), is-Suppliment għaċ-Ċertifikat u l-Portafoll Lingwistiku Ewropew żviluppati mill-Kunsill ta' l-Ewropa. Il-qafas waħdieni għandu jinkludi dawn l-istrumenti.

(5)

Il-qafas waħdieni għandu jkun miftuħ għall-inklużjoni fil-ġejjieni ta' dokumenti oħra konsistenti ma' l-għan tiegħu, ladarba l-istruttura u l-proċeduri ta' l-implimentazzjoni jkunu ġew stabbiliti u jkunu operattivi. B'mod partikolari, il-qafas waħdieni jista' sussegwentement jitwessa biex jinkludi strument maħsub biex jirreġistra l-kompetenzi tad-detenturi fil-qasam ta' l-informatika.

(6)

Il-proviżjoni ta' informazzjoni ta' kwalità tajba u ta' gwida hija fattur importanti fit-titjib tat- trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi. Is-servizzi u r-retikolati eżistenti diġa' jwettqu rwol prezzjuż li jista' jiġi msaħħaħ permezz ta' koperazzjoni eqreb sabiex jiġi rrinfurzat il-valur miżjud ta' l-azzjoni Komunitarja.

(7)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu żgurati koerenza u komplimentarità bejn l-azzjonijiet implimentati skond din id-Deċiżjoni u l-politika, strumenti u azzjonijiet rilevanti oħra. Dawn ta' l-aħħar jinkludu, fuq il-livell Komunitarju, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 (11), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/90 (12) u r-retikolat tas-Servizz ta' l-Impiegi Ewropew (EURES) stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta' Diċembru 2002 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1612/68 fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni ta' postijiet vakanti u applikazzjonijiet għall-impieg (13). Bl-istess mod, fuq il-livell internazzjonali, jeżisti r-Retikolat Ewropew ta' Ċentri Nazzjonali ta' Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku (ENIC), stabbilit mill-Kunsill ta' l-Ewropa u mill-Unesco.

(8)

Id-dokument ta' taħriġ Europass, stabbilit bid-Deċiżjoni 1999/51/KE, għandu għalhekk jiġi sostitwit minn dokument simili b'firxa iktar wiesgħa, li fih ikunu jistgħu jiġu reġistrati l-perjodi kollha ta' mobbiltà transnazzjonali għal finijiet ta' tagħlim li sar fl-Ewropa kollha, fi kwalunkwe livell u għal kwalunkwe għan, li jissodisfaw kriterji adegwati ta' kwalità.

(9)

L-Europass għandu jiġi mplimentat permezz ta' korpi nazzjonali skond l-Artikolu 54(2)(ċ) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (14).

(10)

Il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa għal stati li qed jaderixxu, għall-pajjiżi mhux Komunitarji taż-Żona Ekonomika Ewropea u għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti fl-istrumenti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. Ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma residenti fl-Unjoni Ewropea għandhom ukoll ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-sistema.

(11)

Is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fir-rigward ta' din id-Deċiżjoni, u għandhom jiġu involuti fl-implimentazzjoni tagħha. Il-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 63/266/KEE tat-2 ta' April 1963 li jistipula l-prinċipji ġenerali għall-implimentazzjoni ta' politika komuni dwar it-taħriġ vokazzjonali (15), magħmul minn rappreżentanti tas-sħab soċjali u mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, għandu jkun infurmat b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Is-sħab soċjali fuq il-livell Ewropew u l-partijiet interessati rilevanti oħra, inklużi l-korpi edukattivi u ta' taħriġ, ikollhom rwol partikolari f'termini ta' inizzjattivi ta' trasparenza li jistgħu jkunu inkorporati fil-Europass meta jkun f'waqtu.

(12)

Peress li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri t-twaqqif ta' qafas waħdieni Komunitarju għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri u jista' jintlaħaq aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunitá tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalitá, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(13)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Dećiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (16).

(14)

Id-Deċiżjoni 1999/51/KE għandha tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas Komunitarju waħdieni sabiex tinkiseb it-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi permezz tal-ħolqien ta' portafoll personali u koordinat ta' dokumenti, li għandu jkun magħruf bħala “Europass”, li ċ-ċittadini jistgħu jużaw fuq bażi volontarja biex jikkomunikaw u jippreżentaw aħjar il-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom fl-Ewropa kollha. L-użu ta' l-Europass jew ta' kwalunkwe wieħed mid-dokumenti ta' l-Europass ma jimponi l-ebda obbligu u ma jagħti l-ebda dritt għajr dawk definiti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dokumenti ta' l-Europass

Id-dokumenti ta' l-Europass għandhom ikunu:

(a)

il-Curriculum Vitae ta' l-Europass (minn hawn 'il quddiem is-“CV ta' l-Europass”) imsemmi fl-Artikolu 5;

(b)

id-dokumenti msemmija fl-Artikoli 6 sa 9;

(ċ)

kwalunkwe dokumenti oħra approvati mill-Kummissjoni bħala dokumenti ta' l-Europass, skond il-kriterji mniżżla fl-Anness I, u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2).

Artikolu 3

Sħab soċjali

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mas-sħab soċjali u partijiet interessati oħra rilevanti fuq il-livell Ewropew, inkluż korpi edukattivi u ta' taħriġ.

Artikolu 4

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Għall-finijiet ta' l-artikolu 2 (ċ), il-Kummissjoni għandha tkun assistita, skond in-natura tad-dokument konċernat, mill-Kumitat Socrates u/jew mill-Kumitat Leonardo, stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru. 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni “Socrates” (17), u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE tas-26 ta' April 1999 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni ta' taħriġ vokazzjonali tal-Komunità “Leonardo da Vinci” (18) rispettivament.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 5

Is-CV ta' l-Europass

Is-CV ta' l-Europass għandu jipprovdi liċ-ċittadini l-opportunità li jippreżentaw informazzjoni dwar il-kwalifiki u l-kompetenzi kollha tagħhom b'mod ċar u komprensiv. Is-CV ta' l-Europass għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 6

Id-dokument Europass-Mobility

Id-dokument Europass-Mobility għandu jirreġistra l-perjodi ta' taħriġ li attendew id-detenturi tiegħu barra minn pajjiżhom. L-Europass-Mobility għandu jkun kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 7

Suppliment ta' l-Europass għad-Diploma

Is-Suppliment ta' l-Europass għad-Diploma għandu jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżultati edukattivi miksuba mid-detentur tiegħu fuq livell edukattiv għoli. Is-Suppliment ta' l-Europass għad-Diploma għandu jkun kif stabbilit fl-Anness IV.

Artikolu 8

Portafoll Lingwistiku ta' l-Europass

Il-Portafoll Lingwistiku ta' l-Europass għandu joffri liċ-ċittadini l-opportunità li jippreżentaw il-kapaċitajiet lingwistiċi tagħhom. Il-Portafoll Lingwistiku ta' l-Europass għandu jkun kif stabbilit fl-Anness V.

Artikolu 9

Suppliment ta' l-Europass għaċ-Ċertifikat

Is-Suppliment ta' l-Europass għaċ-Ċertifikat għandu jiddeskrivi l-kompetenzi u l-kwalifiki li jikkorrispondu ma' ċertifikat ta' taħriġ vokazzjonali. Is-Suppliment ta' l-Europass għaċ-Ċertifikat għandu jkun kif stabbilit fl-Anness VI.

Artikolu 10

L-Europass fuq l-Internet

Sabiex tiġi mplimentata din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jikkoperaw fit-twaqqif u l-amministrazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni ta' l-Europass ibbażata fuq l-Internet, li għandha tinkludi elementi amministrati fuq livell Komunitarju u elementi amministrati fuq livell nazzjonali. Is-sistema ta' informazzjoni li tappoġġa l-qafas ta' l-Europass għandha tkun kif stabbilit fl-Anness VII.

Artikolu 11

Ċentri Nazzjonali ta' l-Europass

1.   Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fuq livell nazzjonali. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jinnomina Ċentru Nazzjonali ta' l-Europass (NEC), li għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni fuq livell nazzjonali ta' l-attivitajiet kollha msemmija f'din id-Deċiżjoni u li għandu jieħu post jew jiżviluppa, fejn xieraq, korpi eżistenti li bħalissa qed iwettqu attivitajiet simili.

Huwa b'dan stabbilit Retikolat Ewropew ta' NECs. L-attivitajiet tiegħu għandhom jiġu koordinati mill-Kummissjoni.

2.   L-NEC għandu:

(a)

jikkoordina, b'koperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti, l-attivitajiet relatati mal-proviżjoni jew ħruġ tad-dokumenti ta' l-Europass, jew, fejn hu xieraq, iwettaq dawk l-attivitajiet;

(b)

jistabbilixxi u jamministra s-sistema nazzjonali ta' informazzjoni, skond l-Artikolu 10;

(ċ)

jippromovi l-użu ta' l-Europass, anke permezz ta' servizzi bbażati fuq l-Internet;

(d)

jiżgura, b'koperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti, li jitqegħdu għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini individwali l-informazzjoni u l-gwida adegwati dwar l-Europass u d-dokumenti tiegħu;

(e)

jiffaċilita l-proviżjoni ta' informazzjoni u gwida dwar opportunitajiet ta' tagħlim fl-Ewropa kollha, dwar l-istruttura tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ, u dwar aspetti oħra relatati mal-mobbiltà għall-finijiet ta' tagħlim, b'mod partikolari permezz ta' koordinazzjoni mill-qrib mas-servizzi Komunitarji u nazzjonali rilevanti, u fejn hu xieraq, iqiegħed għad-dispożizzjoni taċ-cittadini gwida introduttorja dwar il-mobbiltà;

(f)

jamministra, fuq livell nazzjonali, l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità għall-attivitajiet kollha relatati ma' din id-Deċiżjoni;

(g)

jieħu sehem fir-Retikolat Ewropew ta' l-NECs.

3.   L-NEC għandu jaġixxi bħala korp implimentattiv fuq livell nazzjonali skond l-Artikolu 54(2)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 12

Il-kompiti konġunti tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li attivitajiet adegwati ta' promozzjoni u ta' informazzjoni jitwettqu fuq il-livell Komunitarju u nazzjonali, filwaqt li jkopru inter alia ċ-ċittadini, dawk li jipprovdu taħriġ u edukazzjoni u s-sħab soċjali u intrapriżi inklużi SMEs, filwaqt li jsostnu u jintegraw skond il-bżonn l-azzjoni ta' l-NECs;

(b)

jiżguraw il-koperazzjoni adegwata, fuq il-livell xieraq, mas-servizzi rilevanti, b'mod partikolari s-servizz ta' l-EURES u servizzi oħra Komunitarji;

(ċ)

jieħdu l-passi biex jiffaċilitaw l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari permezz ta' azzjoni ta' sensibilizzazzjoni fost is-suġġetti kollha interessati;

(d)

jiżguraw li l-partijiet interessati kollha li huma rilevanti, inklużi korpi edukattivi u ta' taħriġ u sħab soċjali, ikunu involuti fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni;

(e)

jiżguraw li fl-attivitajiet kollha relatati ma' l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, id-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza jkunu rispettati bis-sħiħ.

Artikolu 13

Il-kompiti tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza ġenerali ta' l-azzjonijiet implimentati skond din id-Deċiżjoni mal-politika, strumenti u azzjonijiet Komunitarji oħra rilevanti, b'mod partikolari fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali, taż-żgħażagħ, ta' l-impjiegi, ta' l-inklużjoni soċjali, tar-riċerka u ta' l-iżvilupp teknoloġiku.

2.   Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu mill-kompetenza esperta taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), skond ir-Regolament (KEE) Nru 337/75. Taħt l-istess kondizzjonijiet u fl-oqsma rilevanti, il-koordinazzjoni għandha tiġi stabbilita taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ kif stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 1360/90.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif ukoll lill-korpi oħra rilevanti, u b'mod partikolari lill-Kumitat Konsultattiv għat-Taħriġ Vokazzjonali, dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 14

Pajjiżi parteċipanti

1.   Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet imsemmija f'din id-Deċiżjoni għandha tkun miftuħa għall-Istati li qed jaderixxu u għall-pajjiżi, mhux membri tal-Komunità, li jieħdu sehem fiż-Żona Ekonomika Ewropea skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-Ftehim ta' l-EEA.

2.   Il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa wkoll għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea skond il-Ftehim Ewropej rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Valutazzjoni

Sa 1 ta' Jannar 2008 u mbagħad kull erba' snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ibbażat fuq valutazzjoni mwettqa minn korp indipendenti.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-prospettiva finanzjarja. In-nefqa li tirriżulta minn din id-Deċiżjoni għandha tiġi amministrata kif stabbilit fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Tħassir

Id-Deċiżjoni 1999/51/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  ĠU C 117, 30.4.2004, p. 12.

(2)  ĠU C 121 30.4.2004, p. 10.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2004 (għadu mhux ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Diċembru 2004 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  ĠU C 371 23.12.2000, p. 4.

(5)  ĠU L 215, 9.8.2001, p. 30.

(6)  ĠU C 162, 6.7.2002, p. 1.

(7)  ĠU C 163, 9.7.2002, p. 1.

(8)  ĠU C 13, 18.1.2003, p. 2.

(9)  ĠU L 79, 22.3.2002, p. 66.

(10)  ĠU L 17, 22.1.1999, p. 45.

(11)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1655/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 41).

(12)  ĠU L 131, 23.5.1990, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1648/2003 (ĠU L 245, 29.9.2003, p. 22).

(13)  ĠU L 5, 10.1.2003, p. 16.

(14)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(15)  ĠU 63, 20.4.1963, p. 1 338.

(16)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(17)  ĠU L 28 tat-3.2.2000 p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 885/2004 ( ĠU L 168 tal-1.5.2004 p.1).

(18)  ĠU L 146 tal-11.6.1999 p. 33. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru. 885/2004.


ANNESS I

Kriterji għall-introduzzjoni ta' dokumenti ġodda ta' l-Europass kif imsemmija fl-Artikolu 2(ċ)

Id-dokumenti ġodda kollha ta' l-Europass għandhom jirrispettaw il-kriterji minimi li ġejjin:

1.

Rilevanza: Id-dokumenti ta' l-Europass għandhom ikunu speċifikament immirati sabiex itejbu t-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi;

2.

Dimensjoni Ewropea: mingħajr preġudizzju għan-natura volontarja tagħhom, id-dokumenti ta' l-Europass għandhom ikunu potenzjalment applikabbli fl-Istati Membri kollha;

3.

Kopertura lingwistika: il-mudelli tad-dokumenti ta' l-Europass għandhom ikunu disponibbli mill-inqas fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea;

4.

Fattibbiltà: Id-dokumenti ta' l-Europass għandhom ikunu f'kondizzjoni li jistgħu jiġu disseminati effettivament, fejn hu xieraq permezz ta' korpi ta' għoti, kemm fuq il-karta kif ukoll f'forma elettronika.


ANNESS II

Il-CURRICULUM VITAE TA' L-EUROPASS (IS-CV TA' L-EUROPASS)

1.   Deskrizzjoni

1.1.

Is-CV ta' l-Europass jibni fuq il-mudell komuni Ewropew għall-curricula vitae (CVs) propost fir-Rakkomandazzjoni 2002/236/KE.

Huwa jipprovdi liċ-ċittadini individwali b'mudell għall-preżentazzjoni sistematika, kronoloġika u flessibli tal-kwalifiki u l-kompetenzi tagħhom. Huma provduti direzzjonijiet speċifiċi dwar l-oqsma differenti u ġew ukoll prodotti sett ta' linji gwida u eżempji biex jgħinu liċ-ċittadini jfasslu s-CV ta' l-Europass komplet tagħhom.

1.2.

Is-CV ta' l-Europass jinkludi kategoriji għall-preżentazzjoni ta':

informazzjoni dwar affarijiet personali, profiċjenza lingwistika, esperjenza tax-xogħol u riżultati edukattivi u ta' taħriġ,

kompetenzi addizzjonali ta' l-individwu, li jenfasizzaw l-abbiltajiet tekniċi, organizzattivi, artistiċi u soċjali,

informazzjoni addizzjonali li tista' tiġi miżjuda mas-CV ta' l-Europass fil-forma ta' anness wieħed jew iktar.

1.3.

Is-CV ta' l-Europass huwa dokument personali li fih dikjarazzjonijiet personali miktuba miċ-ċittadin individwali.

1.4.

Il-mudell standard hu dettaljat sew, imma huwa f'idejn iċ-ċittadini individwali biex jagħżlu liema sezzjonijiet jimlew. Iċ-ċittadini li jimlew il-formola elettronika - imniżżla minn fuq l-Internet jew on-line - għandhom jitħallew ineħħu kwalunkwe sezzjoni li jagħżlu li ma jimlewx. Per eżempju, persuna li ma tridx tindika s-sess tiegħu jew tagħha jew li ma għandha ebda kapaċità teknika speċifika x'tirraporta, għandha tkun tista' tneħħi dawn is-sezzjonijiet, biex hekk ma tidher l-ebda sezzjoni vojta fuq l-iskrin jew fil-verżjoni stampata.

1.5.

Is-CV ta' l-Europass huwa s-sinsla ta' l-Europass: il-portafoll Europass għal ċittadin partikolari jkun jinkludi s-CV ta' l-Europass kompletat miċ-ċittadin stess, u dokument ieħor jew iktar ta' l-Europass, skond l-esperjenza speċifika ta' edukazzjoni u ta' impjieg ta' dak iċ-ċittadin. Il-forma elettronika tas-CV ta' l-Europass għandha tagħmel possibbli li jiġu stabbiliti links mis-sezzjonijiet tagħha għad-dokumenti rilevanti ta' l-Europass, per eżempju mis-sezzjoni ta' l-edukazzjoni u taħriġ għas-Suppliment għad-Diploma jew għas-Suppliment għaċ-Ċertifikat.

1.6.

Skond l-Artikolu 12(e) ta' din id-Deċiżjoni, fl-amministrazzjoni tas-CV ta' l-Europass, b'mod partikolari fil-forma elettronika tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti għall-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza huma rispettati bis-sħiħ.

2.   Struttura komuni tas-CV ta' l-Europass

Fil-kaxxa hawn taħt huwa indikat il-mudell għall-istruttura u t-test tas-CV ta' l-Europass. Il-preżentazzjoni tal-formola fuq il-karta kif ukoll ta' dik elettronika, kif ukoll xi modifiki ta' l-istruttura u tat-test, jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

It-test fil-korsiv huwa maħsub bħala għajnuna biex jimtela d-dokument.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

ID-DOKUMENT EUROPASS-MOBILITY

1.   Deskrizzjoni

1.1.

Id-dokument Europass-Mobility huwa maħsub biex jirreġistra, bl-użu ta' mudell Ewropew komuni, passaġġ Ewropew ta' tagħlim kif definit fis-sezzjoni 1.2.

Huwa dokument personali, li jirreġistra l-passaġġ Ewropew speċifiku ta' tagħlim miksub mid-detentur tiegħu u għandu jgħin lid-detentur biex j/tikkomunika aħjar dak li hu/hi kiseb/kisbet permezz ta' din l-esperjenza, b'mod partikolari f'termini ta' kompetenzi.

1.2.

Passaġġ Ewropew ta' tagħlim huwa perijodu li persuna – ta' kwalunkwe età, livell edukattiv u status okkupazzjonali – tgħaddi f'pajjiż ieħor għal finijiet ta' tagħlim u li:

(a)

jew iseħħ fil-qafas ta' programm Komunitarju fil-qasam ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ,

(b)

jew jissodisfa l-kriterji kollha ta' kwalità li ġejjin:

il-perijodu li l-persuna tqatta' f'pajjiż ieħor iseħħ fil-qafas ta' inizjattiva ta' tagħlim organizzata fil-pajjiż ta' provenjenza tal-persuna li ssegwiha,

l-organizzazzjoni responsabbli għall-inizjattiva ta' tagħlim fil-pajjiż ta' provenjenza (l-organizzazzjoni li tkun qed tibgħat) tistipula ma' l-organizzazzjoni li tkun qed tospita u tippreżenta liċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Europass, jew korp delegat bl-amministrazzjoni ta' l-Europass-Mobility fil-pajjiż ta' provenjenza, ftehim bil-miktub dwar il-kontenut, l-għanijiet u t-tul ta' żmien tal-passaġġ Ewropew ta' tagħlim, filwaqt li tiżgura li hija provduta tħejjija lingwistika xierqa lill-persuna konċernata, u filwaqt li tidentifika mentor fil-pajjiż li jkun qed jospita, li jingħata r-responsabbiltà li jassisti, jinforma, jiggwida u jsegwi lill-persuna konċernata,

kull wieħed mill-pajjiżi involuti għandu jkun Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea jew pajjiż ta' l-EFTA/EEA,

jekk ikun il-każ, l-organizzazzjoni li tkun qed tibgħat u l-organizzazzjoni li tkun qed tospita għandhom jikkoperaw bil-għan li jipprovdu lill-persuna konċernata l-informazzjoni xierqa dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi ta' l-impjiegi, miżuri ta' ugwaljanza u dispożizzjonijiet oħra marbuta max-xogħol li japplikaw fil-pajjiż li jkun qed jospita.

1.3.

L-Europass-Mobility huwa mimli mill-organizzazzjoni li tkun qed tibgħat u minn dik li tkun qed tospita involuti fil-proġett ta' mobbiltà, b'lingwa miftehma bejniethom u mal-persuna konċernata.

Iċ-ċittadini li jiġu mogħtija d-dokument Europass-Mobility għandhom id-dritt jitolbu t-traduzzjoni f'lingwa oħra (it-tieni waħda), magħżula minnhom minn fost il-lingwi ta' l-organizzazzjonijiet li jkunu qed jibgħatu u jospitaw jew lingwa Ewropea terza. Fil-każ ta' lingwa terza, ir-responsabbiltà għat-traduzzjoni taqa' fuq l-organizzazzjoni li tkun qed tibgħat.

1.4.

L-Europass-Mobility jinkludi data personali (ara l-paragrafu 2 hawn taħt). L-isem tal-persuna li hija mogħtija l-Europass-Mobility huwa l-uniku datum personali obbligatorju. L-organizzazzjonijiet li jimlew l-Europass-Mobility jistgħu jimlew biss is-sezzjonijiet l-oħra dwar data personali jekk il-persuna konċernata taqbel ma' dan.

Il-sezzjoni “Kwalifiki” mhijiex obbligatorja billi mhux l-inizjattivi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ iwasslu għal kwalifika uffiċjali.

Kwalunkwe arranġament biex jimtela d-dokument Europass-Mobility b'mod elettroniku – imniżżel mill-Internet jew on line – għandu jippermetti li titneħħa kwalunwe sezzjoni li ma ġietx mimlija biex hekk ma tidher l-ebda sezzjoni vojta fuq l-iskrin jew fil-verżjoni stampata.

1.5.

Iċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Europass huwa responsabbli biex jiżgura li:

id-dokumenti ta' l-Europass-Mobility huma maħruġa biss biex jiġu reġistrati l-passaġġi Ewropej fit-tagħlim,

id-dokumenti kollha ta' l-Europass-Mobility huma mimlija fil-forma elettronika,

id-dokumenti kollha tal-Europass-Mobility huma wkoll mogħtija lit-detenturi tagħhom fuq il-karta, bl-użu ta' folder prodott speċifikament b'koperazzjoni mal-Kummissjoni.

1.6.

Skond l-Artikolu 12(e) ta' din id-Deċiżjoni, fl-amministrazzjoni ta' l-Europass-Mobility, b'mod partikolari fil-forma elettronika tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza huma rispettati bis-sħiħ.

2.   Format komuni ta' l- Europass-Mobility

Fil-kaxxa hawn taħt huma indikati l-istruttura u t-test ta' l-Europass-Mobility. Il-preżentazzjoni tal-formola stampata u dik elettronika, kif ukoll xi modifiki ta' l-istruttura u tat-test, jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Kull element testwali huwa numerat, biex it-tfittxija tiegħu fi glossarju multilingwistiku tkun faċilitata. It-test fil-korsiv huwa maħsub sabiex iservi ta' għajnuna biex jimtela d-dokument. L-oqsma mmarkati bi stilla (*) mhumiex obbligatorji.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

SUPPLIMENT TA' L-EUROPASS GĦAD-DIPLOMA

1.   Deskrizzjoni

1.1.

Is-Suppliment ta' l-Europass għad-Diploma (DS) huwa dokument li jiġi mehmuż ma' diploma ta' edukazzjoni għolja, sabiex issir iktar faċli għal terzi persuni – partikolarment persuni f'pajjiż ieħor – li jifhmu xi tfisser id-diploma f'termini ta' konoxxenza u kompetenzi miksuba mid-detentur tagħha.

Għal din il-fini, id-DS tiddeskrivi n-natura, il-livell, il-kuntest, il-kontenut u l-istatus ta' l-istudji segwiti u kompletati b'suċċess mill-individwu li huwa d-detentur tad-diploma oriġinali li magħha hu mehmuż id-DS. Huwa għalhekk dokument personali, li jirreferi għad-detentur speċifiku tiegħu.

1.2.

Id-DS ma jieħux post id-diploma oriġinali u ma jagħti ebda dritt għal rikonoxximent formali tad-diploma oriġinali mill-awtoritajiet akkademiċi ta' pajjiżi oħra. Min-naħa l-oħra, jiffaċilita valutazzjoni tajba tad-diploma oriġinali, sabiex b'hekk jista' jkun ta' għajnuna biex jinkiseb rikonoxximent mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-persunal li jieħu ħsieb l-ammissjoni f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja.

1.3.

Id-DS huwa maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skond mudell li ġie żviluppat, kif ukoll eżaminat u pperfezzjonat, minn grupp ta' ħidma konġunt kompost mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Kunsill ta' l-Ewropa u mill-UNESCO. Il-mudell tad-DS huwa disponibbli fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Huwa għodda flessibli u mhux preskrittiva, hu maħsub għal skopijiet prattiċi, jista' jiġi adattat għall-ħtiġijiet lokali u huwa suġġett għal reviżjonijiet regolari.

1.4.

Id-DS jinkludi tmien sezzjonijiet, li jidentifikaw id-detentur tal-kwalifika (1) u l-kwalifika nnifisha (2), jagħtu informazzjoni dwar il-livell tal-kwalifika (3), dwar il-kontenut u r-riżultati miksuba (4), u dwar il-funzjoni tal-kwalifika (5), jippermettu iktar informazzjoni (6), jiċċertifikaw is-Suppliment (7); u, finalment, jagħtu informazzjoni dwar is-sistema nazzjonali ta' edukazzjoni għolja (8). L-informazzjoni għandha tiġi provduta fit-tmien sezzjonijiet kollha. Fejn l-informazzjoni mhijiex provduta għandha tingħata spjegazzjoni. L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw għad-DS l-istess proċeduri ta' awtentikazzjoni applikati għall-kwalifika nnifisha.

1.5.

Skond l-Artikolu 12(e) ta' din id-Deċiżjoni, fl-amministrazzjoni tad-DS, b'mod partikolari fil-forma elettronika tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza huma rispettati bis-sħiħ.

2.   Struttura komuni tad-DS

Fil-kaxxa ta' hawn taħt huwa indikat il-mudell komuni, u li ma jorbotx, ta' l-istruttura u tat-test tad-DS. Il-preżentazzjoni kemm tal-formola stampata kif ukoll tal-formola elettronika tiġi mifthema ma' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Il-PORTAFOLL LINGWISTIKU TA' L-EUROPASS

1.   Deskrizzjoni

1.1.

Il-Portafoll Lingwistiku ta' l-Europass (LP), żviluppat mill-Kunsill ta' l-Ewropa, huwa dokument li dawk li qegħdin jitgħallmu l-lingwi jistgħu jirreġistraw fih it-tagħlim lingwistiku u l-esperjenzi u l-kompetenzi kulturali tagħhom.

1.2.

L-LP għandu żewġ funzjonijiet: dik pedagoġika u dik rapportattiva.

Fir-rigward ta' l-ewwel funzjoni, id-dokument huwa mfassal biex isaħħaħ il-motivazzjoni ta' dawk li qed jitgħallmu il-lingwi biex itejbu l-abbiltà tagħhom li jikkomunikaw f'lingwi differenti u biex isegwu tagħlim ġdid u esperjenzi interkulturali. Id-dokument huwa maħsub sabiex jgħin lil dawk li qed jitgħallmu biex jirriflettu fuq l-għanijiet tagħhom ta' tagħlim, jippjanaw it-tagħlim tagħhom u jitgħallmu b'mod awtonomu.

Fir-rigward tal-funzjoni rapportattiva tiegħu, l-għan ta' l-LP huwa li jiddokumenta l-profiċjenza lingwistika tad-detentur b'mod komprensiv, informattiv, trasparenti u affidabbli. Dan jgħin lil min qed jitgħallem biex jiżen il-livelli ta' kompetenza li laħaq f'lingwa barranija waħda jew iktar u jgħinu biex jinforma lill-oħrajn b'mod dettaljat u internazzjonalment komparabbli. Kull kompetenza tingħata valur, irrispettivament jekk tkunx inkisbet fl-ambitu ta' l-edukazzjoni formali jew le.

1.3.

L-LP fih:

passaport lingwistiku li d-detentur jaġġorna regolarment. Is-sid jiddeskrivi/tiddeskrivi l-kapaċitajiet lingwistiċi tiegħu jew tagħha, skond kriterji komuni aċċettati fl-Ewropa kollha,

bijografija lingwistika dettaljata tiddeskrivi l-esperjenzi tat-detentur f'kull lingwa,

dossier li fih jinżammu eżempji ta' xogħol personali biex juru l-kapaċitajiet lingwistiċi.

Il-Portafoll Lingwistiku ta' l-Europass huwa l-proprjetà ta' min qed jitgħallem.

1.4.

Sar ftehim dwar sett ta' prinċipji u linji gwida komuni għall-Portafolli kollha. L-Istati Membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa qegħdin jiżviluppaw mudelli differenti skond l-età ta' min qed jitgħallem u l-kuntest nazzjonali. Il-mudelli kollha għandhom ikunu konformi ma' prinċipji miftehma u għandhom ikunu approvati mill-Kumitat Ewropew ta' Validazzjoni sabiex jintuża l-logo tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Qed jingħata mudell hawn taħt għall-passaport lingwistiku, li huwa s-sezzjoni tal-Portafoll li trid timtela skond struttura definita.

1.5.

Skond l-Artikolu 12(e) ta' din id-Deċiżjoni, fl-amministrazzjoni tal-LP, b'mod partikolari fil-forma elettronika tiegħu, għandhom jittieħdu miżuri xierqa mill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza huma rispettati bis-sħiħ.

2.   Struttura komuni tas-sezzjoni tal-LP

Fil-kaxxa hawn taħt huwa indikat il-mudell komuni u mhux obbligatorju ta' l-istruttura u tat-test tas-sezzjoni tal-Passaport Lingwistiku tal-LP. Il-preżentazzjoni kemm tal-formola stampata kif ukoll ta' dik elettronika tiġi mifthema ma' l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(Logo ta' l-Europass)

PASSAPORT LINGWISTIKU

Profil ta' Kompetenzi Lingwistiċi

Image

Test ta 'immaġni

Sommarju ta' tagħlim lingwistiku u ta' esperjenzi interkulturali

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

IS-SUPPLIMENT TA' L-EUROPASS GĦAĊ-ĊERTIFIKAT

1.   Deskrizzjoni

1.1.

Is-Suppliment ta' l-Europass għaċ-Ċertifikat (CS) huwa dokument mehmuż ma' ċertifikat vokazzjonali, sabiex ikun iktar faċli għal terzi persuni – partikolarment persuni f'pajjiż ieħor – li jifhmu xi jfisser iċ-ċertifikat f'termini ta' kompetenzi miksuba mid-detentur tiegħu.

Għal din il-fini, is-CS jipprovdi informazzjoni dwar:

il-kapaċitajiet u l-kompetenzi miksuba,

il-firxa ta' okkupazzjonijiet aċċessibli,

il-korpi ta' għoti u ta' akkreditazzjoni,

il-livell taċ-ċertifikat,

il-modi differenti kif jista' jinkiseb iċ-ċertifikat,

ir-rekwiżiti għad-dħul u l-opportunitajiet ta' aċċess għal-livell ta' edukazzjoni li jkun imiss.

1.2.

Is-CS ma jieħux post iċ-ċertifikat oriġinali u ma jagħti ebda dritt għal rikonoxximent formali taċ-ċertifikat oriġinali mill-awtoritajiet ta' pajjiżi oħra. Min-naħa l-oħra, jiffaċilita valutazzjoni tajba taċ-ċertifikat oriġinali, sabiex b'hekk jista' jkun ta' għajnuna biex jinkiseb ir-rikonoxximent mill-awtoritajiet kompetenti.

1.3.

Is-CSs huma prodotti mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-livell nazzjonali u maħruġa liċ-ċittadini li jkollhom iċ-ċertifikat korrispondenti skond il-proċeduri miftehma fuq il-livell nazzjonali.

2.   Struttura komuni tas-CS

Fil-kaxxa hawn taħt huwa indikat il-mudell komuni ta' l-istruttura u tat-test tas-CS. Il-preżentazzjoni tal-formola stampata kif ukoll ta' dik elettronika, kif ukoll kwalunkwe modifiki ta' l-istruttura u tat-test, jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

SISTEMA TA' INFORMAZZJONI

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkoperaw sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini individwali jistgħu jimlew, permezz ta' l-Internet, is-CV ta' l-Europass tagħhom u kwalunkwe dokument ieħor ta' l-Europass li mhux neċessarjament jinħareġ minn korpi awtorizzati.

Id-dokumenti kollha ta' l-Europass maħruġa minn korpi awtorizzati huma mimlija fil-forma elettronika u mqegħda għad-dispożizzjoni tad-detenturi tagħhom. Filwaqt li l-għażla ta' l-istrument teknoloġiku adegwat għandha ssir b'koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti b'kont meħud ta' l-iktar teknika moderna u tas-sistemi nazzjonali eżistenti, il-karatteristiċi mniżżla hawn taħt għandhom jiġu żgurati.

1.   Prinċipji ta' tfassil

Sistema miftuħa. Is-sistema ta' informazzjoni ta' l-Europass għandha tiġi żviluppata b' kont meħud ta' l-opportunità għal żviluppi fil-ġejjieni, b'riferenza partikolari għall-inklużjoni ta' dokumenti ulterjuri fil-qafas ta' l-Europass u għall-integrazzjoni mas-servizzi ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' xogħol u ta' tagħlim.

Interoperabbiltà. Il-partijiet tas-sistema ta' informazzjoni ta' l-Europass amministrati fuq livell nazzjonali fil-pajjiżi differenti għandhom ikunu interoperabbli b'mod sħiħ ma' xulxin u mal-partijiet amministrati fuq il-livell Komunitarju.

2.   Amministrazzjoni tad-dokumenti u aċċess għalihom

2.1.

Id-dokumenti ta' l-Europass kollha maħruġa minn korpi awtorizzati għandhom jimtlew fil-forma elettronika skond il-proċeduri miftehma bejn il-korpi li joħorġuhom u ċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Europass u b'mod konformi mal-proċeduri miftehma fuq il-livell Ewropew.

2.2.

Is-CV ta' l-Europass u kwalunkwe dokument ieħor ta' l-Europass li mhux neċessarjament jinħareġ minn korpi awtorizzati għandhom ikunu disponibbli wkoll fil-forma elettronika.

2.3.

Iċ-ċittadini ikollhom id-dritt:

li jimlew, permezz ta' l-Internet, is-CV ta' l-Europass tagħhom u kwalunkwe dokument ieħor ta' l-Europass li mhux neċessarjament jinħareġ minn korpi awtorizzati,

li jistabbilixxu, jaġġornaw u jneħħu links bejn is-CV ta' l-Europass tagħhom u d-dokumenti l-oħra ta' l-Europass tagħhom,

li jehmżu kwalunkwe dokumenti oħra li jsostnu d-dokumenti ta' l-Europass tagħhom,

li jistampaw totalment jew parzjalment l-Europass tagħhom u l-annessi tiegħu, jekk jeżistu.

2.4.

Aċċess għal dokumenti, inkluża data personali, għandu jingħata biss lill-persuna konċernata, konformement mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali rilevanti dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza.


ANNESS VIII

ANNESS FINANZJARJU

1.

In-nefqa hija maħsuba għall-kofinanzjament ta' l-implimentazzjoni fuq il-livell nazzjonali u biex tkopri ċerti spejjeż magħmula fuq il-livell Komunitarju fir-rigward tal-koordinazzjoni, tal-promozzjoni u tal-produzzjoni ta' dokumenti.

2.

Is-sostenn finanzjarju Komunitarju għal attivitajiet ta' implimentazzjoni nazzjonali għandu jiġi provdut permezz ta' għotjiet operattivi ta' kull sena liċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Europass.

Iċ-Ċentri Nazzjonali ta' l-Europass għandhom jiġu stabbiliti bħala persuni ġuridiċi u ma għandhomx jirċievu kwalunkwe għotja operattiva oħra mill-budget tal-Komunità.

2.1.

L-għotjiet għandhom jingħataw wara approvazzjoni ta' programm ta' ħidma relatat ma' l-attivitajiet imniżżla fl-Artikolu 11 ta' din id-Deċiżjoni u bbażati fuq termini speċifiċi ta' riferenza.

2.2.

Ir-rata ta' kofinanzjament ma għandhiex taqbeż il-50 % ta' l-ispejjeż totali ta' l-attivitajiet relevanti.

2.3.

Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għal esperti u għal organizzazzjonijiet li joffru għajnuna teknika, li l-finanzjament tagħha jista' jiġi provdut fil-qafas finanzjarju ġenerali ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tista' torganizza seminars, colloquia jew tali laqgħat oħra ta' esperti li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u tista' tieħu azzjonijiet xierqa ta' informazzjoni, pubblikazzjoni u disseminazzjoni.


31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 2242/2004

tat-22 ta' Diċembru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Komunitarji, minbarra dawk ta' politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koperazzjoni Komunitarja, jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-azzjoni Komunitarja biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2001 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar 'Ir-Rwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni f'Pajjiżi Terzi' ser tkompli lil hinn mill-2004. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali (2) u r-Regolament Nru 976/1999 (3) wrew li huma strumenti legali adegwati għall-implimentazzjoni tas-sostenn tekniku u finanzjarju tal-Komunità għal attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni f'pajjiżi terzi li qed jiżviluppaw u pajjiżi terzi oħra biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali f'dan il-qasam. Il-perijodu ta' validità ta' dawk ir-Regolamenti, madankollu, jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġi estiż dak il-perijodu.

(2)

Abbażi tal-proporzjon ta' l-ammont finanzjarju ta' referenza inkluż fir-Regolament (KE) Nru 976/1999 u l-approprjazzjonijiet indikattivi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni sa l-2006, ammont finanzjarju ta' referenza estiż, fit-tifsira tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget (4), hu mdaħħal f'dan ir-Regolament għat-terminu ta' żmien estiż tal-programm, mingħajr ma jaffettwa b'hekk is-setgħat ta' l-awtorità tal-budget kif definiti mit-Trattat.

(3)

Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) 976/1999 dwar proċeduri għall-implimentazzjoni ta' għajnuna għandhom ikunu allinjati mar-rekwiżiti legali tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet.

(4)

Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jagħmlu parti integrali mir-Regolament (KE) Nru 976/1999. B'mod partikolari, ftehim u kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex twettaq il-miżuri previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (6).

(5)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 976/1999 għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 976/1999 għandu jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nu 976/1999 hu b'dan emendat kif ġej:

1)

Il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3(2):

“(h)

is-sostenn ta' sforzi li jħeġġu l-istabbiliment ta' gruppi ta' pajjiżi demokratiċi f'korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, aġenziji speċjalizzati u organizzazzjonijiet reġjonali.”;

2)

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-Artikolu 5(1):

“Fil-każ ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet u proċedimenti ‘amicus curiae’, persuni fiżiċi għandhom ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar taħt dan ir-Regolament.”;

3)

Fl-Artikolu 6, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Biex ikunu eliġibbli għal għajnuna Komunitarja, l-isħab imsemmija fl-Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza, għandu jkollhom il-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom f'pajjiż terz eliġibbli għal għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament jew fi Stat Membru tal-Komunità.”;

4)

L-Artikolu 8(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-finanzjament Komunitarju taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet jew kuntratti. Fil-qafas ta' operazzjonijiet taħt l-Artikolu 2 membri ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet imħallsa mill-approprjazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni għandhom ikunu reklutati skond il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni.”;

5)

Fl-Artikolu 11, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu 2005-2006 għandu jkun ta' EUR 78 miljun.”;

6)

L-Artikoli 12 u 13 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas għall-ipprogrammar u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet Komunitarji.

Il-qafas għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn:

(a)

programmi indikattivi pluriennali u aġġornamenti annwali ta' dawn il-programmi,

(b)

programmi ta' ħidma annwali.

F'sitwazzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi mhux koperti bi programm ta' ħidma annwali jistgħu jkunu approvati.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport annwali li jistabbilixxi l-programmar għas-sena li jmiss skond ir-reġjun u skond is-settur, u għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-adattament, b'konformità ma' dan ir-Regolament u skond il-ħtiġiet ta' flessibilità, tal-programmi ta' ħidma annwali li kienu definiti fil-qafas ġenerali ta' l-ambjent pluriennali. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jirriflettu l-prijoritajiet u l-ħsibijiet prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u għandhom ikunu determinati min-natura unika tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat bil-proċedimenti.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta operazzjonijiet Komunitarji taħt dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-budget u proċeduri oħra fis-seħħ, b'mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

Artikolu 13

1.   L-istrumenti msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

F'każijiet fejn l-emendi għall-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) ma jaqbżux l-20 % ta' l-ammont globali allokat lilhom jew ma jbiddlux b'mod sostanzjali n-natura tal-proġetti jew tal-programmi li hemm fihom, dawk l-emendi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, deċiżjonijiet ta' finanzjament dwar proġetti u programmi mhux koperti minn programmi ta' ħidma annwali u li jaqbżu l-miljun EUR għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (2).”;

7)

L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 (1), (2), u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (*) għandhom japplikaw, wara li jittieħed kont ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 30 jum.”;

(*)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23."

8)

Fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza għandha titħassar;

9)

L-Artikolu 18 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 18

Kwalunkwe ftehim jew kuntratt konkluż skond dan ir-Regolament għandu jipprovdi b'mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' kontroll, fuq dokumenti u fl-uffiċji jew fil-bini, fuq il-kuntratturi u s-sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji. Ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 (**) għandu japplika.”;

(**)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2."

10)

Fl-Artikolu 21, it-tieni paragrafu, id-data “31 ta' Diċembru 2004” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2006”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

C. VEERMAN


(1)  Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2004 (għada mhux ippubblikata fil-ĠU).

(2)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(3)  ĠU L 120, 8.5.1999, p. 8. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(4)  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehim Interistituzzjonali kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/429/KE (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 25).

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/24


DIRETTIVA 2004/108/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika (3) kienet is-suġġett ta' reviżjoni taħt l-inizjattiva magħrufa bħala Leġislazzjoni Aktar Sempliċi għas-Suq Intern (SLIM). Kemm il-proċess SLIM kif ukoll konsultazzjoni fil-fond suċċessiva wrew il-bżonn li jiġi kompletat, rinfurzat u ċċarat il-qafas stabbilit bid-Direttiva 89/336/KEE.

(2)

L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-komunikazzjonijiet bir-radju, inklużi r-riċezzjoni ta' xandir bir-radju u s-servizz ta' radju dilettantesk li jopera skond ir-regolamenti tar-radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni (ITU), r-rettikolati ta' provvista elettrika u r-rettikolati ta' telekomunikazzjoni, kif ukoll tagħmir konness ma' dan, ikunu mħarsa kontra disturb elettromanjetiku.

(3)

Id-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jiżguraw il-protezzjoni kontra disturb elettromanjetiku għandhom jiġu armonizzati sabiex il-moviment liberu ta' apparat elettriku u elettroniku jkun garantit mingħajr ma jnaqqas l-livelli ġustifikati ta' protezzjoni fl-Istati Membri.

(4)

Il-protezzjoni kontra d-disturb elettromanjetiku teħtieġ l-imposizzjoni ta' obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi diversi. Dawk l-obbligi għandhom jiġu applikati b'mod ġust u effettiv sabiex tintlaħaq tali protezzjoni.

(5)

Il-kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir għandha tiġi regolata bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, jiġifieri, ta' żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa żgurat.

(6)

It-tagħmir kopert b'din id-Direttiva għandu jinkludi kemm apparat kif ukoll stallazzjonijiet fissi. Madankollu, disposizzjonijiet differenti għandhom jiġu adottati għal kull wieħed minn dawn. Dan minħabba li, filwaqt li apparat bħala tali għandu l-moviment liberu fil-Komunità, stallazzjonijiet fissi min-naħa l-oħra huma stallati għall-użu permanenti f'lok predefinit, bħala kompożizzjonijiet ta' tipi varji ta' apparat u, fejn xieraq, strumenti oħra. Il-komposizzjoni u l-funzjonament ta' tali stallazzjonijiet jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għar-rekwiżiti partikolari ta' l-operaturi tagħhom.

(7)

It-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva billi huma diġà regolati bid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4). Ir-rekwiżiti ta' kompatibilità elettromanjetika fiż-żewġ Direttivi jilħqu l-istess livell ta' protezzjoni.

(8)

Inġenji ta' l-ajru jew tagħmir li għandu jiġi stallat f'inġenji ta' l-ajru ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, billi huma diġà suġġetti għal regolamenti speċjali Komunitarji jew internazzjonali li jirregolaw il-kompatibilità elettromanjetika.

(9)

Ma hemmx bżonn li din id-Direttiva tirregola tagħmir li, fin-natura tiegħu, mhux ta' ħsara fir- rigward tal-kompatibilità elettromanjetika.

(10)

Din id-Direttiva ma għandhiex tittratta dwar is-sigurtà ta' tagħmir, billi din hija ttrattata minn leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali separata.

(11)

Fejn din id-Direttiva tirregola l-apparat, għandha tirreferi għal apparat lest li huwa disponibbli kummerċjalment għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità. Ċerti komponenti jew sotto-kompożizzjonijiet għandhom, taħt ċerti kondizzjonijiet, jiġu kkunsidrati bħala apparat jekk ikunu disponibbli għall-utent finali.

(12)

Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata din id-Direttiva huma dawk stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandards  (5). Skond dak l-approċċ, id-disinn u l-fabbrikazzjoni ta' tagħmir huma suġġetti għal rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-kompatibilità elettromanjetika. Dawk ir-rekwiżiti jsibu l-espressjoni teknika tagħhom fi standards armonizzati Ewropej, li għandhom jiġu adottati mid-diversi korpi Ewropej ta' istandardizzazzjoni, l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew għall-Istandards ta' Telekomunikazzjoni (ETSI). Is-CEN, Is-CENELEC u l-ETSI huma rikonoxxuti bħala l-istituzzjonijiet kompetenti fil-qasam ta' din id-Direttiva għall-adozzjoni ta' standards armonizzati li huma jfasslu skond il-linji gwida ġenerali għall-koperazzjoni bejnhom u l-Kummissjoni, u skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (6).

(13)

Standards armonizzati jirriflettu t-teknika l-aktar moderna ġeneralment rikonoxxuta fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' kompatibilità elettromanjetika fl-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fuq il-livell Komunitarju għall-kompatibilità elettromanjetika ta' tagħmir. Ladarba r-referenza għal tali standard tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu għandha tqajjem preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti, għalkemm mezzi oħra biex tintwera tali konformità għandhom ikunu permessi. Konformità ma' standard armonizzat tfisser konformità mad-disposizzjonijiet tiegħu u l-prova ta' dan permezz tal-metodi deskritti mill-istandard armonizzat jew li għalihom jirreferi.

(14)

Fabbrikanti ta' tagħmir intiż biex jiġi konness ma' rettikolati għandhom jibnu tali tagħmir b'mod li r-rettikolati ma jsofrux minn degradazzjoni inaċċettabbli tas-servizz meta użati taħt kondizzjonijiet normali ta' operat. Operaturi ta' rettikolati għandhom jibnu r-rettikolati tagħhom f'tali mod li l-fabbrikanti ta' tagħmir li jista' jiġi konness ma' rettikolati ma jsofrux piż sproporzjonat sabiex iżommu milli r-rettikolati jsofru degradazzjoni inaċċettabbli tas- servizz. L-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni għandhom jieħdu kont xieraq ta' dak il-għan (inkluż l-effetti kumulattivi tat-tipi rilevanti ta' fenomeni elettromanjetiċi) meta jkunu qed jiżviluppaw standards armonizzati.

(15)

It-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' apparat għandu jkun possibbli biss jekk ikun ġie stabbilit mill-fabbrikanti ikkonċernati li tali apparat ġie ddisinnjat u fabbrikat skond ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Apparat mqiegħed fis-suq għandu jkollu t-tikketta “CE” li turi l-konformità ma' din id-Direttiva. Għalkemm l-istima ta' konformità għandha tkun ir-responsabbiltà tal-fabbrikant, mingħajr il-ħtieġa li jiġi involut korp indipendenti ta' stima ta' konformità, l-fabbrikanti għandhom ikunu liberi li jużaw is-servizzi ta' tali korp.

(16)

L-obbligu ta' l-istima ta' konformità għandu jobbliga lill-fabbrikant biex jagħmel stima tal-kompatibilità elettromanjetika ta' l-apparat, ibbażata fuq il-fenomeni rilevanti, sabiex tiġi determinata jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni taħt din id-Direttiva jew le.

(17)

Fil-każijiet fejn apparat huwa kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni fil-konfigurazzjonijiet maħsuba mill-fabbrikant bħala rappreżentattiv ta' l-użu normali fl-applikazzjonijiet intiżi; f'tali każijiet għandu jkun biżżejjed li ssir stima fuq il-bażi tal-konfigurazzjoni li għandha l-ikbar ċans li toħloq l-akbar disturb u l-konfigurazzjoni l-iżjed suxxettibbli għal disturb.

(18)

Stallazzjonijiet fissi, inklużi magni kbar u rettikolati, jistgħu joħolqu disturb elettromanjetiku, jew jistgħu jkunu affettwati minnu. Jista' jkun hemm interface bejn stallazzjonijiet fissi u apparat, u d-disturbi elettromanjetiċi prodotti minn stallazzjonijiet fissi jistgħu jaffettwaw apparat, u viċe-versa. F'termini ta' kompatibilità elettromanjetika, huwa irrilevanti jekk id-disturb elettromanjetiku huwiex prodott minn apparat jew minn stallazzjoni fissa. Għaldaqstant, stallazzjonijiet fissi u apparati għandhom jiġu suġġetti għal sistema koerenti u komprensiva ta' rekwiżiti essenzjali. L-użu ta' standards armonizzati għal stallazzjonijiet fissi għandu jkun possibbli biex tkun ippruvata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali koperti min tali standards.

(19)

Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, stallazzjonijiet fissi ma għandhomx jiġu suġġetti għat-tikkettar “CE” jew għad-dikjarazzjoni ta' konformità.

(20)

Mhuwiex utli li ssir l-istima ta' konformità ta' apparat mqiegħed fis-suq għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa speċifika, u li ma jkunx disponibbli kummerċjalment b'mod ieħor, separatament mill-istallazzjoni fissa li fiha ser jiġi nkorporat l-apparat. Għalhekk tali apparat għandu jiġi eżentat mill-proċeduri ta' stimar ta' konformità normalement applikabbli għal apparat. Madankollu, tali apparat ma għandhux jitħalla jikkomprometti l-konformità ta' l-istallazzjoni fissa li fiha jiġi nkorporat. Jekk apparat jiġi nkorporat f'iżjed minn stallazzjoni waħda fissa identika, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi ta' kompatibilità elettromanjetika ta' dawn l-istallazzjonijiet għandha tkun biżżejjed biex tkun żgurata l-eżenzjoni mill-proċedura ta' stima ta' konformità.

(21)

Perijodu transitorju huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-fabbrikant u l-partijiet konċernati l-oħra jkunu kapaċi jadattaw għas-sistema regolatorja l-ġdida.

(22)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern billi jkun hemm ir-rekwiżit li tagħmir jikkonforma ma' livell xieraq ta' kompatibilità elettromanjetika, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(23)

Id-Direttiva 89/336/KE għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tirregola l-kompatibilità elettromanjetika ta' tagħmir. L-għan tagħha hu li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern billi teħtieġ li tagħmir jikkonforma ma' livell adegwat ta' kompatibilità elettromanjetika. Din id-Direttiva tapplika għal tagħmir kif definit fl-Artikolu 2.

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

tagħmir kopert bid-Direttiva 1999/5/KE;

(b)

prodotti, partijiet u appliances aeronawtiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (7);

(ċ)

tagħmir tar-radju utilizzat minn dilettanti tar-radju fit-tifsira tar-Regolamenti tar-Radju adottati fil-qafas tal-Kostituzzjoni u Konvenzjoni ta' l-ITU (8), sakemm it-tagħmir ma jkunx disponibbli kummerċjalment. Kitts ta' komponenti li għandhom jiġu mmuntati minn dilettanti tar-radju u tagħmir kummerċjali modifikat minn dilettanti tar-radju u għall-użu minnhom ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħmir disponibbli kummerċjalment;

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tagħmir li n-natura inerenti tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu hija tali li:

(a)

mhux kapaċi li jiġġenera jew li jikkontribwixxi għal emissjonijiet elettromanjetiċi li jaqbżu livell li jippermetti lit-tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni u tagħmir ieħor li jaħdem kif intiż; u

(b)

jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli fil-preżenza tad-disturb elettromanjetiku li normalment iseħħ bl-użu intiż tiegħu.

4.   Fejn, għat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, parti jew it-totalità tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I huma stabbiliti iżjed speċifikament minn direttivi Komunitarji oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, għal dak it-tagħmir fir-rigward ta' tali rekwiżiti mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' dawk id-direttivi.

5.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali dwar is-sigurtà ta' tagħmir.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“tagħmir” tfisser kwalunkwe apparat jew stallazzjoni fissa;

(b)

“apparat” tfisser kwalunkwe appliance lesta, jew kombinazzjoni ta' appliances lesti, li huma disponibbli kummerċjalment bħala unità funzjonali waħda, intiżi għall-użu mill-utent aħħari, u li x'aktarx joħolqu disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x'aktarx tkun affettwata minn tali disturb;

(ċ)

“Stallazzjoni fissa” tfisser kombinazzjoni partikolari ta' diversi tipi ta' apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma mmuntati, installati u intiżi biex jiġu wżati b'mod permanenti f'lok predefinit;

(d)

“kompatibilità elettromanjetika” tfisser il-kapaċità ta' tagħmir li jaħdem b'mod sodisfaċenti fl-ambjent elettromanjetiku tiegħu mingħajr ma jintroduċi disturb elettromanjetiku intollerabbli għal tagħmir ieħor f'dak l-ambjent;

(e)

“disturb elettromanjetiku” tfisser kwalunkwe fenomenu elettromanjetiku li jista' jiddegrada l-prestazzjoni tat-tagħmir. Disturb elettromanjetiku jista' jkun ħoss elettromanjetiku, sinjal mhux mixtieq jew bidla fil-mezz ta' propagazzjoni innifsu;

(f)

“immunità” tfisser il-kapaċità ta' tagħmir li jaħdem kif suppost mingħajr degradazzjoni fil-preżenza ta' disturb elettromanjetiku;

(g)

“għanijiet ta' sigurtà” tfisser l-għanijiet tal-ħarsien tal-ħajja umana jew tal-proprjetà;

(h)

“ambjent elettromanjetiku” tfisser il-fenomeni elettromanjetiċi kollha osservabbli f'lok determinat.

2.   Għall-finijiet ta' din id-Direttiva dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat bħala apparat fis-sens tal-paragrafu 1(b):

(a)

“komponenti” jew “sotto-komposizzjonijiet” intiżi għall-inkorporazzjoni f'apparat mill-utent finali, li jistgħu jiġġeneraw disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x'aktarx tkun affettwata minn tali disturb;

(b)

“stallazzjonijiet mobbli” tfisser kombinazzjoni ta' apparat, u fejn applikabbli, ta' mezzi oħra, intiż biex jiġi mċaqlaq u operat f'diversi lokalitajiet.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u/jew tqegħid fis-servizz

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li tagħmir jitqiegħed fis-suq u/jew fis-servizz biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva meta jkun stallat, miżmum u wżat kif suppost għall-iskop intiż tiegħu.

Artikolu 4

Moviment liberu ta' tagħmir

1.   L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kompatibilità elettromanjetika, t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta' tagħmir li jikkonforma ma' din id-Direttiva.

2.   Ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru tal-miżuri speċjali li ġejjin dwar it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta' tagħmir:

(a)

miżuri sabiex tingħeleb problema ta' kompatibilità elettromanjetika eżistenti jew imbassra f'sit speċifiku;

(b)

miżuri meħudin għal raġunijiet ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' rettikolati pubbliċi ta' telekomunikazzjoni jew ta' stazzjonijiet li jirċievu jew li jittrasmettu meta wżati għal skopijiet ta' sigurtà f'sitwazzjonijiet ta' spettru definiti tajjeb.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawn il-miżuri speċjali.

Il-miżuri speċjali li ġew aċċettati għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   L-Istati Membri ma għandhom joħolqu l-ebda ostakolu għall-wiri u/jew id-dimostrazzjoni f'fieri, f'esibizzjonijiet jew f'avvenimenti simili ta' tagħmir li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva, kemm-il darba sinjal viżibbli jindika biċ-ċar li tali tagħmir ma għandux jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx inġieb f'konformità ma' din id-Direttiva. Dimostrazzjoni tista' sseħħ biss bil-kundizzjoni li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati disturbi elettromanjetiċi.

Artikolu 5

Rekwiżiti essenzjali

It-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 6

Standards armonizzati

1.   “Standards armonizzati” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp Ewropew ta' standardizzazzjoni rikonoxxut taħt mandat mill-Kummissjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE bil-ħsieb li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew. Il-konformità ma' “standard armonizzat” mhix obbligatorja.

2.   Il-konformità ta' tagħmir ma' l-istandards armonizzati rilevanti li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tqajjem preżunzjoni, min-naħa ta' l-Istati Membri, ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I li għalih jirreferu tali standards. Din il-preżunzjoni ta' konformità hija limitata għall-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard(s) armonizzat(i) applikat(i) u r-rekwiżiti essenzjali rilevanti koperti minn tali standard(s) armonizzat(i).

3.   Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I, għandhom iġibu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE (minn issa 'l quddiem “il-Kumitat”), u jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

4.   Wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin fir-rigward tar-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat:

(a)

li ma tippubblikax;

(b)

li tippubblika b'restrizzjonijiet;

(ċ)

li żżomm ir-referenza fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

(d)

li tirtira r-referenza mill-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri mingħajr dewmien bid-deċiżjoni tagħha.

KAPITOLU II

APPARAT

Artikolu 7

Proċedura ta' stima ta' konformità għall-apparat

Il-konformità ta' apparat mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I għandha tkun murija permezz tal-proċedura deskritta fl-Anness II (kontroll intern tal-produzzjoni). Madankollu, l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jistgħu jagħżlu li tiġi segwita l-proċedura deskritta fl-Anness III.

Artikolu 8

It-Tikketta “CE”

1.   Apparat li l-konformità tiegħu ma' din id-Direttiva ġiet stabbilita permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 għandu jkollu t-tikketta “CE” li tagħti prova ta' dan il-fatt. It-twaħħil tat-tikketta “CE” għandha tkun ir-responsabbiltà tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità. It-tikketta “CE” għandha titwaħħal skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu t-twaħħil ma' l-apparat jew ma' l-imballaġġ tiegħu, jew ma' l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu, ta' tikketti li x'aktarx iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira u/jew tal-forma grafika tat-tikketta “CE”.

3.   Kwalunkwe tikketta oħra tista' titwaħħal ma' l-apparat, ma' l-imballaġġ tiegħu, jew ma' l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu, kemm-il darba la tiġi mfixkla l-viżibbiltà u lanqas il-leġibbiltà tat-tikketta “CE”.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, jekk awtorità kompetenti tistabbilixxi li t-tikketta “CE” ġiet imwaħħla meta mhux suppost, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jġib l-apparat f'konformità mad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-tikketta “CE” taħt kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru ikkonċernat.

Artikolu 9

Tikketti oħra u informazzjoni

1.   Kull apparat għandu jkun identifikat fir-rigward ta' tip, partita, numru tas-serje jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-apparat.

2.   Kull apparat għandu jkun akkumpanjat mill-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk dan ma jkunx stabbilit fil-Komunità, mill-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tal-persuna fil-Komunità li tkun responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq tal-Komunità.

3.   Il-fabbrikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-apparat jiġi mmuntat, stallat, mantnut jew użat, sabiex jiġi żgurat li, meta jitqiegħed fis-servizz, l-apparat ikun konformi mar-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1.

4.   L-apparat li għalih il-konformità mar-rekwiżiti ta' protezzjoni mhix żgurata f'żoni residenzjali għandu jkun akkumpanjat minn indikazzjoni ċara ta' din ir-restrizzjoni fl-użu, fejn xieraq fuq l-imballaġġ ukoll.

5.   L-informazzjoni meħtieġa li tippermetti li apparat jista' jintuża skond l-iskop intiż tiegħu għandha tinstab fl-istruzzjonijiet li jiġu ma' l-apparat.

Artikolu 10

Salvagwardji

1.   Fejn Stat Membru jaċċerta li apparat li għandu t-tikketta “CE” ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira l-apparat mis-suq, biex jipprojbixxi it-tqegħid tiegħu fis-suq jew fis-servizz, jew biex jirristrinġi l-moviment liberu tiegħu.

2.   L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih bi kwalunkwe tali miżura, waqt li jindika r-raġunijiet u jispeċifika, b'mod partikolari, jekk in-nuqqas ta' konformità tkunx minħabba:

(a)

n-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I, fejn l-apparat ma jkunx jikkonforma ma' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6;

(b)

applikazzjoni inkorretta ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6;

(ċ)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista' jkun malajr, u wara dan għandha tinforma lill-Istati Membri dwar jekk issibx li l-miżuri huma ġustifikati jew le.

4.   Fejn il-miżura msemmija fil-paragrafu 1 hija attribwita għal nuqqas fl-istandards armonizzati, l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet, għandha, jekk l-Istat Membru konċernat għandu l-ħsieb li jżomm il-miżura fis-seħħ, iġġib il-kwistjoni quddiem il-Kumitat u tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(3) u (4).

5.   Fejn l-apparat li ma jkunx konformi jkun ġie suġġett għall-proċedura ta' stima ta' konformità msemmija fl-Anness III, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-azzjoni xierqa fir-rigward ta' l-awtur tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III, punt 3, u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'dan.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet ta' irtirar, projbizzjoni jew restrizzjoni tal-moviment liberu ta' apparat

1.   Kwalunkwe deċiżjoni meħuda b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-irtirar ta' apparat mis-suq, għall-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tat-tqegħid tiegħu fis-suq jew fis-servizz, jew għar-restrizzjoni tal-moviment liberu tiegħu, għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata. Tali deċiżjonijiet għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi nfurmata dwar ir-rimedji li huma disponibbli lilha taħt il-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru in kwistjoni u dwar il-limiti ta' żmien li japplikaw għal dawn ir-rimedji.

2.   Fil-każ ta' deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-fabbrikant, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jew kwalunkwe parti oħra interessata għandhom ikollhom l-opportunità li jippreżentaw il-fehma tagħhom minn qabel, ħlief jekk tali konsultazzjoni ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza tal-miżura li għandha tittieħed kif ġustifikat b'mod partikolari fir-rigward ta' ħtiġiet ta' interess pubbliku.

Artikolu 12

Korpi notifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi li huma nnominaw biex iwettqu l-inkarigi msemmija fl-Anness III. Meta jiddeterminaw il-korpi li għandhom jiġu nominati, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI.

Tali notifika għandha tiddikjara jekk il-korpi humiex nominati biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Anness III għal kull apparat kopert minn din id-Direttiva, u/jew ir-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I jew jekk l-ambitu tan-nomina hux limitat għal ċerti aspetti speċifiċi u/jew kategoriji ta' apparat.

2.   Korpi li jikkonformaw mal-kriterji ta' stima stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti għandhom jkunu preżunti bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI koperti minn tali standards armonizzati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riferenzi ta' dawn l-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi notifikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.

4.   Jekk Stat Membru isib li korp notifikat ma jkunx jissodisfa l-kriterji mniżżla fl-Anness VI, għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni għandha tirtira r-referenza għal dak il-korp mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

KAPITOLU III

STALLAZZJONIJIET FISSI

Artikolu 13

Stallazzjonijiet fissi

1.   Apparat li jkun tqiegħed fis-suq u li jista' jiġi nkorporat fi stallazzjoni fissa huwa suġġett għad-disposizzjonijiet rilevanti kollha għal apparat stabbiliti f'din id-Direttiva.

Madankollu, d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 7, 8 u 9 ma għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta' apparat li huwa intiż għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa determinata u mhux disponibbli kummerċjalment b'mod ieħor. F'tali każijiet, id-dokumentazzjoni li tiġi miegħu għandha tidentifika l-istallazzjoni fissa u l-karatteristiċi ta' kompatibilità elettromanjetika tagħha u għandha tindika l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-inkorporazzjoni ta' l-apparat fl-istallazzjoni fissa sabiex il-konformità ta' dik l-istallazzjoni ma tiġix kompromessa. Għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2).

2.   Fejn hemm indikazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità ta' l-istallazzjoni fissa, b'mod partikolari, fejn hemm ilmenti dwar disturbi kkawżati mill-istallazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jitolbu evidenza ta' konformità ta' l-istallazzjoni fissa, u, fejn xieraq, jagħtu bidu għal stima.

Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu miżuri xierqa biex l-istallazzjoni fissa tinġieb f'konformità mar-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, il-punt 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-disposizzjonijiet neċessarji għall-identifikazzjoni tal-persuna jew persuni responsabbli għall-istabbiliment ta' konformità ta' stallazzjoni fissa mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.

KAPITOLU IV

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Revoka

Id-Direttiva 89/336/KEE hija b'dan revokata minn 20 ta' Lulju 2007.

Ir-referenzi għad-Direttiva 89/336/KEE għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond l-iskeda ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 15

Disposizzjonijiet transitorji

L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' tagħmir li jikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/336/KEE u li tqiegħed fis-suq qabel 20 ta' Lulju 2009.

Artikolu 16

Trasposizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 20 ta' Jannar 2007. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet minn 20 ta' Lulju 2007. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  ĠU C 220, 16.9.2003, p. 13.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2004 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 2004.

(3)  ĠU L 139, 23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).

(4)  ĠU L 91, 7.4.1999, p.10. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(6)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(7)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(8)  Kostituzzjoni u Konvenzjoni ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Plenipotenzjarja Addizzjonali (Ġinevra, 1992) kif emendati mill-Konferenza Plenipotenzjarja (Kyoto, 1994).


ANNESS I

REKWIŻITI ESSENZJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5

1.   Rekwiżiti ta' Protezzjoni

Tagħmir għandu jkun iddisinjat u fabbrikat, b'konsiderazzjoni għat-teknika l-aktar moderna, b'mod li jiġi żgurat li:

(a)

id-disturb elettromanjetiku ġenerat ma jaqbiżx il-livell li 'l fuq minnu tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir ieħor ma jistax jopera kif intiż;

(b)

għandu livell ta' immunità għad-disturb elettromanjetiku li hu mistenni fl-użu intiż tiegħu li jippermettilu li jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli ta' l-użu intiż tiegħu.

2.   Rekwiżiti speċifiċi għal stallazzjonijiet fissi

Stallazzjoni u użu intiż ta' komponenti

Stallazzjoni fissa għandha tiġi stallata bl-użu ta' prattiċi tajbin ta' inġinerija u skond l-informazzjoni dwar l-użu intiż tal-komponenti tagħha, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fil-Punt 1. Dawk il-prattiċi tajbin ta' inġinerija għandhom jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni għandha tinżamm mill-persuna/i responsabbli għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal skopijiet ta' spezzjoni sakemm l-istallazzjoni fissa tibqa' topera.


ANNESS II

PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

(kontroll intern tal-produzzjoni)

1.

Il-fabbrikant għandu jagħmel stima tal-kompatibilità elettromanjetika ta' l-apparat, fuq il-bażi tal-fenomeni rilevanti, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1. L-applikazzjoni korretta ta' l-istandards armonizzati rilevanti kollha li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ekwivalenti għat-twettieq ta' l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika.

2.

L-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tqis il-kondizzjonijiet normali kollha ta' l-operat li jkunu intiżi. Fejn l-apparat hu kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1, fil-konfigurazzjonijiet kollha possibbli identifikati mill-fabbrikant bħala rappreżentattivi ta' l-użu intiż tiegħu.

3.

Skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV, il-fabbrikant għandu jħejji dokumentazzjoni teknika li tipprovdi evidenza tal-konformità ta' l-apparat mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva.

4.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal mhux inqas minn għaxar snin wara d-data li fiha tali apparat ġie fabbrikat l-aħħar.

5.

Il-konformità ta' apparat mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha għandha tiġi attestata permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE maħruġa mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità.

6.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal perijodu ta' mill-inqas għaxar snin wara d-data li fiha tali apparat ġie fabbrikat l-aħħar.

7.

Jekk la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, l-obbligu li d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed l-apparat fis-suq tal-Komunità.

8.

Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma fabbrikati skond id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3 u mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

9.

Id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandhom jitħejjew skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.


ANNESS III

PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7

1.

Din il-proċedura tikkonsisti fl-applikazzjoni ta' l-Anness II, ikkompletat kif ġej:

2.

Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni teknika lill-korp notifikat msemmi fl-Artikolu 12 u jitlob lill-korp notifikat għal stima tagħha. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jispeċifika lill-korp notifikat liema aspetti tar-rekwiżiti essenzjali iridu jiġu stmati mill-korp notifikat.

3.

Il-korp notifikat għandu jirrevedi d-dokumentazzjoni teknika u jistma jekk id-dokumentazzjoni teknika tkunx turi b'mod tajjeb li r-rekwiżiti tad-Direttiva li għandu jistma jkunu ntlaħqu. Jekk il-konformità ta' l-apparat tiġi konfermata, il-korp notifikat għandu joħroġ dikjarazzjoni lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità li tikkonferma l-konformità ta' l-apparat. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-aspetti tar-rekwiżiti essenzjali li ġew stmati mill-korp notifikat.

4.

Il-fabbrikant għandu jżid id-dikjarazzjoni tal-korp notifikat mad-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS IV

DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-KE

1.   Dokumentazzjoni Teknika

Id-dokumentazzjoni teknika trid tagħmilha possibli li tiġi stmata li l-konformità ta' l-apparat mar-rekwiżiti essenzjali. Għandha tkopri d-disinn u l-fabbrikazzjoni ta' l-apparat, b'mod partikolari:

deskrizzjoni ġenerali ta' l-apparat;

evidenza ta' konformità, ma' l-istandards armonizzati, jekk dawn jeżistu, applikati għal kollox jew in parti;

fejn il-fabbrikant ma jkunx applika standards armonizzati, jew applikahom biss in parti, deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-passi meħudin biex ir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva jintlaħqu, inklużi deskrizzjoni ta' l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika stabbilita fl-Anness II, il-punt 1 riżultati tal-kalkoli tad-disinn, eżaminazzjonijiet, rapporti ta' testijiet, eċċ.;

dikjarazzjoni mill-korp notifikat, fejn il-proċedura msemmija fl-Anness III ġiet segwita.

2.   Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE

Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandha ta' l-inqas tinkludi dan li ġej:

referenza għal din id-Direttiva;

identifikazzjoni ta' l-apparat li għalih tirreferi, kif stabbilit fl-Artikolu 9(1);

l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità;

referenza datata għall-ispeċifikazzjonijiet li taħthom hija dikjarata l-konformità sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-apparat mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva;

id-data tad-dikjarazzjoni;

l-identifità u l-firma tal-persuna li għandha s-setgħa li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


ANNESS V

TIKKETTA CE IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8

It-tikketta “CE” għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE” li jieħdu il-forma li ġejja:

Image

It-tikketta “CE” għandha jkollha għoli ta' mill-inqas 5mm. Jekk it-tikketta “CE” tiċċekken jew titkabbar, il-proporzjonijiet li jidhru fil-grafika ta' hawn fuq iridu jiġu rispettati.

It-tikketta “CE” għandha titwaħħal ma' l-apparat jew mat-targa tad-data tiegħu. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natuara ta' l-apparat, għandha titwaħħal ma' l-imballaġġ, jekk dan jeżisti, u mad-dokumenti li jakkumpanjaw l-apparat.

Fejn l-apparat huwa s-suġġett ta' Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-tikketta “CE”, din ta' l-aħħar għandha tindika li l-apparat jikkonforma wkoll ma' dawk id-Direttivi l-oħra.

Madankollu, fejn waħda jew iżjed minn dawk id-Direttivi jippermettu lill-fabbrikant, matul perijodu transitorju, li jagħżel liema arranġamenti japplika, t-tikketta “CE” għandha tindika biss il-konformità ma' dawk id-Direttivi applikati mill-fabbrikant. F'dak il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, hekk kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, fin-notifiki jew fl-istruzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw tali apparat.


ANNESS VI

KRITERJI GĦALL-ISTIMA TAL-KORPI LI GĦANDHOM JIĠU NOTIFIKATI

1.

Il-korpi notifikati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:

(a)

disponibbiltà ta' persunal u tal-mezzi u t-tagħmir meħtieġ;

(b)

kompetenza teknika u integrità professjonali tal-persunal;

(ċ)

indipendenza fit-tħejjija tar-rapporti u fit-twettiq tal-funzjoni ta' verifika previsti f'din id-Direttiva;

(d)

indipendenza ta' l-impjegati u tal-persunal tekniku fir-rigward ta' partijiet interessati, ta' gruppi jew ta' persuni konċernati direttament jew indirettament mat-tagħmir in kwistjoni;

(e)

rispett tas-segretezza professjonali mill-persunal;

(f)

pussess ta' assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili ħlief jekk tali responsabiltà mhix koperta mill-Istat Membru taħt il-liġi nazzjonali.

2.

It-twettiq tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 għandu jiġi vverifikat perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.


ANNESS VII

SKEDA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 89/336/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1, punt 1

Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ)

Artikolu 1, punt 2

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 1, punt 3

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 1, punt 4

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 1, punti 5 u 6

-

Artikolu 2(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 2(3)

Artikolu 1(2)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 5 u Anness I

Artikolu 5

Artikolu 4(1)

Artikolu 6

Artikolu 4(2)

Artikolu 7(1)(a)

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 7(1)(b)

-

Artikolu 7(2)

-

Artikolu 7(3).

-

Artikolu 8(1).

Artikolu 6(3) u (4)

Artikolu 8(2).

-

Artikolu 9(1).

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 9(2).

Artikolu 10(3) u (4)

Artikolu 9, (3).

Artikolu 10(5)

Artikolu 9, (4).

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7, Annessi II u III

Artikolu 10(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 8

Artikolu 10(2)

Artikolu 7, Annessi II u III

Artikolu 10(3)

-

Artikolu 10(4)

-

Artikolu 10(5)

Artikolu 7, Annessi II u III

Artikolu 10(6)

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 13

Artikolu 18

Anness I, punt 1

Anness IV, punt 2

Anness I, punt 2

Anness V

Anness II

Anness VI

Anness III, l-aħħar paragrafu

Artikolu 9(5)


31.12.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 390/38


DIRETTIVA 2004/109/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Diċembru 2004

dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 44 u 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Swieq ta' titoli li jkunu effiċjenti, trasparenti u integrati jikkontribwixxu għal suq waħdieni ġenwin fil-Komunità u jsostnu t-tkabbir u l-ħolqien ta' xogħol permezz ta' allokazzjoni aħjar tal-kapital u permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż. Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni preċiża, komprensiva u fil-ħin dwar l-emittenti jibni kunfidenza dejjiema fl-investitur u jippermetti li ssir stima informata tar-rendiment u ta' l-assi tan-negozju tagħhom. Dan itejjeb kemm il-protezzjoni ta' l-investitur kif ukoll l-effiċjenza tas-suq.

(2)

Għal dan il-fini, l-emittenti ta' titoli għandhom jiżguraw trasparenza xierqa għall-investituri permezz ta' l-għoti regolari ta' informazzjoni. Għall-istess fini, l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom id-dritt tal-vot jew l-istrumenti finanzjarji li jagħtu l-jedd li jinkisbu ishma eżistenti bi drittijiet tal-vot, għandhom jinformaw ukoll lill-emittenti bl-akkwist jew b'bidliet oħra f'holdings importanti f'kumpanniji sabiex dawn ta' l-aħħar ikunu f'posizzjoni li jżommu lill-pubbliku informat.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 1999, intitolata “Implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni”, tidentifika serje ta' azzjonijiet li huma meħtieġa sabiex is-suq waħdieni għas-servizzi finanzjarji jitlesta. Il-Kunsill Ewropew ta' Lisbona ta' Marzu 2000 isejjaħ għall-implimentazzjoni ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni sa l-2005. Il-Pjan ta' Azzjoni jenfasizza l-ħtieġa li titħejja Direttiva li ttejjeb ir-rekwiżiti ta' trasparenza. Din il-ħtieġa ġiet ikkonfermata mill-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002.

(4)

Din id-Direttiva għandha tkun kompatibbli mad-dmirijiet u mad-doveri konferiti fuq is-Sistema Ewropea ta' Banek ċentrali (SEBĊ) u fuq il-banek ċentrali ta' l-Istati Membri mit-Trattat u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek ċentrali u tal-Bank ċentrali Ewropew; f'dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-banek ċentrali ta' l-Istati Membri li fil-preżent għandhom l-ishma tagħhom ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, sabiex ikun garantit li jiġu segwiti l-għanijiet primarji tal-liġi Komunitarja.

(5)

L-armonizzazzjoni akbar tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni perjodika u kontinwa għall-emittenti ta' titoli għandha twassal għal livell għoli ta' protezzjoni min-naħa ta' l-investitur fil-Komunità kollha. Madankollu, din id-Direttiva ma taffettwax il-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità dwar unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv minbarra dawk tat-tip magħluq, jew dwar unitajiet akkwistati jew trasferiti f'impriżi bħal dawn.

(6)

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, is-sorveljanza ta' emittent jew ta' titoli ta' debitu, meta d-denominazzjoni ta' kull unità tkun inqas minn EUR 1 000, l-aħjar li ssir mill-Istat Membru fejn l-emittent jkollu l-uffiċju reġistrat tiegħu. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza mad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ. (4) Bl-istess mod, għandha tkun introdotta ċerta flessibiltà sabiex l-emittenti minn pajjiżi terzi u l-kumpanniji tal-Komunità jkollhom għażla ta' Stat Membru ta' l-oriġini meta joħorġu titoli għajr dawk imsemmija hawn fuq.

(7)

Livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur fil-Komunità kollha jgħin it-tneħħija ta' xkiel għall-ammissjoni ta' titoli fis-swieq regolati li jkunu jinsabu jew joperaw fi Stat Membru. Stati Membri għajr l-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandhomx jitħallew jillimitaw l-ammissjoni ta' titoli fuq is-swieq regolati tagħhom permezz ta' l-imposizzjoni ta' rekwiżiti aktar stretti fir-rigward ta' l-informazzjoni perjodika u kontinwa dwar l-emittenti li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

(8)

It-tneħħija ta' xkiel fuq il-bażi tal-prinċipju ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini taħt din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa oqsma li mhumiex koperti b'din id-Direttiva, bħal ma huma d-drittijiet ta' l-azzjonisti li jintervjenu fl-amministrazzoni ta' l-emittent. Lanqas ma għandha taffettwa d-dritt ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini li jitlob lill-emittent sabiex jippubblika, barra dan kollu, l-informazzjoni regolata kollha jew partijiet minnha fil-gazzetti.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards ta'kontabilità internazzjonali (5) diġà witta t-triq għall-konverġenza ta' standards ta' rappurtaġġ finanzjarju madwar il-Komunità għall-emittenti li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li huma meħtieġa jħejju kontijiet ikkonsolidati. B'hekk, ġie diġà stabbilit reġim speċifiku għall-emittenti tat-titoli li jmur lil hinn mis-sistema ġenerali għall-kumpanniji kollha, kif stabbilit fid-Direttivi dwar il-Liġi tal-Kumpanniji. Din id-Direttiva tibni fuq dan il-metodu fir-rigward ta' rappurtaġġ finanzjarju annwali u interim, li jinkludi l-prinċipju li tingħata stampa vera u ġusta ta' l-attiv, tal-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf ta' l-emittent. Dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor, bħala parti minn rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur, jirrappreżentaw ukoll bażi biżżejjed għall-għoti ta' din l-istampa vera u ġusta ta' l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja ta' l-emittent.

(10)

Rapport finanzjarju annwali għandu jiżgura li tingħata informazzjoni matul is-snin ladarba it-titoli ta' l-emittent jkunu ġew ammessi f'suq regolat. Li l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji annwali ssir iżjed faċli hu utli biss għal investituri fi swieq tat-titoli jekk ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fi ħdan ċertu perjodu ta' żmien wara t-tmiem tas-sena finanzjarja. Fir-rigward ta' titoli ta' debitu li kienu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li nħarġu minn emittenti inkorporati f'pajjiż terz, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' taħt ċerti kondizzjonjiet jippermetti lill-emittenti sabiex ma jħejjux rapporti finanzjarji annwali skond l-istandards meħtieġa taħt din id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva tintroduċi rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur aktar komprensivi għall-emittenti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Dan għandu jippermetti lill-investituri sabiex jagħmlu stima aktar informata tas-sitwazzjoni ta' l-emittent.

(12)

Stat Membru ta' l-oriġini jista' jistabbilixxi eżenzjonijiet mid-dmir ta' rappurtaġġ ta' kull sitt xhur għall-emittenti ta' dejn fil-każ ta':

istituzzjonijiet ta' kreditu li jaġixxu bħala emittenti żgħar ta' titoli ta' debitu, jew

emittenti li jkunu diġà eżistenti mad-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, li esklussivament joħorġu titoli ta' debitu li jkunu garantiti bla kondizzjoni u b'mod irrevokabbli ggarantiti mill-Istat Membru ta' l-oriġini jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali tiegħu, jew

matul perjodu transitorju ta' għaxar snin, fir-rigward biss ta' dawk it-titoli ta' debitu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat qabel l-1 ta' Jannar 2005 li jistgħu jinxtraw minn investituri professjonali biss. Jekk eżenzjoni bħal din tingħata mill-Istat Membru ta' l-oriġini, din tista' tiġi estiża fir-rigward ta' kwalunkwe titoli ta' debitu ammessi f'suq regolat minn hemm 'il quddiem.

(13)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu l-impenn tal-Kummissjoni li tikkunsidra malajr li ttejjeb it-trasparenza fil-politika ta' rimunerazzjoni, ir-rimunerazzjoni totali mħallsa (inkluż kwalunkwe kumpens kontinġenti jew diferit) u benefiċċji in natura mogħtija lil kull membru tal-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza taħt il-Pjan ta' Azzjoni tagħha għall-“Immodernizzar tal-Liġi tal-Kumpanniji u t-Titjib tal-Kontroll tal-Kumpanniji fl-Unjoni Ewropea” tal-21 ta' Mejju 2003 u l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel Rakkommandazzjoni fuq dan is-suġġett fil-futur qrib.

(14)

L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jinkoraġġixxi lill-emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li l-attivitajiet prinċipali tagħhom huma fl-industrija estrattiva sabiex jiżvelaw pagamenti lill-gvernijiet fir-rapport finanzjarju annwali tagħhom. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jinkoraġġixxi wkoll żjieda fit-trasparenza ta' pagamenti bħal dawn fi ħdan il-qafas stabbilit fid-diversi fora finanzjarji internazzjonali.

(15)

Id-Direttiva ser tagħmel ukoll ir-rappurtaġġ ta' kull sitt xhur obbligatorju għall-emittenti ta' titoli ta' debitu biss fi swieq regolati. Għandhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet biss għal swieq bl-ingrossa fuq il-bażi ta' denominazzjoni għal kull unità li tibda minn EUR 50 000, hekk kif mogħti fid-Direttiva 2003/71/KE. Fejn jinħarġu titoli ta' debitu taħt munita oħra, l-eżenzjonjiet għandhom ikunu possibbli biss fejn id-denominazzjoni għal kull unità f'munita bħal din, fid-data tal-ħruġ, tkun għallinqas ekwivalenti għal EUR 50 000.

(16)

Informazzjoni aktar fil-ħin u aktar affidabbli dwar ir-rendiment ta' l-emittent matul is-sena finanzjarja teħtieġ ukoll frekwenza ogħla ta' informazzjoni interim. Għalhekk għandu jiġi introdott obbligu li tiġi ppubblikata dikjarazzjoni ta' ġestjoni interim matul l-ewwel perjodu ta' sitt xhur u dikjarazzjoni ta' ġestjoni interim oħra matul it-tieni perjodu ta' sitt xhur tas-sena finanzjarja. Emittenti li diġà jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji ta' kull tliet xhur m'humiex meħtieġa li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni interim.

(17)

Għandhom ikunu applikabbli għall-emittent, għall-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza tiegħu, jew għall-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, regoli xierqa ta' responsabbiltà, kif stabbilit minn kull Stat Membru taħt il-liġi jew regolamenti nazzjonali tiegħu. Għandu jibqa' f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-firxa ta' din ir-responsabbiltà.

(18)

Il-pubbliku għandu jkun informat b'bidliet f'holdings importanti f'emittenti li l-ishma tagħhom jiġu negozjati f'suq regolat li jinsab jew li jopera fil-Komunità. Din l-informazzjoni għandha tippermetti lill-investituri sabiex jakkwistaw jew jittrasferixxu ishma filwaqt li jkunu mgħarrfa għal kollox bil-bidliet fl-istruttura tal-votazzjoni; għandha ttejjeb ukoll il-kontroll effettiv emittenti ta' ishma u t-trasparenza tas-suq in ġenerali fuq movimenti importanti ta' kapital. Informazzjoni dwar ishma jew strumenti finanzjarji kif stabbilit bl-Artikolu 13, ippreżentati bħala kollaterali, għandha tiġi pprovduta f'ċerti ċirkostanzi.

(19)

L-Artikoli 9 u 10(ċ) m'għadhomx japplikaw għalishma pprovduti lil jew mill-membri tas-SEBĊ fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji sakemm ma jiġux eżerċitati d-drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma bħal dawn; ir-referenza għal “perjodu qasir” fl-Artikolu 11 għandu jinftiehem b'referenza għal operazzjonijiet ta' kreditu mwettqa skond it-Trattat u l-atti legali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), b'mod partikolari l-Linji ta' Gwida tal-BĊE dwar l-istrumenti u l-proċedura tal-politika monetarja u TARGET, u għal operazzjonijiet ta' kreditu bil-għan li jiġu mwettqa funzjonijiet ekwivalenti skond id-disposizzjonijiet nazzjonali.

(20)

Sabiex jiġi evitat xkiel bla bżonn għal ċerti parteċipanti tas-suq u sabiex jiġi ċċarat min fil-fatt jeżerċita influwenza fuq l-emittent, ma hemmx bżonn li tkun meħtieġa n-notifika ta' holdings importanti ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra kif stabbilit bl-Artikolu 13, li jistgħu jirriżultaw fid-dritt li jiġu akkwistati ishma fir-rigward ta' promoturi jew kustodji tas-swieq, jew ta' holdings ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji miksubin biss għal kumpens u ħlas, fil-limiti u l-garanziji li għandhom jiġu applikati fil-Komunità kollha. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jitħalla jipprovdi eżenzjonijiet limitati fir-rigward ta' holdings ta' ishma f'kotba kummerċjali ta' istituzzjoni ta' krediti u ta' ditti ta' investment.

(21)

Sabiex jiġi ċċarat min fil-fatt huwa detentur importanti ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra fl-istess emittent fil-Komunità Ewropea kollha, impriżi parent ma għandhomx ikunu meħtieġa jgħoddu flimkien il-holdings tagħhom stess ma' dawk immaniġġjati mill-impriżi għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (IIKTT) jew minn ditti ta' investiment, sakemm dawn l-impriżi jew ditti jeżerċitaw drittijiet tal-vot b'mod indipendenti mill-impriżi parent tagħhom u sakemm dawn jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet oħra.

(22)

L-informazzjoni kontinwa lil detenturi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandha tkompli tkun ibbażata fuq il-prinċipju tat-trattament ugwali. Dan it-trattament ugwali għandu x'jaqsam biss ma' azzjonisti fl-istess posizzjoni u għalhekk ma jippreġudikax il-kwistjoni ta' kemm-il dritt tal-vot jista' jkun marbut ma' sehem partikolari. Bl-istess mod, detenturi ta' titoli ta' debitu li jkollhom l-istess gradwazzjoni għandhom ikomplu jibbenefikaw minn trattament ugwali, anki fil-każ ta' debitu sovran. Informazzjoni lil detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu f'laqgħat ġenerali għandha tkun iffaċilitata. B'mod partikolari, detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu li jkunu jinsabu barra mill-pajjiż għandhom ikunu involuti b'mod aktar attiv billi għandhom ikunu jistgħu jagħtu mandat lil prokuraturi sabiex jaġixxu f'isimhom. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi deċiż f'laqgħa ġenerali ta' detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu jekk l-użu ta' teknoloġiji ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni moderni għandux isir realtà. F'dak il-każ, l-emittenti għandhom ipoġġu fis-seħħ arranġamenti sabiex b'mod effettiv jinformaw lid-detenturi ta' ishma u/jew titoli ta' debitu tagħhom, sa fejn ikun possibbli għalihom li jidentifikaw lil dawn id-detenturi.

(23)

It-tneħħija ta' xkiel u l-infurzar effettiv tar-rekwiżiti ta' informazzjoni ġodda fil-Komunità jitolbu wkoll kontroll adegwat mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini. Din id-Direttiva għandha għallinqas tipprovdi għal garanzija minima għad-disponibbiltà fil-ħin ta' informazzjoni bħal din. Għal din ir-raġuni, f'kull Stat Membru għandha tkun teżisti għallinqas sistema ta' fajling jew ta' ħżin waħda.

(24)

Kwalunkwe obbligu għal emittent sabiex jittraduċi l-informazzjoni kollha kontinwa u perjodika fil-lingwi relevanti kollha ta' l-Istati Membri kollha fejn it-titoli tiegħu huma ammessi għall-kummerċ ma jgħinx fl-integrazzjoni tas-swieq tat-titoli, iżda għandha effetti skoraġġanti fuq l-ammissjoni transkonfinali ta' titoli għall-kummerċ fuq swieq irregolati. Għalhekk, l-emittent f'ċerti każijiet għandu jkun intitolat li jipprovdi informazzjoni mfassla f'lingwa skond il-konswetudini fl-isfera tal-finanzi internazzjonali. Minħabba li hemm bżonn ta' sforz partikolari sabiex jiġu attirati investituri minn Stati Membri oħra u minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri ma għandhomx aktar jimpedixxu lill-azzjonisti, lill-persuni li jeżerċitaw id-dritt tal-vot, jew lid-detenturi ta' strumenti finanzjarji, milli jagħmlu n-notifiki meħtieġa lill-emittent f'lingwa skond il-konswetudini fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

(25)

L-aċċess min-naħa ta' l-investituri għal informazzjoni dwar l-emittenti għandu jkun aktar organizzat fuq il-livell tal-Komunità sabiex jippromwovi b'mod attiv l-integrazzjoni tas-swieq kapitali Ewropej. L-investituri li ma jkunux jinsabu fl-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-emittent għandhom jitpoġġew fuq l-istess livell ta' l-investituri li jinsabu fl-Istat Membru ta' l-oriġini ta' l-emittent meta wieħed jkunu qed ifittxu aċċess għal informazzjoni bħal din. Dan jista' jintlaħaq jekk l-Istat Membru ta' l-oriġini jiżgura l-konformità ma' l-istandards minimi ta' kwalità għat-tixrid ta' l-informazzjoni fil-Komunità, kollha b'mod veloċi fuq bażi mhux diskriminatorja u skond it-tip ta' informazzjoni regolata in kwistjoni. Barra minn hekk, informazzjoni li tkun ġiet imxandra għandha tkun disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini b'mod ċentralizzat sabiex ikun jista' jinbena rettikolat Ewropew, aċċessibbli bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn investituri bl-imnut, filwaqt li ma jwassalx għal duplikazzjoni mhux meħtieġa ta' rekwiżiti ta' ppreżentar għall-emittenti. L-emittenti għandhom jibbenefikaw minn kompetizzjoni libera meta jagħżlu l-mezzi jew l-operaturi għall-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni taħt din id-Direttiva.

(26)

Sabiex l-aċċess ta' l-investitur għal informazzoni dwar kumpanniji jiġi simplifikat aktar madwar l-Istati Membri, għandu jitħalla f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza sabiex jifformulaw linji gwida għat-twaqqif ta' rettikolati elettroniċi, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' partijiet oħra kkonċernati, b'mod partikolari emittenti ta' titoli, investituri, parteċipanti fis-suq, operaturi ta' swieq regolati u fornituri ta' informazzjoni finanzjarja.

(27)

Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva ta' investituri u t-tħaddim sewwa tas-swieq regolati, ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom japplikaw ukoll għal emittenti li ma għandhomx uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru u li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat. Għandu jiġi żgurat ukoll li kwalunkwe informazzjoni relevanti addizzjonali dwar emittenti tal-Komunità jew emittenti ta' pajjiż terz, li l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ f'pajjiż terz iżda mhux fi Stat Membru, isir disponibbli għall-pubbliku fil-Komunità.

(28)

Għandha tinħatar awtorità kompetenti waħdanija f'kull Stat Membru sabiex tassumi r-responsabbiltà finali għas-sorveljanza tal-konformità mad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, kif ukoll għal kooperazzjoni internazzjonali. Din l-awtorità għandha tkun ta' natura amministrattiva, u l-indipendenza tagħha minn parteċipanti ekonomiċi għandha tiġi żgurata sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti oħra sabiex teżamina li dik l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tinġabar skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u filwaqt li jittieħdu miżuri xierqa fil-każ li jinstab li twettaq xi ksur; din l-awtorità ma teħtieġx li tkun ta' natura amministrattiva.

(29)

Iż-żieda fl-attivitajiet transkonfinali jeħtieġu kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, inkluż sett komprensiv ta' disposizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni u għal miżuri kawtelatorji. L-organizzazzjoni ta' dmirijiet regolatorji u ta' sorveljanza f'kull Stat Membru ma għandhiex timpedixxi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

(30)

Fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Lulju 2000, il-Kunsill stabbilixxa l-Kumitat ta' l-Għorrief fir-rigward tar-regolament tas-swieq tat-titoli Ewropej. Fir-rapport finali tiegħu, dan il-Kumitat ippropona l-introduzzjoni ta' tekniċi leġislattivi ġodda bbażati fuq metodu b'erba' livelli, jiġifieri prinċipji essenzjali, miżuri tekniċi implimentattivi, kooperazzjoni bejn ir-regolaturi nazzjonali tat-titoli, u inforzar tal-liġi tal-Komunità. Din id-Direttiva għandha tkun limitata għal prinċipji wiesgħa ta' “qafas”, filwaqt li l-miżuri implimentattivi li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/528/KE (6) għandhom jistabilixxu d-dettalji tekniċi.

(31)

Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma ta' Marzu 2001 awtorizza r-rapport finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief u l-metodu propost fuq erba'-livelli sabiex il-proċess regolatorju għall-leġislazzjoni tal-Komunità dwar titoli isir aktar effiċjenti u trasparenti.

(32)

Skond dik ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma, miżuri implimentattivi għandhom jintużaw aktar spiss, sabiex jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet tekniċi jkunu jistgħu jinżammu aġġornati ma' l-iżviluppi tas-suq u s-sorveljaturi, u għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien għall-fażijiet kollha ta' l-implimentazzjoni tar-regoli.

(33)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar servizzi finanzjarji tawtorizza wkoll ir-rapport tal-Kumitat ta' l-Għorrief, fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess jum mill-President tal-Kummissjoni u l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001 indirizzata mill-Kummissjonarju għas-Suq Intern lill-President tal-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji fir-rigward tas-salvagwardji għar-rwol tal-Parlament Ewropew f'dan il-proċess.

(34)

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tlett xhur mill-ewwel trasmissjoni ta' l-abbozz tal-miżuri implimentattivi sabiex ikun jista' jeżaminhom u sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu. Iżda, f'każijiet urġenti u ġġustifikati kif dovut, dak il-perjodu jista' jiġi mqassar. Jekk matul dan il-perjodu, tgħaddi Riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha teżamina l-abbozz tal-miżuri mill-ġdid.

(35)

Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri tekniċi implimentattivi għar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jiġu kkunsidrati żviluppi ġodda fis-swieq tat-titoli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni, sakemm dawn ma jimmodifikawx l-elementi essenzjali ta' din id-Direttiva u sakemm il-Kummissjoni taġixxi skond il-prinċipji stabbiliti fiha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli.

(36)

Fl-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tagħha skond din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipji li ġejjin:

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-kunfidenza fis-swieq finanzjarji fost l-investituri billi jiġu promossi standards ta' trasparenza għoljin fis-swieq finanzjarji;

il-ħtieġa li investituri jiġu pprovduti b'firxa wiesgħa ta' investimenti li jikkompetu u livell ta' trasparenza u protezzjoni mfassla għaċ-ċirkostanzi tagħhom;

il-ħtieġa li jiġi żgurat li awtoritajiet regolatorji indipendenti jinfurzaw ir-regoli b'mod konsistenti, speċjalment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika;

il-ħtieġa għal livelli għoljin ta' trasparenza u ta' konsultazzjoni mal-parteċipanti kollha tas-suq u mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill;

il-ħtieġa li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji jekk dawn għandhom ikunu dinamiċi u effiċjenti;

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-integrità tas-suq permezz ta' monitoraġġ mill-qrib u reattiv ta' l-innovazzjoni finanzjarja;

l-importanza li titnaqqas l-ispiża ta', u li jiġi miżjud l-aċċess għall-kapital;

il-bilanċ ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji għall-parteċipanti tas-suq fit-tul taż-żmien, inkluż impriżi żgħar u ta' daqs medju u investituri żgħar, fi kwalunkwe miżuri implimentattivi;

il-ħtieġa li tiġi sostnuta l-kompetittività internazzjonali tas-swieq finanzjarji tal-Komunità mingħajr preġudizzju għall-estensjoni tant meħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali;

il-ħtieġa li tinkiseb bażi ugwali għall-parteċipanti kollha tas-suq billi jiġu stabbiliti regolamenti fil-Komunità kollha kull meta jkun xieraq;

il-ħtieġa li jiġu rispettati d-differenzi fis-swieq nazzjonali fejn dawn ma jippreġudikawx bla bżonn il-koerenza tas-suq waħdieni;

il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ma' leġislazzjoni oħra tal-Komunità f'dan il-qasam, minħabba li żbilanċi fl-informazzjoni u nuqqas ta' trasparenza jistgħu jfixklu l-operazzjoni tas-swieq u fuq kollox jagħmlu ħsara lill-konsumaturi u lil investituri żgħar.

(37)

Sabiex tiġi żgurata li dawk ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jkunu sodisfatti, kull ksur ta' dawn ir-rekwiżiti jew miżuri għandu jiġi skopert minnufih, u jekk ikun hemm bżonn, jkun soġġett għal pieni. Għal dak il-għan, il-miżuri u l-pieni għandhom ikunu dissważivi biżżejjed, proporzjonati u infurzati b'mod konsistenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu soġġetti għad-dritt ta' appell fil-qrati.

(38)

Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb ir-rekwiżiti ta' trasparenza eżistenti għal emittenti u investituri li jakkwistaw jew li jittrasferixxu holdings importanti f'emittenti li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat. Din id-Direttiva tissostitwixxi uħud mir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar l-ammissjoni ta' titoli għall-elenkar uffiċjali f'borża u dwar l-informazzjoni li għandha tiġi ppubblikata dwar dawk it-titoli. (7) Sabiex ir-rekwiżiti ta' trasparenza jinġabru f'att waħdieni, huwa meħtieġ li din tiġi emendata b'mod xieraq. Madankollu, emenda bħal din ma għandhiex taffettwa l-kapaċità ta' l-Istati Membri li jimponu rekwiżiti addizzjonali taħt l-Artikoli 42 sa 63 tad-Direttiva 2001/34/KE, li jibqgħu validi.

(39)

Din id-Direttiva hija konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u fuq il-moviment liberu ta' data bħal din. (8)

(40)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet findamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

(41)

Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata l-kunfidenza ta' l-investitur permezz ta' trasparenza ekwivalenti madwar il-Komunità kollha u b'hekk jiġi kompletat is-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, u minħabba li dawn l-istess għanijiet jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fuq il-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx 'il hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

(42)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (9),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti fir-rigward ta' l-iżvelar ta' informazzjoni perjodika u kontinwa dwar emittenti li t-titoli tagħhom jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jkun jinsab jew li jkun jopera fi Stat Membru.

2.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal unitajiet maħruġa minn impriżi ta' investiment kollettiv minbarra dawk tat-tip magħluq, u għal unitajiet akkwistati jew trasferiti f'dawn l-impriżi ta' investiment kollettiv.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-disposizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 16(3) u fil-paragrafi 2 sa 4 ta' l-Artikolu 18 għal titoli li jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat maħruġa minnhom jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom.

4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 17 għall-banek ċentrali nazzjonali tagħhom fil-kapaċità tagħhom bħala emittenti ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jekk din l-ammissjoni tkun seħħet qabel 20 ta' Jannar 2005.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“titoli” tfisser titoli trasferibbli kif definiti fil-punt 18 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji (10), bl-eċċezzjoni ta' strumenti tas-suq tal-flus, kif definiti fil-punt 19 ta' l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva li jkollhom maturità ta' inqas minn 12-il xahar, u li għalihom tista' tkun applikabbli l-leġislazzjoni nazzjonali;

(b)

“titoli ta' debitu” tfisser bonds jew debiti f'forma oħra ta' titoli li jkunu trasferibbli, bl-eċċezzjoni ta' titoli li huma ekwivalenti għal ishma f'kumpanniji jew li, jekk jiġu konvertiti jew jekk id-drittijiet li jirriżultaw minnhom jiġu eżerċitati, jagħtu lok għal dritt għall-akkwist ta' ishma jew titoli ekwivalenti għal ishma;

(ċ)

“suq regolat” tfisser suq kif definit fil-punt 14 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;

(d)

“emittent” tfisser entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, inkluż Stat, li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, meta l-emittent ikun, fil-każ ta' irċevuti ta' depożiti li jirrappreżentaw titoli, l-istess emittent tat-titoli rappreżentati;

(e)

“azzjonista” tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika regolata bid-dritt privat jew pubbliku, li jkollha, direttament jew indirettament:

(i)

ishma ta' l-emittent f'isimha u fl-interess tagħha stess;

(ii)

ishma ta' l-emittent f'ismu, iżda fl-interessi ta' persuna fiżika jew entità ġuridika oħra;

(iii)

irċevuti ta' depożiti, f'liema każ id-detentur ta' irċevuta ta' depożiti għandu jitqies bħala l-azzjonista ta' l-ishma rappreżentati mill-irċevuti ta' depożiti.

(f)

“impriżakontrollata” tfisser kull impriża

(i)

li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot; jew

(ii)

li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi l-maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza u tkun fl-istess ħin azzjonista fi, jew membru ta', l-impriża in kwistjoni; jew

(iii)

li fiha persuna fiżika jew entità ġuridika tkun azzjonista jew membru u waħidha tkun tikkontrolla l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' l-azzjonisti jew tal-membri, rispettivament, skond ftehim li jkun sar ma azzjonisti jew membri oħrajn ta' l-impriżaimpriża in kwistjoni; jew

(iv)

li fuqha persuna fiżika jew entità ġuridika jkollha d-dritt li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll;

(g)

“impriżaimpriża ta' investiment kollettiv minbarra dik tat-tip magħluq” tfisser fondi komuni ta' investiment u kumpanniji ta' investiment:

(i)

li l-għan tagħhom ikun l-investiment kollettiv ta' kapital provdut mill-pubbliku, u li joperaw fuq il-prinċipju tar-riskju mifrux; u

(ii)

li l-unitajiet tagħhom, fuq talba tad-detentur ta' dawn l-unitajiet, jerġgħu jinxtraw jew jinfdew, direttament jew indirettament, mill-assi ta' dawk l-impriżi;

(h)

“unitajiet ta' impriża ta' investiment kollettiv” tfisser titoli maħruġa minn impriża ta' investiment kollettiv u li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-parteċipanti f'din impriża fuq l-assi tagħha;

(i)

“Stat Membru ta' l-oriġini” tfisser

(i)

fil-każ ta' emittent li joħroġ titoli ta' debitu b'denominazzjoni għal kull unità ta' anqas minn EUR 1 000 jew emittent ta' ishma:

meta l-emittent jkun inkorporat fil-Komunità, l-Istat Membru fejn ikollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;

meta l-emittent ikun inkorporat f'pajjiż terz, l-Istat Membru fejn hu obbligat jippreżenta l-informazzjoni annwali ma' l-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE.

Id-definizzjoni ta' Stat Membru “ta' l-oriġini” għandha tapplika għal titoli ta' debitu f'munita minbarra l-euro, kemm-il darba l-valur ta' din id-denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-ħruġ, inqas minn EUR 1 000, ħlief jekk tkun kważi ekwivalenti għal EUR 1 000;

(ii)

għal kull emittent li ma jaqax taħt (i), l-Istat Membru magħżul mill-emittent minn fost l-Istat Membru fejn l-emittent jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu u dawk l-Istati Membri li jkunu ammettew it-titoli tiegħu għall-kummerċ f'suq regolat fit-territorju tagħhom. L-emittent jista' jagħżel Stat Membru wieħed biss bħala l-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu. Din l-għażla għandha tibqa' valida għal mhux inqas minn tliet snin ħlief jekk it-titoli tiegħu ma jibqgħux ammessi għall-kummerċ f'ebda suq regolat fil-Komunità;

(j)

“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru fejn it-titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, jekk dan ikun differenti mill-Istat Membru ta' l-oriġini;

(k)

“informazzjoni regolata” tfisser l-informazzjoni kollha li l-emittent, jew kull persuna oħra li tkun applikat sabiex jiġu ammessi titoli għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, hu meħtieġ jagħti taħt din id-Direttiva, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Jannar 2003 u tal-Kunsill dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż mis-suq) (11), jew skond il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' Stat Membru adottati skond l-Artikolu 3(1) ta' din id-Direttiva;

(l)

“mezzi elettroniċi” huma mezzi ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża l-kompressjoni diġitali), il-ħżin u t-trasmissjoni ta' data, li jkunu jużaw wajers, radju, teknoloġiji ottiċi, jew kull mezz elettromanjetiku ieħor;

(m)

“kumpannija ta' ġestjoni” tfisser kumpannija kif definita fl-Artikolu 1a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi għal investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (IIKTT) (12);

(n)

“market maker” tfisser persuna li tipparteċipa fis-swieq finanzjarji fuq bażi kontinwa u li tkun lesta li tinnegozja f'isimha stess billi tixtri u tbigħ strumenti finanzjarji bil-kapital proprjetarju tagħha bi prezzijiet stabbiliti minnha;

(o)

“istituzzjoni ta' kreditu” tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar il-bidu u eżerċizzju ta' kummerċ ta' istituzzjoni ta' kreditu (13);

(p)

“titoli maħruġa b'mod kontinwu jew ripetut” tfisser titoli ta' debitu maħruġa f'serje mill-istess entità jew mill-inqas żewġ ħarġiet separati ta' titoli ta' tip u/jew klassi simili.

2.   Għall-iskopijiet tad-definizzjoni ta' “impriża kontrollata” fil-paragrafu 1(f)(ii), id-drittijiet tad-detentur fir-rigward tal-votazzjoni, il-ħatra u t-tneħħija għandhom jinkludu d-drittijiet ta' kull impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista u dawk ta' kull persuna fiżika jew entità ġuridika li taġixxi, għalkemm f'isimha stess, fl-interess ta' l-azzjonista jew ta' xi impriża oħra kkontrollata mill-azzjonista.

3.   Sabiex jiġu kkunsidrati l-i¿viluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi ¿gurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

(a)

tistabbilixxi, għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(i)(ii), l-arranġamenti proċedurali li għandhom jiġu segwiti mill-emittent meta dan jagħmel l-għażla ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini;

(b)

taġġusta, meta dan ikun xieraq għall-iskopijiet ta' l-għażla ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini imsemmi fil-paragrafu 1(i)(ii), il-perjodu ta' tliet snin skond l-informazzjoni dwar l-emittent fid-dawl ta' kull ħtieġa ġdida taħt il-liġi Komunitarja dwar l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;

(ċ)

tistabbilixxi, għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(l), lista indikattiva ta' mezzi li m'humiex meqjusa bħala mezzi elettroniċi, u b'dan il-mod jiġi kkunsidrat l-Anness V tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (14).

Artikolu 3

Integrazzjoni tas-swieq ta' titoli

1.   L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jissoġġetta wkoll lil detentur ta' ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   Stat Membru ta' l-oriġini ma jistax:

(a)

fir-rigward ta' ammissjoni ta' titoli f'suq regolat fit-territorju tiegħu, jimponi rekwiżiti ta' żvelar aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE;

(b)

fir-rigward tan-notifika ta' informazzjoni, jissoġġetta lid-detentur ta' ishma, lil xi persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

KAPITOLU II

INFORMAZZJONI PERJODIKA

Artikolu 4

Rapporti finanzjarji annwali

1.   L-emittent għandu jagħmel pubbliku r-rapport finanzjarju annwali tiegħu sa mhux aktar tard minn erba' xhur mit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jiżgura li dan jibqa' disponibbli pubblikament għal mhux inqas minn ħames snin.

2.   Ir-rapport finanzjarju annwali għandu jinkludi:

(a)

id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati;

(b)

ir-rapport ta' ġestjoni; u

(ċ)

dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b'mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji li ġew imħejjija skond is-sett applikabbli ta' l-istandards tal-kontabilità jagħtu l-istat sewwa u xieraq ta' l-attiv, il-passiv, il-posizzjoni finanzjarja u l-qligħ jew telf ta' l-emittent u ta' l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed u li r-rapport ta' ġestjoni jinkludi analiżi ġusta ta' l-iżvilupp u l-prestazzjoni tan-negozju u l-posizzjoni ta' l-emittent u l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed, flimkien ma' deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u l-inċertezzi li dawn jiffaċċjaw.

3.   Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati skond is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 dwar kontijiet ikkonsolidati (15), id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu dawn il-kontijiet ikkonsolidati mħejjija skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-kontijiet annwali ta' kumpannija parent mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija parent tkun inkorporata.

Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ li iħejji kontijiet ikkonsolidati, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji verifikati għandhom jinkludu l-kontijiet mħejjija skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn il-kumpannija tkun inkorporata.

4.   Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu verifikati skond l-Artikoli 51 u 51a tar-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpanniji (16) u, jekk l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, skond l-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE.

Ir-rapport tal-verifika, iffirmat mill-persuna jew persuni responsabbli għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, għandu jiġi żvelat lill-pubbliku b'mod sħiħ flimkien mar-rapport finanzjarju annwali.

5.   Ir-rapport ta' ġestjoni għandu jiġi mħejji skond l-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE u, jekk l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, skond l-Artikolu 36 tad-Direttiva 83/349/KEE.

6.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirrigwardaw il-mod kif rapport finanzjarju annwali pubblikat, inkluż ir-rapport tal-verifika, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 5

Rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur

1.   Kull sitt xhur l-emittent ta' ishma jew titoli ta' debitu għandu jagħmel pubbliku rapport finanzjarju li jkopri l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja kemm jista' jkun malajr wara t-tmiem tal-perjodu relevanti, iżda mhux iktar tard minn xahrejn wara. L-emittent għandu jiżgura li r-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur tibqa' pubblikament disponibbli għal mhux inqas minn ħames snin.

2.   Ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur għandu jinkludi:

(a)

is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor;

(b)

rapport ta' ġestjoni interim; u

(ċ)

dikjarazzjonijiet mill-persuni responsabbli fi ħdan l-emittent, li l-ismijiet u l-funzjonijiet tagħhom għandhom jiġu indikati b'mod ċar, fejn jgħidu li sa fejn jistgħu jkunu jafu, is-sett fil-qosor tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji imħejji skond is-sett applikabbli ta' l-istandards tal-kontabilità jagħtu stampa jagħtu l-istat sewwa u xieraq ta' l-attiv, tal-passiv, tal-posizzjoni finanzjarja u tal-qligħ jew it-telf ta' l-emittent, jew ta' l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni meta meħuda bħala total wieħed skond il-paragrafu 3, u li r-rapport ta' ġestjoni interim jinkludi analiżi ġusta ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt il-paragrafu 4.

3.   Meta l-emittent ikun meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandhom jiġu mħejjija skond l-istandards tal-kontabilità internazzjonali applikabbli għar-rapporti finanzjarji interim adottati skond il-proċedura stabbilita taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru. 1606/2002.

Meta l-emittent ma jkunx meħtieġ iħejji kontijiet ikkonsolidati, is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor għandu jinkludi għallinqas karta tal-bilanċ fil-qosor, kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor u noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet. Għat-tħejjija tal-karta tal-bilanċ fil-qosor u l-kont tal-qligħ u tat-telf fil-qosor, l-emittent għandu jsegwi l-istess prinċipji ta' għarfien u ta' kalkolu bħal dawk użati fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji annwali.

4.   Ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi mill-inqas indikazzjoni ta' l-avvenimenti importanti li jkunu seħħew matul l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja, u l-impatt tagħhom fuq is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji fil-qosor, flimkien ma' deskrizzjoni tar-riskji ewlenin u l-inċertezzi għas-sitt xhur tas-sena finanzjarja li jkun fadal. Għall-emittenti ta' ishma, ir-rapport ta' ġestjoni interim għandu jinkludi wkoll it-transazzjonijiet rilevanti mal-partijiet relatati.

5.   Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur jkun ġie verifikat, ir-rapport tal-verifika għandu jiġi inkluż fl-intier tiegħu. L-istess għandu japplika fil-każ ta' reviżjoni ta' l-awdituri. Jekk ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur ma jkunx ġie verifikat jew rivedut mill-awdituri, l-emittent għandu jiddikjara dan fir-rapport tiegħu.

6.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari:

(a)

tispeċifika l-kondizzjonijiet tekniċi li jirregolaw kif ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur li jkun ġie ppubblikat, inkluża r-reviżjoni ta' l-awdituri, għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku;

(b)

tikkjarifika n-natura tar-reviżjoni ta' l-awdituri;

(ċ)

tispeċifika l-kontenut minimu tal-karta tal-bilanċ u tal-kontijiet tal-qligħ u t-telf fil-qosor u n-noti ta' spjegazzjoni dwar dawn il-kontijiet, meta dawn ma jkunux ġew imħejjija skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) No 1606/2002.

Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tadatta wkoll il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 6

Dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni interim

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE, emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jagħmel pubbliku dikjarazzjoni maħruġa mill-ġesturi tiegħu matul l-ewwel perjodu ta' sitt xhur tas-sena finanzjarja u dikjarazzjoni oħra mill-ġesturi tiegħu matul it-tieni perjodu ta' sitt xhur tas-sena finanzjarja. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir f'perjodu bejn għaxar ġimgħat wara l-bidu u sitt ġimgħat qabel it-tmiem tal-perjodu relevanti ta' sitt xhur. Għandha tinkludi informazzjoni li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-perjodu relevanti ta' sitt xhur u d-data tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni. Din id-dikjarazzjoni għandha tipprovdi:

spjegazzjoni ta' l-avvenimenti rilevanti u t-transazzjonijiet li jkunu seħħew matul il-perjodu relevanti u l-impatt tagħhom fuq il-posizzjoni finanzjarja ta' l-emittent u l-impriżi kontrollati tiegħu, u

deskrizzjoni ġenerali tal-posizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni ta' l-emittent u l-impriżi kontrollati tiegħu matul il-perjodu relevanti.

2.   L-emittenti li, skond jew il-leġislazzjoni nazzjonali inkella r-regoli tas-suq regolat jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jippubblikaw rapporti finanzjarji ta' kull tlett xhur skond tali leġislazzjoni jew regoli mhumiex meħtieġa li jagħmlu pubbliċi id-dikjarazzjonijiet mill-ġesturi previsti fil-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa 20 ta' Jannar 2010 dwar it-trasparenza tar-rappurtaġġ finanzjarju u tad-dikjarazzjonijiet mill-ġesturi ta' kull tlett xhur ta' l-emittenti sabiex jiġi eżaminat jekk l-informazzjoni provduta tilħaqx l-għan li tpoġġi lill-investituri f'posizzjoni fejn dawn ikunu jistgħu jagħmlu stima informata dwar il-posizzjoni finanzjara ta' l-emittent. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni ta' l-impatt fuq oqsma li dwarhom il-Kummissjoni tikkunsidra li tipproponi xi emendi għal dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Responsabbiltà

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-informazzjoni li għandha tiġi mħejjija u tkun disponibbli għall-pubbliku skond l-Artikoli 4, 5, 6 u 16 taqa' mill-inqas fuq l-emittent jew il-korpi amministrattivi, ta' ġestjoni jew ta' sorveljanza tiegħu u għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà japplikaw għall-emittenti, il-korpi imsemmija f'dan l-Artikolu jew il-persuni responsabbli fi ħdan l-emittenti.

Artikolu 8

Eżenzjonijiet

1.   L-Artikoli 4, 5 u 6 m'għandhomx japplikaw għall-emittenti li ġejjin:

(a)

Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta' Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu mill-inqas Stat Membru wieħed ikun membru, l-BĊE, u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri, kemm jekk joħorġu ishma jew titoli oħrajn u kemm jekk le; u

(b)

emittenti li joħorġu biss titoli ta' debitu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, meta d-denominazzjoni għal kull unità tkun mhux inqas minn EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' debitu denominati f'munita minbarra l-euro, meta l-valur ta' din id-denominazzjoni għal kull unità tkun, fid-data tal-ħru, ekwivalenti għal mill-inqas EUR 50 000.

2.   L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal istituzzjonijiet ta' kreditu li l-ishma tagħhom ma jkunux ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li jkunu, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġu biss titoli ta' debitu kemm-il darba l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' debitu kollha jibqa' inqas minn EUR 100 000 000 u ma jkunux ippubblikaw prospett taħt id-Direttiva 2003/71/KE.

3.   L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jagħżel li ma japplikax l-Artikolu 5 għal emittenti li jkunu diġà jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/71/KE li joħorġu biss titoli ta' debitu garantiti mingħajr kondizzjonjiet u b'mod irrevokabbli mill-Istat Membru ta' l-oriġini jew minn waħda mill-awtoritajiet reġonali jew lokali tiegħu, f'suq regolat.

KAPITOLU III

INFORMAZZJONI KONTINWA

SEZZJONI I

Informazzjoni dwar holdings importanti

Artikolu 9

Notifika dwar l-akkwist jew it-trasferiment ta' holdings importanti

1.   L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li, meta azzjonista jakkwista jew jittrasferixxi l-ishma ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot, dan l-azzjonista għandu jinnotifika lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot ta' l-emittent li jinsab f'idejn l-azzjonista b'konsegwenza ta' l-akkwist jew it-trasferiment meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti ta' 5 %, 10 %, 15 %, 20 %, 25 %, 30 %, 50 % u 75 %.

Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' l-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot anki jekk dawn ikunu sospiżi. Minbarra dan, din l-informazzjoni għandha wkoll tingħata fir-rigward ta' l-ishma kollha li jkunu fl-istess klassi u li magħhom jkunu marbuta drittijiet tal-vot.

2.   L-Istati Membri ta' l-oriġini għandhom jiżguraw li l-azzjonisti jinnotifikaw lill-emittent dwar il-proporzjon ta' drittijiet tal-vot, meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, minħabba xi avvenimenti li jbiddlu t-tqassim tad-drittijiet tal-vot, u abbażi ta' l-informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 15. Meta l-emittent ikun inkorporat f'pajjiż terz, in-notifika għandha tkun magħmula għal avvenimenti ekwivalenti.

3.   L-Istat Membru ta' l-oriġini m'għandux għalfejn japplika:

(a)

il-limitu ta' 30 %, fejn hu japplika limitu ta' terz;

(b)

il-limitu ta' 75 %, fejn hu japplika limitu ta' żewġ terzi.

4.   Dan l-Artikolu m'għandux japplika la għal ishma akkwistati unikament għal skopijiet ta' ta' kumpens jew ħlas fiċ-ċiklu qasir ta' ħlas użwali, u lanqas għal kuraturi li jżommu l-ishma fil-kapaċità tagħhom ta' kustodji, kemm-il darba dawn il-kustodji jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma biss fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi.

5.   Dan l-Artikolu lanqas m'għandu japplika għall-akkwist jew it-trasferiment ta' holding importanti li jilħaq jew jaqbeż il-limitu ta' 5 % minn market maker fil-kapaċità ta' market maker, kemm-il darba:

(a)

ikun awtorizzat mill-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu taħt id-Direttiva 2004/39/KE; u

(b)

la jintervjeni fil-ġestjoni ta' l-emittent in kwistjoni u lanqas jeżerċita xi influwenza fuq l-emittent biex jixtri dawn l-ishma jew biex isostni l-prezz tagħhom.

6.   L-Istati Membri ta' l-oriġini taħt l-Artikolu 2(1)(i) jistgħu jistabbilixxu li d-drittijiet tal-vot miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ, kif definit fl-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 93/6/KEE tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-adekwatezza ta' kapital ta' ditti ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet ta' kreditu (17), ta' istituzzjoni ta' kreditu jew kumpannija ta' investiment m'għandhomx jingħaddu għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu kemm-il darba:

(a)

id-drittijiet tal-vot miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ ma jaqbżux il-5 %, u

(b)

l-istituzzjoni ta' kreditu jew il-kumpannija ta' investiment tiżgura li d-drittijiet tal-vot li jiġu ma' ishma miżmuma fil-ktieb tal-kummerċ ma jiġux eżerċitati u lanqas ma jintużaw b'ebda mod ieħor li jintervjeni fil-ġestjoni ta' l-emittent.

7.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 2, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika t-tul massimu taċ-“ċiklu qasir ta' ħlas” imsemmi fil-paragrafu 4, kif ukoll il-mekkaniżmi xierqa ta' kontroll mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tħejji lista ta' l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 10

Akkwist jew trasferiment ta' proporzjonijiet importanti ta' drittijiet tal-vot

Ir-rekwiżiti ta' notifika definiti fil-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika sa fejn din ikollha l-jedd li takkwista, jew tittrasferixxi, jew teżerċita drittijiet tal-vot f'xi wieħed mill-każijiet li ġejjin jew taħlita tagħhom:

(a)

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna li magħha l-persuna hawn fuq imsemmija tkun ikkonkludiet ftehim, li jorbothom biex jadottaw, permezz ta' l-eżerċizzju kkonċertat tad-drittijiet tal-vot li jkollhom, posizzjoni komuni dejjiema dwar il-ġestjoni ta' l-emittent in kwistjoni;

(b)

drittijiet tal-vot miżmuma minn parti terza skond ftehim konkluż ma' dik il-persuna dwar it-trasferiment temporanju u b'retribuzzjoni tad-drittijiet tal-vot in kwistjoni;

(ċ)

id-drittijiet tal-vot marbuta ma' l-ishma li jkunu depożitati bħala kollaterali għand dik il-persuna jew entità, kemm-il darba l-persuna jew entità tikkontrolla d-drittijiet tal-vot u tiddikjara l-intenzjoni tagħha li teżerċitahom;

(d)

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma li fihom dik il-persuna jkollha l-użufrutt;

(e)

drittijiet tal-vot li huma miżmuma, jew li jistgħu jiġu eżerċitati skond it-tifsira tal-punti (a) sa (d), minn impriża kkontrollata minn dik il-persuna;

(f)

drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma despożitati ma' dik il-persuna li tista' teżerċita fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti;

(g)

drittijiet tal-vot miżmuma minn terza persuna f'isimha stess fl-interess ta' dik il-persuna jew entità;

(h)

drittijiet tal-vot li dik il-persuna tista' teżerċita bi prokura meta l-persuna jew entità tista' teżerċita d-drittijiet tal-vot fid-diskrezzjoni tagħha fin-nuqqas ta' struzzjonijiet speċifiċi mill-azzjonisti.

Artikolu 11

1.   L-Artikoli 9 u 10(ċ) m'għandhomx japplikaw għal ishma provduti lil jew mill-membri tas-SEBĊ fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji, inklużi ishma provduti lil jew minn membri ta' l-SEBĊ bħala rahan jew xiri mill-ġdid jew ftehim simili għal likwidità mogħtija għal skopijiet ta' politika monetarja jew fi ħdan sistema ta' ħlasijiet.

2.   L-eżenzjoni għandha tapplika għat-transazzjonijiet hawn fuq imsemmija għal li jkunu għal perjodu qasir u kemm-il darba d-drittijiet tal-vot li jiġu ma' dawn l-ishma ma jiġux eżerċitati.

Artikolu 12

Proċeduri dwar in-notifika u l-iżvelar ta' holdings importanti

1.   In-notifika meħtieġa taħt l-Artikoli 9 u 10 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

is-sitwazzjoni riżultanti f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet tal-vot;

(b)

il-katina ta' impriżi kkontrollati li permezz tagħhom id-drittijiet tal-vot huma miżmuma b'mod effettiv, jekk applikabbli;

(ċ)

id-data meta l-limitu ntlaħaq jew inqabeż; u

(d)

l-identità ta' l-azzjonista, anki jekk dak l-azzjonista ma jkunx intitolat li jeżerċita d-drittijiet tal-vot taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10, u tal-persuna fiżika jew entità ġuridika li għandha l-jedd li teżerċita d-drittijiet tal-vot fl-interess ta' dak l-azzjonista.

2.   In-notifika lill-emittent għandha ssir kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn erbat ijiem tal-kummerċ, li l-ewwel wieħed minnhom għandu jkun il-jum wara d-data meta l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10,

(a)

isiru jafu dwar l-akkwist jew it-trasferiment jew dwar il-possibiltà li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot, jew meta, fiċ-ċirkostanzi, kellhom isiru jafu bihom, irrispettivament mid-data li fiha l-akkwist, it-trasferiment jew il-possibilità li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tidħol fis-seħħ; jew

(b)

jiġu infurmati dwar l-avveniment imsemmi fl-Artikolu 9(2).

3.   Impriża għandha tkun eżenti milli tagħti n-notifika meħtieġa skond il-paragrafu 1 jekk in-notifika ssir mill-impriża parent jew, meta l-impriża parent innifisha tkun impriża kontrollata, mill-impriża parent tagħha stess.

4.   L-impriża parent ta' kumpannija ta' ġestjoni m'għandhiex tkun meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-investimenti ġestiti mill-kumpannija ta' ġestjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 85/611/KEE, kemm-il darba dik il-kumpannija ta' ġestjoni teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent.

Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestiti minn din il-kumpannija ta' ġestjoni u l-kumpannija ta' ġestjoni ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tkun tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l- impriża parent.

5.   L-impriża parent ta' ditta ta' investiment awtorizzata taħt id-Direttiva 2004/39/KE mhijiex meħtieġa li tiġbor flimkien il-holdings tagħha taħt l-Artikoli 9 u 10 u l-holdings li din id-ditta ta' investimenti tiġġestixxi fuq bażi individwalizzata skond it-tifsira tal-punt 9 ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, kemm-il darba:

id-ditta ta' investiment tkun awtorizzata li tipprovdi din il-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-Sezzjoni A ta' l-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

tista' teżerċita biss id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn l-ishma fuq struzzjonijiet mogħtija bil-miktub jew b'mezzi elettroniċi jew jekk tiżgura li s-servizzi ta' ġestjoni ta' portfolio individwalizzati jitmexxew indipendentement minn kwalunkwe servizzi oħrajn taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk provduti taħt id-Direttiva 85/611/KEE billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi approprjati; u

id-ditta ta' investiment teżerċita d-drittijiet tal-vot tagħha b'mod indipendenti mill-impriża parent.

Madanakollu, l-Artikoli 9 u 10 għandhom japplikaw meta l-impriża parent, jew xi impriża oħra kkontrollata mill-impriża parent, tkun investiet f'holdings ġestit minn din id-ditta ta' investiment u d-ditta ta' investiment ma jkollha ebda diskrezzjoni li teżerċita d-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawn il-holdings u tista' teżerċita dawn id-drittijiet tal-vot biss fuq struzzjonijiet diretti jew indiretti mill-impriża parent jew minn impriża kontrollata oħra ta' l-impriża parent.

6.   Malli tirċievi n-notifika skond il-paragrafu 1, iżda mhux iktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara, l-emittent għandu jagħmel pubbliku l-informazzjoni kollha li tkun tinsab fin-notifika.

7.   Stat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lill-emittenti mill-ħtieġa li tinsab fil-paragrafu 6 jekk l-informazzjoni mniżżla fin-notifika tkun ġiet ippubblikata mill-awtorità kompetenti tiegħu, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21, malli jirċievi n-notifika, iżda mhux aktar tard minn tlett ijiem tal-kummerċ wara.

8.   Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2, 4, 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni:

(a)

sabiex tiġi stabbilita formola standard li għandha tintuża fil-Komunità kollha meta tiġi notifikata l-informazzjoni meħtieġa lill-emittent taħt il-paragrafu 1 jew meta tiġi preżentata l-informazzjoni taħt l-Artikolu 19(3);

(b)

sabiex tiffissa kalendarju ta' “ġranet tal-kummerċ” għall-Istati Membri kollha;

(ċ)

sabiex tistabbilixxi f'liema każijiet l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, jew it-tnejn li huma, għandhom jagħmlu n-notifika neċessarja lill-emittent;

(d)

sabiex jiġu ċċarati iċ-ċirkostanzi li taħthom l-azzjonista, jew il-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10, kellhom isiru jafu bl-akkwist jew it-trasferiment;

(e)

sabiex jiġu ċċarati l-kondizzjonijiet ta' indipendenza li jridu jiġu sodisfatti mill-kumpanniji ta' ġestjoni u l-impriżi parent tagħhom jew minn ditti ta' investiment u l-impriżi parent tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5.

Artikolu 13

1.   Ir-rekwiżiti ta' notifika stabbiliti fl-Artikolu 9 għandhom japplikaw ukoll għal persuna fiżika jew entità ġuridika li tkun fil-pussess, direttament jew indirettament, ta' strumenti finanzjarji li jagħtu l-jedd li wieħed jakkwista, fuq l-inizzjattiva tad-detentur waħdu, taħt ftehim formali, ishma li magħhom huma marbuta drittijiet tal-vot, diġà maħruġa, ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1. Hija għandha b'mod partikolari tistabbilixxi:

(a)

it-tipi ta' strumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 u l-aggregazzjoni tagħhom;

(b)

in-natura ta' ftehim formali msemmi fil-paragrafu 1;

(ċ)

il-kontenuti tan-notifika li trid issir, billi tistabbilixxi l-formola standard li għanda tintuża fil-Komunità kollha għal dak l-iskop;

(d)

il-perjodu tan-notifika;

(e)

lil min għandha tinbagħat in-notifika.

Artikolu 14

1.   Meta emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jakkwista jew jittrasferixxi l-ishma tiegħu, jew direttament jew inkella permezz ta' persuna li taġixxi f'isimha stess imma fl-interess ta' l-emittent, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li l-emittent jagħmel pubbliku l-proporzjon ta' l-ishma tiegħu kemm jista' jkun malajr, iżda mhux iktar tard minn erbat ijiem tal-kummerċ wara li jsir dan l-akkwist jew it-trasferiment meta dan il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel taħt il-limiti ta' 5 % jew 10 % tad-drittijiet tal-vot. Il-proporzjon għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tan-numru totali ta' ishma li magħhom ikunu marbuta drittijiet tal-vot.

2.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1.

Artikolu 15

Għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti mogħtija fl-Artikolu 9, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu għallinqas jeħtieġ l-iżvelar lill-pubbliku mill-emittent tan-numru totali ta' drittijiet tal-vot u ta' kapital fit-tmiem ta' kull xahar tal-kalendarju li matulu tkun seħħet żjieda jew tnaqqis f'dan in-numru totali.

Artikolu 16

Informazzjoni addizzjonali

1.   L-emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jagħmel pubbliku mingħajr dewmien kull bidla fid-drittijiet marbuta mad-diversi klassijiet ta' ishma, inklużi l-bidliet fid-drittijiet marbuta ma' titoli derivattivi maħruġa mill-emittent innifisu u li jagħtu aċċess għall-ishma ta' dik l-emittent.

2.   L-emittent ta' titoli minbarra ishma, li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, għandu jagħmel pubbliku mingħajr dewmien kull bidla fid-drittijiet tad-detenturi ta' titoli minbarra ishma, inklużi bidliet fit-termini u l-kondizzjonijiet ta' dawn it-titoli li jistgħu b'mod indirett jaffettwaw dawk id-drittijiet, u li jirriżultaw b'mod partikolari minn bidla fit-termini ta' self jew fir-rati ta' l-interessi.

3.   L-emittent ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jagħmel pubbliku mingħajr dewmien il-ħruġ ta' self ġdid u b'mod partikolari kull garanzija jew sigurtà f'dan ir-rigward. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/6/KE, dan il-paragrafu m'għandux japplika għal korp internazzjonali pubbliku li tiegħu mill-inqas Stat Membru wieħed ikun membru.

SEZZJONI II

Informazzjoni għal detenturi ta' titoli ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

Artikolu 17

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal emittenti li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1.   L-emittent ta' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura t-trattament ugwali tad-detenturi kollha ta' ishma li jkunu fl-istess posizzjoni.

2.   L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' ishma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. L-azzjonisti m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a)

jipprovdi informazzjoni dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat, in-numru totali ta' ishma u ta' drittijiet tal-vot u d-drittijiet tad-detenturi li jipparteċipaw fil-laqgħat;

(b)

jagħmel disponibbli formola ta' prokura, f'forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' l-azzjonisti, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara tħabbir tal-laqgħa;

(ċ)

tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-azzjonisti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom; u

(d)

tippubblika avviżi jew tqassam ċirkulari dwar l-allokazzjoni u l-ħlas ta' dividendi u l-ħruġ ta' ishma ġodda, inkluża informazzjoni dwar kull xorta ta' arranġamenti għall-allokazzjoni, is-sottoskrizzjoni, il-kanċellazzjoni jew il-konverżjoni.

3.   Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lill-azzjonisti, l-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jippermetti lill-emittenti illi jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza ta' l-azzjonista jew, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10(a) sa (h), tal-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi;

(b)

għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex l-azzjonisti, jew il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridii li huma intitolati li jeżerċitaw jew li jidderieġu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot, ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ)

l-azzjonisti, jew fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 10 (a) sa (e), il-persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li jkunu intitolati li jakkwistaw, jittrasferixxu jew jeżerċitaw drittijiet tal-vot, għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u, jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub, u

(d)

kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent b'mod konformi mal-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta' istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom azzjonista jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(ċ).

Artikolu 18

Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-emittenti ta' titoli ta' dejn li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

1.   L-emittent ta' titoli ta' debitu li jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandu jiżgura li d-detenturi kollha ta' titoli ta' debitu li jkollhom l-istess gradwazzjoni jingħataw trattament ugwali fir-rigward tad-drittijiet kollha marbuta ma' dawk it-titoli ta' debitu.

2.   L-emittent għandu jiżgura li l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini u li l-integrità tad-data tiġi preżervata. Id-detenturi ta' titoli ta' debitu m'għandhomx jinżammu milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi prokura, bla ħsara għal-liġi tal-pajjiż fejn l-emittent ikun inkorporat. B'mod partikolari, l-emittent għandu:

(a)

jippubblika avviżi, jew iqassam ċirkolari, dwar il-post, il-ħin u l-aġenda tal-laqgħat tad-detenturi ta' titoli ta' debitu, il-ħlas ta' imgħaxijiet, l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' konverżjoni, skambju, sottoskrizzjoni jew kanċellazzjoni, u l-ħlas lura, kif ukoll id-dritt ta' dawk id-detenturi li jipparteċipaw fihom;

(b)

jagħmel disponibbli formola ta' prokura fil-forma miktuba jew, fejn applikabbli, b'mezzi elettroniċi, lil kull persuna li jkollha l-jedd li tivvota f'laqgħa ta' detenturi ta' titoli ta' debitu, flimkien ma' l-avviż dwar il-laqgħa jew, fuq talba, wara t-tħabbir tal-laqgħa; u

(ċ)

tinnomina bħala l-aġent tagħha istituzzjoni finanzjarja li permezz tagħha d-detenturi ta' titoli ta' debitu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet finanzjarji tagħhom;

3.   Jekk ikunu ser jiġu mistiedna biss detenturi ta' titoli ta' debitu li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tammonta għal mhux inqas minn EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' debitu denominati f'munita minbarra l-euro, li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tkun, fid-data tal-ħruġ, ekwivalenti għal mhux inqas minn EUR 50 000, l-emittent jista' jagħżel bħala lok kwalunkwe Stat Membru, kemm-il darba l-faċilitajiet u l-informazzjoni kollha meċessarji sabiex dawn id-detenturi jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom isiru disponibbli f'dak l-Istat Membru.

4.   Għall-iskopijiet ta' l-għoti ta' informazzjoni lid-detenturi ta' titoli ta' debitu, l-Istat Membru ta' l-oriġini, jew l-Istat Membru magħżul mill-emittent skond il-paragrafu 3, għandu jippermetti lill-emittenti li jużaw mezzi elettroniċi, kemm-il darba din id-deċiżjoni tittieħed f'laqgħa ġenerali u tkun tissodisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu ta' mezzi elettroniċi b'ebda mod m'għandu jiddependi fuq fejn tinsab is-sede jew ir-residenza tad-detentur ta' titolu ta' debitu jew ta' prokuratur li jirrappreżenta lil dak id-detentur;

(b)

għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta' identifikazzjoni sabiex id-detenturi ta' titoli ta' debitu ikunu infurmati b'mod effettiv;

(ċ)

id-detenturi ta' titoli ta' debitu għandhom jiġu kkuntattjati bil-miktub sabiex jintalab il-kunsens tagħhom għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-għoti ta' informazzjoni u jekk ma joġġezzjonawx fi żmien raġonevoli, l-kunsens tagħhom jitqies illi jkun ingħata. Għandhom ikunu jistgħu jitolbu, f'kull ħin fil-futur, li l-informazzjoni tingħata bil-miktub; u

(d)

kull tqassim ta' l-ispejjeż involuti fl-għoti ta' din l-informazzjoni b'mezzi elettroniċi għandu jiġi stabbilit mill-emittent skond il-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fil-paragrafu 1.

5.   Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1 sa 4. Hija għandha, b'mod partikolari, tispeċifika t-tipi ta' istituzzjonijiet finanzjarji li permezz tagħhom detentur ta' titolu ta' debitu jista' jeżerċita d-drittijiet finanzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(ċ).

KAPITOLU IV

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 19

Kontroll ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini

1.   Kull meta l-emittent, jew persuna li tkun talbet, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, l-ammissjoni tat-titoli tiegħu għall-kummerċ f'suq regolat, tiżvela informazzjoni regolata, hu għandu fl-istess ħin jiddepożita dik l-informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tiegħu. Dik l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tippubblika dik l-informazzjoni depożitta fuq is-sit ta' l-Internet tagħha.

Meta emittent jipproponi li jemenda l-istrument ta' inkorporazzjoni jew l-istatuti tiegħu, hu għandu jikkomunika l-abbozz ta' l-emenda lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini u lis-swieq regolati fejn t-titoli tiegħu jkunu ġew ammessi għall-kummerċ. Din il-komunikazzjoni għandha ssir minnufih, iżda mhux aktar tard mid-data ta' meta tissejjaħ il-laqgħa ġenerali li jkollha tivvota fuq, jew tkun informata dwar, l-emenda.

2.   L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lil emittent mill-ħtieġa taħt il-paragrafu 1 fir-rigward ta' informazzjoni żvelata skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE jew l-Artikolu 12(6) ta' din id-Direttiva.

3.   Informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata lill-emittent skond l-Artikoli 9, 10, 12 u 13 għandha fl-istess ħin tiġi depożitata ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

4.   Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-proċedura skond liema l-emittent, id-detentur ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew entità msemmija fl-Artikolu 10, għandhom jippreżentaw informazzjoni ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini taħt il-paragrafi 1 jew 3, rispettivament, sabiex:

(a)

ikunu jistgħu jagħmlu l-preżentata permezz ta' mezzi elettroniċi fl-Istat Membru ta' l-oriġini;

(b)

tikkoordina l-preżentata tar-rapport finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva mal-preżentata ta' l-informazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/71/KE.

Artikolu 20

Lingwi

1.   Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fl-Istat Membru ta' l-oriġini biss, l-informazzjoni regolata għandha tingħata biss b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini.

2.   Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kemm fl-Istat Membru ta' l-oriġini kif ukoll fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, l-informazzjoni regolata għandha tiġi żvelata:

(a)

b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ta' l-oriġini; u

(b)

skond l-għażla ta' l-emittent, jew b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

3.   Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru ospitanti wieħed jew aktar, iżda mhux fl-Istat Membru ta' l-oriġini, l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dawk l-Istati Membri ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

Barra minn hekk, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jistabbilixxi fil-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi tiegħu li l-informazzjoni regolata għandha, skond l-għażla ta' l-emittent, tiġi żvelata jew b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti tiegħu jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali.

4.   Fejn titoli jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, ir-rekwiżiti taħt il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jaqgħu mhux fuq l-emittent, iżda fuq il-persuna li, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tkun talbet din l-ammissjoni.

5.   L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-azzjonisti u lill-persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikoli 9, 10 u 13 li jinnotifikaw informazzjoni lil xi emittent taħt din id-Direttiva b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali biss. Jekk l-emittent jirċievi din in-notifika, l-Istati Membri ma jistgħux jeħtieġu li l-emittent jipprovdi traduzzjoni għal xi lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti.

6.   B'deroga mill-paragrafi 1 sa 4, fejn titoli li d-denominazzjoni tagħhom għal kull unità tammonta għal mhux inqas minn EUR 50 000 jew, fil-każ ta' titoli ta' debitu mhux denominati f'munita minbarra l-euro, tkun ekwivalenti għal mhux inqas minn EUR 50 000 fid-data tal-ħruġ, ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru wieħed jew aktar, informazzjoni regolata għandha tingħata lill-pubbliku jew b'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti kemm ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini kif ukoll ta' l-Istat Membru ospitanti jew b'lingwa wżata fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, skond għażla ta' l-emittent jew tal-persuna li, mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tkun talbet din l-ammissjoni.

7.   Jekk isir xi rikors dwar il-kontenut ta' l-informazzjoni regolata quddiem qorti jew tribunal fi Stat Membru, ir-responsabbiltà għall-ħlas ta' l-ispejjeż imġarrba għat-traduzzjoni ta' dik l-informazzjoni għall-iskopijiet tal-proċedimenti għandha tiġi deċiża skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 21

Aċċess għal informazzjoni regolata

1.   L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li l-emittent, jew il-persuna li tkun applikat għall-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, tiżvela informazzjoni regolata b'mod li jiżgura aċċess veloċi għal din l-informazzjoni fuq bażi mhux diskriminatorja u jagħmilha disponibbli għall-mekkaniżmu maħtur b'mod uffiċjali msemmi fil-paragrafu 2. L-emittent, jew il-persuna li applikat għall-ammissjoni sabiex tinnegozja f'suq regolat mingħajr il-kunsens ta' l-emittent, ma jistgħux jitolbu lill-investituri biex jagħmlu xi ħlas speċjali għall-għoti ta' l-informazzjoni. L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jeħtieġ lill-emittent sabiex juża dawk il-mezzi li jkunu raġonevolment affidabbli biżżejjed għad-disseminazzjoni effettiva ta' l-informazzjoni lill-pubbliku fil-Komunità. L-Istat Membru ta' l-oriġini ma jistax jimponi xi obbligu sabiex jintużaw biss mezzi li l-operaturi tagħhom huma stabbiliti fit-territorju tiegħu.

2.   L-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiżgura li jkun hemm għallinqas mekkaniżmu wieħed li jkun maħtur uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta' informazzjoni regolata. Dawn il-mekkaniżmi għandhom jikkonformaw ma' istandards ta' kwalità minimi -ta' sigurtà, ta' ċertezza dwar is-sorsi ta' l-informazzjoni, ta' rrekordjar tal-ħin u ta' aċċess faċli mill-utenti finali u għandhom ikunu konformi mal-proċedura ta' ppreżentar taħt l-Artikolu 19(1).

3.   Fejn it-titoli huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fi Stat Membru ospitanti wieħed biss u mhux fl-Istat Membru ta' l-oriġini, l-Istat Membru ospitanti għandu jiżgura li l-informazzjoni regolata tiġi żvelata skond ir-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Sabiex tikkunsidra l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tispeċifika:

(a)

standards minimi għat-tixrid ta' informazzjoni regolata, kif jingħad fil-paragrafu 1;

(b)

standards minimi għall-mekkaniżmu ta' ħażna ċentrali kif jingħad fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika wkoll u taġġorna lista ta' mezzi għat-tixrid ta' informazzjoni għall-pubbliku.

Artikolu 22

Linji gwida

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida xierqa bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-pubbliku għal informazzjoni li għandha tiġi żvelata skond id-Direttiva 2003/6/KE, d-Direttiva 2003/71/KE u din id-Direttiva.

L-għan ta' dawk il-linji gwida għandu jkun il-ħolqien ta':

(a)

rettikolat elettroniku li għandu jiġi stabbilit fuq livell nazzjonali bejn ir-regolaturi nazzjonali ta' titoli, operaturi ta' swieq regolati u reġistri nazzjonali tal-kumpanniji koperti mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta' Marzu ta' l-1968 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-membri u ta' terzi, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 (18) tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità (19); u

(b)

rettikolat elettroniku waħdieni, jew pjattaforma ta' rettikolati elettroniċi, fl-Istati Membri kollha.

2.   Il-Kummissjoni għandha tirrevedi r-riżultati miksuba taħt il-paragrafu 1 sa l-31 ta' Diċembru 2006 u tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni sabiex tiffaċilita l-konformità ma' l-Artikoli 19 u 21.

Artikolu 23

Pajjiżi terzi

1.   Fejn l-uffiċċju rreġistrat ta' l-emittent jkun f'pajjiż terz, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-oriġini tista' teżenta lill-emittent minn rekwiżiti skond l-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikoli 12(6), 14, 15 u 16 sa 18, kemm-il darba l-liġi tal-pajjiż terz in kwistjoni tistabbilixxi rekwiżiti ekwivalenti jew sakemm dan l-emittent jikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġi ta' pajjiż terz li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-oriġini tikkunsidra bħala ekwivalenti.

Madankollu, l-informazzjoni koperta bir-rekwiżiti stabbiliti fil-pajjiż terz għandha tiġi depożitata skond l-Artikolu 19 u komunikata skond l-Artikoli 20 u 21.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, emittent li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jkun f'pajjiż terz għandu jkun eżentat milli jħejji d-dikjarazzjoni finanzjaja tiegħu skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 5 qabel is-sena finanzjarja li tibda nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2007, sakemm l-emittent iħejji d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu skond standards aċċettati internazzjonalment kif jingħad fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

3.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-oriġini għandha tiżgura li l-informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li tista' tkun ta' importanza għall-pubbliku fil-Komunità tiġi żvelata skond l-Artikoli 20 u 21, anki jekk informazzjoni bħal din mhijiex informazzjoni regolata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(k).

4.   Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni:

(i)

li jistabbilixxu mekkaniżmu li jiżgura l-istabbiliment ta' l-ekwivalenza ta' l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji u informazzjoni, inklużi dikjarazzjonijiet finanzjarji, meħtieġa skond il-liġi, r-regolamenti, jew id-disposizzjonijiet amministrattivi ta' pajjiż terz;

(ii)

li jistabbilixxu li, skond il-liġi, r-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu jew skond il-prattiċi jew proċeduri bbażati fuq l-istandards internazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, l-pajjiż terz fejn hu reġistrat l-emittent jiżgura l-ekwivalenza tar-rekwiżiti ta' l-informazzjoni previsti f'din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza ta' l-istandards tal-kontabilità li huma wżati minn emittenti ta' pajjiż terz taħt il-kondizzjonjiet stabbiliti fl-Artikolu 30(3) mhux aktar tard minn ħames snin mid-data msemmija fl-Artikolu 31. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-istandards tal-kontabilità ta' pajjiż terz mhumiex ekwivalenti, tista' tippermetti lill-emittenti konċernati sabiex ikomplu jużaw dawn l-istandards tal-kontabilità matul perjodu transitorju xieraq.

5.   Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu t-tip ta' informazzjoni żvelata f'pajjiż terz li hija ta' importanza għall-pubbliku fil-Komunità.

6.   Impriżi li l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jinsab f'pajjiż terz li kien ikollhom bżonn ta' awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE jew, fir-rigward tal-ġestjoni tal-portfolio taħt il-punt 4 tas-sezzjoni A ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE li kieku kellhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew, fil-każ biss ta' ditta ta' investiment, l-uffiċċju prinċipali tagħhom fil-Komunità għandhom ukoll jiġu eżentati milli jiġbru flimkien il-holdings mal-holdings ta' l-impriżi parent tagħhom skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12(4) u (5) sakemm dawn ikunu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' indipendenza bħala kumpanniji ta' ġestjoni jew bħala ditti ta' investiment.

7.   Sabiex tqis l-iżviluppi tekniċi fis-swieq fis-finanzjarji u sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2), tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jiddikjaraw li, permezz tal-liġi, r-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi domestiċi tiegħu, pajjiż terz jiżgura l-ekwivalenza ta' rekwiżiti ta' indipendenza previsti taħt din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha.

KAPITOLU V

AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 24

Awtoritajiet kompetenti u s-setgħat tagħhom

1.   Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtorità ċentrali msemmija fl-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/71/KE bħala l-awtorità amministrattiva kompetenti ċentrali responsabbli għat-twettiq tar-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u sabiex tiżgura li d-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva huma applikati. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni skond dan.

Iżda, għall-għanijiet tal-paragrafu 4(h), l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti minbarra l-awtorità kompetenti ċentrali imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtorità kompetenti ċentrali tagħhom li tiddelega xi dmirijiet. Għajr għad-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 4(h), kwalunkwe delegazzjoni ta' dmirijiet dwar ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha għandhom jiġu riveduti ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għandhom jintemmu tmien snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Kwalunkwe delegazzjoni tad-dmirijiet għandha ssir b'mod speċifiku u tiddikjara d-dmirijiet li għandhom isiru u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom isiru.

Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu klawsola li teħtieġ li l-entità in kwistjoni tkun organizzata b'tali mod li kunflitti ta' interessi jiġu evitati u informazzjoni miksuba mit-twettiq ta' dmirijiet delegati ma tiġix użata b'mod mhux ġust jew sabiex timpedixxi l-kompetizzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-responsabbiltà finali għas-sorveljanza tal-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi adottati bi qbil magħha għandhom jaqgħu f'idejn l-awtorità kompetenti maħtura skond il-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe arranġamenti li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tad-delegazzjoni ta' dmirijiet, inklużi l-kondizzjonijiet preċiżi għar-regolament tad-delegazzjonijiet.

4.   Kull awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet tagħha. Għandha għallinqas jkollha s-setgħa li:

(a)

teħtieġ lill-awdituri, lill-emittenti, lid-detenturi ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew lill-persuni li jissemmew fl-Artikoli 10 jew 13, u lill-persuni li jikkontrollawhom jew li huma kkontrollati minnhom, sabiex jipprovdu informazzjoni u dokumenti;

(b)

teħtieġ lill-emittent sabiex jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punt (a) lill-pubbliku bil-mezzi u fil-limiti ta' żmien li l-awtorità tikkunsidra meħtieġa. Tista' tippubblika din l-informazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess fil-każ li l-emittent, jew il-persuni li jikkontrollawh jew li huma kkontrollati minnu, jonqsu li jagħmlu dan u wara li jkunu semgħu lill-emittent;

(ċ)

teħtieġ lill-ġesturi ta' l-emittenti u tad-detenturi ta' ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew ta' persuni jew entitajiet imsemmija fl-Artikoli 10 jew 13, sabiex jinnotifikaw l-informazzjoni meħtieġa taħt din id-Direttiva, jew taħt il-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex jipprovdu aktar informazzjoni u dokumenti;

(d)

tissospendi jew titlob lis-suq regolat relevanti jissospendi, il-kummerċ f'titoli għal massimu ta' għaxart'ijiem kull darba jekk ikollha raġunijiet xierqa biex tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura mill-emittent;

(e)

tipprojbixxi l-kummerċ f'suq regolat jekk issib li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jew tal-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva, jkunu ġew miksura, jew jekk ikollha raġuni li tissuspetta li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu ġew miksura;

(f)

tikkontrolla li l-emittent jiżvela informazzjoni fil-ħin bil-għan li jiżgura aċċess effettiv u ugwali għall-pubbliku fl-Istati Membri kollha fejn it-titoli huma kkumerċjalizzati u tieħu azzjoni xierqa jekk dan ma jkunx il-każ;

(g)

tagħmel pubbliku l-fatt li l-emittent, jew id-detentur ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, qiegħda tonqos milli tikkonforma ma' l-obbligi tagħha;

(h)

teżamina li l-informazzjoni msemmija f'din id-Direttiva tiġi mħejjija skond il-qafas ta' rappurtaġġ relevanti u tieħu miżuri addattati fil-każ li tiskopri xi ksur; u

(i)

twettaq spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju tagħha skond il-liġi nazzjonali, sabiex tivverifika l-konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u l-miżuri implimentattivi tagħha. Fejn ikun hemm bżonn taħt il-liġi nazzjonali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw din is-setgħa billi jirrikorru għall-awtorità ġudizzjarja relevanti u/jew f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet oħra.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jagħmel arranġamenti legali u amministrattivi separati għal territorji barranin Ewropej li għar-relazzjonijiet barranin tagħhom ikun responsabbli l-Istat Membru.

6.   L-iżvelar lill-awtoritajiet kompetenti mill-awdituri ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni relatata mat-talbiet magħmula mill-awtorità kompetenti taħt il-paragrafu (4)(a) ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq il-komunikazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe liġi, regolament jew disposizzjoni amministrattiva u ma għandha toħloq ebda tip ta' responsabbiltà għall-awdituri.

Artikolu 25

Segretezza professjonali u koperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew kienu jaħdmu għall-awtorità kompetenti u għal dawk l-entitajiet li lilhom l-awtoritajiet kompetenti setgħu ddelegaw ċerti dmirijiet. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità ħlief permezz tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amminstrattivi ta' Stat Membru.

2.   L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jikooperaw flimkien, kull meta jkun meħtieġ, bil-għan li jaqdu dmirijiethom u jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom, kemm jekk stabbiliti f'din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali adottata skond din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni uffiċjali. Informazzjoni miksuba b'dan il-mod għandha tkun koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali li għalih huma soġġetti l-persuni impjegati jew li kienu impjegati mill-awtoritajiet kompetenti li jirċievu l-informazzjoni.

4.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim ta' koperazzjoni li jipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti jew mal-korpi ta' pajjiżi terzi li għandhom is-setgħa permezz tal-leġislazzjoni rispettiva tagħhom li jaqdu kwalunkwe dmir mogħti b'din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 24. Dan l-iskambju ta' informazzjoni huwa soġġett għal garanziji ta' segretezza professjonali ekwivalenti għallinqas għal dawk imsemmija f'dan l-Artikolu. Dan l-iskambju ta' informazzjoni għandu jkun intiż għat-twettiq ta' xogħol ta' sorveljanza mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija. Fejn l-informazzjoni tkun ġejja minn Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista tiġi komunikata mingħajr il-ftehim espress ta' l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-għanijiet biss li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-qbil tagħhom.

Artikolu 26

Miżuri ta' prekawzjoni

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti issib li l-emittent jew id-detentur ta' ishma jew ta' strumenti finanzjarji oħra, jew il-persuna jew l-entità msemmija fl-Artikolu 10, wettqu irregolaritajiet jew kisru l-obbligi tagħhom, din għandha tirreferi is-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini.

2.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, jew minħabba li dawn il-miżuri ma jkunux adegwati, l-emittent jew id-detentur tat-titoli jibqgħu jiksru d-disposizzjonijiet legali jew regulatorji relevanti, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ospitanti għandha, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini, tieħu, skond l-Artikolu 3(2), il-miżuri kollha xierqa sabiex tipproteġi lill-investituri. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar miżuri bħal dawn mill-aktar fis possibbli.

KAPITOLU VI

MIŻURI TA' IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 27

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli, stabbilit bl- Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2001/528/KE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, tenut kont tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha, kemm-il darba l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skond dik il-proċedura ma jimmodifikawx id-disposizzjonijiet essenzjali ta' din id-Direttiva.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tlett xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni diġà adottati sa 20 ta' Jannar 2009 l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-adozzjoni ta' regoli u deċiżjonijiet tekniċi skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi sospiża. Fuq proposta mill-Kummissjoni, l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jġeddu d-disposizzjonijiet konċernati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dak il-għan, għandhom jirreveduhom qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' erba' snin.

Artikolu 28

Pieni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istati Membri li jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li fejn ma jkunx hemm konformità mad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, għallinqas ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi xierqa jew jiġu imposti pieni ċivili u/jew amministrattivi fir-rigward tal-persuni responsabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawk il-miżuri jkunu effettivi, proporzjonati u diswassivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-awtorità kompetenti tkun tista' tiżvela lill-pubbliku kull miżura meħuda jew piena imposta għall-ksur tad-disposizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, ħlief meta żvelar bħal dan iqiegħed is-swieq finanzjarji fil-periklu serju jew jikkawża ħsara mhux proporzjonata lill-partijiet involuti.

Artikolu 29

Dritt għal appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi d-deċiżjonijiet meħuda taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu soġġetti għad-dritt ta' appell lill-qrati.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 30

Disposizzjonijiet transitorji

1.   B'deroga mill-Artikolu 5(3) ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta emittenti msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 1606/2002 milli jiżvelaw dikjarazzjonijiet finanzjarji skond dak ir-Regolament għas-sena finanzjarja li tibda nhar jew wara l-1 ta' Jannar 2006.

2.   Minkejja l-Artikolu 12(2), azzjonista għandu jinnotifika lill-emittent mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data fl-Artikolu 31(1) bil-proporzjon tad-drittijiet tal-vot u l-kapital li għandu, skond l-Artikoli 9, 10 u 13, ma' emittenti f'dik id-data, sakemm ma jkunx diġà għamel notifika li jkun fiha informazzjoni ekwivalenti qabel dik id-data.

Minkejja l-Artikolu 12(6), emittent għandu min-naħa tiegħu jikkomunika l-informazzjoni li jirċievi f'dawn in-notifiki mhux aktar tard minn tlett xhur wara d-data fl-Artikolu 31(1).

3.   Meta l-emittent hu nkorporat f'pajjiż terz, l-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lil dan l-emittent fir-rigward ta' dawk it-titoli ta' debitu li kienu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fil-Komunità qabel l-1 ta' Jannar 2005 milli jħejji id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu skond l-Artikolu 4 (3) u r-rapport ta' ġestjoni tiegħu skond l-Artikolu 4(5) sakemm

(a)

l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali magħmula minn emittenti minn dan il-pajjiż terz jagħtu stat sewwa u xieraq ta' l-attiv u l-passiv, il-posizzjoni fianzjarja u r-riżultati ta' l-emittent;

(b)

il-pajjiż terz fejn l-emittent hu nkorporat ma għamilx obbligatorju l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002; u

(ċ)

il-Kummissjoni ma ħadet l-ebda deċiżjoni skond l-Artikolu 23(4) (ii) dwar jekk hemmx ekwivalenza bejn l-istandards tal-kontabbilità imsemmija hawn fuq, u

l-istandards tal-kontabbilità stabbiliti fil-liġi, fir-regolamenti, jew fid-disposizzjonijiet amministrattivi tal-pajjiż terz fejn l-emittent hu nkorporat, jew

l-istandards tal-kontabbilità ta' pajjiż terz li magħhom dan l-emittent għażel illi jikkonforma.

4.   L-Istat Membru ta' l-oriġini jista' jeżenta lill-emittenti fir-rigward biss ta' dawk it-titoli ta' debitu li jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fil-Komunità qabel l-1 ta' Jannar 2005 milli jippubblikaw ir-rapport finanzjarju ta' kull sitt xhur skond l-Artikolu 5 għal 10 snin wara l-1 ta' Jannar 2005, sakemm l-Istat Membru ta' l-oriġini kien iddeċieda li jippermetti li dawn l-emittenti jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2001/34/KE fil-ħin ta' l-ammissjoni ta' dawk it-titoli ta' debitu.

Artikolu 31

Trasposizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id- Direttiva sa 20 ta' Jannar 2007. Għandhom jinfurmaw lill-Kumissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri skond l-Artikoli 3(1), 8(2), 8(3), 9(6) jew 30, dawn għandhom jikkomunikaw minnufih dawn il-miżuri lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 32

Emendi

B'effett mid-data speċifikata fl-Artikolu 31(1), id-Direttiva 2001/34/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-punti (g) u (h) għandhom jitħassru;

(2)

L-Artikolu 4 għandu jitħassar;

(3)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(4)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“2.   L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw lill-emittenti ta' titoli ammessi għal elenkar uffiċjali għal rekwiżiti addizzjonali, sakemm dawn ir-rekwiżiti addizzjonali japplikaw b'mod ġenerali għall-emittenti kollha jew għal klassijiet individwali ta' emittenti”;

(5)

L-Artikoli 65 sa 97 għandhom jitħassru;

(6)

L-Artikoli 102 u 103 għandhom jitħassru;

(7)

Fl-Artikolu 107(3), it-tieni subparagrafu għandu jitħassar;

(8)

Fl-Artikolu 108, il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (a), il-kliem “informazzjoni perjodika għandha tiġi ppubblikata mill-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma ammessi” għandu jitħassar;

(b)

il-punt (b) għandu jitħassar;

(ċ)

il-punt (ċ)(iii) għandu jitħassar;

(d)

il-punt (d) għandu jitħassar.

Ir-referenzi għad-disposizzjonijiet mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 33

Reviżjoni

Sat-30 ta' Ġunju 2009 il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill inklużi jekk ikunx xieraq illi tintemm l-eżenzjoni għal titoli ta' debitu eżistenti wara l-perjodu ta' 10 snin kif previst fl-Artikolu 30(4) u l-impatt potenzjali ta' dan fuq is-swieq finanzjarji Ewropej.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 35

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

A. NICOLAÏ


(1)  ĠU C 80, 30.3.2004, p.128.

(2)  ĠU C 242, 9.10.2003, p. 6.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Marzu 2004 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2004.

(4)  ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.

(5)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/8/KE (ĠU L 3, 7.1.2004, p. 33).

(7)  ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/71/KE.

(8)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(11)  ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(12)  ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/39/KE

(13)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/69/KE (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 44).

(14)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

(15)  ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 17.7.2003, p. 16).

(16)  ĠU L 222, 14.8.1978, p.11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE

(17)  ĠU L 141, 11.6.1993, p.1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/39/KE.

(18)  Nota mill-Editur: It-Titolu ġie aġġustat sabiex jieħu kont tan-numerazzjoni mill-ġdid ta' l-Artikoli tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 12 tat-Trattat ta' Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet għall-Artikolu 58 tat-Trattat.

(19)  ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 221, 4.9.2003, p. 13.).