16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/272


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

(2013/590/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013.(05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0100/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 135.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7-0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0100/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli u li t-transazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (“l-Aġenzija”) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza, fost affarijiet oħra:

esprima t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat approprjazzjonijiet riportati għas-sena ta’ wara li ammontaw għal 19 % tal-baġit totali tal-Aġenzija,

ħeġġeġ lill-Aġenzija biex:

tpoġġi lista fiżika eżawrjenti tal-inventarju fil-post u tiżgura l-korrettezza tan-notamenti tal-kontabilità,

ittejjeb it-trasparenza tal-estimi u tiċċara min għandu responsabbiltà,

issaħħaħ l-awtorizzazzjoni tal-akkwist tagħha f’deċiżjoni ta’ finanzjament u f’livell ta’ programm ta’ ħidma,

tiżgura li l-iżvelar tal-eċċezzjonijiet fir-Rapport tagħha dwar l-Attività Annwali jsir b’mod komprensiv;

tiżgura segwitu xieraq ta’ irregolaritajiet potenzjali,

tiżviluppa u tirrapporta dwar il-kontrolli ex post,

C.

billi l-baġit globali tal-Aġenzija għas-sena 2011 kien EUR 8 102 921, li huwa 0,003 % inqas mill-baġit tagħha għall-2010 (EUR 8 133 188); billi għall-2011, il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija ammontat għal EUR 7 931 858 (7), meta mqabbla ma’ EUR 7 928 200 fl-2010,

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.

Ifakkar li l-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni kienet EUR 7 921 858 għall-2011; jinnota li l-implimentazzjoni tal-baġit tjiebet meta mqabbla mas-sena preċedenti;

2.

Jirrikonoxxi mill-kontijiet annwali li l-baġit inizjali tal-Aġenzija għall-2011 ammonta għal EUR 7 931 858; jinnota, madankollu, li l-Bord tat-Tmexxija emenda l-baġit sabiex jirrifletti kontribuzzjoni ta’ EUR 171 063 minn pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles;

3.

Jistabbilixxi mill-kontijiet annwali li l-approprjazzjonijiet ġew impenjati b’rata ta’ 100 % meta mqabbla ma’ 99,95 % fl-2010, filwaqt li l-pagamenti laħqu l-livell ta’ 85,82 % tal-approprjazzjonijiet totali mmaniġġjati, meta mqabbla ma’ 75,46 % fl-2010;

L-approprjazzjonijiet riportati

4.

Jinnota mill-kontijiet annwali li EUR 1 166 895 tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ikkuntrattati sal-aħħar tal-2011 iżda li kienu għadhom ma tħallsux ġew riportati għall-2012; jinnota, barra minn hekk, li t-total ta’ approprjazzjonijiet riportati kkanċellati (jiġifieri riportati mill-2010 u mhux imħallsa fl-2011) fl-2011 jirrappreżenta EUR 130 133;

5.

Huwa mħasseb li, għal darba oħra, il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat 33 % ta’ riporti mill-baġit operattiv tal-Aġenzija (Titolu III); jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tindika dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Aġenzija li huma ffinanzjati mit-Titolu III u mhijiex konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità; għal darba oħra, iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas; jinnota, barra minn hekk, li s-sitwazzjoni tjiebet, meta mqabbla mas-sena preċedenti (52 %);

6.

Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri rrappurtat 34 % ta’ riporti mill-baġit amministrattiv tal-Aġenzija (Titolu II); jinnota li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-prinċipju baġitarju ta’ annwalità. għal darba oħra, iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ akkwist

7.

Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li l-Aġenzija għandha bżonn ittejjeb id-dokumentazzjoni tal-assi fissi peress li l-akkwisti tal-assi fissi huma rreġistrati f’livell ta’ fattura u mhux f’livell ta’ partita; iħeġġeġ lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

8.

Jinnota li l-ebda miżura xierqa ma ttieħdet biex tindirizza n-nuqqas ta’ trasparenza tal-proċeduri tar-reklutaġġ irrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2010 u li l-Qorti, għal darba oħra, irrappurtat li l-Aġenzija għandha bżonn ittejjeb it-trasparenza ta’ dawk il-proċeduri; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Aġenzija biex tindirizza dan in-nuqqas; iqis li xi wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jippreżentaw piż amministrattiv konsiderevoli; għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti ċertu grad ta’ semplifikazzjoni taħt l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-aġenziji;

9.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 135.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 221.

(7)  Kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2011, p. 20.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).