20.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL

tal-15 ta’ Ottubru 2010

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra

(2012/708/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218, il-paragrafi (5) u (7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Billi

(1)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni mal-Ġeorġja (minn hawn 'il quddiem, il-“Ftehim”) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati.

(2)

Il-Ftehim ġie inizjalat nhar il-5 ta’ Marzu 2010.

(3)

Il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jkun iffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri, soġġet għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar 'il quddiem.

(4)

Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali biex ikun deċiż, jekk ikun xieraq, kif se titwaqqaf l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti arranġamenti proċedurali adattati għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Konġunt imwaqqaf skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim u fil-proċeduri għas-soluzzjoni ta' tilwim previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, kif ukoll għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw is-sigurtà u s-sikurezza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Firma

1.   L-iffirmar tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra (minn hawn 'il quddiem, “il-Ftehim”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim. (1)

2.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w) il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Applikazzjoni proviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja mill-Unjoni u mill-Istati Membri, f’konformità mal-proċeduri interni u/jew il-leġislazzjoni domestika tagħhom kif applikabbli, mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data tal-aħħar nota li biha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.   L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

2.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendi għall-Anness III u l-Anness IV tal-Ftehim f’konformità mal-Artikolu 26(2) tal-Ftehim u ta' kwistjonijiet ta’ kompetenza esklussiva tal-UE li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li għandha effett legali għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni u għandha tkun notifikata bil-quddiem lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

3.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri tagħha għandhatkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-proċeduri applikabbli ta’ votazzjoni stabbiliti mit-Trattati tal-UE ma jipprovdux mod ieħor.

4.   Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri għandhatkun adottata mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, sakemm Stat Membru ma jkunx informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tal-pożizzjoni li huwa jista’jagħti l-kunsens għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt bil-qbil tal-korpijiet leġiżlattivi tiegħu.

5.   Il-pożizzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni, ħlief f’materji li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, f’liema każ hija għandha tiġi ppreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill jew, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Soluzzjoni ta’ tilwim

1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni u lill-Istati Membri fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim.

2.   Id-deċiżjoni li tkun sospiża l-applikazzjoni ta’ benefiċċji skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kunsill abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

3.   Kwalunkwe azzjoni adattata oħra li tittieħed skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UE għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rifjutata, revokata, sospiża jew limitata l-awtorizzazzjoni ta' linja tal-ajru tal-Ġeorġja, li huma jkunu beħsiebhom jadottaw skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 14 (Sikurezza tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

3.   L-Istati Membri għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 15 (Sigurtà tal-avjazzjoni) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHOUPPE


(1)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


FTEHIM DWAR SPAZJU KOMUNI TAL-AVJAZZJONI

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, minn naħa oħra

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU-UNIT TAL-GRAN-BRITTANJA U TAL-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem "l-Istati Membri", u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda, u

L-ĠEORĠJA, minn hawn 'il quddiem imsemmija "il-Ġeorġja",

minn naħa oħra,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja minn naħa oħra, sar fil-Lussemburgu fit-22 ta' April 1996;

XEWQANA li jinħoloq Spazju Komuni tal-Avjazzjoni (CAA) abbażi ta’ aċċess reċiproku tas-suq għas-swieq tat-trasport bl-ajru tal-Partijiet, b’kondizzjonijiet indaqs ta' kompetizzjoni, u rispett tal-istess regoli - inklużi fl-oqsma ta' sikurezza, sigurtà, ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, aspetti soċjali u l-ambjent;

XEWQANA li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-opportunitajiet tat-trasport bl-ajru, inkluż bl-iżvilupp ta’ netwerks ta’ trasport bl-ajru, biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri u tat-trasportaturi tal-merkanzija u biex ikun hemm servizzi konvenjenti ta’ trasport bl-ajru;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tat-trasport bl-ajru fil-promozzjoni tal-kummerċ, it-turiżmu u l-investiment;

FILWAQT LI JINNOTAW il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li kienet iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

FILWAQT LI JAQBLU li huwa xieraq li r-regoli tas-CAA jkunu abbażi tal-leġislazzjoni rilevanti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-konformità sħiħa mar-regoli tas-CAA jintitola lill-Partijiet għall-gwadann tal-vantaġġi kollha inkluż l-aċċess miftuħ għas-swieq u l-massimu tal-benefiċċji għall-konsumaturi, u l-industriji u x-xogħol taż-żewġ partijiet;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-ħolqien tas-CAA u l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha ma jistgħux jinkisbu mingħajr arranġamenti transitorji fejn huwa meħtieġ;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ għajnuna adegwata f’dan ir-rigward;

XEWQANA li jkun possibbli għat-trasportaturi bl-ajru li joffru lill-passiġġieri jew lit-trasportaturi tal-merkanzija prezzijiet u servizzi kompetittivi fi swieq miftuħa;

XEWQANA li s-setturi kollha tal-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tat-trasportaturi bl-ajru, ikunu jistgħu jgawdu minn ftehim liberalizzat;

XEWQANA li jiżguraw l-ogħla grad ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru, u fl-istess ħin jaffermaw mill-ġdid l-inkwiet tagħhom dwar atti jew theddid kontra s-sigurtà tal-ajruplani li jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà, li jaffettwaw ħażin l-operat tat-trasport bl-ajru u li jnaqqsu l-kunfidenza tal-pubbliku fis-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;

XEWQANA li jiżguraw l-istess kondizzjonijiet għat-trasportaturi bl-ajru kollha, u li jippermettu opportunitajiet indaqs u ġusti għat-trasportaturi bl-ajru tagħhom biex jipprovdu s-servizzi miftehma;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li s-sussidji tal-gvern jistgħu jaffettwaw ħażin il-kompetizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u jistgħu jipperikolaw l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JAFFERMAW l-importanza li jħarsu l-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika internazzjonali dwar l-avjazzjoni, u waqt li jirrikonoxxu d-drittijiet tal-Istati sovrani biex dawn jieħdu miżuri xierqa għal dan il-għan;

FILWAQT LI JINNUTAW l-importanza li jitħarsu l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija permezz tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, stipulati f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999;

BIL-ĦSIEB li jkomplu jiżviluppaw il-qafas tal-ftehimiet eżistenti tat-trasport bl-ajru, bil-għan li jinfetaħ l-aċċess għas-swieq u li jittieħed il-massimu tal-benefiċċji mill-konsumaturi, it-trasportaturi bl-ajru, ix-xogħol u l-komunitajiet taż-żewġ naħat;

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, sakemm ma jingħadx diversament, it-terminu:

(1)

“Servizzi miftehma” u “Rotot speċifikati” jfissru trasport internazzjonali bl-ajru skont l-Artikolu 2 (Għoti ta’ Drittijiet) u l-Anness I għal dan il-Ftehim;

(2)

“Ftehim” tfisser dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda tiegħu;

(3)

“Trasport bl-Ajru” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta permezz ta’ inġenju tal-ajru, b’mod separat jew ikkombinat, fejn il-pubbliku jrid jħallas jew jikri. Biex ikun evitat kull dubju, dan għandu jinkludi t-trasport bl-ajru skedat jew mhux skedat (charter), kif ukoll servizzi sħaħ tal-merkanzija;

(4)

"Awtoritajiet kompetenti" tfisser l-aġenziji jew l-entitajiet tal-gvern responsabbli għall-funzjonijiet amministrattivi skont dan il-Ftehim;

(5)

"Adegwatezza" tfisser jekk l-inġenju tal-ajru huwiex tajjeb biex jopera servizzi internazzjonali bl-ajru, jiġifieri, jekk għandux kapaċitajiet finanzjarji sodisfaċenti u għarfien espert maniġerjali adegwat u jekk hux dispost jikkonforma mal-liġijiet, regolamenti u rekwiżiti li jiggvernaw l-operat ta' servizzi bħal dawn;

(6)

"Ċittadinanza" tfisser jekk inġenju tal-ajru jissodisfax ir-rekwiżiti dwar kwistjonijiet bħas-sjieda, il-kontroll effettiv u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

(7)

"Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, miftuħa għall-iffirmar f'Chicago fis- 7 ta' Diċembru 1944, u tinkludi:

(a)

kwalunkwe emenda li kienet daħlet fis-seħħ taħt l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li kienet ġiet ratifikata kemm mill-Ġeorġja kif ukoll mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u

(b)

kwalunkwe Anness jew kwalunkwe emenda għalih li jkunu ġew adottati taħt l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, kemm-il darba dan l-Anness jew din l-emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe żmien kemm għall-Ġeorġja kif ukoll għall-Istat Membru jew l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont kif inhu rilevanti għall-kwistjoni konċernata;

(8)

"Dritt tal-ħames libertà" tfisser id-dritt jew il-privileġġ mogħti minn stat wieħed (l-"Istat Donatur") lill-inġenji tal-ajru ta' Stat ieħor ('l-Istat Riċevitur), biex jipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru bejn it-territorju tal-Istat Donatur u t-territorju ta’ Stat terz, soġġett għall-kondizzjoni li servizzi bħal dawn joriġinaw jew jispiċċaw fit-territorju tal-Istat Riċevitur;

(9)

“Kost totali” tfisser in-nefqa biex jingħata s-servizz u ħlas raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi u, fejn ikun jgħodd, kwalunkwe ħlas applikabbli li jkollu l-għan li jirrifletti l-kost ambjentali u li jkun applikat mingħajr distinzjoni marbuta man-nazzjonalità;

(10)

“Trasport internazzjonali bl-ajru” tfisser trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ aktar minn Stat wieħed;

(11)

"Ftehim ECAA" tfisser Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (1) dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni;

(12)

"Pajjiż tal-Euromed" tfisser kwalunkwe pajjiż tal-Mediterran involut fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (li huma, fid-data ta’meta ġie ffirmat il-Ftehim, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, l-Eġittu, il-Libanu, il-Ġordan, l-Iżrael, it-territorju Palestinjan, is-Sirja u t-Turkija);

(13)

"Ċittadin" tfisser kwalunkwe persuna jew entità li jkollha nazzjonalità Ġeorġjana għall-Parti tal-Ġeorġja, jew nazzjonalità ta’ Stat Membru għall-Parti Ewropea, kemm-il darba, f’każ ta’ entità legali, din tkun il-ħin kollu taħt il-kontroll effettiv, kemm direttament jew b’parteċipazzjoni maġġoritarja, ta’ persuni jew entitajiet li jkollhom nazzjonalità Ġeorġjana għall-Parti tal-Ġeorġja, jew persuni jew entitajiet li jkollhom nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ta’ wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IV għall-Parti Ewropea;

(14)

"Liċenzji operattivi" tfisser, fil-każ tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, liċenzji operattivi u kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor rilevanti mogħti skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-UE fis-seħħ, u fil-każ tal-liċenzji Ġeorġjani, ċertifikati jew permessi mogħtija skont il-leġislazzjoni rilevanti Ġeorġjana fis-seħħ.

(15)

“Partijiet” tfisser, minn naħa waħda, l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont is-setgħat rispettivi tagħhom (il-Parti Ewropea), u, minn naħa oħra, il-Ġeorġja (il-Parti Ġeorġjana);

(16)

"Prezz" tfisser:

(i)

"nollijiet tal-ajru" li jkollhom jitħallsu lit-trasportaturi bl-ajru jew lill-aġenti tagħhom jew lil bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta' passiġġieri u bagalji fuq servizzi bl-ajru u kwalunkwe kondizzjoni li għaliha japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra; kif ukoll

(ii)

"rati tal-ajru" li jkollhom jitħallsu għat-trasport ta' merkanzija u l-kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra;

Din id-definizzjoni tkopri, fejn hu xieraq, it-trasport bis-superfiċje fir-rigward ta’ trasport internazzjonali bl-ajru, u l-kondizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-applikazzjoni tagħhom.

(17)

"Post prinċipali tan-negozju" tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat ta' trasportatur bl-ajru fil-Parti li fiha jiġu eżerċitat l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv, inkluża l-ġestjoni kontinwa tal-adegwatezza għall-avjazzjoni, tat-trasportatur bl-ajru Komunitarju.

(18)

"Obbligu ta' servizz pubbliku" tfisser kwalunkwe obbligu li huwa impost fuq it-trasportaturi bl-ajru bex ikun assigurat li l-provvediment minimu tas-servizzi bl-ajru skedati jkunu jissodisfaw l-istandards stabbiliti ta' kontinwità, regolarità, prezz jew volum minimu li t-trasportaturi bl-ajru ma jkunux jistgħu jassumu kieku jkunu qegħdin jikkunsidraw biss l-interess kummerċjali tagħhom. It-trasportaturi bl-ajru jistgħu jiġu kkumpensati mill-Parti kkonċernata talli qed jissodisfaw l-obbligi tas-servizz pubbliku.

(19)

"Sussidju" tfisser kwalunkwe għajnuna finanzjarja mogħtija mill-awtoritajiet jew minn organizzazzjoni reġjonali jew minn xi organizzazzjoni pubblika oħra, jiġifieri meta:

(a)

prattika ta’ gvern jew ta’ entità reġjonali jew ta’ organizzazzjoni pubblika oħra tinvolvi t-trasferiment dirett ta’ fondi bħalma huma għotjiet, self jew infużjoni ta’ ishma, it-trasferiment dirett potenzjali ta’ fondi lil kumpanija jew it-teħid ta’ obbligazzjonijiet ta’ kumpanija bħalma huma l-garanziji fuq is-self, l-injezzjonijiet tal-kapital, is-sjieda, il-protezzjoni kontra l-falliment u l-assigurazzjoni;

(b)

introjtu tal-gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra li xort'oħra huwa dovut li huwa maħfur, ma nġabarx jew jitnaqqas b’mod mhux xieraq;

(c)

gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra jipprovdu oġġetti jew servizzi, għajr l-infrastruttura ġenerali, jew jixtru oġġetti jew servizzi; jew

(d)

gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra jagħmlu pagamenti lill-mekkaniżmu ta' fond jew jafdaw jew jidderieġu entità privata sabiex twettaq waħda jew aktar mit-tipi ta' funzjonijiet imfissra taħt (a), (b) u (c) li ġeneralment ikunu vestiti fil-gvern u, fil-prattika, tabilħaqq li la huma differenti mill-prattiċi ġeneralment segwiti mill-gvernijiet;

u fejn b'hekk jingħata benefiċċju.

(20)

“SESAR” tfisser l-implimentazzjoni teknika tal-Ajru Uniku Ewropew li tipprovdi żvilupp, riċerka u mobilizzazzjoni koordinati u sinkronizzati tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;

(21)

“Territorju” tfisser, għall-Ġeorġja, l-artijiet u l-ilmijiet territorjali li għandha taħt is-sovranità, is-sovranità fewdali, il-protezzjoni jew il-mandat tagħha, u, għall-Unjoni Ewropea, l-artijiet (il-medda ewlenija tal-art u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u fi kwalunkwe strument suċċessiv ieħor; L-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għall-ajruport ta' Ġibiltà hija mifhuma li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità tat-territorju fejn jinstab l-ajruport, u għas-sospensjoni li għadha fis-seħħ tal-Ajruport ta' Ġibiltà minn miżuri tal-avjazzjoni tal-UE eżistenti sa mit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont id-dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta' Ġibiltà miftehma f'Kordoba fit-18 ta’ Settembru 2006;

(22)

"Ħlas fuq l-utent" tfisser ħlas impost fuq it-trasportaturi bl-ajru għall-provvista ta' faċilitajiet jew servizzi tal-ajruport, tal-ambjent tal-ajruport, ta' navigazzjoni fl-ajru, jew ta' sigurtà tal-avjazzjoni inklużi servizzi u faċilitajiet relatati.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET EKONOMIĊI

Artikolu 2

Għoti ta’ Drittijiet

1.   Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra, f’konformità mal-Anness I u l-Anness II, id-drittijiet li ġejjin dwar kif it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għandhom iġibu ruħhom fejn jikkonċerna t-trasport internazzjonali bl-ajru:

(a)

id-dritt li jtiru tul it-territorju tagħha mingħajr inżul;

(b)

id-dritt li jieqfu fit-territorju tagħha għal kwalunkwe għan għajr dak li jgħabbu fuq jew iniżżlu mill-ajruplani passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta (għanijiet mhux ta’ traffiku);

(c)

waqt li jkun qed isir servizz miftiehem fuq rotta speċifikata, id-dritt li jsiru waqfiet fit-territorju tagħha biex ikun jista’ jibda jew jintemm it-traffiku internazzjonali ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija u/jew ta’ posta, b’mod separat jew b’mod ikkombinat; kif ukoll

(d)

id-drittijiet li huma speċifikati b’mod ieħor f’dan il-Ftehim.

2.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jitqies li qed jagħti lit-trasportaturi bl-ajru:

(a)

tal-Ġeorġja d-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju ta’ kwalunkwe Stat Membru, passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta biex jinġarru bi ħlas lejn punt ta' destinazzjoni ieħor ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(b)

tal-Unjoni Ewropea d-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju tal-Ġeorġja, passiġġieri, bagalji, merkanzija, u/jew posta biex jinġarru bi ħlas lejn punt ta’ destinazzjoni ieħor fit-territorju tal-Ġeorġja.

Artikolu 3

Awtorizzazzjoni

1.   Meta jirċievu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-operat minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet xierqa bl-inqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kondizzjoni li:

(a)

għal trasportatur bl-ajru tal-Ġeorġja:

it-trasportatur bl-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju fil-Ġeorġja u għandu fil-pussess tiegħu ċertifikat tal-operat validu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Ġeorġja; kif ukoll

il-Ġeorġja teżerċita u żżomm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru; kif ukoll

sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru huwa, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà u effettivament ikkontrollat mill-Ġeorġja u/jew minn ċittadini tagħha.

(b)

għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

it-trasportatur bl-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju fit-territorju ta' Stat Membru skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għandu liċenzja operattiva valida; kif ukoll

jkun eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru li jkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi bl-Ajru tiegħu u tkun identifikata b’mod ċar l-Awtorità Kompetenti rilevanti; kif ukoll

sakemm ma jkunx determinat taħt l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru huwa, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà tal-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri, jew minn Stati oħra msemmija fl-Anness IV, u jew/ minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra;

(c)

it-trasportatur bl-ajru jissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti normalment applikati mill-awtorità kompetenti għall-operat tat-trasport bl-ajru; kif ukoll

(d)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni) ikunu qed jinżammu u qed jiġu amministrati.

Artikolu 4

Rikonoxximent Reċiproku tad-Determinazzjonijiet Regolatorji fir-rigward tal-Adegwatezza tal-Linja tal-Ajru, sjieda u kontroll

Hekk kif tasal applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti minnhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom jirrikonoxxu kull determinazzjoni ta' adegwatezza u/jew ċittadinanza magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Parti fir-rigward ta' dak it-trasportatur bl-ajru daqs li kieku dik id-determinazzjoni saret mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu stess, u ma jinvestigawx aktar fi kwistjonijiet bħal dawn, minbarra kif provdut fis-Sezzjonijiet a) u b) hawn taħt.

a)

Jekk, wara li tasal l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn trasportatur bl-ajru, jew wara l-għotja ta’ awtorizzazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Riċevitur għandhom raġuni speċifika biex jitħassbu li, minkejja d-determinazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 (Awtorizzazzjoni) ta' dan il-Ftehim għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet jew permessi xierqa ma ġewx issodisfati, huma għandhom javżaw minnufih lil dawk l-awtoritajiet, u jagħtu raġunijiet sostantivi għat-tħassib tagħhom F’dak il-każ, kull waħda mill-Partijiet tista’ tfittex konsultazzjonijiet, li jistgħu jinkludu rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u/jew tagħrif addizzjonali rilevanti għal dan it-tħassib, u rikjesti bħal dawn għandhom jintlaqgħu hekk kif ikun prattikabbli. Jekk il-każ jibqa’ mhux solvut, kull waħda mill-Partijiet tista' tqajjem il-kwistjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim.

b)

Dan l-Artikolu ma jkoprix ir-rikonoxximent ta’ determinazzjonijiet fir-rigward ta’:

Ċertifikati jew liċenzji ta’ sikurezza;

Arranġamenti ta’ sikurezza; jew

Kopertura tal-assigurazzjoni.

Artikolu 5

Rifjut, Revoka, Sospensjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti jistgħu jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet tal-operat jew inkella jissospendu jew jillimitaw l-operat ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra fejn:

(a)

għal trasportatur bl-ajru tal-Ġeorġja:

it-trasportatur bl-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju fil-Ġeorġja jew ma għandux fil-pussess tiegħu ċertifikat tal-operat validu f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Ġeorġja; jew

il-Ġeorġja ma tkunx teżerċita jew iżżomm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru; jew

sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru mhuwiex, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà u effettivament ikkontrollat mill-Ġeorġja u/jew minn ċittadini tagħha.

(b)

għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

it-trasportatur bl-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju fit-territorju ta' Stat Membru skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u ma għandux liċenzja operattiva valida; jew

fuq it-trasportatur bl-ajru ma jkunx ġie eżerċitat jew inżamm kontroll regolatorju effettiv mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu jew l-awtorità kompetenti ma tkunx ġiet identifikata b’mod ċar; jew

sakemm ma jkunx determinat mod ieħor taħt l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru mhuwiex, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà tal-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri, jew minn Stati oħra msemmija fl-Anness IV, u/jew minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra;

(c)

it-trasportatur bl-ajru jkun naqas milli jkun konformi mal-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 (Konformità mal-Liġijiet u r-Regolamenti) ta’ dan il-Ftehim; jew

(d)

id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni) ma jkunux qed jinżammu u lanqas qed jiġu amministrati; jew

(e)

Parti għamlet id-determinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8 (Ambjent Kompetittiv) ta’ dan il-Ftehim li l-kondizzjonijiet għal ambjent kompetittiv mhux qed jiġu sodisfati.

2.   Sakemm ma jkunx essenzjali li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konformità mal-punti (c) jew (d) tal paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom ikunu eżerċitati biss wara li tkun saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.

3.   L-ebda Parti ma għandha tuża d-drittijiet tagħha stabbiliti mill-Artikolu preżenti biex tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta' Parti fuq il-bażi li s-sjieda maġġoritorja u/jew il-kontroll effettiv ta' dak it-trasportatur bl-ajru hija f’idejn Parti waħda jew aktar tal-ECAA jew taċ-ċittadini tagħhom, sakemm Parti jew Partijiet bħal dawn għall-ECAA joffru trattament reċiproku.

Artikolu 6

Investiment

Minkejja l-Artikoli 3 (Awtorizazzjoni) u 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda maġġoritorja jew il-kontroll effettiv ta' trasportatur bl-ajru tal-Ġeorġja minn Stati Membri jew iċ-ċittadini tagħhom, jew ta' trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea mill-Ġeorġja jew iċ-ċittadini tagħha, għandu jkun permess permezz ta’ deċiżjoni minn qabel tal-Kumitat Konġunt stabbilit b’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 22 (2) (Kumitat Konġunt) ta’ dan ir-Regolament.

Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet assoċjati mal-operat tas-servizzi miftehma taħt dan il-Ftehim u mas-servizzi ta’ bejn il-pajjiżi terzi u l-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 (8) (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jgħoddu għal dan it-tip ta’ deċiżjoni.

Artikolu 7

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti

1.   Meta inġenju tal-ajru jidħol jew iħalli t-territorju ta’ Parti waħda, it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għandhom josservaw kemm il-liġijiet u r-regolamenti li huma applikabbli għal dak it-territorju u li jikkonċernaw id-dħul fi jew it-tluq ta’ inġenju tal-ajru mit-territorju ta’ Parti meta dan ikun f’ħidma ta’ trasport bl-ajru kif ukoll dawk dwar l-operat u n-navigazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

2.   Waqt id-dħul fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, ġewwa fih, jew it-tluq minnu, il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli f’dak it-territorju relatati mad-dħul fi jew it-tluq mit-territorju tagħha ta’ passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija fuq l-inġejnu tal-ajru (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, il-permessi, l-immigrazzjoni, il-passaporti, id-dwana u l-kwarantina jew, fil-każ ta’ posta, ir-regolamenti postali) għandhom jiġu osservati minn, jew f’isem, tali passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija tat-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra.

Artikolu 8

Ambjent kompetittiv

1.   Il-partijiet jagħrfu li huwa għan konġunt tagħhom li jkun hemm ambjent ġust u kompetittiv għat-tħaddim tas-servizzi bl-ajru. Il-Partijiet jirrikonoxxu li prattiċi kompetittivi ġusti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom aktar probabbiltà li jseħħu meta dawn it-trasportaturi bl-ajru jaħdmu fuq bażi kummerċjali b’mod sħiħ u ma jkunux issussidjati.

2.   Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe disposizzjoni speċjali li jkun hemm f'dak ir-rigward, kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità għandha tkun ipprojbita.

3.   Għajnuna tal-istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti jew servizzi tal-avjazzjoni hija inkompatibbli mal-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim, sal-punt li tista' taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet fis-settur tal-avjazzjoni.

4.   Kull prattika kontra dan l-Artikolu għandha tiġi valutata abbażi ta’ kriterji li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea, partikolarment tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u strumenti ta' interpretazzjoni adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

5.   Jekk Parti waħda ssib li jeżistu kondizzjonijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra, b’mod partikolari minħabba sussidju, li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-opportunità ġusta u ndaqs biex jikkompetu tat-trasportaturi bl-ajru tagħha, tista’ tissottometti osservazzjonijiet lill-Parti l-oħra. Barra minn hekk, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt, kif previst fl-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim. Mal-wasla ta’ talba bħal din, għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet fi żmien 30 jum. Jekk ma jintlaħaqx qbil sodisfaċenti fi żmien 30 jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet, dan għandu jikkostitwixxi l-bażi għall-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet biex taġixxi għaż-żamma, ir-revoka, is-sospensjoni jew l-impożizzjoni ta’ kondizzjonijiet adattati fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tat-trasportatur(i) bl-ajru kkonċernat(i), b’konsistenza mal-Artikolu 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) ta’ dan il-Ftehim.

6.   L-azzjonijiet msemmija fil-ħames (5) paragrafu ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu adattati, proporzjonati u ristretti fir-rigward tal-ambitu u t-tul ta’ żmien għal dak li huwa strettament meħtieġ. Għandhom ikunu esklussivament diretti lejn it-trasportatur bl-ajru jew it-trasportaturi bl-ajru li qed jibbenefikaw minn sussidju jew il-kondizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' Parti jew oħra li tieħu azzjoni skont l-Artikolu 24 (Miżuri ta’ Salvagwardja) ta’ dan il-Ftehim.

7.   Kull Parti, meta tkun innotifikata mill-Parti oħra, tista’ tavviċina lill-entitajiet governattivi responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi entitajiet fil-livell statali, provinċjali jew lokali, biex tiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dan l-Artikolu.

8.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet fir-rigward tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi fit-territorji tal-Partijiet.

Artikolu 9

Opportunitajiet Kummerċjali

1.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jistabblixxu uffiċċji fit-territorju tal-Parti l-oħra għall-promozzjoni u l-bejgħ tat-trasport bl-ajru u għal attivitajiet relatati oħra.

2.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti huma intitolati, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra dwar id-dħul, ir-residenza, u l-impjieg, li jġibu u jżommu fit-territorju tal-Parti l-oħra impjegati maniġerjali, tal-bejgħ, tekniċi, tal-operat, u impjegati speċjalizzati oħra li jkunu meħtieġa biex jagħtu appoġġ sabiex jiġi pprovdut it-trasport bl-ajru.

3.

(a)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) ta’ hawn taħt, fejn jikkonċerna l-groundhandling kull trasportatur bl-ajru għandu fit-territorju tal-Parti l-oħra:

(i)

ikollu d-dritt iwettaq il-groundhandling tiegħu stess (“self-handling”) jew, jekk ikun irid

(ii)

ikollu d-dritt li jagħżel minn fost il-fornituri kompetituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling kompluti jew parzjali, fejn dawn il-fornituri jingħataw l-aċċess għas-suq skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti u fejn dawn ikunu preżenti fis-suq.

(b)

Għall-kategoriji ta’ servizzi ta’ groundhandling li ġejjin jiġifieri il-ġestjoni tal-bagalji, il-ġestjoni fuq ir-rampa, il-ġestjoni tal-fjuwil u ż-żejt, il-ġestjoni tal-merkanzija u tal-posta, partikolarment fejn jikkonċerna l-ġestjoni fiżika tal-merkanzija u l-posta bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenju tal-ajru, id-drittjiet taħt il-punt (a) (i) u (ii) għandhom ikunu soġġetti biss għal-limiti fiżiċi jew operattivi skont il-liġijijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra. Fejn dawn il-limiti ma jippermettux self-handling u fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling, dawn is-servizzi kollha għandhom ikunu disponibbli għat-trasportaturi bl-ajru kollha b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni; il-prezzijiet ta' tali servizzi ma għandhomx jaqbżu n-nefqa sħiħa tagħhom inkluż qligħ raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament.

4.   Kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ kull Parti jista' jwettaq servizzi ta’ bejgħ ta’ trasport bl-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra b’mod dirett u/jew, jekk it-trasportatur bl-ajru jkun irid, permezz tal-aġenti tal-bejgħ tiegħu jew permezz ta’ intermedjarji oħra li jkunu maħtura mit-trasportatur bl-ajru jew permezz tal-internet. Kull trasportatur bl-ajru għandu d-dritt li jbigħ dawn is-servizzi ta’ trasport, u kull persuna għandha tkun libera li tixtri dawn is-servizzi ta’ trasport fil-munita ta’ dak it-territorju jew f’muniti li jistgħu jiġu skambjati b’mod ħieles skont il-leġislazzjoni monetarja lokali.

5.   Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt li jsarraf u li jibgħat mit-territorju tal-Parti l-oħra lejn it-territorju tiegħu stess kif ukoll, fuq talba, id-dħul lokali lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi li jagħżel huwa stess, ħlief meta dan ikun inkonsistenti mal-liġi jew mar-regolament li japplikaw b’mod ġenerali. It-tisrif u l-bgħit ta' flus għandhom ikunu permessi fil-pront mingħajr restrizzjonijiet jew taxxi fuqhom bir-rata tal-kambju applikabbli għal transazzjonijiet u bgħit kurrenti fid-data li t-trasportatur jagħmel l-applikazzjoni inizjali għal-bgħit.

6.   It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom ikunu awtorizzati li jħallsu l-ispejjeż lokali, inkluż ix-xiri ta’ fjuwil, fit-territorju tal-Parti l-oħra bil-munita lokali. Jekk ikunu jridu, it-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jħallsu dawn l-ispejjeż fit-territorju tal-Parti l-oħra f’muniti b’kambju ħieles, skont il-leġislazzjoni monetarja lokali.

7.   Bl-operat jew bil-forniment ta’ dawn is-servizzi taħt dan il-Ftehim, kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ Parti jista’ jidħol f’arranġamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kooperattiva, bħalma huma ftehimiet ta’ spazju riżervat jew arranġamenti ta’ qsim ta’ kodiċi, ma’:

(a)

kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet; kif ukoll

(b)

kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz; kif ukoll

(c)

kwalunkwe trasportatur bis-superfiċje, bil-baħar jew ta’ fuq l-art;

bil-kondizzjoni li (i) il-parteċipanti kollha f’dawn l-arranġamenti jkollhom l-awtorità xierqa għar-rotta bażika u (ii) l-arranġamenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sikurezza u l-kompetizzjoni li normalment ikunu applikati għal dawn l-arranġamenti. Fir-rigward tal-bejgħ tat-trasport ta’ passiġġieri li jinvolvi l-qsim ta’ kodiċi, ix-xerrej għandu jkun infurmat waqt il-bejgħ, jew fi kwalunkwe każ qabel ma dan jitla’ abbord, dwar liema fornituri tat-trasport ikunu se joperaw kull parti tas-servizz.

8.

(a)

Dwar it-trasport ta’ passiġġieri, il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje ma għandhomx ikunu soġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti li jirregolaw it-trasport bl-ajru minħabba li dan it-trasport bil-baħar ikun qed isir minn trasportatur bl-ajru taħt ismu stess. Il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje għandhom id-dritt li jiddeċiedu jekk jidħlux f’arranġamenti kooperattivi. Meta jiddeċiedu dwar kwalunkwe arranġament partikolari, il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje jistgħu jikkunsidraw, fost affarijet oħrajn, l-interessi tal-konsumatur u r-restrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi, ta' spazju, u ta' kapaċità.

(b)

Barra minn hekk, u minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, it-trasportaturi bl-ajru u l-fornituri indiretti tat-trasport tal-merkanzija tal-Partijiet għandhom ikunu awtorizzati, mingħajr restrizzjoni, biex fejn jikkonċerna t-trasport bl-ajru, dawn jużaw kwalunkwe trasport bis-superfiċje għall-merkanzija lejn jew minn kwalunkwe punt ta’ destinazzjoni fit-territorji tal-Ġeorġja u tal-Unjoni Ewropea, jew f’pajjiżi terzi. Dan jinkludi t-trasport lejn u mill-ajruporti kollha li jkollhom il-faċilitajiet ta’ dwana kif ukoll, fejn huwa applikabbli, id-dritt[ijiet] biex dawn iġorru l-merkanzija fid-dwana taħt il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tinġarr bis-superfiċje jew bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-ipproċessar u għall-faċilitajiet doganali tal-ajruport. It-trasportaturi bl-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport bis-superfiċje tagħhom stess jew li jipprovduh permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi bis-superfiċje oħrajn, inkluż trasport bis-superfiċje li jsir minn trasportaturi bl-ajru oħrajn u minn fornituri indiretti tal-ġarr tal-merkanzija bl-ajru. Dawn is-servizzi intermodali ta’ ġarr ta’ merkanzija jistgħu jiġu offruti bi prezz wieħed, li jinkludi t-trasport bl-ajru u bis-superfiċje flimkien, bil-kondizzjoni li t-trasportaturi bl-merkanzija ma jkunux iggwidati b’mod ħażin dwar il-fatti li jikkonċernaw dan it-trasport.

9.

(a)

It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu s-servizzi miftehma bl-użu ta’ inġenju tal-ajru u ekwipaġġ mikri mingħand kwalunkwe trasportatur bl-ajru, inkluż minn pajjiżi terzi, sakemm il-parteċipanti kollha ta' arranġamenti bħal dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolament li huma normalment applikati mill-Partijiet għal arranġamenti bħal dawn.

(b)

L-ebda Parti ma għandha teħtieġ li t-trasportaturi bl-ajru li qed jagħtu t-tagħmir tagħhom b'kera jkollhom id-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim.

(c)

Il-kiri bl-ekwipaġġ (wet-leasing) minn trasportatur tal-ajru Ġeorġjan ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ta’ pajjiż terz jew, minn trasportatur tal-ajru tal-Unjoni Ewropea ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ta’ pajjiż terz għajr dawk imsemmija fl-Annes IV għal dan il-Ftehim, sabiex jisfrutta d-drittijiet maħsuba minn dan il-Ftehim, għandu jibqa’ wieħed eċċezzjonali jew li jissodisfa ħtiġijiet temporanji. Dan għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja lit-trasportatur bl-ajru li qed jikri kif ukoll tal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra.

10.   It-trasportaturi bl-ajru ta' kull Parti għandhom ikunu intitolati li jidħlu f'arranġamenti ta' franchising jew ta' branding ma' kumpaniji, inklużi trasportaturi bl-ajru, ta' kull Parti jew pajjiżi terzi, sakemm it-trasportaturi bl-ajru għandhom l-awtorità xierqa u jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti normalment applikati mill-Partijiet għal arranġamenti bħal dawn, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu li tiġi żvelata l-identità tat-trasportatur bl-ajru li qed jopera s-servizz.

Artikolu 10

Dazji tad-dwana u tassazzjoni

1.   Meta jasal fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, l-inġenju tal-ajru li jitħaddem mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għat-trasport internazzjonali bl-ajru, it-tagħmir regolari tiegħu, il-fjuwil, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumibbli, it-tagħmir ta’ fuq l-art, il-partijiet ta’ bdil (inklużi magni), il-provvisti ta’ fuq l-inġenju tal-ajru (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħal ikel, xorb u likuri, tabakk u prodotti oħrajn li jkunu maħsuba biex jinbiegħu jew jintużaw mill-passiġġieri fi kwantitajiet limitati waqt it-titjira), u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss b’rabta mal-operat jew it-tiswija tal-inġenju tal-ajru li jkun f’ħidma ta’ trasport internazzjonali bl-ajru, għandhom ikunu eżentati, fuq bażi reċiproka, skont il-leġislazzjoni rilevanti applikabbli, mir-restrizzjonijiet kollha tal-importazzjoni, mit-taxxi fuq il-proprjetà u mid-dazji kapitali, mid-dazji tad-dwana, mit-taxxi tas-sisa, u minn miżati u taxxi simili li (a) huma imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew mill-Unjoni Ewropea, u li (b) mhumiex ibbażati fuq in-nefqa tas-servizzi pprovduti, bil-kondizzjoni li dak it-tagħmir u dawk il-provvisti jibqgħu abbord l-inġenju tal-ajru.

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati wkoll, fuq bażi reċiproka, skont il-leġislazzjoni rilevanti applikabbli, mit-taxxi, mis-sisa, mid-dazji, mill-miżati u mill-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ħlief għal ħlasijiet ibbażati fuq il-prezz tas-servizz provdut:

(a)

il-provvisti tal-inġenju tal-ajru mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti u mtellgħin abbord f’limiti raġonevoli, għall-użu fuq l-inġenju tal-ajru li jkun se jitlaq ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi;

(b)

it-tagħmir ta’ fuq l-art u l-partijiet ta’ bdil (inklużi magni) li jidħlu fit-territorju ta’ Parti għat-tiswija, għall-manutenzjoni jew għaż-żamma ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jintuża għal trasport internazzjonali bl-ajru;

(c)

il-fjuwil, il-lubrikanti u l-provvisti tekniċi konsumabbli mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti biex jintużaw f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi;

(d)

materjal stampat, kif provdut bil-leġislazzjoni tad-dwana ta’ kull Parti, li jidħol jew li jkun fornut fit-territorju ta’ Parti waħda u li jintuża abbord l-inġenju tal-ajru, li jkun sejjer, tat-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jkun impenjat fi trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw f’parti mill-vjaġġ li jkun se jsir fit-territorju msemmi; kif ukoll

(e)

it-tagħmir tas-sikurezza u tas-sigurtà biex jintuża fl-ajruporti jew fit-terminals tal-merkanzija.

3.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jimpedixxi lil Parti milli timponi taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq fjuwil fornut fit-territorju tagħha fuq bażi mhux diskriminatorja għall-użu ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru li jopera bejn żewġ punti fit-territorju tagħha.

4.   Jista’ jkun meħtieġ li t-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-awtoritajiet xierqa u ma jkunux trasferiti mingħajr il-pagamenti ta’ dazji tad-dwana u taxxi rilevanti.

5.   L-eżenzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli wkoll fejn it-trasportaturi bl-ajru ta’ Parti waħda jkunu daħlu f’kuntratt ma’ trasportatur bl-ajru ieħor, li wkoll ikun qed igawdi mill-eżenzjonijiet tal-Parti l-oħra, għas-self jew it-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra l-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

6.   Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jimpedixxi kwalunkwe Parti milli timponi taxxi, imposti, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq oġġetti mibjugħa lill-passiġġieri, minbarra għall-konsum abbord, matul parti mis-servizz bl-ajru bejn żewġ punti ta' destinazzjoni fit-territorju tagħha stess li fihom l-imbark u l-iżbark ikunu permessi.

7.   Bagalji u merkanzija fi tranżitu fit-territorju ta’ Parti għandhom ikunu eżentati minn taxxi, dazji tad-dwana, miżati jew ħlasijiet oħra simili li mhumiex ibbażati fuq in-nefqa tas-servizz provdut.

8.   It-tagħmir regolari li jinġarr abbord, kif ukoll il-materjal u l-provvisti normalment miżmuma abbord l-inġenju tal-ajru użat minn linja tal-ajru ta' trasportatur bl-ajru ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti, jista’ jinħatt fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra biss bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ dak it-territorju. F’tali każ, jistgħu jitpoġġew taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet imsemmija sa meta jkunu esportati mill-ġdid jew imneħħija b’mod ieħor f’konformità mar-regolamenti doganali.

9.   L-istipulazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw il-qasam tal-VAT, bl-eċċezzjoni tat-taxxa fuq il-qliegħ dwar l-importazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet rispettivi fis-seħħ bejn Stat Membru u l-Ġeorġja biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja fuq id-dħul u fuq il-kapital mhumiex mibdula b’dan il-Ftehim.

Artikolu 11

Ħlas fuq l-utenti għall-Ajruporti u Faċilitajiet u Servizzi tal-Avjazzjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li l-ħlas fuq l-utenti li jistgħu jkunu imposti mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti tagħha li jitolbu ħlas mingħand it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tal-kontroll tan-navigazzjoni tal-ajru u tat-traffiku tal-ajru, tal-ajruport, tas-sigurtà tal-avjazzjoni u tal-faċilitajiet u s-servizzi relatati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji b’mod inġust, u mqassma ġustament fost il-kategoriji tal-utenti. Dawn il-ħlasijiet jistgħu jirriflettu, imma mhux jaqbżu, in-nefqa sħiħa għall-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu ħlas għall-forniment tal-faċilitajiet u s-servizzi adattati tas-sigurtà tal-ajruport u tal-avjazzjoni f’dak l-ajruport jew fis-sistema ta’ dak l-ajruport. Dawn it-tariffi jistgħu jinkludu dħul raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li għalihom jintalab il-ħlas mingħand l-utenti għandhom ikunu pprovduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika. F’kull każ, dawn it-tariffi għandhom ikunu valutati fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra b’termini mhux inqas favorevoli mit-termini l-aktar favorevoli disponibbli għal kwalunkwe trasportatur bl-ajru oħra fiż-żmien meta jkunu valutati t-tariffi.

2.   Kull Parti għandha teħtieġ konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas fit-territorju tagħha u t-trasportaturi bl-ajru u/jew il-korpi rappreżentantivi tagħhom li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet, u għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas u li t-trasportatur bl-ajru jew il-korpi rappreżentantivi tagħhom biex jiskambjaw tali tagħrif li jista’ jkun meħtieġ biex tkun tista’ ssir analiżi preċiża dwar kemm ikunu raġonevoli t-tariffi skont il-prinċipji tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas jagħtu lill-utenti preavviż raġonevoli rigward kwalunkwe proposta ta’ bidliet fil-ħlas fuq l-utenti sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jqisu l-fehmiet espressi mill-utenti qabel isiru l-bidliet.

3.   L-ebda Parti ma titqies li tkun qed tikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu, fil-proċeduri tas-soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 (Soluzzjoni ta’ tilwim u l-Arbitraġġ), sakemm

(a)

ma tonqosx li fi żmien raġonevoli tagħmel analiżi tal-ħlas jew il-prattika li tkun is-soġġett tal-ilment mill-Parti l-oħra; jew

(b)

wara tali analiżi, tonqos li tieħu l-passi kollha fis-setgħa tagħha sabiex tirrimedja kwalunkwe ħlas jew prattika li tkun inkonsistenti ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 12

Iffissar tal-Prezzijiet

1.   Il-Partijiet għandhom jippermettu li l-prezzijiet ikunu stabbiliti liberament mit-trasportaturi bl-ajru abbażi ta’ kompetizzjoni ħielsa u ġusta.

2.   Il-Partijiet ma għandhomx jirrikjedu li l-prezzijiet ikunu rreġistrati jew notifikati..

3.   Diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jsiru fuq kwistjonijiet bħal, imma mhux limitati għal, prezzijiet li jistgħu jkunu inġusti, mhux raġonevoli, diskriminatorji jew sussidjati.

Artikolu 13

Statistika

1.   Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra statistika li tkun meħtieġa mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, u, meta tintalab, tagħrif statistiku ieħor disponibbli kif ikun meħtieġ b’mod raġonevoli għall-fini ta’ analiżi tal-operat tas-servizzi bl-ajru.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) biex iħaffu l-iskambju bejniethom tal-informazzjoni statistika għall-fini tas-sorveljanza tal-iżvilupp tas-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim.

TITOLU II

KOOPERAZZJONI REGOLATORJA

Artikolu 14

Sikurezza tal-avjazzjoni

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni speċifikati fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kondizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni mill-Ġeorġja tal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, il-Ġeorġja għandha tkun involuta fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bħala osservatur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li fejn inġenju tal-ajru rreġistrat f’Parti waħda jkun suspettat li mhux konformi mal-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti skont il-Konvenzjoni u li jinżel f’ajruporti miftuħa għat-traffiku internazzjonali tal-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra, dan għandu jiġi soġġett għall-ispezzjonijiet tar-rampa li jsiru abbord jew madwar l-inġenju tal-ajru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra. Dawn l-ispezzjonijiet isiru biex ikunu verifikati kemm il-validità tad-dokumenti tal-inġenju tal-ajru u tal-ekwipaġġ kif ukoll il-kondizzjonijiet viżibbli tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir tiegħu.

4.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti jistgħu jitolbu li jsiru konsultazzjonijiet fi kwalunkwe ħin dwar l-istandards tas-sikurezza miżmuma mill-Parti l-oħra.

5.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa u immedjati kull meta jkunu ċerti li inġenju tal-ajru, prodott jew operazzjoni tista’:

(a)

tonqos milli tilħaq l-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli,

(b)

twassal għal tħassib serju – stabbilit bl-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu– li l-inġenju tal-ajru jew l-operat tiegħu ma jkunx konformi mal-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli, jew

(c)

twassal għal tħassib serju li jkun hemm nuqqas ta’ manutenzjoni u ta’ amministrazzjoni effettiva tal-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġislazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli.

6.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda jieħdu azzjoni skont il-paragrafu 5, dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra dwar it-teħid ta’ tali azzjoni u jagħtu r-raġunijiet għall-aġir tagħhom.

7.   Meta l-miżuri meħuda bl-applikazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jitwaqqfu anke jekk il-bażi biex dawn jittieħdu ma tkunx għadha teżisti, kwalunkwe Parti tista’ tirreferi din il-materja lill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 15

Sigurtà tal-Avjazzjoni

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea speċifikati fil-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kondizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

2.   Il-Ġeorġja tista’ tkun soġġetta għal spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont il-leġislazzjoni rilevanti tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmu meħtieġ għall-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà bħal dawn.

3.   Minħabba li l-garanzija tas-sikurezza għall-inġenji tal-ajru ċivili, għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ tagħhom hija prerekwiżit fundamentali għall-operat tas-servizzi internazzjonali bl-ajru, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligi reċiproċi tagħhom li jipprovdu għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali, u partikolarment l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra li Jsiru Abbord l-Inġenju tal-Ajru, iffirmata f’Tokjo fl-14 ta’ Settembru 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Inġenji tal-Ajru, iffirmata f’The Hague fis-16 ta’ Diċembru 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili, iffirmata f’Montreal fit-23 ta’ Settembru 1971, il-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza fl-Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Montreal fl-24 ta’ Frar 1988 u l-Konvenzjoni dwar l-Immarkar ta’ Bombi tal-Plastik għal Għanijiet ta’ Skoperta, iffirmata f’Montreal fl-1 ta’ Marzu 1991, bil-kondizzjoni li ż-żewġ Partijiet ikunu membri għal dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll għall-konvenzjonijiet u l-protokolli l-oħra kollha li jikkonċernaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li tagħhom iż-żewġ Partijiet ikunu membri.

4.   Fuq talba, il-Partijiet għandhom jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa lil xulxin biex ikunu evitati atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili u atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ dawn l-inġenji tal-ajru, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra li jista’ jkun hemm għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

5.   Fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-Istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni u, sakemm dawn ikunu applikati minnhom, mal-Prattiki Rakkomandata stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u li tidher bħala Anness għall-Konvenzjoni, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà jkunu applikabbli għall-Partijiet. Iż-żewġ Partijiet għandhom jitolbu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru tar-reġistru tagħhom, lill-operaturi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew ir-residenza permanenti fit-territorju tagħhom u lill-operaturi tal-ajruporti fit-territorju tagħhom, biex ikunu konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha jittieħdu miżuri effettivi biex ikunu mħarsa l-inġenji tal-ajru, biex ikunu eżaminati l-passiġġieri u l-oġġetti li dawn iġorru magħhom, u biex isiru l-verifiki xierqa fuq l-ekwipaġġ, il-merkanzija (inklużi l-bagalji li jkun hemm fl-istiva) u l-provvisti tal-ajruplan qabel ma u waqt li dawn jitilgħu jew jitgħabbew abbord. Kull Parti għandha tiżgura wkoll li dawk il-miżuri jkunu aġġustati għal każijiet fejn jista’ jkun hemm livell ogħla ta’ theddid. Kull Parti taqbel li t-trasportaturi bl-ajru tagħha jistgħu jkunu mitluba josservaw id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni msemmija fil-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu li jkunu meħtieġa mill-Parti l-oħra għad-dħul fi, għat-tluq minn, jew waqt li inġenju tal-ajru jkun fit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra.

7.   Kull Parti għandha wkoll tagħti konsiderazzjoni pożittiva għal kwalunkwe talba mill-Parti l-oħra għal miżuri raġonevoli ta' sigurtà speċjali sabiex jilqgħu għal xi theddida partikolari. Bl-eċċezzjoni ta’ fejn mhuwiex possibbli b'mod raġonevoli fil-każ ta' emerġenza, kull Parti se tinforma lill-Parti l-oħra bil-quddiem bi kwalunkwe miżura ta’ sigurtà speċjali li għandha l-ħsieb li tintroduċi li jista’ jkollha impatt finanzjarju jew operattiv sinifikanti fuq is-servizzi tat-trasport bl-ajru provduti taħt dan il-Ftehim. Kull Parti tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex ikunu diskussi miżuri ta’ sigurtà bħal dawn, kif provdut fl-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim.

8.   Meta jiġri inċident jew meta jkun hemm theddida ta’ inċident, ta’ ħtif illegali ta’ inġenju tal-ajru ċivili jew atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ tali inġenju tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tiegħu, tal-ajruporti jew tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet u miżuri xierqa oħra bl-għan li jtemmu malajr u bla periklu tali inċident jew it-theddida ta’ tali inċident.

9.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha li tqis prattikabbli biex tiżgura li inġenju tal-ajru li jkun soġġett għal att ta’ ħtif illegali jew atti oħra ta’ interferenza illegali li qiegħed fuq l-art fit-territorju tagħha jinżamm fuq l-art sakemm it-tluq tiegħu ma jkunx meħtieġ mid-dmir iktar importanti li tkun protetta l-ħajja umana. Kull fejn ikun prattikabbli, tali miżuri għandhom jittieħdu abbażi ta’ konsultazzjonijiet bejniethom.

10.   Meta Parti jkollha raġunijiet biżżejjed biex temmen li l-Parti l-oħra ma tkunx segwiet id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet immedjati mal-Parti l-oħra.

11.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni u Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet) ta’ dan il-Ftehim, in-nuqqas li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti fi żmien (15) ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ din it-talba, għandu jwassal sabiex ikun hemm raġunijiet biex jiġu miżmuma, revokati, limitati jew jiġu imposti kondizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni tal-operat ta' trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar ta’ tali Parti oħra

12.   Meta meħtieġ minħabba theddida immedjata jew straordinarja, Parti tista’ tieħu azzjoni interim qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ (15) ħmistax-il ġurnata.

13.   Kwalunkwe azzjoni li tittieħed skont il-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu għandha titwaqqaf hekk kif il-Parti l-oħra tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

1.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni speċifikati fil-Parti B tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kondizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bil-ħsieb li jestendu l-Ajru Uniku Ewropew għall-Ġeorġja sabiex isaħħu l-istandards preżenti tas-sikurezza u l-effiċjenza ġenerali għall-istandards ġenerali tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, sabiex jisfruttaw il-kapaċitajiet u sabiex inaqqsu d-dewmien u jżidu l-effiċjenza ambjentali. Għal dan il-għan, il-Ġeorġja għandha tkun involuta bħala osservatur fil-Kumitat tal-Ajru Uniku mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun respondabbli għall-monitoraġġ u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

3.   Bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew fit-territorji tagħhom:

(a)

il-Ġeorġja għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex taġġusta l-istrutturi istituzzjonali tagħha tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi tiżgura li entitajiet nazzjonali rilevanti ta’ superviżjoni kunu għall-inqas joperaw b’mod indipendenti mill-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru; kif ukoll

(b)

L-Unjoni Ewropea għandha tassoċja lill-Ġeorġja mal-inizjattivi rilevanti tal-operat fl-oqsma tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-ispazju tal-ajru u tal-interoperabbiltà li joriġinaw mill-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-involviment bikri tal-isforzi tal-Ġeorġja biex tistabbilixxi taqsimiet funzjonali ta’ spazju tal-ajru jew permezz tal-koordinazzjoni xierqa fuq is-SESAR.

Artikolu 17

Ambjent

1.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent waqt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika tal-avjazzjoni. Il-Partijiet jirrikonoxxu li hija meħtieġa azzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u/jew lokali effettiva biex l-impatt tal-avjazzjoni ċivili fuq l-ambjent ikun minimizzat.

2.   Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġislazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti E tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

3.   Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jaħdmu flimkien, u fil-qafas ta’ diskussjonijiet multilaterali, li jikkunsidraw l-effetti tal-avjazzjoni fuq l-ambjent, u li jiżguraw li kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tkun konsistenti b’mod sħiħ mal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

4.   Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jitqies li qed jillimita l-awtorità tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jevitaw jew inkella jindirizzaw l-impatti ambjentali tat-trasport bl-ajru, bil-kondizzjoni li tali miżuri jkunu konsistenti b’mod sħiħ mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali u li jiġu applikati mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità.

Artikolu 18

Protezzjoni tal-konsumaturi

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġislazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti G tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

Artikolu 19

Sistemi ta' Prenotazzjoni Kompjuterizzati

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġislazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti H tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

Artikolu 20

Aspetti soċjali

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġislazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti F tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI

Artikolu 21

Interpretazzjoni u Infurzar

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ikunu ġenerali kif ukoll speċifiċi, sabiex jiżguraw li l-obbligi li joriġinaw minn dan il-Ftehim ikunu milħuqa. L-istess Partijiet għandhom jevitaw kwalunkwe miżura li tipperikola b’xi mod il-kisba tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti għandha tkun responsabbli fit-territorju tagħha stess, biex tinforza b’mod xieraq dan il-Ftehim u, b’mod partikolari, ir-regolamenti u d-direttivi relatati mat-trasport bl-ajru li huma elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

3.   Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra it-tagħrif u l-għajnuna kollha meħtieġa fil-każ ta’ investigazzjonijiet dwar ksur possibbli ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li dik il-Parti l-oħra tkun qed twettaq taħt il-kompetenzi rispettivi tagħha, kif provdut f’dan il-Ftehim.

4.   Kull meta l-Partijiet jaġixxu taħt is-setgħat mogħtija lilhom b’dan il-Ftehim fuq kwistjonijiet li jkunu ta’ interess sostanzjali għall-Parti l-oħra u li jkunu jikkonċernaw lill-awtoritajiet jew lill-intrapriżi tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom ikunu informati b’mod sħiħ u mogħtija l-opportunità biex jikkummentaw qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.

5.   Safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness III għal dan il-Ftehim huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-atti adottati skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f'konformità mas-sentenzi u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 22

Il-Kumitat Konġunt

1.   B'dan qed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt li huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Konġunt) li se jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Għal dan il-għan, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fejn huwa provdut b'mod espliċitu minn dan il-Ftehim.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati b’kunsens u jkunu jorbtu lill-Partijiet. Il-Partijiet għandhom iqegħduhom fis-seħħ skont ir-regoli proprji tagħhom.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b’deċiżjoni, ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

4.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jkun meħtieġ. Kull Parti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa.

5.   Parti tista’ wkoll tagħmel talba biex jiltaqa’ l-Kumitat Konġunt biex ifittex soluzzjoni għal kwalunkwe kwistjoni li tkun tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Laqgħa bħal din għandha tibda fl-eqreb data possibbli, iżda mhux iktar tard minn xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn il-Partijiet.

6.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw it-tagħrif u, fuq talba li ssir minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, iwettqu l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

7.   Jekk, skont waħda mill-Partijiet, id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ma tkunx implimentata kif xieraq mill-Parti l-oħra, tal-ewwel tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi diskussa mill-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx jista’ jsolvi l-kwistjoni fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret it-talba, il-Parti li tkun għamlet it-talba tista’, skont l-Artikolu 24 (Miżuri ta’ Salvagwardja), tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja li jkunu xierqa.

8.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, jekk il-Kumitat Konġunt ma jiħux deċiżjoni dwar kwistjoni li tkun ġiet riferuta lilu fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba, il-Partijiet jistgħu, skont l-Artikolu 24 (Miżuri ta’ Salvagwardja), jieħdu miżuri temporanji ta’ salvagwardja li jkunu xierqa.

9.   F’konformità mal-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu janalizza kwistjonijiet relatati ma’ investimenti bilaterali ta’ sjieda maġġoritarja, jew ma’ bidliet fil-kontroll effettiv tat-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet.

10.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa wkoll il-koperazzjoni billi:

(a)

irawwem skambji f'livell ta' esperti dwar inizjattivi u żviluppi leġislattivi jew regolatorji ġodda, inkluż fl-oqsma tas-sigurtà, tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-infrastruttura tal-avjazzjoni (inklużi slots), tal-ambjent kompetittiv u tal-protezzjoni tal-konsumatur;

(b)

janalizza l-kondizzjonijiet tas-suq li jaffettwaw is-servizzi bl-ajru skont dan il-Ftehim;

(c)

jeżamina regolarment l-effetti soċjali ta’ dan il-Ftehim skont il-mod kif dan ikun qed jiġi implimentat, l-aktar fil-qasam tal-impjiegi, u billi jiżviluppa reazzjonijiet xierqa għal problemi li jinstab li huma leġittimi;

(d)

jikkonsidra l-oqsma potenzjali għal aktar żvilupp ta’ dan il-Ftehim, inkluża r-rakkomandazzjoni ta’ emendi għal dan il-Ftehim;

(e)

jaqbel, abbażi ta’ kunsens, fuq proposti, approċċi jew dokumenti ta’ natura proċedurali direttament relatati mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim;

(f)

jikkonsidra u jiżviluppa għajnuna teknika fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim; kif ukoll

(g)

irawwem il-kooperazzjoni fil-fora internazzjonali rilevanti.

Artikolu 23

Riżoluzzjoni tat-Tilwim u Arbitraġġ

1.   Jekk tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, huma għandhom fl-ewwel lok jippruvaw jilħqu ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet formali fi ħdan il-Kumitat Konġunt f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta' dan il-Ftehim.

2.   Kull Parti tista’ tirreferi kwalunkwe tilwima relatata mal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma kienx possibbli li tissolva skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, quddiem bord ta’ arbitraġġ ta’ tliet arbitri skont il-proċedura stipulata minn hawn ’il quddiem:

(a)

kull Parti għandha taħtar arbitru fi żmien (60) sittin jum mid-data li fiha l-bord tal-arbitraġġ indirizzata mill-Parti l-oħra b’mezzi diplomatiċi tkun irċeviet in-notifika għat-talba tal-arbitraġġ; it-tielet arbitru għandu jinħatar miż-żewġ arbitri l-oħra fi żmien (60) sittin jum ieħor. Jekk waħda mill-Partijiet ma tkunx ħatret arbitru fiż-żmien miftiehem, jew jekk it-tielet arbitru ma jinħatarx fiż-żmien miftiehem, kull Parti tista’ titlob lill-President tal-Kunsill tal-ICAO biex jaħtar arbitru jew arbitri, skont liema minn dawn tkun applikabbli;

(b)

it-tielet arbitru li jinħatar taħt it-termini tal-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandu jkun ċittadin ta’ Stat terz u għandu jaġixxi bħala l-President tal-bord tal-arbitraġġ;

(c)

il-bord tal-arbitraġġ għandu jaqbel dwar ir-regoli ta’ proċedura tiegħu; kif ukoll

(d)

soġġett għad-deċiżjoni finali tal-bord tal-arbitraġġ, l-ispejjeż inizjali tal-arbitraġġ għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-Partijiet.

3.   Fuq talba ta' Parti, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jordna lill-Parti l-oħra timplimenta miżuri interim ta’ rimedju sad-determinazzjoni finali tal-korp.

4.   Kwalunkwe deċiżjoni proviżorja jew finali tal-bord tal-arbitraġġ għandha torbot lill-Partijiet.

5.   Jekk waħda mill-Partijiet ma taġixxix skont id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ li tkun ittieħdet skont it-termini ta’ dan l-Artikolu fi żmien (30) tletin ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq, il-Parti l-oħra tista’, sakemm idum għaddej dan in-nuqqas, tillimita, tissospendi jew tirrevoka d-drittijiet jew il-privileġġi li din tkun tat taħt it-termini ta’ dan il-Ftehim lill-Parti li tkun qed tonqos.

Artikolu 24

Miżuri ta’ salvagwardja

1.   Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika li hija meħtieġa sabiex ikunu ssodisfati l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għandhom jiżguraw li l-għanijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim jintlaħqu.

2.   Jekk waħda mill-Partijiet taħseb li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu skont dan il-Ftehim, tista’ tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa. Il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom ikunu limitati, fir-rigward tal-ambitu u ż-żmien tagħhom, għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex titranġa s-sitwazzjoni jew sabiex jinżamm il-bilanċ ta’ dan il-Ftehim. Għandha tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

3.   Kwalunkwe Parti li tkun qed tikkonsidra li tieħu miżuri ta’ salvagwardja għandha tavża mingħajr dewmien lill-Partijiet l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tforni t-tagħrif rilevanti kollu.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lill-Kumitat Konġunt bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(d) (Awtorizzazzjoni), l-Artikolu 5(d) (Rifjut, Revoka, Sospenzjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) u l-Artikoli 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni), il-Parti kkonċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx intemmet qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien dikjarat.

6.   Il-Parti konċernata għandha, mingħajr dewmien, tavża lill-Kumitat Konġunt dwar il-miżuri meħuda u għandha tforni l-informazzjoni rilevanti kollha.

7.   Kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet taħt it-termini ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża hekk kif il-Parti li jkollha t-tort tissodisfa id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 25

Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħrajn

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali li jeżistu bejn il-Ġeorġja u l-Istati Membri. Madankollu, id-drittijiet tat-traffiku eżistenti li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet bilaterali u li mhumiex koperti taħt dan il-Ftehim, jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati, bil-kondizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw mal-Kumitat Konġunt, fuq talba ta’ naħa jew oħra, biex jirrakkomandaw dwar jekk il-Ġeorġja għandhiex tingħaqad mal-Ftehim ECAA.

3.   Jekk il-Partijiet isiru partijiet għal xi ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-ICAO jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali oħra, li tindirizza suġġetti koperti minn dan il-Ftehim, huma għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Konġunt sabiex ikun determinat jekk dan il-Ftehim għandux jiġi rrivedut sabiex jiġu jitqiesu tali żviluppi.

Artikolu 26

Emendi

1.   Jekk waħda mill-Partijiet tkun tixtieq temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandha tinnotifika kif meħtieġ lill-Kumitat Konġunt għad-deċiżjoni tiegħu.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’, fuq proposta li ssir minn waħda mill-Partijiet u skont dan l-Artikolu, jiddeċiedi li jimmodifika l-Annessi għal dan il-Ftehim.

3.   L-emendi għal dan il-Ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi ta’ kull Parti.

4.   Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Parti, soġġett għall-konformità mal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li tadotta b’mod unilaterali leġislazzjoni ġdida jew li temenda l-leġislazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew ta’ qasam assoċjat li jissemma’ fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

5.   Meta Parti jew oħra tkun qed tikkonsidra leġislazzjoni jew emenda ġdida għal-leġislazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew qasam assoċjat imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim, għandha tinforma lill-Parti l-oħra kif inhu xieraq u possibbli. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jista’ jsir skambju ta’ opinjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

6.   Kull Parti għandha, b’mod regolari u hekk kif ikun xieraq, tinforma lill-Parti l-oħra b’leġislazzjoni jew emenda ġdida fil-leġislazzjoni eżistenti tagħha li ġiet adottata fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew qasam assoċjat imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim. Fuq talba li ssir minn kwalunkwe Parti, il-Kumitat Konġunt għandu, fi żmien (60) sittin jum minn mindu tkun saret dik it-talba, iwettaq skambju ta’ opinjonijiet dwar l-implikazzjonijiet li tali leġislazzjoni jew emenda ġdida jista’ jkollha fuq il-funzjonament adatt ta’ dan il-Ftehim.

7.   Wara l-iskambju ta’ opinjonijiet imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt għandu:

(a)

jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness III ta’ dan il-Ftehim biex jintegra fih, jekk ikun meħtieġ fuq il-bażi ta’ reċiproċità, il-leġislazzjoni jew l-emenda l-ġdida konċernata;

(b)

jadotta deċiżjoni fis-sens li l-leġislazzjoni jew l-emenda l-ġdida konċernata għandha titqies bħala konformi ma’ dan il-Ftehim; jew

(c)

jirrakkomanda dwar kwalunkwe miżura oħra, li għandha tkun adottata fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, biex ikun salvagwardjat il-funzjonament adatt ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 27

Terminazzjoni

Kull waħda mill-Partijiet tista', fi kwalunkwe żmien, tinnotifika bil-miktub permezz ta' mezzi diplomatiċi lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim. Tali notifika għandha tintbagħat simultanjament lill-ICAO u lis-Segretarjat tan-NU. Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat f’nofsillejl GMT fi tmiem l-istaġun tat-traffiku tal-IATA li jkun għaddej sena wara d-data tal-avviż ta’ terminazzjoni bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat bi qbil bejn il-Partijiet qabel it-tmiem ta’ dan il-perjodu.

Artikolu 28

Reġistrazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti

Dan il-Ftehim u l-emendi kollha tiegħu għandhom jiġu rreġistrati mal-ICAO u mas-Segretarjat tan-NU.

Artikolu 29

Applikazzjoni proviżorja u dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ xahar wara d-data tal-aħħar nota fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li l-proċeduri kollha meħtieġa biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ ikunu tlestew. Għall-finijiet ta’ dan l-iskambju, il-Ġeorġja għandha twassal lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea n-nota diplomatika tagħha lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha, u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jwassal lill-Ġeorġja n-nota diplomatika tiegħu mingħand l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. In-nota diplomatika mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandha tinkludi komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonfermaw li l-proċeduri tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim tlestew.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li japplikaw proviżorjament dan il-Ftehim, f’konformità mal-proċeduri u/jew mal-leġislazzjoni domestika interna tagħhom kif applikabbli, mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-data tal-aktar nota tard li biha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa.

BĦALA XHIEDA TA' DAN il-firmatarji t'hawn taħt, awtorizzati kif dovut, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, fit-tnejn ta' Diċembru elfejn u għaxra, f'żewġ kopji, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bil-Ġeorġjan, b’kull test ikun ugwalment awtentiku.

Voor het Koninkrijk België

Pour le Royaume de Belgique

Für das Königreich Belgien

Image

Deze handtekening verbindt eveneens het Vlaamse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Cette signature engage égalament la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

За Република България

Image

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā –

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għal Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Pentru România

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovenskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

Image

Image


(1)  Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

ANNESS I

SERVIZZI MIFTEHMA U ROTOT SPEĊIFIKATI

1.

Dan l-Anness huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet transitorji inklużi fl-Anness II għal dan il-Ftehim.

2.

Kull Parti tagħti lit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra d-drittijiet biex dawn joperaw servizzi bl-ajru fuq ir-rotot speċifikati hawn taħt:

(a)

għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea: Kull punt fl-Unjoni Ewropea - punti intermedji fil-pajjiżi tal-Euromed, ECAA, jew pajjiżi elenkati fl-Anness IV - Kull punt fil-Ġeorġja - punti lil hinn.

(b)

għat-trasportaturi bl-ajru tal-Ġeorġja: Kull punt fil-Ġeorġja - punti intermedji fil-pajjiżi tal-Euromed, ECAA, jew pajjiżi elenkati fl-Anness IV - Kull punt fl-Unjoni Ewropea

3.

Is-servizzi mħaddma skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness għandhom joriġinaw jew jintemmu fit-territorju tal-Ġeorġja, għat-trasportaturi bl-ajru Ġeorġjani, u fit-territorju tal-Unjoni Ewropea għat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea.

4.

Trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira jew it-titjiriet kollha u meta jagħżlu huma jistgħu:

(a)

joperaw titjiriet f’xi waħda jew fiż-żewġ direzzjonijiet;

(b)

jikkombinaw numri ta’ titjiriet differenti fi ħdan operazzjoni waħda ta’ inġenju tal-ajru;

(c)

iservu punti intermedji jew li jmorru lil hinn, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Anness, u fil-punti fit-territorji tal-Partijiet fi kwalunkwe kombinazzjoni u fi kwalunkwe ordni;

(d)

iħallu barra waqfiet fi kwalunkwe punt jew punti;

(e)

jittrasferixxu traffiku minn kwalunkwe inġenju tal-ajru tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor tagħhom fi kwalunkwe punt;

(f)

jagħmlu waqfiet fi kwalunkwe punt kemm fit-territorju, kif ukoll barra mit-territorju, ta’ xi waħda mill-Partijiet;

(g)

iġġorru traffiku fi tranżitu mit-territorju tal-Parti l-oħra; kif ukoll

(h)

jikkombinaw traffiku fuq l-istess inġenju tal-ajru irrispettivament minn fejn joriġina tali traffiku.

5.

Kull Parti għandha tippermetti lil kull trasportatur bl-ajru li jistabbilixxi l-frekwenza u l-kapaċità tat-trasport internazzjonali bl-ajru li dan ikun joffri abbażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali li jkun hemm fis-suq. B’mod konsistenti ma’ dan id-dritt, l-ebda Parti ma għandha tillimita b’mod unilaterali l-volum tat-traffiku, il-frekwenza jew ir-regolarità tas-servizz, jew it-tip jew tipi ta’ inġenji tal-ajru li jitħaddmu mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra, ħlief għal raġunijiet ta’ dwana, tekniċi, tal-operat, ambjentali, tal-ħarsien tas-saħħa jew bl-applikazzjoni tal-Artikolu 8 (Ambjent Kompetittiv) ta’ dan il-Ftehim.

6.

It-trasportaturi bl-ajru ta' kull Parti jistgħu jservu, inkluż fi ħdan il-qafas tal-arranġamenti ta' qsim ta’ kodiċi kwalunkwe punt li jinsab f'pajjiż terz li mhux inkluż fuq ir-rotot speċifikati, sakemm ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-ħames (5) libertà.

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

1.

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni mill-Ġeorġja tad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea relatati mat-trasport bl-ajru indikat fl-Anness III għal dan il-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-leġislazzjoni tas-sigurtà skont il-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim, għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tkun validata minn deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Għandha ssir evalwazzjoni bħal din mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

2.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Anness I għal dan il-Ftehim, is-servizzi miftehma u r-rotot speċifikati f’dan il-Ftehim, ma għandhomx jinkludu, sal-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness II għal dan il-Ftehim, id-dritt biex ikunu eżerċitati d-drittijiet tal-ħames (5) libertà, inkluż għat-trasportaturi bl-ajru tal-Ġeorġja bejn punti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, id-drittijiet kollha tat-traffiku diġà mogħtija minn wieħed mill-ftehimiet bilaterali ta’ bejn il-Ġeorġja u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikomplu jiġu eżerċitati sakemm ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea abbażi ta’ nazzjonalità.

3.

L-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni mill-Ġeorġja għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tkun validata minn deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Sadanittant, il-Ġeorġja għandha timplimenta l-ECAC Doc 30.

4.

Fl-aħħar tal-perjodu transitorju, il-parti kunfidenzjali tal-leġislazzjoni tas-sigurtà kif provduta fil-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim għandha tkun disponibbli għall-awtorità x-xierqa tal-Ġeorġja, soġġetta għal ftehim dwar l-iskambju ta' tagħrif senisittiv tas-sigurtà inkluż tagħrif klassifikat tal-UE.

5.

It-tranżizzjoni gradwali tal-Ġeorġja lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea relatata mat-trasport bl-ajru indikata fl-Anness III għal dan il-Ftehim tista' tkun soġġetta għal valutazzjonijiet regolari. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mal-Ġeorġja.

6.

Mid-data tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, il-Ġeorġja se tapplika regoli tal-liċenzjar operattiv li huma sostanzjalment ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku ta’ determinazzjonijiet tal-adegwatezza u/jew taċ-ċittadinanza magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Ġeorġja għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea hekk kif ikun hemm il-konferma mill-Kumitat Konġunt tal-applikazzjoni sħiħa tal-Ġeorġja ta’ tali regoli tal-liċenzjar operattiv.

7.

Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni fil-Kumitat Konġunt jew fl-Artikolu 24 (Miżuri ta’ Salvagwardja), l-adegwatezza għall-avjazzjoni ta’ inġenju tal-ajru rreġistrat fid-data tal-firma fir-reġistru Ġeorġjan u użat mill-operaturi taħt il-kontroll regolatorju tal-Ġeorġja, li ma għandhomx ċertifikat tat-tip maħruġ mill-EASA f'konformità mal-leġislazzjoni rilevanti tal-UE fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, tista' tkun ġestita taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti Ġeorġjani f'konformità mar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli tal-Ġeorġja sa:

(a)

l-1 ta’ Jannar 2015 għal ċerti inġenji tal-ajru impenjati f’operazzjonijiet ta’ merkanzija biss;

(b)

il-31 ta’ Diċembru 2019 għal ċerti ħelikopters u inġenji tal-ajru ħfief u ultra-ħfief impenjati f’operazzjonijiet bħal titjiriet ta’ tfittix u salvataġġ, xogħol fl-ajru, taħriġ, emerġenza, agrikoltura u ta’ ħidma umanitarja f’konformità maċ-ċertifikati operattivi tat-trasportaturi rispettivi, Inġenju tal-ajru bħal dan ma għandux jibbenefika mill-ebda drittijiet addizzjonali mogħtija b'dan il-Ftehim wara li d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Anness tkun ġiet adottata.

ANNESS III

(Soġġett għal aġġoranment regolari)

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli skont il-Ftehim sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fl-Anness II ta' dan il-Ftehim (Dispożizzjonijiet Transitorji). Fejn meħtieġ, minn hawn ‘il quddiem qed ikunu stabbiliti adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

A.   Aċċess għas-suq u kwistjonijiet anċillari

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità

kif emendat minn:

 

Ir-Regolament (KE) Nru 894/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1554/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

 

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-21 ta’ April 2004 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, u 14 a (2)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) it-terminu "Il-Kummissjoni" għandu jinqara "il-Kumitat Konġunt".

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25 u l-Anness

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 it-terminu "Stati Membri" għandu jinqara "Stati Membri tal-Unjoni Ewropea".

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) it-terminu "Il-Kummissjoni" għandu jinqara "il-Kumitat Konġunt".

Nru 785/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-ajruplani [inġenji tal-ajru]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8, u 10(2)

Nru 2009/12

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12

B.   Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, 6, u 9 sa 14.

Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, l-Annessi I u II

Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-arja)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11

Nru 552/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa V

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

kif emendat bi:

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri ta’ l-operat

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa V

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 2006/23

Id-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16 ,18, 19 20 u l-Annessi I sa IV

Nru 730/2006

Regolament tal-Kummissjoni (KE) 730/2006 tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir.

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabilixxi r-rekwiżiti dwar proċeduri għal pjanijiet ta’ titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-ajru uniku Ewropew.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 1(1)-(2) u (5)-(7), l-Artikoli 2 sa 3, l-Artikolu 4(1), l-Anness

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7, it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 8, l-Annessi I sa IV

Nru 1265/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa IV

Nru 1315/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, l-Annessi I sa II

Nru 668/2008

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri tal-operat

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 2

Nru 1361/2008

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5 (minbarra l-Artikolu 1.6), l-Anness (minbarra l-punti 11 u 12)

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, l-Annessi I sa VII

Nru 30/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 2, l-Anness

Nru 262/2009

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Annessi I sa III

Nru 1070/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, minbarra l-Artikolu 1.4

C.   Sikurezza tal-Avjazzjoni

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

kif emendat bi:

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 tat-13 ta’ Novembru 1996 li jemenda għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1069/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2871/2000 tat-28 ta’ Diċembru 2000 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili [traduzzjoni mhux uffiċjali]

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea

 

Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, 12 sa 13 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(2), (it-tieni sentenza), l-Annessi I sa III

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12, "Stati Membri" għandu jinqara "Stati Membri tal-Unjoni Ewropea".

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 68, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 65, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(1), l-Artikolu 69(4), l-Annessi I sa VI

kif emendat bi:

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009 tat-30 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

 

Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1.7 li jistabbilixxi l-Artikoli 8a.5, 8b.6 u 8c.10), l-Anness

Nru 94/56

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fondamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti ta' avjazzjoni ċivili

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12

Nru 2003/42

Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa II

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

kif emendat bi:

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 bir-rigward għall-perijodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati li ma jagħmlux ħsara ambjentali

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

Nota: Ikkoreġuta permezz ta' Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (ĠU L 321, 8.12.2009)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Anness Il-perijodi ta' tranżizzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Konġunt.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tat-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

kif emendat bi:

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar approvazzjonijiet għal perijodu limitat u l-Annessi I u III

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol

 

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-komposizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurta' tal-Avjazzjoni Ewropea

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7 u l-Anness

Nru 593/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

kif emendat bi:

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12,l-Artikolu 14(2), l-Anness

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sikurezza ta' ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

Nru 2111/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Anness

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli implimentattivi għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi A sa C

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kif sussegwentement emendat.

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3, l-Annessi A u B

D.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18,l-Artikolu 21, l-Anness

Nru 18/2010

Regolament tal-Kummissjoni(UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 272/2009

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008

Nru 1254/2009

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Il-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru … ta’ … li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni [taħt l-adozzjoni tal-UE]

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru … ta’ … li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 [taħt l-adozzjoni tal-UE]

E.   Ambjent

Nru 2006/93

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6 u l-Annessi I u II

Nru 2002/30

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità

Kif emendata jew adattata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u l-Att tal-Adeżjoni tal-2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, l-Annessi I u II

Nru 2002/49

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I sa VI

F.   Aspetti soċjali

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 2 sa 3, l-Anness

Nru 2003/88

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 1 sa 19, 21 sa 24 u 26 sa 29

G.   Protezzjoni tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10

Nru 95/46

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 34

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti

kif emendat minn:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17

Nru 1107/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17, l-Annessi I u II

H.   Leġislazzjoni oħra

Nru 80/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18 u l-Annessi I u II

ANNESS IV

LISTA TA’ STATI OĦRA LI HUMA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 3 U 5, U L-ANNESS I

1.

Ir-Repubblika tal-Islanda (taħt il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

2.

Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

3.

Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

4.

Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera).