17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/113 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VII — Kumitat tar-Reġjuni
(2012/557/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0262/2011) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0090/2012), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjarja 2010; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
(3) ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
(4) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VII — Il-Kumitat tar-Reġjuni
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011) 473 — C7-0262/2011) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0090/2012), |
1. |
Jenfasizza li fir-rapport annwali 2010 l-Qorti tal-Awdituri identifikat żbalji rigward ir-reklutaġġ ta’ aġent permanenti u l-proċedurai ta’ akkwist għal servizz ta’ interpretazzjoni; |
2. |
Huwa sodisfatt bl-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) dwar l-iżbalji identifikati kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda biex jiġi evitat li dawn is-sitwazzjonijiet jerġgħu jiġru (titjib fil-proċedura ta’ reklutaġġ ta’ uffiċjal li ġej minn istituzzjoni oħra kif ukoll sorveljanza u monitoraġġ tal-istimi tal-valuri tal-kuntratti bis-saħħa ta’ dokument standard u finalment, il-perfezzjonament tas-sistema ta’ sorveljanza u ta’ monitoraġġ tal-offerti permezz ta’ kaxxa tal-ittri b’aċċess ristrett); |
3. |
Jifraħ li l-Qorti tal-Awdituri stimat li, abbażi tax-xogħol tal-awditjar tagħha, il-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 għan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali; ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli hija valutata, fis-settur “nefqa amministrattiva” ġeneralment għal 0,4 % (punti 7.9 u 7.10); |
4. |
Jilqa’ d-deċiżjoni tal-KtR li jiżviluppa u jimplimenta format standard għad-dokumentazzjoni tal-estimi f’każ ta’ proċeduri nnegozjati; |
5. |
Jikkonstata li fl-2010, il-KtR kellu approprjazzjonijiet għall-impenji li ammontaw għal total ta’ EUR 90 800 000 (EUR 88 000 000 fl-2009), u li r-rata ta’ implimentazzjoni ta’ dawn l-approprjazzjonijiet żdiedet (99,4 % fl-2010 u 98,37 % fl-2009); jenfasizza li l-baġit tal-KtR huwa purament amministrattiv, billi jonfoq 72 % għall-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u 28 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u n-nefqiet varji għall-operat amministrattiv; |
6. |
Jistieden lill-KtR jillimita ż-żidiet tal-baġits futuri tiegħu sal-minimu neċessarju u jirrikorri l-ewwel għall-iffrankar u għar-razzjonalizzazzjoni tal-infiq eżistenti biex jiffinanzja l-attivitajiet il-ġodda li joħloq u dawk li jiżviluppa; |
7. |
Jistieden lill-KtR jwettaq rieżami komprensiv tal-infiq abbażi tal-prinċipju tal-ibbaġitjar fuq bażi żero biex jiġi identifikat iffrankar, aktar milli jkun hemm żieda perċentwali nominali b’mod konformi mal-inflazzjoni għall-baġits eżistenti matul kull ċiklu baġitarju; |
8. |
Josserva b’sodisfazzjon li, fuq talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (6) dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009, il-KtR saħħaħ il-proċedura baġitarja tiegħu li issa hi magħmula minn 4 stadji: it-tħejjija mill-amministrazzjoni tal-KtR, il-valutazzjoni tal-abbozz preliminari mill-Kumitat għall-Affarijiet Finanzjarji u Amministrattivi (CFAA), it-teħid ta’ pożizzjoni tal-Bureau u tal-Assemblea Plenarja tal-KtR dwar l-abbozz tal-baġit u l-eżami intermedju tal-implimentazzjoni (mid-term review); |
9. |
Jifraħ li ż-żewġ Kumitati, il-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), irnexxielhom sa fl-aħħar jiksbu ċ-ċertifikat EMAS (Skema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-Unjoni Ewropea) fis-27 ta’ Diċembru 2011; jixtieq ikun infurmat dwar it-total tal-enerġija użata li ġejja minn sorsi rinnovabbli; |
10. |
Huwa sodisfatt bir-riżultati indikati fir-rapport ta’ valutazzonji intermedja dwar il-funzjonament tal-ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn il-KtR u l-KESE; josserva prinċipalment li l-ħolqien ta’ servizzi konġunti ppermetta liż-żewġ Kumitati jiffrankaw f’termini ta’ baġit; jawspika li l-Kumitati jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-persunal (aktar armonizzazzjoni tar-regoli), is-servizzi soċjali u mediċi u fis-servizzi interni; jixtieq ikun infurmat qabel il-proċedura ta’ kwittanza li jmiss dwar l-ammont ta’ ffrankar li sar; |
11. |
Jifraħ lill-KtR għall-kwalità tas-sommarju dwar l-attivitajiet tas-servizz ta’ awditjar intern; jitlob li l-verifiki dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet ta’ stabbiliment (li għadhom għaddejjin) u dwar il-ġestjoni tal-linji baġitarji jsiru fl-inqas żmien possibbli kif anki jissaħħu l-monitoraġġ tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ standards ta’ kontroll intern u r-rilevanza taċ-ċirkwiti finanzjarji; |
12. |
Jifraħ lill-KtR bil-pjan ta’ titjib wara l-awtovalutazzjoni tal-ġestjoni tal-organizzazzjoni tiegħu (CAF (7): qafas ta’ awtovalutazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika), intiż li:
jixtieq jinżamm infurmat minn din l-inizjattiva fir-rapport annwali ta’ attività; |
13. |
Japprezza l-kwalità kostanti tar-rapport annwali ta’ attività; jawspika li dan ir-rapport jkunu komplut, fil-ġejjieni, b’tabella eżawrjenti tat-total tar-riżorsi umani għad-dispożizzjoni tal-KtR, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u ċ-ċittadinanza; |
14. |
Jerġa’ jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu skont liema, għall-finijiet ta’ trasparenza, id-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji, inklużi l-aġġornamenti regolari, tal-membri tal-istituzzjonijiet kollha għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Internet; f’dan il-kuntest jieħu nota b’sodisfazzjon tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-KtR ta’ Diċembru 2011 ta’ pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-membri fuq l-Internet, fil-parti tas-sit fejn tinsab l-informazzjoni dwar il-membri; |
15. |
Jikkonstata li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u dan isaħħaħ ir-rwol tal-KtR; f’dan il-kuntest jifraħ lill-KtR, partikolarment ta’ xogħlu f’dawk li huma l-istrateġija “Ewropa 2020” u l-governanza f’diversi livelli; |
16. |
Huwa tal-fehma li r-rapport annwali tal-impatt tal-KtR huwa strument utli biex jivvaluta x-xogħol tal-Kumitat; |
17. |
Jitlob li l-opinjonijiet kollha mogħtija mill-KtR jiġu mehmuża mad-dossiers rilevanti. |
(2) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
(3) ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
(4) ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 102.
(7) Common Assessment Framework, European Institute for Public Administration, Maastricht 2006.