|
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-9 ta’ Ottubru 2009
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija
(2012/441/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-Artikolu 300(2), mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) u mal-Artikolu 300(4),
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra. |
|
(2) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), ġie ffirmat fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2006 (1). |
|
(3) |
It-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007. |
|
(4) |
Huwa meħtieġ Protokoll li jemenda l-Ftehim sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda. |
|
(5) |
Il-Protokoll ġie nnegozjat mill-partijiet fid-19 ta’ Marzu 2007. |
|
(6) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat provviżorjament, suġġett għat-tlestija tal-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
JIDDEĊIEDI:
Artikolu 1
1. L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
2. It-test tal-protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkunu awtorizzati jiffirmaw il-Protokoll f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Suġġett għar-reċiproċità u sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu, il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Artikolu 4
In-notifika prevista fl-Artikolu 4(1) tal-Protokoll għandha ssir mill-Kunsill.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
Å. TORSTENSSON
PROTOKOLL
li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,
MALTA,
IR-RENJU TAL-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,
minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”, u
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem, “il-Komunità”,
rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
minn naħa waħda, u
IR-RENJU TAL-MAROKK,
minn hawn ’il quddiem, “il-Marokk”,
min-naħa l-oħra,
Wara li kkunsidraw l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità fl-1 ta’ Jannar 2007,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma Partijiet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”);
Artikolu 2
1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda mal-Anness II tal-Ftehim (Ftehimiet bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea):
|
(a) |
wara l-ewwel punt:
|
|
(b) |
wara s-sittax-il punt:
|
2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda mal-aħħar paragrafu tal-Anness III tal-Ftehim (awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni u permessi tekniċi: awtoritajiet kompetenti):
|
(a) |
wara l-intestatura li tikkonċerna l-Belġju: “Il-Bulgarija: Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Ministeru għat-Trasport, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni”; |
|
(b) |
wara l-intestatura li tikkonċerna ir-Repubblika Slovakka: “Ir-Rumanija: Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura u tat-Trasport bl-Ajru Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura”. |
Artikolu 3
It-testi tal-Ftehim bil-Bulgaru u bir-Rumen, mehmuża ma’ dan il-Protokoll, huma awtentiċi bl-istess kundizzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.
Artikolu 4
1. Dan il-Ftehim huwa approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Fil-każ fejn, intant, dan il-Protokoll ikun approvat mill-partijiet kontraenti f’data wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll jidħol għalhekk fis-seħħ skont l-Artikolu 27(1) tal-Ftehim, fid-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-formalitajiet interni ta’ approvazzjoni.
2. Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.
Artikolu 5
Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament fi Brussell, fit-18 ta’ Ġunju 2012 bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, bit-testi kollha ugwalment awtentiċi.
За дьржавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalīvalstu vārdā –
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu Państw Członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
För medlemsstaternas
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l’Union européenne
Per l’Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Кралство Мароко
Por el Reino de Marruecos
Za Marocké království
For Kongeriget Marokko
Für das Königreich Marokko
Maroko Kuningriigi nimel
Για το Βασίλειο του Μαρόκου
For the Kingdom of Morocco
Pour le Royaume du Maroc
Per il Regno del Marocco
Marokas Karalistes vārdā –
Maroko Karalystės vardu
A Marokkói Királyság nevében
Għar-Renju tal-Marokk
Voor het Koninkrijk Marokko
W imieniu Królestwa Maroka
Pelo Reino de Marrocos
Pentru Regatul Maroc
Za Marocké kráľovstvo
Za Kraljevino Maroko
Marokon kuningaskunnan puolesta
För Konungariket Marocko