|
30.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Ottubru 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
(2011/769/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Jannar 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, matul l-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. |
|
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta' negozjati adottati mill-Kunsill. |
|
(3) |
Dawn in-negozjati ġew konklużi u fit-22 ta' Settembru 2010 ġie inizjalat il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”). |
|
(4) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fl-20 ta' April 2011, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/256/UE (1). |
|
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bil-kapaċità li jagħti, f’isem l-Unjoni, n-notifika prevista fil-Ftehim (2).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MILLER
(1) ĠU L 110, 29.4.2011, p. 13.
(2) Id-data tad-dħul fi-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-komunità Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
A. Ittra mill-Unjoni
Sinjur,
Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:
|
|
L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 25 bil-modifiki li ġejjin:
|
|
|
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. |
Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina.
Dejjem tiegħek,
Għall-Unjoni Ewropea
B. Ittra mir-Repubblika tal-Arġentina
Sinjur,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek fid-data ta’ llum li taqra kif ġej:
“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, għandi l-unur nipproponi dan li ġej:
|
|
L-Unjoni Ewropea għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-UE 27, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-iskeda tal-UE 25 bil-modifiki li ġejjin:
|
|
|
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ 14-il jum wara d-data tal-wasla tal-aħħar notifika. |
Inkun obbligat lejk jekk tikkonferma li l-Gvern tiegħek jaqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra. Jekk dan ikun il-każ, din l-ittra flimkien mal-konferma tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina.”
Għandi l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi mal-ittra ta' hawn fuq.
Dejjem tiegħek,
Għall-Gvern tar-Repubblika Arġentina