27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/237


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009

(2011/608/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (3), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0131/2011),

1.

Jagħti lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 342, 16.12.2010, p. 22.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-għeluq tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi (3), u partikolarment l-Artikolu 5 tagħha,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, adottat bid-deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 tal-Bord ta’ Governanza tal-Impriża Konġunta (iktar ’il quddiem “Regolament Finanzjarju ITER”),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kontroll Baġitarju (A7-0131/2011),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tinsab fil-fażi ta’ tnedija tagħha u ma kinetx stabbilixxiet bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta’ informazzjoni finanzjarja sa tmiem l-2009,

C.

billi r-Regolament Finanzjarju ITER huwa bbażat fuq il-Regolament Finanzjarju qafas, li ġie modifikat dan l-aħħar biex jiġi konformi mal-bidliet li saru għar-Regolament Finanzjarju ġenerali,

D.

billi fid-9 ta’ Ottubru 2008 l-Qorti tal-Awdituri tat l-opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju ITER,

Implimentazzjoni tal-budget

1.

Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien ta’ EUR 173 600 000 u r-rata ġenerali tal-użu għal approprjazzjonijiet tar-rata tal-użu tal-pagamenti kienet ta’ 65,3 %;

2.

Jagħraf li l-Impriża Konġunta għadha f’perijodu inizjali u l-infiq anqas mill-ammont allokat huwa relatat l-iktar ma’ dewmien fil-progress tal-programm ta’ fużjoni tal-Euratom, kif ġie wkoll rappurtat mill-Qorti tal-Awdituri fl-2008;

3.

Jinnota li d-depożiti bankarji ta’ tmiem is-sena li jammontaw għal EUR 42 000 000 jirrapreżentaw ksur tal-prinċipju baġitarju tal-bilanċ;

4.

Jikkunsidra li huwa mportanti, sabiex tiġi definita l-applikazzjoni ta’ din id-deroga mill-prinċipju baġitarju ġenerali tal-bilanċ, li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom, jekk ikun pożittiv, jiddaħħal il-bilanċ tal-kont tar-riżultati fil-baġit tal-Impriża Konġunta tas-sena finanzjarja konsegwenti;

Preżentazzjoni tal-kontijiet

5.

Jistieden lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-kontijiet taħt il-gwida tal-Kummissjoni;

6.

Jirrikonoxxi li għall-kuntrarju ta’ impriżi konġunti oħra tal-Unjoni, l-ITER hija ffinanzjata għalkollox b’mod pubbliku;

Sistemi ta’ kontroll intern

7.

Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tlesti l-implimentazzjoni tas-sistemi tagħha ta’ kontroll intern u ta’ informazzjoni finanzjarja;

8.

Jistieden lill-Impriża Konġunta, barra minn hekk, tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha referenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz tal-Verifika Interna bħala l-Awditur Intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni fir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet Komunitarji;

9.

Iqis, b’mod partikolari, li r-rwol tas-Servizz tal-Verifika Interna bħala Awditur Intern għandu jkun li tagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi tagħti opinjonijiet indipendenti rigward il-kwalità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja soda; iqis li huwa essenzjali li l-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur tagħha li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

10.

Barra minn dan huwa tal-fehma li minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-kumplessità tal-ħidmiet tagħha, l-Impriża Konġunta għandha twaqqaf kumitat tal-awditjar, li jkun jirrapporta direttament lill-Bord ta’ Governanza;

Regolament Finanzjarju

11.

Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta temeda r-Regolament Finanzjarju tagħha biex tintegra r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li kienet għamlet fl-Opinjoni tagħha Nru 4/2008 dwar dak ir-Regolament; iqis li hu meħtieġ li jkun hemm aktar titjib fir-rigward ta’:

l-eċċezzjonijiet għall-prinċipji baġitarji,

ir-rwol tas-Servizz tal-Verifika Interna,

l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ verifika,

il-ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet tas-sħab,

ir-regoli dwar l-għoti ta’ sussidji,

id-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju ITER.


(1)  ĠU C 342, 16.12.2010, p. 22.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.