23.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 19/7


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-25 ta’ Novembru 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima II – Il-Kunsill

(2010/40/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar ta’ delegati ta’ Membri tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (7) (IIA)

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.

Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-25 ta’ Novembru 2009

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima II – Il-Kunsill

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6-0417/2008) (2),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kunsill lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 (5) li jipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2007, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ ma’ dik id-deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 60, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 190/2003 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni li tikkonċerna r-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar ta’ delegati ta’ Membri tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda (7) (IIA),

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0150/2009),

wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0047/2009),

1.

Jenfasizza l-fatt li kiseb sodisfazzjon mill-Kunsill dwar it-tliet talbiet l-aktar importanti li huwa għamel fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ April 2009 (8), li huma:

(a)

laqgħa fl-24 ta’ Settembru 2009 tal-President, ir-rapporteur u l-koordinaturi tal-kumitat kompetenti tal-Parlament ma’ rappreżentanti tal-Presidenza Svediża u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 21(a) tar-riżoluzzjoni);

(b)

tweġibiet bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Parlament rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għall-2007 (paragrafu 22 tar-riżoluzzjoni);

(c)

il-pubblikazzjoni fuq il-website tal-Kunsill ta’ dokumenti relevanti rigward l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill, inklużi t-tweġibiet għall-mistoqsijiet speċifiċi tal-Parlament (paragrafu 4 tar-riżoluzzjoni);

2.

Iqis li l-Parlament wettaq dmiru li jiggarantixxi t-trasparenza u r-responsabilità massima possibbli rigward l-użu tal-flus ta’ min iħallas it-taxxa;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex ikompli jtejjeb il-koperazzjoni mal-kumitati kompetenti tal-Parlament fuq il-bażi tal-prattika riċenti tiegħu;

4.

Jitlob lill-istituzzjonijiet biex ifasslu u jinkludu fil-Ftehim Interistutuzzjonali anness li jittratta speċifikament il-proċedura ta’ kwittanza għall-Kunsill;

5.

Jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kwittanza tal-Kunsill li jmiss, biex jivverifika l-progress dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

l-għeluq tal-kontijiet ekstrabaġitarji tal-Kunsill skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill,

it-titjib tal-verifika ta’ fatturi skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditur intern tal-Kunsill,

il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet amministrattivi kollha meta dawn jintużaw bħala bażi legali għall-partiti tal-baġit,

skont il-prattika li issa hija adottata mill-istituzzjonijiet kollha, jgħaddi lill-Parlament u lill-kumitat kompetenti tiegħu r-rapport annwali tal-Kunsill dwar l-attività, kif mitlub li għandu jitħejja skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju,

spjegazzjoni sħiħa dwar il-ħtieġa ta’ trasferiment ta’ flus minn partita għal oħra fi ħdan il-baġit tal-Kunsill,

l-għoti ta’ spjegazzjonijiet bil-miktub għall-mistoqsijiet relevanti li jsirulu mill-kumitat kompetenti u mir-rapporteur tal-Parlament,

id-disponibilità u r-rieda tal-Kunsill li jipprovdi tweġiba orali lill-kumitat kompetenti tal-Parlament ibbażata fuq dawn it-tweġibiet bil-miktub, jekk ikunu jeħtieġu aktar kjarifiki;

6.

Itenni t-talba li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex fir-Rapporti Annwali tagħha li ħiereġ dalwaqt, tagħti attenzjoni speċjali għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill.


(1)  ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 18.

(6)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(8)  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 19.