31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/142 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006
(2009/209/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0113/2008),
1. |
Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; |
2. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju-Ġenerali
Harald RØMER
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 1.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet finali annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (qabel magħrufa bħala Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija) għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (2),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jwaqqaf l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0113/2008),
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2006 huma ta' min wieħed joqgħod fuqhom, u li t-tranżazzjonijiet bażiċi huma legali u regolari, |
B. |
billi fl-24 ta' April 2007, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2005 (6), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta' kwittanza fost affarijiet oħra
|
Punti ġenerali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet orizzontali li jaffettwaw lill-aġenziji tal-UE u li għalhekk huma importanti wkoll għall-proċedura ta' kwittanza għal kull waħda mill-aġenziji individwali
1. |
Jinnota li l-baġits tal-24 aġenzija u ta' korpi satelliti oħrajn li saritilhom il-verifika mill-Qorti tal-Awdituri kienu jammontaw għal EUR 1 080,5 miljuni fl-2006 (l-akbar baġit kien tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni li kien jammonta għal EUR 271 miljun u l-iżgħar baġit kien tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li kien jammonta għal EUR 5 miljuni); |
2. |
Jenfasizza l-fatt li l-firxa ta' korpi esterni tal-UE li huma suġġetti għal verifika u għal kwittanza issa tinkludi mhux biss aġenziji regolatorji tradizzjonali iżda wkoll aġenziji eżekuttivi li ġew stabbiliti sabiex jimplimentaw programmi speċifiċi, u fil-futur qrib se testendi wkoll għal intrapriżi konġunti li ġew stabbiliti bħala sħubiji bejn il-pubbliku u l-privat (inizjattivi teknoloġiċi konġunti); |
3. |
Josserva fir-rigward tal-Parlament li l-għadd ta' aġenziji suġġetti għall-proċedura ta' kwittanza evolva kif ġej: sena finanzjarja 2000: 8; 2001: 10; 2002: 11; 2003: 14; 2004: 14; 2005: 16; 2006: 20 aġenzija regolatorja u 2 aġenziji eżekuttivi (m'humiex inklużi 2 aġenziji li jiġu vverifikati mill-ECA iżda li huma suġġetti għal proċess ta' kwittanza intern); |
4. |
Għaldaqstant, jikkonkludi li l-proċess ta' verifika/kwittanza sar ineffiċjenti u sproporzjonat meta mqabbel mad-daqs relattiv tal-baġits tal-aġenziji/tal-korpi satelliti; jagħti istruzzjonijiet lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jagħmel reviżjoni fuq firxa wiesgħa tal-proċess ta' kwittanza fir-rigward ta' aġenziji u korpi satelliti bil-għan li jitfassal metodu iktar sempliċi u razzjonali, filwaqt li jżomm f'moħħu l-għadd dejjem ikbar ta' korpi li kull wieħed minnhom jesiġi rapport ta' kwittanza separat fis-snin li ġejjin; |
Kunsiderazzjonijiet fundamentali
5. |
Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari fir-rigward tal-elementi li ġejjin qabel il-ħolqien ta' aġenzija ġdida jew qabel ir-riforma ta' aġenzija eżistenti: it-tip ta' aġenzija, l-għanijiet tal-aġenzija, l-istruttura ta' governanza interna, il-prodotti, is-servizzi, il-proċeduri ewlenin, il-grupp fil-mira, il-klijenti u l-partijiet interessati tal-aġenzija, ir-relazzjoni formali mal-atturi esterni, ir-responsabiltà tal-baġit, l-ippjanar finanzjarju, u l-politika dwar il-personal u l-provvista ta' staff; |
6. |
Jitlob li kull aġenzija tkun irregolata minn ftehima annwali rigward ir-rendiment li tkun ifformulata mill-aġenzija u mid-DĠ responsabbli u li għandha tinkludi l-għanijiet ewlenin għas-sena li tkun ġejja, qafas finanzjarju u indikaturi ċari għall-kejl tar-rendiment; |
7. |
Jitlob li l-eżekuzzjoni tal-aġenziji tiġi vverifikata b'mod regolari (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti tal-Awdituri jew awditur indipendenti ieħor; iqis li din il-verifika m'għandhiex tkun limitata għal elementi tradizzjonali ta' ġestjoni finanzjarja u għall-użu kif suppost tal-fondi pubbliċi, iżda għandha tkopri wkoll l-effiċjenza u l-effikaċja amministrattiva u għandha tinkludi klassifikazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja ta' kull aġenzija; |
8. |
Huwa tal-fehma li fil-każ ta' aġenziji li qegħdin kontinwament jgħollu "l fuq il-ħtiġijiet tal-baġit rispettivi tagħhom, għandu jkun hemm tnaqqis tekniku skont il-postijiet vakanti; huwa tal-opinjoni li fuq perjodu ta' żmien fit-tul dan għandu jwassal għal inqas dħul assenjat għall-aġenziji u għalhekk inaqqas ukoll l-ispejjeż amministrattivi; |
9. |
Jinnota li hija problema serja li għadd ta' aġenziji jiġu kkritikati minħabba li ma jsegwux ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti tal-Istaff eċċ.; jikkunsidra li r-raġuni ewlenija għal dan hija li ħafna mir-regolamenti u r-Regolament Finanzjarju huma mfassla għal istituzzjonijiet akbar u li ħafna mill-aġenziji ż-żgħar m'ghandhomx il-kapaċità mixtieqa biex jaqdu dawn il-ħtiġijiet regolatorji; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tfittex soluzzjoni rapida biex tinkiseb effikaċja akbar billi jinġabru flimkien il-funzjonijiet amministrattivi ta' diversi aġenziji, sabiex tinkiseb din il-massa kritika (filwaqt li jiġu kkunsidrati t-tibdiliet meħtieġa fir-regolamenti bażiċi li jirregolaw l-aġenziji u l-indipendenza baġitarja tagħhom), jew inkella biex b'urġenza tagħmel abbozz ta' regoli speċifiċi għall-aġenziji (b'mod partikulari regoli dwar l-implimentazzjoni għall-aġenziji) li jippermettulhom ikunu f'konformità sħiħa; |
10. |
Jinsisti li l-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal l-Abbozz Preliminari tal-Baġit, għandha tqis ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-baġit mill-aġenziji individwali għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari għas-sena n-1 u, tirrevedi l-baġit rikjest mill-aġenzija partikolari kif meħtieġ; jistieden lill-kumitat kompetenti tiegħu sabiex jirrispetta din ir-reviżjoni u, jekk ma jkunx diġà ġie rivedut mill-Kummissjoni, jirrevedi huwa stess il-baġit imsemmi fuq livell realistiku li jaqbel mal-kapaċità ta' assorbiment u ta' implimentazzjoni tal-aġenzija msemmija; |
11. |
Ifakkar id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2005, fejn huwa stieden lill-Kummissjoni sabiex kull ħames snin tippreżenta studju dwar il-valur miżjud ta' kull aġenzija li teżisti; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti, fil-każ ta' evalwazzjoni negattiva tal-valur miżjud ta' aġenzija, sabiex jieħdu l-passi kollha meħtieġa billi jifformolaw mill-ġdid il-mandat ta' dik l-aġenzija jew billi jagħlquha; jinnota li ma saret l-ebda evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fl-2007; jinsisti li l-Kummissjoni għandha tippreżenta tal-inqas 5 evalwazzjonijiet bħal dawn qabel id-deċiżjoni dwar il-kwittanza b'rabta mas-sena finanzjarja 2007, u għandha tibda bl-aġenziji li l-aktar ilhom joperaw; |
12. |
Huwa tal-fehma li rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu implimentati immedjatament u li l-livell ta' sussidji mħallsa lill-aġenziji għandu jkun allinjat mar-rekwiżiti ta' flus kontanti reali tagħhom; barra minn hekk iqis li l-modifiki għar-Regolament Finanzjarju ġenerali għandhom jiġu inkorporati fir-regolament ta' qafas finanzjarju tal-aġenziji kif ukoll fir-regolamenti finanzjarji speċifiċi varji; |
Preżentazzjoni tad-data ta' rappurtaġġ
13. |
Jinnota li ma hemm l-ebda metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja konċernata, tal-kontijiet tagħhom u tar-rapporti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja u l-kwistjoni dwar jekk għandhiex titfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mid-direttur tal-aġenzija; josserva li mhux l-aġenziji kollha jiddistingwu b'mod ċar bejn (a) il-preżentazzjoni tax-xogħol tal-aġenzija lill-pubbliku u (b) ir-rappurtar tekniku dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja; |
14. |
Jinnota li filwaqt li l-istruzzjonijiet fis-seħħ tal-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapporti ta' attività ma jesiġux b'mod espliċitu li l-aġenzija tfassal dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, bosta diretturi, minkejja dan, xorta waħda għamluha għall-2006, filwaqt li f'każ wieħed minnhom kienet inkluża riserva importanti; |
15. |
Ifakkar li l-paragrafu 27 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2005 (7), li jistieden lid-Diretturi tal-Aġenziji sabiex minn issa "l quddiem ir-rapport tal-attivitajiet annwali tagħhom, li jiġi ppreżentat flimkien mat-tagħrif finanzjarju u tal-ġestjoni, irid ikollu miegħu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li tikkonċerna l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet, simili għad-dikjarazzjonijiet li ġew iffirmati mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni; |
16. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex temenda l-istruzzjonijiet tagħha fis-seħħ għall-aġenziji skont dak li ntqal hawn fuq; |
17. |
Barra minn hekk, jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha taħdem mal-aġenziji għall-produzzjoni ta' mudell armonizzat li japplika għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha filwaqt li jiddistingwi b'mod ċar bejn
|
Konklużjonijiet ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri
18. |
Jinnota dak li sabet il-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 10.29 (8) li l-ħruġ ta' sussidji li jitħallsu mill-Kummissjoni mill-baġit tal-Komunità m'huwiex ibbażat fuq stimi ġġustifikati biżżejjed tar-rekwiżiti ta' flus kontanti tal-aġenziji u li dan, flimkien mad-daqs tat-trasferimenti għas-sena ta' wara, iwassal sabiex ikollhom bilanċi ta' kreditu kbar mhux ħażin; jinnota wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti li l-livell ta' sussidji li jitħallsu lill-aġenziji għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' flus kontanti reali tagħhom; |
19. |
Jinnota li fi tmiem l-2006, 14-il aġenzija kienu għad iridu jimplimentaw is-sistema tal-kontijiet ABAC (Rapport Annwali, in-nota f'qiegħ il-paġna għall-paragrafu 10.31); |
20. |
Jinnota l-kumment tal-Qorti (Rapport Annwali, paragrafu 1.25) dwar spejjeż akkumulati minħabba liv li ma tteħidx li jitqiesu minn uħud mill-aġenziji; jenfasizza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri kkwalifikat l-istqarrija ta' assigurazzjoni tagħha fil-każ ta' tliet aġenziji (Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), CEPOL u l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji) għas-sena finanzjarja 2006 (2005: Cedefop, l-Awtorità Ewropea dwar is-s-Sikurezza fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni); |
Verifika interna
21. |
Ifakkar li f'konformità mal-Artikolu 185(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni huwa wkoll l-awditur intern tal-aġenziji regolatorji li jingħataw għotjiet mill-baġit tal-UE; jenfasizza l-fatt li l-Awditur Intern jirrapporta lill-bord ta' tmexxija u lid-direttur ta' kull aġenzija; |
22. |
Jiġbed l-attenzjoni għar-riżerva li tniżżlet fir-Rapport tal-Attivitajiet Annwali tal-Awditur Intern għall-2006 kif ġej: “L-Awditur Intern tal-Kummissjoni m'huwiex f'pożizzjoni li jissodisfa kif suppost l-obbligu tiegħu mogħti lilu mill-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju bħala awditur intern tal-korpi tal-Komunità minħabba nuqqas ta' riżorsi ta' staff.” |
23. |
Madankollu, jinnota l-kumment tal-Awditur Intern fir-rapport tal-attivitajiet tiegħu għall-2006 li mill-2007, bis-saħħa tar-riżorsi tal-istaff addizzjonali mogħtija mill-Kummissjoni lis-Servizz ta' Verifika Interna (IAS), l-aġenziji regolatorji operattivi kollha se jkunu suġġetti għal xogħol ta' verifika interna fuq bażi annwali; |
24. |
Jinnota l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' aġenziji regolatorji u eżekuttivi u ta' intrapriżi konġunti li jeħtieġ li ssirilhom verifika mill-IAS skont l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-kumitat kompetenti tagħha dwar jekk ir-riżorsi tal-istaff li huma disponibbli għall-IAS humiex se jkunu biżżejjed sabiex issir verifika annwali ta' dawn il-korpi kollha fis-snin li ġejjin; |
25. |
Josserva li l-Artikolu 72(5) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002 jeżiġi li kull aġenzija tibgħat kull sena lill-awtorità tal-kwittanza u lill-Kummissjoni rapport li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li saru u l-azzjonijiet li ttieħdu dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet; jitlob lill-aġenziji sabiex jindikaw jekk dan huwiex qiegħed isir u, jekk inhu hekk, kif qiegħed isir; |
26. |
Jieħu nota, fir-rigward tal-kapaċità tal-verifika interna, speċjalment b'rabta mal-aġenziji iżgħar, ta' proposta li saret mill-Awditur Intern quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament nhar l-14 ta' Settembru 2006 li aġenziji iżgħar għandhom ikunu awtorizzati jixtru, f'servizzi ta' verifika interna, mis-settur privat; |
Evalwazzjoni tal-aġenziji
27. |
Ifakkar l-istqarrija konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (9) li ġiet innegozjata fil-konċiljazzjoni quddiem il-Kunsill tal-baġit ECOFIN tat-13 ta' Lulju 2007 li titlob (i) lista ta' aġenziji li l-Kummissjoni bi ħsiebha tevalwa, u (ii) lista ta' aġenziji li diġà ġew evalwati, flimkien ma' sommarju tar-riżultati prinċipali; |
Proċeduri dixxiplinari
28. |
Jinnota li, minħabba d-daqs tagħhom, aġenziji individwali jsibu diffikultà biex jistabbilixxu bordijiet dixxiplinari ad hoc minn fost staff ta' grad xieraq fil-karriera u li l-IDOC (l-Uffiċċju tal-Investigazzjoni u Dixxiplina) tal-Kummissjoni m'huwiex kompetenti għall-aġenziji; jistieden lill-aġenziji sabiex iqisu li jsir bord ta' dixxiplina komuni; |
Abbozz ta' Ftehima Inter-istituzzjonali
29. |
Ifakkar l-abbozz ta' ftehim Inter-istituzzjonali dwar il-ħolqien ta' qafas operattiv għall-aġenziji regolatorji Ewropej ippreżentat mill-Kummissjoni(COM(2005) 0059), li kien maħsub li joħloq qafas orizzontali għall-ħolqien, l-istruttura, it-tħaddim, l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-aġenziji regolatorji Ewropej; jinnota li l-abbozz jirrappreżenta inizjattiva utli bħala sforz sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-ħolqien u l-immaniġġjar tal-aġenziji; jinnota l-istqarrija fir-rapport ta' sintesi 2006 tal-Kummissjoni (il-paragrafu 3.1, COM(2007) 0274) li għalkemm ma sarx progress fin-negozjati wara l-pubblikazzjoni tal-abbozz, tniedew mill-ġdid diskussjonijiet dwar sustanza fil-Kunsill fi tmiem l-2006; jiddispjaċih li ma kienx possibbli li jsir iktar progress lejn l-adozzjoni; |
30. |
Għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tressaq Komunikazzjoni dwar il-ġejjieni tal-aġenziji regolatorji matul l-2008; |
Aġenziji ffinanzjati minnhom infushom
31. |
Ifakkar li għaż-żewġ aġenziji li huma ffinanzjati minnhom infushom, id-direttur jingħata l-kwittanza mill-bord amministrattiv; jinnota li t-tnejn li huma għandhom eċċessi akkumulati sinifikanti minn dħul minn onorarji li jkunu ġew trasferiti minn ċifri tas-snin preċedenti:
|
Punti speċifiċi
32. |
Jinnota l-osservazzjoni tal-Qorti fir-rapport tagħa tal-2006, li l-Aġenzija ttrasferiet EUR 235 000 mir-riżerva operazzjonali (Titolu III) għat-Titolu I (nefqa tal-istaff) biex jiġu koperti spejjeż ikbar għall-istaff temporanju mingħajr ma' tiġi dokumentata l-ġustifikazzjoni għal dan it-trasferiment, kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija; |
33. |
Jinnota, mid-dikkjarazzjoni dwar ir-riżultat baġitarju, li fl-2006 l-Aġenzija rrimbursat bilanċ pożittiv ta' EUR 1 170 985 lill-Kummissjoni; |
34. |
Ifakkar li, f'Diċembru 2006, il-Kunsill tal-ĠIA wasal għal qbil dwar l-estensjoni tal-mandat taċ-Ċentru ta' Sorveljanza Ewropew għall-Ħarsien mir-Razziżmu u l-Ksenofobija sabiex isir l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali; |
35. |
Jiddispjaċih li r-rapport u l-kontijiet annwali għall-programmi ta' ħidma tal-2006 u l-2007 relattivament fihom ftit informazzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, ir-rappurtaġġ finanzjarju, ir-riskji, l-evakwazzjoni u l-verifika; jistieden lill-aġenzija biex ittejjeb il-kwalità tar-rapportaġġ finanzjarju tagħha u biex tippubblika r-rapport ta' attività annwali tagħha fuq il-websajt tagħha; |
36. |
Jenfasizza l-ħtieġa sabiex l-Aġenzija tirrispetta r-regoli u l-objettivi tar-Regolamenti tal-Istaff fil-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha; |
37. |
Jilqa" b'sodisfazjon l-isforzi tal-Aġenzija sabiex tkun konformi mal-impenji tal-Qorti tal-Awdituri u jistieden lill-Aġenzija sabiex tkompli ttejjeb il-ġestjoni finanzjarja tagħha. |
(1) ĠU C 261, 31.10.2007, p. 1.
(2) ĠU C 309, 19.12.2007, p. 6.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(6) ĠU L 187, 15.7.2008, p. 92.
(7) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tinkludi l-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni dwar kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU L 196, 27.7.2005, p. 127).
(8) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(9) Dokument tal-Kunsill DS 605/1/07 Rev1.
(10) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).
(11) Sors: Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (ĠU C 309, 19.12.2007, p. 141).