12.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ April 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2009/117/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi Ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim man-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ terzi pajjiżi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi Ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
(3) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem.
It-test ta’ dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità.
Artikolu 3
Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew (1).
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
Magħmula fil-Lussemburgu, 7 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŽERJAV
(1) Id-data minn meta l-Ftehim għandu japplika provviżorjament se jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat tal-Kunsill.
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tan-Nepal dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
minn naħa, u
L-GVERN TAN-NEPAL,
min-naħa l-oħra
(minn hawn ‘il quddiem “il-Partijiet”)
FILWAQT LI JINNUTAW li ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u terzi pajjiżi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u terzi pajjiżi,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti terzi pajjiżi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn it-terzi pajjiżi li jiksbu dritt ta’ sjieda fi trasportaturi tal-ajru mogħtija liċenzja f’konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JAGĦRFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal, li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika soda għas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal u biex tinżamm il-kontinwità ta’ dawn is-servizzi tal-ajru,
FILWAQT LI JAGĦRFU li l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal għandhom ikunu konsistenti mal-liġijiet tan-Nepal u tal-Komunità Ewropea u jipprovdu bażi ġuridika vijabbli u soda biex jiġu żgurati l-kontinwità u l-iżvilupp tas-servizzi tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal,
FILWAQT LI JINNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal, li mhumiex inkonsistenti mal-liġi tal-Komunità Ewropea, ma għandhomx bżonn jiġu affettwati minn dan il-Ftehim,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni,
FILWAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u n-Nepal li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prattiki miftehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi tal-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħrajn ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu,, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi;
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dan il-ftehim, li tbiddel il-volum totali tat-traffiku tal-ajru bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji u t-trasportaturi tal-ajru tan-Nepal, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku.
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew linji tal-ajru ddeżinjati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija min-Nepal, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru min-Nepal, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur tal-ajru, rispettivament.
3. Mal-wasla ta’ deżinjazzjoni bħal din, jew ta’ applikazzjonijiet mit-trasportatur/i tal-ajru ddeżinjat/i, fil-forma u l-mod preskritt għall-awtorizzazzjonijiet u l-permessi, il-parti l-oħra għandha, suġġetta għall-paragrafi 4 u 5, tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b’dewmien proċedurali mill-inqas, bil-kundizzjoni li:
(a) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:
|
(b) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal:
|
4. Kull waħda mill-partijiet tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni jew il-permessi ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat mill-parti l-oħra fejn:
(a) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat minn Stat Membru:
|
(b) |
fil-każ ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal:
|
5. Huwa u jeżerċita d-dritt tiegħu skont il-paragrafu 4, in-Nepal ma għandux jiddiskrimina bejn trasportaturi tal-ajru tal-Istati Membri fuq il-bażi tan-nazzjonalità.
Artikolu 3
Is-sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).
2. Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju fuqu huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Gvern tan-Nepal skond id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur tal-ajru u l-Gvern tan-Nepal għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dak it-trasportatur tal-ajru.
Artikolu 4
It-tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli mniżżla f’lista fl-Anness II(d).
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness II(d) ma għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ddeżinjat min-Nepal li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(e).
2. It-tariffi li għandhom jinżammu mit-trasportatur/i tal-ajru ddeżinjat/i min-Nepal permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea.
Artikolu 6
Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata ta’ dan it-tip; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi għal dan il-Ftehim
L-Annessi għal dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.
Artikolu 8
Reviżjoni jew emendar
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu tlestew.
3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Gvern tan-Nepal li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Ftehimiet u l-arranġamenti kollha tali mad-dħul fis-seħħ jew mal-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell f’żewġ kopji, fit-tlieta u għoxrin jum ta’ Jannar tas-sena elfejn u disgħa bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Nepaliża.
За Европейската Общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska Gemenskapen
За правителството на Непал
Por el Gobierno de Nepal
Za vládu Nepálu
For Nepals regering
Für die Regierung von Nepal
Nepali valitsuse nimel
Για την Κυβέρνηση του Νεπάλ
For the Government of Nepal
Pour le gouvernement du Népal
Per il governo del Nepal
Nepālas valdības vārdā
Nepalo vyriausybės vardu
Nepál kormánya részéről
Għall-Gvern tan-Nepal
Voor de Regering van Nepal
W imieniu Rządu Nepalu
Pelo Governo do Nepal
Pentru Guvernul Nepalului
Za vládu Nepálu
Za vlado Nepala
Nepalin hallituksen puolesta
För Nepals regering
ANNESS I
LISTA TA’ FTEHIMIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TA’ DAN IL-FTEHIM
(a) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru bejn il-Gvern tan-Nepal u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament
|
(b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi tal-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Gvern tan-Nepal u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament
|
ANNESS II
LISTA TA’ ARTIKOLI FIL-FTEHIMIET ELENKATI FL-ANNESS I U MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 SA 6 TA’ DAN IL-FTEHIM
(a) |
Deżinjazzjoni minn Stat Membru:
|
(b) |
Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet jew permessi:
|
(ċ) |
Sikurezza:
|
(d) |
Tassazzjoni tal-fjuwil tal-avjazzjoni:
|
(e) |
Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:
|
ANNESS III
LISTA TA’ STATI OĦRA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 TA’ DAN IL-FTEHIM
(a) |
Ir-Repubblika tal-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(ċ) |
Ir-Renju Norveġiż (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Ajru). |