5.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 207/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Ġunju 2007
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan
(2008/637/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 15 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jikkonċerna miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jissostitwixxi l-Annessi I, II, III and IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim (2) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri”), approvat mid-Deċizjoni tal-Kunsill 2006/67/KE (3), introduċa iżjed konċessjonijiet kummerċjali bilaterali fir-rigward ta’ prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006. |
(2) |
Wara li ġiet adottata d-Deċizjoni 2006/67/KE, l-awtoritajiet Ġordanjani infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni b’diskrepanzi relatati ma' ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana. |
(3) |
Għandu jiġi ċċarat li l-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati, u mhux għal ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”). |
(4) |
Għalhekk, l-Artikoli 11a u 16, kif ukoll l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom jiġu emendati sabiex jiġu korretti dawn id-diskrepanzi. |
(5) |
Għal prodotti agrikoli proċessati, li huma suġġetti għal klawsola ta’ reviżjoni, għandha tiżdied referenza għall-iskeda ta’ żmien għar-reviżjoni, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri sabiex tintrabat il-Komunità.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F.-W. STEINMEIER
(1) ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.
FTEHIM
fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ke-Ġordan
A. Ittra mill-Komunità Ewropea
Sinjur,
Għandi l-unur li nirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tagħkom wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/67/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jibdel l-Annessi I, II, III u IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim, fir-rigward ta’ diskrepanzi b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana.
Sabiex issir referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ żmien prevista għar-reviżjoni tal-konċessjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati, jiddaħħal paragrafu ġdid 5a fl-Artikolu 11a tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni:
“5a. Mill-1 ta’ Jannar 2009, il-Kommunità u l-Ġordan għandhom jevalwaw is-sitwazzjoni bl-iskop li jiddeterminaw il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni applikabbli mill-Komunità u l-Ġordan b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.”.
Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri reċiproci l-ġodda ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim approvat bid-Deċizjoni 2006/67/KE jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati u mhux għal prodotti tas-sajd, l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 16
1. Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (‘għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn’) li joriġinaw fil-Ġordan għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 1.
2. Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (‘għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn’) li joriġinaw fil-Komunità għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Ġordan skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 2.”.
Sabiex jiġu korretti d-diskrepanzi msemmija hawn fuq b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana, l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huma emendati kif ġej:
1. |
fl-Anness III:
|
2. |
fl-Anness tal-Protokoll 2:
|
Dan il-Ftehim għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2006.
Napprezza jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq.
Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Fait à Bruxelles, le
Fatto a Bruxelles, addì
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Adoptat la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
26.9.2007
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā —
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
B. Ittra mill-Gvern tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan
Sinjur,
Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li taqra kif ġej:
“Għandi l-unur li nirreferi għall-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tagħkom wara l-adozzjoni tad- Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar il-miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni u li jemenda l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Ġordan kif ukoll jibdel l-Annessi I, II, III u IV u l-Protokolli 1 u 2 ta’ dak il-Ftehim, fir-rigward ta’ diskrepanzi b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana.
Sabiex issir referenza għall-ispeċifikazzjoni ta’ żmien prevista għar-reviżjoni tal-konċessjonijiet applikabbli għal prodotti agrikoli pproċessati, jiddaħħal paragrafu ġdid 5a fl-Artikolu 11a tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni:
‘5a. Mill-1 ta’ Jannar 2009, il-Kommunità u l-Ġordan għandhom jevalwaw is-sitwazzjoni bl-iskop li jiddeterminaw il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni applikabbli mill-Komunità u l-Ġordan b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010.’.
Sabiex jiġi kkonfermat li l-miżuri reċiproci l-ġodda ta’ liberalizzazzjoni introdotti bil-Ftehim approvat bid-Deċizjoni 2006/67/KE jirriferu biss għal prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati u mhux għal prodotti tas-sajd, l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:
‘Artikolu 16
1. Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”) li joriġinaw fil-Ġordan għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 1.
2. Il-prodotti agrikoli għajr ħut u prodotti tas-sajd koperti mill-Kapitolu 3, taħt l-intestaturi 1604 u 1605, u s-subintestaturi 0511 91, 2301 20 u ex 1902 20 (“għaġin mimli b’iktar minn 20 % piż ta’ ħut, krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn”) li joriġinaw fil-Komunità għandhom jibbenifikaw ma’ l-importazzjoni tagħhom fil-Ġordan skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Protokoll 2.’.
Sabiex jiġu korretti d-diskrepanzi msemmija hawn fuq b’referenza għal ċerti kodiċijiet tan-nomenklatura doganali Ġordanjana, l-Anness III u l-Anness tal-Protokoll 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni huma emendati kif ġej:
1. |
fl-Anness III:
|
2. |
fl-Anness tal-Protokoll 2:
|
Dan il-Ftehim għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2006.
Napprezza jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dan ta’ hawn fuq.”.
Nista’ ninformak li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta’ l-ittra tiegħek.
Nitolbok, Sinjur, taċċetta l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.
Done at Brussels,
Съставено в Брюксел на
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Fait à Bruxelles, le
Fatto a Bruxelles, addì
Briselē,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Gedaan te Brussel,
Sporządzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
Adoptat la Bruxelles,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
26.9.2007
For the Government of the Hashemite Kingdom of Jordan
За правителството на Хашемитското кралство Йордания
En nombre del Gobierno del Reino Hachemita de Jordania
Za vládu Jordánského hášimovského království
På regeringen for Det Hashemitiske Kongerige Jordans vegne
Im Namen der Regierung des Haschemitischen Königreichs Jordanien
Jordaania Hašimiidi Kunungriigi valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση του Χασμετικού Βασιλείου της Ιορδανίας
Pour le gouvernement du Royaume hachémite de Jordanie
Per il Regno hashemita di Giordania
Jordanijos Hašimitų Karalystěs Vyriausybės vardu
Jordānijas Hāšīmītu Karalistes valdības vārdā —
A Jordán Hasimita Királyság kormánya részéről
Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië
W imieniu Rządu Haszymidzkiego Królestwa Jordanii
Pelo Reino Hachemita da Jordânia
Pentru Guvernul Regatului Hașemit al Jordaniei
Za vládu Jordánskeho hášimovského kráľovstva
Za Vlado Hašemitiske kraljevine Jordanije
Jordanian hašemitiisen kuningaskunnan hallituksen puolesta
På Hashemitiska konungariket Jordaniens regerings vägnar