21.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 303/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Settembru 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali
(2007/745/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 150 (4) u 157 (3), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300 (2),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, tipprevedi li l-programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li huma partijiet fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar it-Televiżjoni bejn il-Fruntieri minbarra l-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari, skond il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati. |
(2) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim biex tippermetti lill-Konfederazzjoni Żvizzera li tipparteċipa fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 u Att Finali għal dak il-Ftehim. |
(3) |
In-negozjati ġew konklużi fit-2 ta’ Lulju 2007 billi ġie inizjalat abbozz ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u Att Finali. |
(4) |
L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprevedi li għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa l-1 ta’ Settembru 2007. |
(5) |
Soġġett għall-konklużjoni f’data iktar tard, il-Ftehim u l-Att Finali għandhom jiġu ffirmati, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar u l-applikazzjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u Att Finali, hu permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.
It-test tal-Ftehim u ta’ l-Att Finali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill u permezz ta’ dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw dan il-Ftehim u l-Att Finali f’isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.
Artikolu 3
Il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-1 ta’ Settembru 2007.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Artikolu 8 tal-Ftehim.
Artikolu 5
Il-Ftehim huwa marbut mas-seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera ffirmat fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi mid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE ta’ l-4 ta’ April 2002 (2).
Dan il-Ftehim mhux se jiġi estiż jew innegozjat mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tiegħu f’każ li l-Ftehimiet imsemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu jkunu ġew mitmuma.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PINHO
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007
IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn “‘il quddiem imsejħa ‘il-Komunità”,
min-naħa l-waħda, u
u L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Żvizzera”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem it-tnejn flimkien imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,
BILLI l-Komunità, skond id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1) (minn hawn 'il quddiem msejħa “id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007”)
BILLI l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007 jipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li huma parti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni bejn il-Fruntieri, minbarra l-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari u proċeduri speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati;
BILLI minħabba d-dispożizzjoni msemmija hawn fuq il-ftuħ tal-programm għal dawn il-pajjiżi terzi huwa suġġett għal eżami minn qabel tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tagħhom ma’ l-acquis communautaire rilevanti;
BILLI l-Iżvizzera ħadet sehem fil-programmi MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ li waslu fi tmiemhom fil-31 ta’ Diċembru 2006;
BILLI l-Iżvizzera impenjat ruħha li tlesti l-qafas leġiżlattiv tagħha biex tiżgura l-livell meħtieġ ta' kompatibbiltà ma’ l-acquis communautaire; billi, għaldaqstant, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007;
BILLI, b’mod partikolari, il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżvizzera, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ffissati għall-programm MEDIA 2007, fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jinvolvu l-Komunità u l-Iżvizzera, min-natura tagħha ttejjeb l-impatt ta’ l-azzjonijiet differenti meħuda skond dan il-programm u ssaħħaħ il-livelli ta’ ħila tar-riżorsi umani fil-Komunità u fl-Iżvizzera;
BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom interess komuni fl-iżvilupp ta’ l-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi fil-kuntest ta’ kooperazzjoni aktar estensiva;
BILLI l-Partijiet Kontraenti konsegwentement jippretendu li jiksbu benefiċċji reċiproċi mill-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera fil-programm MEDIA 2007,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
L-għan tal-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżvizzera stabbilita b’dan il-Ftehim huwa s-sehem ta' l-Iżvizzera fl-azzjonijiet kollha taħt il-programm MEDIA 2007. Sakemm dan il-Ftehim ma jipprevedix mod ieħor, dan għandu jseħħ bir-rispett dovut għall-objettivi, il-kriterji, il-proċeduri u l-iskadenzi stipulati mid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007.
Artikolu 2
Kompatibbiltà ta’ l-oqsfa leġiżlattivi
Sabiex tkun kapaċi tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni stipulati mid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha timplimenta l-miżuri deskritti fl-Anness I, bl-għan li tlesti l-qafas leġiżlattiv tagħha biex tiżgura l-livell meħtieġ ta' kompatibbiltà ma’ l-acquis communautaire.
Artikolu 3
Eliġibbiltà
Sakemm dan il-Ftehim ma jipprevedix mod ieħor:
1. |
Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera f’kull waħda mill-azzjonijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal organizzazzjonijiet u individwi mill-Istati Membri tal-Komunità. |
2. |
L-eliġibbiltà ta’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007. |
3. |
Sabiex tkun żgurata d-dimensjoni Komunitarja tal-programm, il-proġetti u l-attivitajiet kollha li jinneċessitaw sħubija Ewropea għandhom, biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Komunità, jinkludu għall-inqas imsieħeb wieħed minn wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità. Proġetti u azzjonijiet oħrajn għandhom jippreżentaw dimensjoni Ewropea u Komunitarja ċara. |
Artikolu 4
Proċeduri
1. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta' applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi eliġibbli mill-Istati Membri tal-Komunità.
2. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Kummissjoni”) tista' tikkunsidra esperti Żvizzeri meta taħtar esperti indipendenti biex jgħinuha fl-evalwazzjoni tal-proġetti.
3. Il-lingwa li għandha tintuża fil-kuntatti kollha mal-Kummissjoni, rigward il-proċess ta’ applikazzjoni, il-kuntratti, ir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati u aspetti amministrattivi oħra tal-programm, għandha tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità.
Artikolu 5
Strutturi nazzjonali
1. L-Iżvizzera għandha tistabbilixxi l-istrutturi u l-mekkaniżmi xierqa fil-livell nazzjonali u għandha tadotta l-miżuri l-oħra meħtieġa għall-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni nazzjonali ta' l-attivitajiet biex timplimenta l-programm MEDIA 2007 skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007. B’mod partikolari, l-Iżvizzera impenjat ruħha li tistabbilixxi MEDIA Desk b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni.
2. L-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju li għandu jiġi allokat mill-programm għall-attivitajiet tal-MEDIA Desk m’għandux jaqbeż il-50 % tal-baġit totali għal dawn l-attivitajiet.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Sabiex tkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħha fil-programm MEDIA 2007, l-Iżvizzera kull sena se tħallas kontribuzzjoni lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 7
Kontroll finanzjarju
Ir-regoli dwar il-kontroll finanzjarju marbut mal-parteċipanti Żvizzeri fil-programm MEDIA 2007 huma stipulati fl-Anness III.
Artikolu 8
Kumitat Konġunt
1. Kumitat Konġunt huwa hawnhekk stabbilit.
2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u rappreżentanti ta' l-Iżvizzera. Għandu jaġixxi bi ftehim reċiproku.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Ftehim.
4. Fuq talba ta’ xi ħadd minnhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jwettqu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar l-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim u marbuta ma' l-aspetti finanzjarji.
5. Sabiex jiddiskuti t-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jista’ joħloq gruppi ta’ ħidma biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu.
6. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jressqu xi tilwim marbut ma’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim lill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt jista’ jsolvi dan it-tilwim u għandu jingħata kull informazzjoni li tista' tkun utli għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jinżamm it-tħaddim xieraq ta' dan il-Ftehim.
7. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina perjodikament l-Annessi ta’ dan il-Ftehim. Fuq proposta minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, hu jista’ jiddeċiedi li jemendhom.
Artikolu 9
Monitoraġġ, evalwazzjoni u rapporti
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Komunità fir-rigward tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm skond id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tisabbilixxi l-programm MEDIA 2007, il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżvizzera fil-programm MEDIA 2007 għandha tiġi mmonitorjata kontinwament fil-kuntest ta’ sħubija bejn il-Komunità u l-Iżvizzera. Sabiex tgħinha fit-tħejjija tar-rapporti dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-programm MEDIA 2007, l-Iżvizzera għandha tippreżenta kontribuzzjoni lill-Kummissjoni fejn tiddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Iżvizzera f’dan ir-rigward. Hi għandha tieħu sehem f’kull attività speċifika oħra proposta mill-Komunità għal dan l-għan.
Artikolu 10
Annessi
L-Annessi I, II u III għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim.
Artikolu 11
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u għat-territorju ta’ l-Iżvizzera.
Artikolu 12
Tul u terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim huwa konkluż għat-tul tal-programm MEDIA 2007.
2. Jekk il-Komunità tadotta programm ġdid multiannwali ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew, dan il-Ftehim jista’ jiġi estiż jew innegozjat mill-ġdid skond kundizzjonijiet maqbula reċiprokament.
3. Kemm il-Komunità kif ukoll l-Iżvizzera jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta' din in-notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu fis-seħħ fil-waqt tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet Kontraenti għandhom isolvu bi ftehim reċiproku xi kwistjonijiet oħra dwar it-terminazzjoni.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara n-notifika mill-Partijiet Kontraenti li jkunu temmew il-proċeduri rispettivi tagħhom. Għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2007 meta jkun iffirmat.
Artikolu 14
Użu tal-lingwi
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana, u Ungeriża, b'kull test ikun ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на единадесети октомври две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el once de octubre de dos mil siete.
V Bruselu dne jedenáctého října dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles, den ellevte oktober to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am elften Oktober zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta oktoobrikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the eleventh day of October in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le onze octobre deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì undici ottobre duemilasette.
Briselē, divtūkstoš septītā gada vienpadsmitajā oktobrī.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų spalio vienuoliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év október havának tizenegyedik napján.
Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Brussel, de elfde oktober tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli, dnia jedenastego października roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em onze de Outubro de dois mil e sete.
Încħeiat la Bruxelles, unsprezece octombrie două mii șapte.
V Bruseli jedenásteho októbra dvetisícsedem.
V Bruslju, dne enajstega oktobra leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den elfte oktober tjugohundrasju.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Конфедерация Швейцария
Por la Confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Šveices Konfederācijas vārdā
Šveicarijos Konfederacijos vardu
a Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederația Elvețiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
På Schweiziska edsförbundets vägnar
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
ANNESS I
Artikolu 1
Libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir
1. L-Iżvizzera għandha tiżgura l-libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni fit-territorju tagħha fir-rigward tax-xandir televiżiv taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità (kif stabbilit skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri rigward it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv (1), (minn hawn ’il quddiem imsejħa id-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”), skond il-proċeduri li ġejjin:
L-Iżvizzera għandha żżomm id-dritt li:
(a) |
tissospendi r-ritrażmissjoni tax-xandir minn organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità, li b’mod ċar, serju u gravi kisret ir-regoli dwar il-ħarsien tal-minuri u tad-dinjità umana stipulati fl-Artikoli 22 u 22a tad-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”; |
(b) |
tieħu azzjoni kontra organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv li hi stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunità iżda li l-attività tagħha hija indirizzata kompletament jew primarjament lejn it-territorju Żvizzeru, jekk il-post ta’ stabbiliment intgħażel bl-għan li jiġu evażi r-regoli li kienu jkunu applikabbli għall-organizzazzjoni li kieku kienet stabbilita fit-territorju Żvizzeru. Dawn il-kundizzjonijiet se jiġu interpretati fid-dawl tal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. |
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tittieħed azzjoni wara skambju ta’ fehmiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skond dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà
1. L-Iżvizzera għandha tiżgura li x-xandara fil-ġuriżdizzjoni tagħha ma jeżerċitawx drittijiet esklussivi fuq avvenimenti ta’ importanza kbira skond il-lista ta’ Stat Membru tal-Komunità b’tali mod li proporzjon sostanzjali tal-pubbliku ta’ dan l-Istat Membru jkun mċaħħad milli jsegwi dawn l-avvenimenti, skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”.
2. Skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”, l-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu f’dan ir-rigward.
Artikolu 3
Promozzjoni tad-distribuzzjoni u l-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej
Għall-għan ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej, id-definizzjoni ta’ xogħol Ewropew għandha tkun dik stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet tranżitorji
L-Artikolu 1 ta’ dan l-Anness għandu japplika mit-30 ta’ Novembru 2009.
Qabel it-30 ta’ Novembru 2009, id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness II tal-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ (2) se jibqgħu japplikaw.
(1) ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 30.7.1997, p. 60).
ANNESS II
KONTRIBUZZJONI FINANZJARJA TA’ L-IŻVIZZERA LILL-PROGRAMM MEDIA 2007
1. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mill-Iżvizzera lill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa fil-programm MEDIA 2007 għandha tkun kif ġej (f’euro):
|
2. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2) għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni ta’ l-Iżvizzera. |
3. |
L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien tar-rappreżentanti u ta’ l-esperti mill-Iżvizzera f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi u skond il-proċeduri li bħalissa huma fis-seħħ għal esperti mill-Istati Membri tal-Komunità. |
4. |
Wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim, u fil-bidu ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni se tibgħat talba lill-Iżvizzera għal fondi li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha lill-baġit għall-programm, skond dan il-Ftehim. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi espressa f'euro u mħallsa ġo kont bankarju ta’ l-euro tal-Kummissjoni. |
5. |
L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha sa l-1 ta’ April, jekk it-talba għall-fondi tintbagħat mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Marzu, jew mhux aktar tard minn 30 jum wara t-talba għall-fondi jekk din tintbagħat mill-Kummissjoni wara dik id-data. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni se jimplika l-ħlas ta’ imgħax mill-Iżvizzera fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata ta’ l-interessi għandha tikkorrispondi għar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data dovuta, għall-operazzjonijiet tiegħu f'euro, b’żieda ta’ 3.5 punti perċentwali. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).
ANNESS III
KONTROLL FINANZJARJU TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI FIL-PROGRAMM MEDIA 2007
Artikolu 1
Komunikazzjoni diretta
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti tal-programm stabbiliti fl-Iżvizzera u mas-sottokuntratturi tagħhom. Dawn jistgħu jippreżentaw direttament lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma obbligati li jipprovdu fuq il-bażi ta’ l-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim u tal-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati.
Artikolu 2
Verifiki
1. Skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, u skond id-dispożizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan il-Ftehim, id-deċiżjonijiet dwar ftehim ta’ għotja li jinvolvu l-parteċipanti tal-programm stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew verifiki oħra li għandhom jitmexxew f’kull ħin fl-istabbilimenti tal-parteċipanti jew tas-sottokuntratturi tagħhom mill-istaff tal-Kummissjoni jew persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni.
2. L-istaff tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu t-tali verifiki, inkluż informazzjoni fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta’ aċċess għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f'dan il-ftehim.
3. Il-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.
4. Il-verifiki jistgħu jsiru wara li jiskadi l-programm jew dan il-Ftehim, skond it-termini stabbiliti fil-kuntratti kkonċernati.
5. L-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru għandu jiġi mgħarraf minn qabel bil-verifiki li għandhom isiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhijiex kundizzjoni legali għat-twettiq tal-verifiki.
Artikolu 3
Kontrolli fuq il-post
1. Fi ħdan il-Qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (u l-OLAF) hija awtorizzata li twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (1).
2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru jew ma’ l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħra nnominati mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru, li għandhom jiġu nnotifikati fi żmien xieraq dwar l-iskop, l-għan u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
3. Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u minnhom.
4. Jekk il-parteċipanti fil-programm MEDIA 2007 jopponu għal kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirijiethom ta’ kontroll u spezzjoni fuq il-post.
5. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru dwar xi fatt jew suspett marbut ma’ xi irregolarità li tkun waslet għan-notifika tagħha waqt li jkunu qed isiru kontrolli jew spezzjonijiet fuq il-post. F’kull każ, il-Kummissjoni hija obbligata li tgħarraf lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultat ta’ tali kontrolli u spezzjonijiet.
Artikolu 4
Informazzjoni u konsultazzjoni
1. Għall-għanijiet ta’ implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom jaqsmu l-informazzjoni b’mod regolari u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull informazzjoni li tkun waslet għan-notifika tagħhom li tindika xi irregolarità b'rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ kuntratti jew ftehim konklużi biex ikunu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim.
Artikolu 5
Kunfidenzjalità
L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f’kull għamla skond dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma tkun imħarsa informazzjoni simili mill-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata għajr lil persuni fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafu biha, l-anqas ma tista’ tintuża għal għanijiet oħra ħlief dawk biex ikun żgurat il-ħarsien effettiv ta’ l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.
Artikolu 6
Miżuri amministrattivi u penali
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri amministrattivi u penali mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (2).
Artikolu 7
Irkupru u infurzar
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni taħt il-programm MEDIA 2007 fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim li jimponu obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni oħra li mhumiex Stati, għandhom jiġu infurzati fl-Iżvizzera. L-ordni għall-infurzar għandu jinħareġ, mingħajr ebda kontroll iehor ħlief il-verifika ta’ l-awtentiċità ta’ l-att, mill-awtorità nnominata mill-gvern Żvizzeru, li għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien żejjed. L-infurzar għandu jseħħ b'konformità mar-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ l-infurzar għandha tkun soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti tal-Prim Istanza sussegwenti għal klawsola ta’ arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini.
(1) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(2) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).
ATT FINALI
Il-plenipotenzjari
tal-KOMUNITÀ EWROPEA
u
tal-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,
li ltaqgħu fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta’ Ottubru tas-sena elfejn u sebgħa, għall-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, adottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin, li jinsabu mehmuża ma’ dan l-Att Finali:
Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-iżvilupp ta’ djalogu ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-politika awdjoviżiva.
Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità.
Huma ħadu nota wkoll tad-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li jinsabu mehmuża ma’ dan l-Att Finali:
|
Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni Żvizzera fil-kumitati. |
|
Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-Anness I għall-Ftehim. |
Съставено в Брюксел на единадесети октомври две хиляди и седма година.
Hecho en Bruselas, el once de octubre de dos mil siete.
V Bruselu dne jedenáctého října dva tisíce sedm.
Udfærdiget i Bruxelles, den ellevte oktober to tusind og syv.
Geschehen zu Brüssel am elften Oktober zweitausendsieben.
Kahe tuhande seitsmenda aasta oktoobrikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Οκτωβρίου δύο χιλιάδες επτά.
Done at Brussels on the eleventh day of October in the year two thousand and seven.
Fait à Bruxelles, le onze octobre deux mille sept.
Fatto a Bruxelles, addì undici ottobre duemilasette.
Briselē, divtūkstoš septītā gada vienpadsmitajā oktobrī.
Priimta du tūkstančiai septintųjų metų spalio vienuoliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-hetedik év október havának tizenegyedik napján.
Magħmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u sebgħa.
Gedaan te Brussel, de elfde oktober tweeduizend zeven.
Sporządzono w Brukseli, dnia jedenastego października roku dwa tysiące siódmego.
Feito em Bruxelas, em onze de Outubro de dois mil e sete.
Încħeiat la Bruxelles, unsprezece octombrie două mii șapte.
V Bruseli jedenásteho októbra dvetisícsedem.
V Bruslju, dne enajstega oktobra leta dva tisoč sedem.
Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.
Som skedde i Bryssel den elfte oktober tjugohundrasju.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunitá Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
За Конфедерация Швейцария
Por la Confederación Suiza
Za Švýcarskou konfederaci
For Det Schweiziske Forbund
Für die Schweizerische Eidgenossenschaft
Šveitsi Konföderatsiooni nimel
Για την Ελβετική Συνομοσπονδία
For the Swiss Confederation
Pour la Confédération suisse
Per la Confederazione svizzera
Šveices Konfederācijas vārdā
Šveicarijos Konfederacijos vardu
a Svájci Államszövetség részéről
Għall-Konfederazzjoni Żvizzera
Voor de Zwitserse Bondsstaat
W imieniu Konfederacji Szwajcarskiej
Pela Confederação Suíça
Pentru Confederația Elvețiană
Za Švajčiarsku konfederáciu
Za Švicarsko konfederacijo
Sveitsin valaliiton puolesta
På Schweiziska edsförbundets vägnar
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-IŻVILUPP TA’ DJALOGU TA’ BENEFIĊĊJU REĊIPROKU DWAR IL-POLITIKA AWDJOVIŻIVA
Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, bl-għan li tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim u jkun ikkonsolidat l-ispirtu ta’ kooperazzjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-politika awdjoviżiva, l-iżvilupp ta’ djalogu dwar dawn is-suġġetti huwa kwistjoni ta’ interess komuni. Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li dan id-djalogu se jseħħ kemm fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skond il-Ftehim u f’areni oħra, fejn ikun xieraq u kull meta jkun meħtieġ. Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, b’dan il-ħsieb, ir-rappreżentanti ta’ l-Iżvizzera jistgħu jiġu mistiedna għal laqgħat li jsiru fil-marġinu tal-laqgħat tal-“Kumitat ta’ Kuntatt” stabbilit bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1997 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri rigward it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv (1).
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ADATTAMENT TAL-FTEHIM GĦAD-DIRETTIVA ĠDIDA TAL-KOMUNITÀ
Il-Partijiet jiddikjaraw li meta tiġi adottata Direttiva ġdida fuq il-bażi tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 89/552/KEE (COM(2005) 646 finali), il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar l-aġġornar tar-referenza fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness I, għad-Direttiva 89/552/KEE kif emendata, b’referenza għad-Direttiva l-ġdida msemmija hawn fuq.
DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI ŻVIZZERA FIL-KUMITATI
Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta’ l-Iżvizzera għandhom, sakemm il-kwistjonijiet jikkonċernawhom, jattendu l-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi ta’ esperti tal-programm MEDIA bħala osservaturi. Dawn il-kumitati u gruppi ta’ esperti għandhom jiltaqgħu mingħajr ir-rappreżentanti Żvizzeri meta ssir il-votazzjoni.
DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL DWAR L-ANNESS I GĦALL-FTEHIM
Għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim,
(i) |
bi qbil ma’ l-impenn ta’ l-Iżvizzera dwar il-libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir, ix-xandiriet televiżivi taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ l-Iżvizzera għandhom jingħataw l-istess trattament li l-Iżvizzera tapplika għal xandiriet televiżivi taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 1 f’dan l-Anness. |
(ii) |
bi qbil ma’ l-impenn ta’ l-Iżvizzera biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex ikun żgurat ix-xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, trattament ugwali għal dak mogħti lill-miżuri ta’ l-Istati Membri previsti skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”, għandu jingħata lil miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-Iżvizzera f’dan ir-rigward. |