20.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 188/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Frar 2007

dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

(2007/512/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62 (2) (a) u l-Artikolu 66 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (1), pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Ċerti modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom għandhom jiġu determinati f’arranġamenti ulterjuri li għandhom jiġu konklużi bejn il-Komunita u dawk il-Pajjiżi.

(2)

Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Ottubru 2004, in-negozjati mar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja għal Arranġament dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea kienu konklużi.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, l-Arranġament li ġie inizjalat fit-18 ta’ Mejju 2005 għandu jiġi ffirmat u d-Dikjarazzjoni Konġunta tiġi approvata. L-Arranġament għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja,

(4)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress illi jitqies li din id-Direttiva tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi f’perjodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Direttiva jekk tridx timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (2). Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 li tikkonċerna t-talba ta’ l-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (3). L-Irlanda għaldaqstant mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar ta’ l-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u d-Dikjarazzjoni Konġunta huwa b’ dan approvat f’ isem il-Komunita’, suġġett għall-konklużjoni ta’ l-Arranġament.

It-test ta' l-Arranġament u id-Dikjarazzjoni Konġunta huma mehmużin mad-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn ikun awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma (jiffirma) l-Arranġament f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni.

Artikolu 3

Fl-istennija tat-twettiq tal-proċeduri għall-konklużjoni formali, l-Arranġament għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja skond l-Artikolu 9(2) tiegħu (4).

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Frar 2007

Għall-Kunsill

Il-President

W. SCHÄUBLE


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(3)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(4)  Id-data tal-firma ta’ l-Arranġament se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


ARRANĠAMENT

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

rappreżentata mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea,

min-naħa waħda, kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TA’ L-IŻLANDA minn hawn ’il quddiem imsemmija bħala “l-Iżlanda”, kif ukoll

IR-RENJU TAN-NORVEĠJA minn hawn ’il quddiem imsemmi bħala “in-Norveġja”,

min-naħa l-ohra,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “il-Ftehim”);

BILLI:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 (1) (minn hawn ‘il quddiem imsemmi bħala “ir-Regolament”) il-Komunità Ewropea stabbiliet l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea hawn giegħed ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala “l-Aġenzija”).

(2)

Ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament jikkonferma li pajjiżi assoċjati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija, anke jekk bi drittijiet tal-vot limitati.

(4)

Il-Ftehm ma jindirizzax il-modalitajiet ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja ma’ l-attivitajiet ta’ l-organi ġodda mwaqqfin mill-Unjoni Ewropea fil-qafas ta’ aktar żvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen u ċerti aspetti ta’ dik l-assoċjazzjoni ma’ l-Aġenzija għandhom ikunu sodisfatti fi ftehim addizzjonali bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Bord tat-Tmexxija

1.   L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom ikunu rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 21 (3) tar-Regolament.

2.   Dawn għandhom ikollhom drittijiet tal-vot:

(a)

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi li iridu jsiru fuq, jew fil-viċinanza tal-fruntieri esterni tagħhom; proposti ta’ dawn id-deċiżjonijiet għandhom jeżiġu vot favur l-adozzjoni tagħhom minn rappreżentant tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija;

(b)

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet speċifiċi skond l-Artikolu 3 (operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota fuq il-fruntieri esterni), l-Artikolu 7 (ġestjoni ta’ apparat tekniku), l-Artikolu 8 (appoġġ lil Stati Membri f’ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operattiva akbar fuq il-fruntieri esterni) u l-Artikolu 9 (1), l-ewwel sentenza (operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn) li jridu jitwettqu b’riżorsi umani u/jew tagħmir misluf mill-Iżlanda u/jew in-Norveġja;

(c)

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar l-analiżi tar-riskju (l-iżvilupp ta’ l-analiżi tar-riskju integrata komuni, analiżi tar-riskju ġenerali u speċifika), li jaffettwa lilhom direttament, skond l-Artikolu 4;

(d)

Fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar attivitajiet ta’ taħriġ skond l-Artikolu 5, bl-eċċezzjoni tat-twaqqif ta’ bażi ta’ kurrikulu komuni.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jikkontribwixxu għall-baġit ta’ l-Aġenzija skond il-persentaġġ stabbilit fl-Artikolu 12 (1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data

1.   Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (2) għandhom japplikaw meta data personali tingħadda mill-Aġenzija lill-Awtoritajiet ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċcembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data  (3) japplika għall-għoti ta’ data mill-awtoritajiet ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja lill-Aġenzija.

3.   L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jirrispettaw ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miżmumin mill-Aġenzija, kif stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 4

L-istatus legali

L-Aġenzija għandha personalità legali skond il-liġi ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja u għandha tgawdi fl-Iżlanda u n-Norveġja il-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni legali skond il-liġi ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja. Tista’, b’mod partikolari, takkwista jew teħles minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

Artikolu 5

Ir-Responsabbiltà

Ir-responsabbiltà ta’ l-Aġenzija għandha tkun regolata, kif previst fl-Artikolu 19 (1), (3) u (5) tar-Regolament.

Artikolu 6

Qorti tal-Ġustizzja

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom jirrikonoxxu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fuq l-Aġenzija, kif provdut fl-Artikolu 19 (2) u (4) tar-Regolament.

Artikolu 7

Privileġġi u Immunitajiet

L-Iżlanda u n-Norveġja għandhom japplikaw lill-Aġenzija u lill-impjegati tagħha l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej u regoli applikabbli adottati skond dak il-Protokoll.

Artikolu 8

Impjegati

1.   B’deroga mill-Artikolu 12 (2) (a) tal-Kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ funzjonarji oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja li jgawdu mid-drittijiet sħaħ bħala ċittadini jistgħu jkunu impjegati skond kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija.

2.   Ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Norveġja ma jistgħux, madankollu, jinħatru fil-postijiet ta’ Direttur Eżekuttiv jew Deputat Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija.

3.   Ċittadini ta’ l-Iżlanda u n-Nroveġja ma jistgħux ikunu eletti bħala Presidenti jew Deputati Presidenti tal-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

1.   Dan l-Arranġament għandu jidħol fis-seħħ xahar wara il-jum li fih is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jaġixxi bħala d-depożitarju tiegħu, ikun stabbilixxa li l-ħtiġijiet formali kollha li jikkonċernaw l-espressjoni tal-kunsens minn jew f’isem il-Partijiet ta’ dan il-Ftehim jorbtu bih kienu sodisfatti.

2.   Dan l-Arranġament għandu japplika b’mod proviżorju mid-data wara dik tal-firma tiegħu.

Artikolu 10

Validità u tmiem

1.   Dan l-Arranġament għandu jiġi konkluż għal perjodu mhux limitat.

2.   Dan l-Arranġament għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ 6 xhur wara li l-Ftehim ikun dikjarat mill-Iżlanda jew min-Norveġja jew b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea jew mod ieħor terminat skond il-proċeduri deskritti fl-Artikoli 11 u 16 tal-Ftehim.

Il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 17 tal-Ftehim għandu jkopri wkoll l-konsegwenzi tat-tmiem ta’ dan l-Arranġament.

Dan l-Arranġament, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Konġunta annessa miegħu, għandhom jiġu mfassla f’duplikat bil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovena, Slovakka, Spanjola, Svediża, Iżlandiża u Norveġiża b’kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.

Съставено в Брюксел на първи февруари две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el uno de febrero del dos mil siete.

V Bruselu dne prvního února dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles, den første februar to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am ersten Februar zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta veebruarikuu esimesel päeval Brüsselis.

'Εγινε στις Βρυξέλλες, την πρώτη Φεβρουαρίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the first day of February in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le premier février deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì primo febbraio duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada pirmajā februārī.

Priimta du tūkstančiai septintų metų vasario pirmą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kettőezer hetedik év február első napján.

Magħmul fi Brussell, fl-ewwel jum ta' Frar tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de eerste februari tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli, dnia pierwszego lutego roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em um de Fevereiro de dois mil e sete.

Întocmit la Bruxelles, întâi februarie două mii șapte.

V Bruseli prvého februára dvetisícsedem.

V Bruslju, prvega februarja leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä ensimmäisenä päivänä helmikuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den första februari tjugohundrasju.

Gjört í Brussel fyrsta dag febrúarmánaðar árið tvö þúsund og sjö.

Utferdiget i Brussel den 1. februar 2007.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Fyrir hönd Evrópubandalagsins

For Det europeiske fellesskap

Image

За Европейската общност

Por la República de Islandia

Za Islandskou republiku

For Republikken Island

Für die Republik Island

Islandi Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Ισλανδίας

For the Republic of Iceland

Pour la République d'Islande

Per la Repubblica d'Islanda

Islandes Republikas vārdā

Islandijos Respublikos vardu

az Izlandi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika ta’ l-Iżlanda

Voor de Republiek IJsland

W imieniu Republiki Islandii

Pela República da Islândia

Pentru Republica Islanda

Za Islandskú republiku

Za Republiko Islandijo

Islannin tasavallan puolesta

På Republiken Islands vägnar

Fyrir hönd lýðveldisins Íslands

For Republikken Island

Image

За Република Норвегия

Por el Reino de Noruega

Za Norské království

For Kongeriget Norge

Für das Königreich Norwegen

Norra Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο της Νορβηγίας

For the Kingdom of Norway

Pour le Royaume de Norvège

Per il Regno di Norvegia

Norvēģijas Karalistes vārdā

Norvegijos Karalystės vardu

A Norvég Királyság részéről

Għar-Renju tan-Norveġja

Voor het Koninkrijk Noorwegen

W imieniu Królestwa Norwegii

Pelo Reino da Noruega

Pentru Regatul Norvegiei

Za Nórske kráľovstvo

Za Kraljevino Norveško

Norjan kuningaskunnan puolesta

På Konungariket Norges vägnar

Fyrir hönd konungsríkisins Noregs

For Kongeriket Norge

Image


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

mill-Komunità Ewropea u l-Gvernijiet tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-ftehim dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea:

Il-Komunità Ewropea,

il-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda

u

l-Gvern tar-Renju tan-Norveġja,

Wara li kkonkludew ftehim dwar l-arranġamenti dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta’ l-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea qed hawn ikun approvat f’isem il-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 21 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004,

Hawnhekk jiddikjaraw flimkien li:

Id-drittijiet tal-vot provduti fil-Ftehim huma ġustifikati bir-relazzjonijiet speċjali ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja li ġejjin mill-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati bl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen kif rikonoxxut fil-protokoll ta’ Schengen tat-Trattat ta’ Amsterdam.

Dawn id-drittijiet tal-vot huma ta’ natura eċċezzjonali attribwiti lin-natura speċifika tal-Kooperazzjoni ta’ Schengen u l-pożizzzjoni speċjali tan-Norveġja u l-Iżlanda.

Għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala preċedent legali jew politiku għal kwalunkwe qasam ieħor ta’ kooperazzjoni bejn il-partijiet ta’ l-imsemmi Ftehim jew għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi oħrajn f’aġenziji oħrajn ta’ l-Unjoni.

Fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu dawn id-drittijiet tal-vot ikunu eżerċitati fir-rispett ta’ deċiżjonijiet ta’ natura regolatorja jew leġiżlattiva.