8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

455


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta’ Marzu 2007

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-PCA

(2007/251/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

It-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, tinnegozja ma' l-Ukraina Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom u l-Ukraina (1) sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea.

(2)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Protokoll inizjalat fit-2 ta' Marzu 2007 għandu jiġi ffirmat f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom.

(3)

Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri relattivi għall-konklużjoni formali tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill b'dan tingħatalu l-awtorità li jaħtar persuna/i bis-setgħa li jiffirma(w), f'isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-PCA, suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu aktar 'il quddiem.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-firma.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

W. TIEFENSEE


(1)  ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (PCA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina min-naħa l-oħra, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-PCA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Istati Membri”, rappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Komunitajiet”, rappreżentati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u

L-UKRAINA

min-naħa l-oħra,

minn issa 'l quddiem imsejħa l-“Partijiet” għall-iskop ta' dan il-Protokoll,

WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu l-25 ta' April 2005 u li daħal fis-seħħ l-1 ta' Jannar 2007,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW is-sitwazzjoni l-ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea maħluqa bl-adeżjoni ta' żewġ Stati Membri ġodda fl-UE, li tiftaħ opportunitajiet u ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea,

FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-kisba u t-twettiq ta' l-għanijiet u tal-prinċipji tal-PCA,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija se jkunu Partijiet fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fl-14 ta' Ġunju 1994 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998 (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), u għandhom jadottaw u josservaw, bl-istess mod bħall-Istati Membri l-oħra tal-Komunita', it-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data, u l-Protokoll għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997, li daħal fis-seħħ fit-12 ta' Ottubru 2000, u l-Protokoll għall-Ftehim tad-29 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2006.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 3

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mill-Ukraina, skond il-proċeduri tagħhom stess.

2.   Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta' l-ewwel xahar ta' wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.

2.   Sad-data tad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mid-data tal-firma tiegħu.

Artikolu 5

1.   It-testi tal-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti kollha mehmużin miegħu, kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997 u tad-29 ta' April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u bil-lingwa Rumena.

2.   Dawn it-testi jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma ugwalment awtentiċi mat-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim ta' l-10 ta' April 1997 u tad-29 ta' April 2004.

Artikolu 6

Dan il-Protokoll huwa mfassal b'żewġ kopji bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Żvediż u Ukrain, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Съставено в Брюксел на двадесет и седми март две хиляди и седма година.

Hecho en Bruselas, el veintisiete de marzo de dos mil siete.

V Bruselu dne dvacátého sedmého března dva tisíce sedm.

Udfærdiget i Bruxelles den syvogtyvende marts to tusind og syv.

Geschehen zu Brüssel am siebenundzwanzigsten März zweitausendsieben.

Kahe tuhande seitsmenda aasta märtsikuu kahekümne seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι επτά Μαρτίου δύο χιλιάδες επτά.

Done at Brussels on the twenty-seventh day of March in the year two thousand and seven.

Fait à Bruxelles, le vingt-sept mars deux mille sept.

Fatto a Bruxelles, addì ventisette marzo duemilasette.

Briselē, divtūkstoš septītā gada divdesmit septītajā martā.

Priimta du tūkstančiai septintųjų metų kovo dvidešimt septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kettőezer-hatodik év március havának huszonhetedik napján.

Magħmul fi Brussel, fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u sebgħa.

Gedaan te Brussel, de zevenentwintigste maart tweeduizend zeven.

Sporządzono w Brukseli, dnia dwudziestego siódmego marca roku dwa tysiące siódmego.

Feito em Bruxelas, em vinte e sete de Março de dois mil e sete.

Adoptat la Bruxelles, douăzeci și cinci martie două mii șapte.

V Bruseli dvadsiateho siedmeho marca dvetisícsedem.

V Bruslju, sedemindvajsetega marca leta dva tisoč sedem.

Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaseitsemän.

Som skedde i Bryssel den tjugosjunde mars tjugohundrasju.

Зa държaвите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα кράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu państw członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

Зa Εврoпейската общност

Por las Comunidades Europeas

Za Evropská společenství

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Euroopa ühenduste nimel

Για τις Ευρωπαϊκές Kοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Eiropas Kopienu vārdā

Europos Bendrijų vardu

Az Európai Közösségek részéről

Għall-Komunitajiet Ewropej

Voor de Europese Gemeenschappen

W imieniu Wspόlnot Europejskich

Pelas Comunidades Europeias

Pentru Comunitatea Europeanā

Za Európske spoločenstvá

Za Evropske skupnosti

Euroopan yhteisöjen puolesta

På Europeiska gemenskapernas vägnar

Image

Image

3a Yкраиа

Por Ucrania

Za Ukrajinu

For Ukraine

Für die Ukraine

Ukraina nimel

Για την Оυκραία

For Ukraine

Pour l’Ukraine

Per l’Ucraina

Ukrainas vārdā

Ukrainos vardu

Ukrajna részéről

Għall-Ukraina

Voor Oekraϊne

W imieniu Ukrainy

Pela Ucrânia

Pentru Ucraina

Za Ukrajinu

Za Ukrajino

Ukrainan puolesta

På Ukrainas vägnar

Image