8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
311 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Marzu 2007
dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru
(2007/210/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; |
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mal-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; |
(3) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' l-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
Horst SEEHOFER
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Malażja dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA
min-naħa waħda, u
IL-GVERN TAL-MALAŻJA (minn hawn ‘il quddiem Malażja)
min-naħa l-oħra
(minn hawn 'il quddiem imsejħa ’l-Partijiet’)
GĦARFU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehimiet għal servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Malażja, li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f'konformità sħiħa ma' din sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Malażja u biex tiġi ppreservata l-kontinwità ta' dawn is-servizzi ta' l-ajru,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f'kumpaniji ta' l-ajru liċenzjati f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru ma jistgħux, fil-prinċipju, jikkonkludu ftehimiet li jkollhom imnejn jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom ikun il-prevenzjoni, ir-restrizjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni,
FILWAQT LI JAGĦRFU li, fid-dawl ta' dak li jidher hawn fuq, id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Malażja li (i) jeżiġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew prattiki konċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti; jew (ii) isaħħu l-effetti ta' kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika konċertata bħal dawn; jew (iii) jiddelegaw lil trasportaturi bl-ajru jew lil operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta' miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot relevanti jistgħu jagħmlu ineffettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi,
INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Malażja, li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta' l-ajru tal-Malażja, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta' ftehimiet bilaterali għal servizzi ta' l-ajru dwar id-drittijiet tat-traffiku.
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “Stati Membri” tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim jinftiehmu li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness I għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti tal-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru deżinjati minn dak l-Istat Membru.
Artikolu 2
Id-Deżinjazzjoni minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness II(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Malażja, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi ta' l-ajru, rispettivament.
2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, il-Malażja għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, ipprovdut li:
(i) |
it-trasportatur ta' l-ajru ikun stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li qed jiddeżinja taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; |
(ii) |
kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru jkun imħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika relevanti tkun identifikata b'mod ċar fid-deżinjazzjoni; kif ukoll |
(iii) |
il-post prinċipali tan-negozju tal-kumpanija ta' l-ajru jkun fl-Istat Membru mingħand min tkun irċeviet il-Liċenzja Operattiva valida; kif ukoll |
(iv) |
it-trasportatur ta' l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u jkun ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra. |
3. Il-Malażja tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kumpanija ta' l-ajru minn Stat Membru fejn:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew |
(ii) |
ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew |
(iii) |
it-trasportatur ta' l-ajru ma jkunx proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, jew ma jkunx ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-Istati l-oħra elenkati fl-Anness III u/jew miċ-ċittadini ta' Stati oħra bħal dawn; jew |
(iv) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ikun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn il-Malażja u xi Stat membru ieħor u l-Malażja turi li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew |
(v) |
il-kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata jkollha Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkunx hemm ftehimiet bilaterali ta' servizzi ta' l-ajru bejn il-Malażja u dak l-Istat Membru, u dak l-Istat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku lill-kumpanija ta' l-ajru ddeżinjata mill-Malażja; |
Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Malażja m’għandhiex tiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta' l-ajru Komunitarji fuq il-bażi ta' nazzjonalità.
Artikolu 3
Is-sikurezza
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness II(c).
2. Fejn Stat Membru (l-ewwel Stat Membru) iddeżinja trasportatur ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum mit-tieni Stat Membru, id-drittijiet tal-Malażja taħt id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza tal-ftehim bejn l-ewwel Stat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta' l-ajru u l-Malażja għandu japplika b'mod ugwali fir-rispett ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta' l-istandards tas-sikurezza minn dak it-tieni Stat Membru u b'rispett ta' l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dak it-trasportatur ta' l-ajru.
Artikolu 4
It-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw il-provożjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II(d).
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness II(d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur ta' l-ajru deżinjat mill-Malażja li jopera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw il-provożjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness II(e).
2. It-tariffi li jiġu imposti mill-kumpanija/i ta' l-ajru deżinjata/i permezz ta' ftehim elenkat fl-Anness I li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness II(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fil-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.
Artikolu 6
Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I m’għandu (1) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki mifthema li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi għal dan il-Ftehim
L-Annessi għal dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.
Artikolu 8
Reviżjonijiet jew emendi
Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ġew kompluti.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Malażja li, fid-data ta’ l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness I(b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġament ta' dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu.
Artikolu 10
Tmiem
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness I jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness I konċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness I jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussel, b'żewġ kopji, fit-tnejn u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u sebgħa fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u dik Bahasa Melayu.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
Az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Communidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За правителството на Малайзия
Por el Gobierno de Malasia
Za vládu Malajsie
For Malaysias regering
Für die Regierung Malaysias
Malaisia valitsuse nimel
Για την Κυβέρνηση της Μαλαισίας
For the Government of Malaysia
Pour le gouvernement de la Malaisie
Per il governo della Malaysia
Malaizijas valdības vārdā
Malaizijos Vyriausybės vardu
Malaijzia Kormánya részéről
Għall-Gvern tal-Malażja
Voor de Regering van Maleisië
W imieniu Rządu Malezji
Pelo Governo da Malásia
Pentru Guvernul Malaeziei
Za vládu Malajzie
Za Vlado Malezije
Malesian hallituksen puolesta
För Malaysias regering
ANNESS I
Lista ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim
a) |
Ftehimiet tas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Malażja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament
|
b) |
Ftehimiet dwar is-servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Malażja u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament
|
ANNESS II
Lista ta' artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I u msemmija fl-Artikoli 2 sa 6 ta' dan il-Ftehim
(a) |
Deżinjazzjoni minn Stat Membru:
|
(b) |
Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi:
|
(c) |
Is-sikurezza:
|
(d) |
It-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni:
|
(e) |
Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:
|
ANNESS III
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika ta’ l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(c) |
Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
IIl-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera). |