6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

108


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

(2006/837/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 – C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (4), b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

1.

Jinnota ċ-ċifri li ġejjin għall-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

 

2004

2003

Dħul

Dħul minn drittijiet relatati ma' awtorizzazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

68 412

58 657

Sussidji tal-Kummissjoni inklużi sussidji riċevuti mingħand iz-ZEE

20 529

19 786

Sussidju tal-Komunità għal mediċini orfni

4 026

2 814

Kontribuzzjonijiet għal programmi tal-Komunità

0

1 208

Dħul ta' l-Amministrazzjoni

1 973

1 703

Dħul varju

1 473

1 788

Total (a)

96 413

85 956

Nefqa (6)

Spiża għall-Persunal

34 333

29 663

Spiża ta' l-Amministrazzjoni

11 224

10 835

Spiża ta' l-Operat

38 573

32 838

Deprezzament

3 650

2 364

Nefqa oħra

280

0

Total (b)

88 060

75 700

Bilanċ favorevoli minn attivitajiet ta' l-operat (c = a – b)

8 353

10 256

Operat finanzjarju (e)

1 160

676

Riżultat ekonomiku (f = c + e)

9 513

10 932

2.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  Il-parti ta' l-approprijazzjonijiet trasferiti li trid titqies bħala nefqa għas-sena finanzjarja ġiet evalwata fuq bażi ġenerali aktar milli fuq il-bażi ta' eżaminazzjoni ta' tranżazzjonijiet individwali.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6 -0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u għas-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (4), b'mod partikulari l-Artikolu 68 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0101/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

1.

Ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Jinnota s-sejba tal-Qorti ta' l-Awdituri li l-kuntratti konklużi mal-banek ilhom fis-seħħ aktar minn ħames snin, bi ksur tar-regolament finanzjarju ta' l-Aġenzija li jimplimenta r-regoli, li jeżiġi li ssir sejħa għall-offerti ġdida ta' l-anqas kull ħames snin; jinnota r-risposta ta' l-Aġenzija, li tispjega r-raġunijiet għad-dewmien biex titnieda sejħa għal offerti, u li tfassal il-benefiċċji miksubin permezz ta' negozjati diretti mal-bank, u ser iżomm dan f'moħħu meta jkun qed jikkunsidra r-reviżjonijiet għar-Regolament Finanzjarju;

8.

Jinnota li l-implimentazzjoni kemm tal-baġit operattiv u kif ukoll ta' dak amministrattiv fl-2004 kienet aktar baxxa milli fl-2003; huwa kuntent ħafna bl-implimentazzjoni sħiħa tal-linja tal-baġit tal-Mediċini Orfni;

9.

Jirrimarka li l-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-farmaċewtiċi, li kienet ġiet adottata fl-2004, kellha impatt konsiderevoli fuq il-ħidma u l-istrutturi ta' l-immaniġġjar ta' l-Aġenzija; jifraħ lill-Aġenzija talli adattat ruħha b'suċċess għall-ambjent regolatorju l-ġdid;

10.

Jinnota illi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tas-sistema ta' rrappurtar dwar farmakoviġilanza fuq livell Ewropew ('database' EudraVigilance) kienet bil-mod aktar milli mistenni; madankollu, huwa sodisfatt bit-taħbira riċenti tad-Direttur Eżekuttiv li s-sitwazzjoni tjiebet sustanzjalment fl-2005;

11.

Jistieden lill-Aġenzija biex ittejjeb il-kuntatti ma' l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur sabiex titqajjem kuxjenza aħjar fir-rigward ta' prodotti tossiċi u li jistgħu jagħmlu l-ħsara li jinsabu fi prodotti mediċinali; jenfasizza d-dmir ta' l-Aġenzija biex taġixxi fl-interess pubbliku;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jsegwu mill-aktar viċin possibbli l-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena ta' wara, biex b'hekk jippermettu li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati b'mod xieraq, u b'mod partikulari biex jevitaw bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni biex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tagħmel il-koperazzjoni aktar effettiva, tevita x-xogħol doppju u tindirizza nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-Komunità, l-użu tas-sistemi tat-tmexxija l-aktar moderni u s-soluzzjoni ta' problemi dwar it-tmexxija tajba tal-baġit.


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 17.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 8.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).