6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

64


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar l-egħluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

(2006/821/KE)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

1.

Jinnota l-figuri li ġejjin għall-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-snin finanzjarji 2004 u 2003:

Kont tad-dħul u ta' l-infiq għas-snin finanzjarji 2004 u 2003

(f'EUR 1000)

 

2004

2003

Dħul

Sussidji komunitarji

13 700

14 500

Dħul minn snin finanzjarji preċedenti

0

0

Dħul mixxellanju

42

3

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

724

792

Dħul finanzjarju

0

0

Dħul totali (a)

14 466

15 295

Nfiq tal-baġit għas-sena finanzjarja

Persunal – Titolu I tal-baġit

Pagamenti

8 579

7 554

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

466

443

Amministrazzjoni – Titolu II tal-baġit

Pagamenti

768

778

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

542

358

Attivitajiet ta' l-operat – Titolu III tal-baġit (ħlief għad-dħul assenjat)

Pagamenti

2 508

2 381

Pagamenti fuq RAL (li baqa' sabiex jitħallas) fil-31.12.2003

2 702

 

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

0

3 138

Dħul assenjat (PHARE u pajjiżi terzi)

Pagamenti

416

546

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti

309

246

Nfiq totali (b)

16 290

15 444

Eżitu għas-sena finanzjarja (a - b)

-1 824

- 149

Bilanċ mis-sena finanzjarja precedenti

- 993

- 545

Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti u kanċellati

56

399

Newtralizzazzjoni tat-trasferiment N-1 tat-Titolu 3 marbuta mal-bdil għal approprijazzjonijiet differenzjati

3 138

 

Somom għal użu ulterjuri mis-sena finanzjarja ta' qabel mhux użati

1

10

Rimbors lill-Kummissjoni

 

- 716

Differenzi tar-rata tal-kambju

- 4

8

Bilanċ għas-sena finanzjarja

374

- 993

2.

Japprova l-għeluq tal-kotba taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kotba annwali taċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (2),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ta' l-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 12a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0094/2006),

A.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2004 kienu ta' min joqgħod fuqhom u li t-transazzjonijiet sottostanti, meta meqjusa flimkien, kienu legali u regolari,

B.

billi l-Qorti ta' l-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli mill-aġenziji kollha, minbarra r-riżervi espliċiti għas-sena finanzjarja 2004 fir-rigward ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel,

C.

billi fit-12 ta' April 2005 l-Parlament ta kwittanza lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2003 (6) u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu bil-kummenti li takkumpanja d-deċiżjoni tal-kwittanza (7) huwa ħeġġeġ inter alia liċ-Ċentru biex ilesti l-bidliet fl-organizzazzjoni finanzjarja tiegħu matul l-2005,

1.

ifakkar li, taħt l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament għandu jagħti kwittanza għall-implimentazzoni tal-baġits tal-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet u li jkollhom personalità ġuridika u li tabilħaqq jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-baġit; madankollu, josserva li mhux dawn il-korpi kollha huma kompletament, jew ukoll parzjalment, iffinanzjati minn għotjiet li jitħallsu sussidji mill-baġit; jisħaq li għaldaqstant id-deċiżjoni li jagħti kwittanza tapplika kemm għall-finanzjament baġitarju u u kemm għall-finanazjament mhux baġitarju ta' dawn il-korpi; jikkunsidra inaċċettabbli l-fatt li wħud minn dawn il-korpi imwaqqfa mill-Unjoni jridu jagħtu rendikont ta' l-infiq tad-dħul minn sorsi oħra li ma jkunux mill-baġit, waqt li oħrajn li ma jirċevux sussidju mill-baġit, ma jagħmlux dan; jisħaq fuq il-prinċipju li l-agenziji kollha tal-Komunità, kemm jekk issussidjati u kemm jekk le, huma suġġetti għall-kwittanza mil-Parlament, ukoll meta awtorità oħra ta' kwittanza tintervjeni skond it-testi bażiċi tagħhom; hu tal-fehma hemm il-ħtieġa li jiġu riveduti t-testi kostituttivi kollha li jmorru kontra dan il-prinċipju;

2.

Isib ta' valur kbir it-tabella 1 tar-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li ġiet introdotta għall-ewwel darba matul l-eżerċizzju tal-kwittanza ta' l-2003, li tagħti sommarju tal-poteri, ir-responsabbiltajiet, it-tmexxija, ir-riżorsi, l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti tal-Eurojust; jinnnota li l-informazzjoni li hemm fit-tabella 1 hija pprovduta mill-Eurojust; jitlob lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tivverifika l-kontenut tat-tabella 1;

3.

Jinsisti li l-aġenziji mhux biss għandhom jonfqu l-flus b'mod xieraq, iżda għandhom ukoll jagħmlu mill-aħjar biex jonfqu l-flus bl-iktar mod effiċjenti u effettiv possibbli; jistieden lill-Qorti ta' l-Awdituri biex tikkunsidra l-possibbiltà li jiġu estiżi r-rapporti annwali speċifiċi dwar l-aġenziji biex jinkludu eżami tal-prestazzjoni u tal-kisba ta' l-objettivi; f'dan il-kuntest u skond ir-riżoluzzjonijiet li jinsabu fil-kwittanza ta' l-2003, jinsisti li jitqisu l-aspetti li ġejjin: id-dublikazzjoni tax-xogħol fost l-aġenziji għandu jiġi evitat kemm jista' jkun, u l-miżuri maħsuba biex jititejbu t-trasparenza u l-komunikazzjoni mal-pubbliku għandhom jiġu ċċarati, flimkien ma' miżuri Komunitarji għal azzjoni pożittiva fil-livelli kollha tar-reklutaġġ, tat-taħriġ u ta' l-assenjazzjoni ta' responsabiltajiet;

4.

Jinnota li l-aġenziji Komunitarji mhux dejjem ikollhom reputazzjoni tajba jew rapporti tajbin fl-istampa u li ħafna minnhom ma jistħoqqilhomx din ir-reputazzjoni negattiva; josserva li ċ-ċittadini ta' l-UE għandhom jiġu mgħarrfa dwar dan bl-użu ta' mezzi xierqa biex jiġu spjegati għal kemm il-darba jkun meħtieġ ir-raġuni għall-eżistenza ta' l-aġenziji u l-kisbiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni skond dan, bl-użu ta' dawk il-mezzi li tħoss li huma meħtieġa;

5.

Jinnota li t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea fl-2004 affettwa f'ħafna modi l-istrutturi u l-metodi ta' l-operat ta' l-aġenziji Komunitarji, u li bosta mill-aġenziji jiġbdu l-attenzjoni għal dan fir-rapporti ta' ħidma tagħhom u jiffokaw b'mod partikulari fuq iż-żieda fin-numru ta' amministratturi; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi reali jew maħsuba li tiltaqa' magħhom u biex tirrakkomanda l-bidliet regulatorji meħtieġa;

6.

Jinnota li l-Kummissjoni impenjat ruħha biex tarmonizza l-mod kif ir-rapporti ta' ħidma li jikkonċernaw id-direttorati ġenerali jiġu ppreżentati; isejjaħ għal approċ simili fir-rigward tar-rapporti ta' ħidma ta' l-aġenziji tal-Komunitajiet, li jvarjaw b'mod sinifikattiv f'termini ta' kontenut; jitlob lill-Kummissjoni biex tindika lill-aġenziji tal-Komunitajiet t-tagħrif u l-indikaturi ta' ħidma li jeħtiegu jippreżentaw;

7.

Iħeġġeġ liċ-Ċentru biex jadatta l-baġits tal-ġejjieni b'mod li jiżgura li l-approprjazzjonijiet differenzjati ikunu ppreżentati kif xieraq;

8.

Għandu l-pjaċir jinnota t-tnaqqis sinifikanti fil-fondi ttrasferiti għall-baġit ta' wara miksuba miċ-Ċentru fl-2004 meta mqabbla ma' dawk tas-snin ta' qabel, b'mod li ppermetta li l-baġit implimentat miċ-Ċentru jirrifletti iktar mill-viċin il-baġit approvat mill-Awtorità tal-Baġit;

9.

Jenfasizza li ċ-Ċentru għandu jiżgura li l-kotba jkunu kompluti u li l-attivitajiet kollha, inklużi x-xiri u l-bejgħ min-naħa tal-kantin tal-persunal, jiġu kkontrollati kif xieraq;

10.

Huwa mħasseb dwar l-irregolaritajiet innutati mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-proċedura ta' l-għoti tal-kuntratti; jinnota l-passi meħuda miċ-Ċentru biex jiżgura li irregolaritajiet bħal dawn ma jiġux irripetuti; jitlob liċ-Ċentru biex jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħiet għall-offerti u r-regoli tal-kompetizzjonijiet jiġu applikati b'mod strett;

11.

Jinnota l-kummenti tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-inkonsistenzi fil-proċedura tar-reklutaġġ; jisħaq fuq il-bżonn għal sens ta' ġustizzja, onestà u trasparenza fir-reklutaġġ; jilqa' l-intenzjoni taċ-Ċentru li jipprepara gwida dwar il-proċeduri għar-reklutaġġ fl-2005;

12.

Jinnota l-osservazzjoni taċ-Ċentru fil-kummenti li jakkumpanjaw il-kotba annwali ta' l-2004 li “mhux il-fażijiet kollha tal-proċess ta' modernizzazzjoni ġew kompluti”; jistenna li mal-kontijiet ta' l-2005 jitressaq rapport aktar iddettaljat li jikkonferma jekk il-bidliet fl-organizzazzjoni finanzjarja tiegħu jkunux tlestew u, jekk dan ma jkunx il-każ, li jispjega għaliex ikun ġara dan u xi jkun jonqos isir, u li jindika l-iskeda maħsuba għat-tlestija;

13.

Jilqa' l-informazzjoni pprovduta dwar verifiki interni; jinnota r-rakkomandazzjoni tal-bord tat-Tmexxija fl-opinjoni tiegħu dwar il-kontijiet ta' l-2004, li ċ-Ċentru jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta' l-istandards tal-kontroll intern; jitlob liċ-Centru biex jirrapporta dwar il-progress f'dan ir-rigward fir-rapport tiegħu dwar il-kontijiet ta' l-2005, u dwar il-progress fir-rigward tal-ħolqien ta' funzjoni speċifika ta' verifika interna u fir-rigward tar-reklutaġġ ta' l-awditur intern tiegħu stess;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin lill-aġenziji jimxu kemm jista' jkun mal-pjan ta' ħidma li sar qbil dwaru għas-sena li jmiss, b'mod li jippermetti li l-attivitajiet ikunu ppjanati u implimentati kif inhu xieraq, u b'mod partikulari biex ikunu evitati bidliet kbar u ta' l-aħħar minuta fil-volum tax-xogħol;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn l-aġenziji billi tara li l-koperazzjoni tkun iżjed effettiva, billi tevita x-xogħol doppju u billi tindirizza n-nuqqasijiet, b'mod partikulari fir-rigward ta' oqsma komuni bħat-taħriġ, l-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji kollha, l-użu ta' l-aktar sistemi riċenti ta' mmaniġġjar u s-soluzzjoni ta' problemi relatati mat-tħaddim tajjeb tal-baġit.


(1)  ĠU C 269, 28.10.2005, p. 29.

(2)  ĠU C 332, 28.12.2005, p. 60.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2051/2004 (ĠU L 355, 1.12.2004, p. 1).

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

(6)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 68.

(7)  ĠU L 196, 27.7.2005, p. 69.