6.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

30


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-27 ta' April 2006

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill

(2006/811/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006),

1.

Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2004,

2.

Jagħmel il-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Is-Segretarju Ġenerali

Julian PRIESTLEY


(1)  ĠU L 53, 23.2.2004

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

b'kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza ta' l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004, Sezzjoni II – Kunsill (N6-0027/2005 – C6-0359/2005 – 2005/2092(DEC))

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2004 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004, Volum III (N6-0027/2005 – C6-0359/2005),

wara li kkkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2004, akkumpanjat mir-risposti ta' l-istituzzjonijiet li ġew verifikati (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabbiltà tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 275 u 276 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 li huwa applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0111/2006),

1.

Jinnota li fl-2004 il-Kunsill amministra baġit ta' EUR 541 916 200 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 98,10 %;

2.

Jieħu nota tar-rimarki magħmula mill-Qorti ta' l-Awdituri u jistieden lill-Kunsill sabiex jieħu kont tagħhom u biex ikompli jtejjeb l-immaniġġar finanzjarju tiegħu;

3.

Josserva li, skond il-paragrafu 9.4 tar-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, fl-2004 il-Kunsill kien għadu ma waqqaf l-ebda standards ta' kontroll intern wara l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju ta' Ġunju 2002, u li, skond ir-risposta tal-Kunsill, l-istandards ta' kontroll intern għall-Kunsill ġew fl-aħħar adottati fl-20 ta' Lulju 2005;

4.

Ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2005 dwar il-pjan għal qafas ta' kontroll integrat (COM(2005)0252)huwa applikabbli bl-istess mod għall-istituzzjonijiet kollha fl-UE u għalhekk il-Kunsill għandu jmexxi billi jagħti eżempju;

5.

Jindika li skond il-paragrafu 9.18 tar-rapport annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-liv annwali addizzjonali konċess qabel il-31 ta' Diċembru 1997 bħala kumpens għal sahra tħallas ma' l-irtirar jekk l-uffiċjal ma kienx ħa liv addizzjonali; jinnota li r-risposta tal-Kunsill ma tispjegax għaliex dawn il-ħlasijiet kienu saru lill-persunal A u B, li skond ir-Regolamenti ta' l-Istaff mhumiex intitolati għall-kumpens għal sahra;

6.

Jinnota li r-rikors tal-Kunsill għat-teknika tat-trasferiment tal-ġbir ta' l-aħħar tas-sena għal pagamenti “front-load” fuq il-bini LEX, li jirriżulta f'żieda ta' 333 % fl-ammont li kien mistenni oriġinarjament fuq l-Artikolu tal-baġit 206 minn EUR 13 500 000 għal EUR 58 449 000; jinnota fl-istess ħin li l-Parlament Ewropew qed jiffaċċja l-istess problemi;

7.

Jinnota żieda ta' 225 % fl-approprjazzjoni inizjali għal konsulenti Speċjali fil-qasam tas-sigurtà Ewropea u l-politika tad-difiza (l-Artikolu tal-baġit 3 1 3);

8.

Ifakkar fir-rimarka li saret fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 (6) li l-baġits ta' istituzzjonijiet oħra għandhom ikopru n-nefqa amministrattiva;

9.

Isib li aktar ma jkun hemm ċarezza fir-rigward ta' nfiq fuq u mill-Koordinatur tal-Kontroterroriżmu ta' l-EU aktar tiżdied it-trasparenza; ifakkar li bħala prinċipju, l-infiq operattiv għandu jsir biss mill-Kummissjoni;

10.

Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex itejjeb il-kapaċità tiegħu ta' rappurtaġġ billi jagħmel disponibbli minn kmieni għall-awtorità tal-kwittanza, kif għamlu l-istituzzjonijiet l-oħra kollha, inluż il-Parlament, ir-Rapport ta' Attività Annwali msemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju, u b'hekk jikkontribwixxi għal trasparenza akbar fl-istituzzjonijiet ta' l-UE;

11.

Jinnota li l-Kunsill qiegħed bħalissa jmexxi proġett biex jinbena l-bini LEX li l-ispejjeż tiegħu huma stimati li jammontaw għal EUR 233 000 000 (skond il-prezzijiet ta' l-2003);

12.

Ifakkar li f'ittra datata 18 ta' Novembru 2004 li tikkonċerna l-proċedura tal-kwittanza għall-2003, il-Kunsill ma aċċettax stedina biex jattendi laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, u kkwota l-Ftehima Informali tat-22 ta' April 1970; ifakkar ukoll ir-riluttanza tal-Kunsill fis-snin ta' qabel li jagħti aktar minn tweġibiet xotti għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju lill-istituzzjonijiet oħra bħala preparazzjoni għad-deċiżjoni tal-kwittanza; jemmen li fil-kuntest tal-kompromess kurrenti li jikkonsisti fi djalogu informali bejn il-Kunsill u ċ-chairman u r-rapporteur tal-kumitat kompetenti, il-kumitat kompetenti għandu jestendi l-iskop tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jinkludi Membri oħra li jixtiequ jikkontribwixxu għal dan id-djalogu informali.


(1)  ĠU L 53, 23.2.2004.

(2)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 1.

(3)  ĠU C 301, 30.11.2005, p. 9.

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(5)  ĠU L 356, 31.12.1977, p. 1.

(6)  Testi adottati, P6_TA(2005)0410.